Il-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-ikel

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi l-limiti massimi għal ċerti kontaminanti tal-ikel biex tiġi protetta s-saħħa taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea (UE), inklużi l-aktar gruppi sensittivi tal-popolazzjoni, bħat-tfal, l-anzjani u n-nisa tqal.

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Ir-Regolament ikopri:

Limiti

Ikel b’livelli ta’ kontaminanti ogħla minn dawk speċifikati fl-anness tar-Regolament ma jistax jinbiegħ. Dawn il-limiti jkopru l-parti li tittiekel tal-ikel u japplikaw ukoll għal ikel kompost, ipproċessat, imnixxef jew dilwit.

Ir-Regolament jistabbilixxi wkoll l-iktar livelli massimi baxxi għall-kontaminanti li jistgħu jinkisbu b’mod raġonevoli permezz ta’ prattika ta’ manifattura tajba jew prattika agrikola tajba, jiġifieri “l-aktar baxx li jista’ jintlaħaq raġonevolement”.

Projbizzjoni fuq it-taħlit

Tikkettar

Eċċezzjonijiet

Ittestjar

L-Istati Membri jridu jittestjaw il-livelli ta’ kontaminanti fl-ikel. Ir-riżultati tagħhom iridu jintbagħtu lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 (ara s-sommarju).

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1881/2006

Ir-Regolament ġie emendat aktar minn 30 darba. Ħafna minn dawn l-emendi huma relatati mal-anness tar-Regolament, li jelenka l-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel.

MINN META BEDA JAPPLIKA DAN IR-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Marzu 2007.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, pp. 5–24).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, pp. 1–24).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, pp. 1–3).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 26.03.2023