Ħaddiema mhux mill-UE - residenza u formalitajiet tal-impjieg aktar faċli

Din id-Direttiva tistabbilixxi residenza u permess tax-xogħol uniċi għall-ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropea (UE). Tiddefinixxi wkoll firxa ta’ drittijiet speċifiċi biex toffri trattament indaqs lill-ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi li mhumiex fl-UE koperti minn din id-Direttiva.

ATT

Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru.

SOMMARJU

Din id-Direttiva tistabbilixxi residenza u permess tax-xogħol uniċi għall-ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropea (UE). Tiddefinixxi wkoll firxa ta’ drittijiet speċifiċi biex toffri trattament indaqs lill-ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi li mhumiex fl-UE koperti minn din id-Direttiva.

X’TAGĦMEL DIN ID-DIRETTIVA?

Id-Direttiva toħloq:

PUNTI EWLENIN

Min hu kkonċernat?

Id-Direttiva tapplika għaċ-ċittadini li ġejjin minn pajjiżi li mhumiex fl-UE li huma awtorizzati li jgħixu jew jaħdmu fl-UE, indipendentement mir-raġuni inizjali tagħhom għall-ammissjoni. Dan jinkludi:

Ċerti kategoriji ta’ ċittadini ta’ pajjiżi li mhumiex fl-UE mhumiex koperti minn din id-Direttiva - bħal dawk li ngħataw l-istatus ta’ residenti għal żmien twil (dawn jaqgħu taħt leġiżlazzjoni oħra tal-UE).

Proċedura ta’ applikazzjoni unika

L-awtoritajiet fil-pajjiżi tal-UE għandhom jittrattaw kull applikazzjoni għal dan il-permess uniku għar-residenza u x-xogħol (ġdida, emendata jew imġedda) bħala proċedura ta’ applikazzjoni unika. Huma għandhom jiddeċiedu jekk l-applikazzjoni hijiex qed issir miċ-ċittadin ta’ pajjiż li mhuwiex fl-UE jew minn min qed iħaddimhom (jew mit-tnejn).

Il-format tal-permess uniku huwa l-istess bħal dak deskritt fir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 li jistabbilixxi permess ta’ residenza uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi li mhumiex fl-UE.

Dritt għal trattament indaqs

Il-permess uniku jippermetti lill-benefiċjarji minn pajjiżi li mhumiex fl-UE li jgawdu minn sett ta’ drittijiet, inklużi:

Id-Direttiva tistipula kriterji speċifiċi, li fuqhom pajjiżi tal-UE jistgħu jirrestrinġu t-trattament ugwali dwar ċerti kwistjonijiet (aċċess għall-edukazzjoni/taħriġ, benefiċċji tas-sigurtà soċjali bħal benefiċċji tal-familja jew akkomodazzjoni).

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Mill-25.12.2013.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2011/98/UE

24.12.2011

25.12.2013

ĠU L 343 ta’ 23.12.2011, p. 1-9

ATT RELATAT

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz (ĠU L 157 tal-15.6.2002, p. 1-7).

Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU L 16 tat-23.1.2004, p. 44-53).

l-aħħar aġġornament 02.01.2015