Rapporti dwar iċ-ċittadinanza tal-Unjoni: Il-progress tal-UE dwar it-tneħħija ta' ostakoli fl-eżerċitar tad-drittijiet

Ir-Rapport dwar iċ-ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea (UE) jipproponi azzjonijiet konkreti sabiex jitneħħew ostakoli li jifdal għaċ-ċittadini sabiex igawdu b'mod sħiħ id-drittijiet tal-UE tagħhom fil-ħajja tagħhom ta' kuljum. Huwa akkompanjat mir-rapport dwar il-progress lejn ċittadinanza tal-UE effettiva, ippubblikat kull 3 snin, li jivvaluta l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar id-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE.

ATT

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Rapport taċ-Ċittadinanza tal-UE 2013, ċittadini tal-UE: id-drittijiet tiegħek, il-futur tiegħek (COM(2013) 269 final - mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

SOMMARJU

Iċ-ċittadinanza tal-UE u d-drittijiet li jiġu magħha, bħad-drittijiet għall-moviment liberu u drittijiet politiċi b'saħħithom, huma pilastri ewlenin tal-Unjoni Ewropea. Iċ-ċittadini kollha ta' pajjiż tal-UE jgawdu dan l-istatus, li jżid ma' u ma jissostitwixxix iċ-ċittadinanza nazzjonali.

Ir-Rapport dwar iċ-ċittadinanza tal-UE jistabbilixxi azzjonijiet konkreti sabiex itejjeb id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE f'għadd ta' oqsma. L-għan huwa li jiżgura li ċ-ċittadini tal-UE jistgħu jgawdu b'mod effettiv id-drittijiet tagħhom fil-ħajja tagħhom ta' kuljum meta jaħdmu, jistudjaw, jgħixu, jivjaġġaw jew jixtru fl-UE u meta jipparteċipaw fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE.

12-il azzjoni prinċipali

Fir-Rapport tal-2013, il-Kummissjoni tipproponi 12-il azzjoni prinċipali ġdida sabiex jitneħħew l-ostakoli għat-tgawdija min-naħa taċ-ċittadini tad-drittijiet tal-UE tagħhom. Dawn ikopru sitt oqsma:

Ħafna mill-proposti japplikaw għall-500 miljun ċittadin tal-UE kollha. Uħud minnhom huma ta' benefiċċju b'mod speċjali għal dawk iċ-ċittadini tal-UE li jgħixu f'pajjiż differenti tal-UE minn dak li fih twieldu, li flimkien jgħoddu aktar minn 13.6 miljun, jew għall-210 miljun ċittadin li jivjaġġaw fi ħdan l-UE kull sena għal negozju, studju, taħriġ jew divertiment.

Il-25 azzjoni konkreta fl-ewwel rapport dwar iċ-ċittadinanza tal-UE tal-2010 issa tnedew. Tabella tal-progress turi l-inizjattivi meħuda. Ikopru l-libertà tal-moviment u r-residenza taċ-ċittadini tal-UE, il-protezzjoni konsulari, id-drittijiet elettorali u l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, is-saħħa u d-drittijiet tal-konsumaturi.

Ir-Rapport tal-2013 tħejja fuq il-bażi ta' konsultazzjoni pubblika maġġuri li tinvolvi liċ-ċittadini, lis-soċjetà ċivili u lil istituzzjonijiet tal-UE oħrajn. Iwieġeb ukoll għal mistoqsijiet jew ilmenti li l-Kummissjoni tirċievi ta' kull sena miċ-ċittadini tal-UE, permezz tas-servizz ta' informazzjoni Europe Direct u l-portal L-Ewropa Tiegħek.

Ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-2013 huwa akkompanjat mir-rapport dwar il-progress lejn ċittadinanza tal-UE effettiva 2011 - 2013 (skont l-Artikolu 25 TFUE), li jiddeskrivi kif id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE (Titolu II tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) ġew implimentati mill-2011.

ATTI RELATATI

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni skont l-Artikolu 25 TFUE dwar progress effettiv lejn Ċittadinanza tal-UE 2011-2013 (COM(2013)270 final - mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

Rapport taċ-Ċittadinanza tal-UE 2010: Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE (COM(2010)603 final - mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni skont l-Artikolu 25 TFUE dwar progress effettiv lejn Ċittadinanza tal-UE 2007-2010 (COM(2010)602 final - mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali) .

Rapport mill-Kummissjoni - Il-ħames Rapport dwar iċ-ċittadinanza ta' l-Unjoni (1 ta' Mejju 2004- 30 ta' Ġunju 2007) (COM(2008)85 finali - mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

Rapport mill-Kummissjoni - Ir-raba' rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-Unjoni (l-1 ta' Mejju 2001- it-30 ta' April 2004) (COM(2004)695 finali - mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

Rapport mill-Kummissjoni - It-tielet rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-Unjoni (COM(2001)506 finali - mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

Tieni Rapport mill-Kummissjoni dwar iċ-Ċittadinanza tal-Unjoni (COM(97)230 finali - mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

Rapport mill-Kummissjoni dwar iċ-Ċittadinanza tal-Unjoni (COM(93)702 finali - mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

L-aħħar aġġornament: 19.05.2014