Funikulari għat-trasport tal-passiġġieri
SOMMARJU TAD-DOKUMENT
Id-Direttiva 2000/9/KE — Installazzjonijiet tal-funikular iddisinjati għat-trasport ta’ persuni
X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?
Hija tiddefinixxi sett ta’ rekwiżiti ta’ sigurtà essenzjali fuq livell tal-Unjoni Ewropea (UE) kif ukoll l-ispezzjoni u l-proċeduri ta’ kontroll li għandhom jiġu applikati għall-funikulari li jġorru l-passiġġieri.
PUNTI EWLENIN
Il-funikulari li jġorru persuni huma prodotti kapitali (jiġifieri tagħmir tqil li jeħtieġ investiment relattivament kbir). Huma jikkonsistu f’bosta komponenti u huma ddisinjati, immanifatturati, immuntati u kkummissjonati biex ikunu jistgħu jipprovdu servizz li jġorr lil passiġġieri.
Kamp ta’ applikazzjoni
-
L-installazzjonijiet ikkonċernati minn din id-direttiva huma:
-
binarji tal-funikular jew vetturi oħra fejn it-trazzjoni hija pprovduta b’kejbil wieħed jew aktar;
-
funikulari merfugħa u/jew imċaqalqa b’kejbils tal-ġarr, li tinkludi gondli u chair lifts;
-
drag lifts.
Id-direttiva ma tapplikax għal:
-
lifts skond it-tifsira tad-Direttiva 95/16/KE;
-
cable-operated tramways mibnija b'mod tradizzjonali;
-
installazzjonijiet użati għal skopijiet agrikoli;
-
tagħmir maħsub għall-iskop ta’ divertiment għall-użu f’fieri u/jew parks ta’ divertiment;
-
installazzjonijiet tal-minjieri u għal skopijiet industrijali;
-
laneċ imħaddma bil-kejbil, rack railways u installazzjonijiet misjuqa b’katina.
Definizzjonijiet
-
Id-Direttiva tagħti definizzjonijiet għal installazzjoni*, komponenti ta’ sigurtà *, kuntrattur priċipali*, tħaddim* u manutenzjoni *.
-
Hija tiddetermina l-objettivi jew ir-rekwiżiti essenzjali fir-rigward tas-sigurtà, is-saħħa u l-protezzjoni kemm tal-ambjent kif ukoll tal-konsumaturi li l-apparat għandu jissodisfa waqt il-manifattura u qabel jitqiegħed f’servizz.
Standardizzazzjoni
-
L-ispeċifikazzjonijiet Ewropej (speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, approvazzjonijiet tekniċi Ewropej jew standards nazzjonali li jissupplimentaw dak l-istandard Ewropew) huma mħejjija fuq il-bażi ta’ rekwiżiti essenzjali. Dawn huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
-
L-istandards armonizzati Ewropej huma mħejjija mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni.
-
Kwalunkwe sistema li ġiet prodotta b’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet Ewropej titqies li tissodisfa r-rekwiżiti essenzjali.
Proċeduri ta’ evalwazzjoni
-
Il-proċeduri għall-evalwazzjoni tal-konformità tal-komponenti u s-sistemi ta’ sigurtà mar-rekwiżiti essenzjali huma bbażati fuq l-approċċ modulari stabbilit fir-regoli tal-UE fuq l-immarkar ta’ konformità CE. L-evalwazzjoni tal-konformità tagħhom hija r-responsabilità tal-organizzazzjonijiet magħżula minn pajjiżi tal-UE, skont il-kriterji komuni tal-evalwazzjoni, li mbagħad jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea u lill-pajjiżi l-oħra tal-UE. Il-proċedura ta’ evalwazzjoni tingħata bidu fuq talba mill-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu fi ħdan l-UE fil-każ tal-komponenti tas-sigurtà, jew mill-klijent prinċipali jew ir-rappreżentant tiegħu fil-każ ta’ installazzjonijiet.
-
Qabel jitqiegħed fis-suq it-tagħmir għandu jirċievi d-dikjarazzjoni ta’ konformità KE li żżid forma prattika għall-konformità tagħhom ma’ din id-Direttiva. Din titfassal jew mill-manifattur jew mir-rappreżentant tiegħu fi ħdan l-UE fil-każ ta’ komponenti ta’ sigurtà, jew mill-klijent prinċipali jew ir-rappreżentant tiegħu fil-każ ta’ installazzjonijiet.
-
Meta l-komponenti ta’ sigurtà jkunu koperti minn direttivi oħra tal-UE, id-dikjrazzjonijiet ta’ konformità KE tiddikjara wkoll li l-komponenti ta’ sigurtà jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dawk id-direttivi.
-
Il-pajjiżi tal-UE ma jistgħux jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu, fuq it-territorju tagħhom u fuq il-bażi ta’ din id-direttiva:
-
it-tqegħid fis-suq ta’ komponenti ta’ sigurtà biex dawn jintużaw f’sistema;
-
il-bini u t-tħaddim ta’ installazzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-direttiva eżistenti.
-
Pajjiż tal-UE għandu jiżgura jekk komponent ta’ sigurtà bil-markar ta’ konformità CE jew installazzjoni awtorizzata u użata skond l-iskop maħsub tagħha tistax tipperikola s-sigurtà u s-saħħa tal-persuni, u, fejn applikabbli, is-sigurtà tal-proprjetà. Jekk il-pajjiż tal-UE jsir jaf li dan huwa l-każ, huwa għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jirrestrinġi l-kundizzjonijiet tal-użu tal-komponent jew tal-installazzjoni. Id-direttiva tististabbilixxi l-proċeduri li għandhom ikunu segwiti skont jekk in-nuqqas ta’ konformità huwiex dovut għal:
-
nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali;
-
l-applikazzjoni inkorretta tal-ispeċifikazzjonijiet Ewropej;
-
nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjonijiet Ewropej.
Revoka
Id-Direttiva 2000/9/KE hija revokata u sostitwita mir-Regolament (UE) 2016/424 b’effett mill-21 ta’ April 2018.
MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?
Din ilha tapplika mit-3 ta’ Mejju 2000. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sat-3 ta’ Mejju 2002.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
* PUNTI EWLENIN
Installazzjoni: fil-kuntest ta’ dan is-sommarju, din hija magħmula minn bosta komponenti, iddisinjati, immanifatturati, immuntati u mqiegħda fis-servizz bl-iskop li jġorru persuni.
Komponent tas-sigurtà: kull komponent bażiku, sett ta’ komponenti, assemblaġġ komplut tat-tagħmir jew kull mekkaniżmu inkorporat fl-installazzjoni bl-iskop li tiġi żgurata s-sigurtà jew is-saħħa tal-persuni, irrispettivament minn jekk ikunux l-utenti, l-operaturi jew partijiet terz
Kuntrattur prinċipali: kull persuna fiżika jew ġuridika li tikkummissjona l-kostruzzjoni ta’ installazzjoni.
Operabilità: id-dispożizzjonijiet tekniċi kollha u l-miżuri li għandhom impatt fuq id-disinn u r-realizzazzjoni u li huma meħtieġa biex l-installazzjoni titħaddem b’mod sigur.
kapaċità ta’ manutenzjoni: id-dispożizzjonijiet tekniċi kollha u l-miżuri li għandhom impatt fuq id-disinn u r-realizzazzjoni u li huma meħtieġa għall-manutenzjoni maħsuba biex tiżgura li l-installazzjoni titħaddem b’mod sigur.
DOKUMENT EWLIENI
Id-Direttiva 2000/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-installazzjonijiet tal-funikular iddisinjati għat-trasport ta’ persuni (ĠU L 106, 3.5.2000, p. 21-48)
DOKUMENTI RELATATI
Regolament (UE) 2016/424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar l-installazzjonijiet tal-funikular u li jħassar id-Direttiva 2000/9/KE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 1-50)
l-aħħar aġġornament 12.09.2016