Residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf tal-annimali

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

L-oġġetti tal-ikel kollha maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali fl-Unjoni Ewropea (UE) huma soġġetti għal livell massimu ta’ residwi (MRL) tal-pestiċidi sabiex tkun protetta s-saħħa tal-annimali u tal-bniedem. Id-dritt tal-Unjoni jirregola liema MRLs japplikaw għal prodotti differenti u jistabbilixxi MRL prestabbilit meta ma jkun ġie stabbilit l-ebda MRL speċifiku.

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jistabbilixxi l-kwantitajiet massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi permessi fi prodotti li joriġinaw mill-annimali jew mill-pjanti maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali. Dawn l-MRLs, li huma stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea, jinkludu:

PUNTI EWLENIN

L-MRLs għall-għelejjel u l-pestiċidi kollha huma elenkati fil-bażi tad-data tal-UE dwar il-pestiċidi tal-Kummissjoni.

L-oġġetti tal-ikel koperti

Ir-regolament ikopri l-prodotti kollha maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali, elenkati fl-Anness I tiegħu.

Ir-regolament ma japplikax għal prodotti li joriġinaw mill-annimali jew mill-pjanti, jekk ikunu maħsuba:

Eċċezzjonijiet

Ċerti sustanzi elenkati mill-Kummissjoni (l-Anness VII) jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtoritajiet nazzjonali anki jekk jaqbżu l-MRL tagħhom, jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Valutazzjoni tas-sigurtà

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) hija responsabbli mill-valutazzjoni tas-sikurezza tal-applikazzjonijiet ġodda sottomessi għall-MRLs u għar-rieżami tal-MRLs eżistenti. Din hija bbażata fuq it-tossiċità ta’ kull sustanza, il-livelli massimi mistennija fl-ikel u d-dieti tal-konsumaturi. Abbażi tal-opinjoni tal-EFSA, il-Kummissjoni toħroġ Regolament bil-għan li tistabbilixxi MRL ġdid jew temenda jew tneħħi wieħed eżistenti.

Il-kontrolli tar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel

L-UE għandha programm ta’ kontroll pluriennali kkoordinat li, kull sena, jirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu kampjuni, janalizzaw u jittestjaw firxa miftiehma ta’ prodotti (rilevanti fid-dieta) għal firxa miftiehma ta’ pestiċidi. Dan biex tiġi żgurata l-konformità tagħhom mal-MRLs tal-pestiċidi u biex jiġi vvalutat l-esponiment għall-konsumaturi. L-EFSA tiġbor dawn ir-riżultati u tippubblikahom kull sena. Minbarra l-programm ikkoordinat tal-UE, l-Istati Membri għandhom il-programmi nazzjonali tagħhom ibbażati fuq ir-riskju.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ir-regolament daħal fis-seħħ fil-5 ta’ April 2005 u sar applikabbli bis-sħiħ f’Settembru 2008.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, pp. 1-16)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/585 tas-27 ta’ April 2020 dwar programm ikkoordinat ta’ kontroll pluriennali tal-Unjoni għall-2021, l-2022 u l-2023 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fl-ikel u fuq l-ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali, u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 135, 29.4.2020, pp. 1-12)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 21.10.2023