Żwiemel u ħmir għall-kompetizzjoni — regoli dwar il-kummerċ
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
X'INHU L-GĦAN TA' DIN ID-DIRETTIVA?
PUNTI EWLENIN
Din id-direttiva tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kummerċ fl-equidae maħsubin għall-kompetizzjonijiet u dawk li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-kompetizzjonijiet fl-UE.
It-tip ta' kompetizzjoni
It-terminu “kompetizzjoni” jfisser kwalunkwe kompetizzjoni ekwestrina, inkluż tiġrijiet taż-żwiemel, show-jumping, eventing, dressage, avvenimenti riservati għal vetturi miġbudin miż-żwiemel u klassijiet ta' wiri.
Il-parteċipazzjoni fil-kompetizzjonijiet
Ir-regoli tal-kompetizzjoni ma jistgħux joħolqu diskriminazzjoni fuq bażi ta' oriġini jew reġistrazzjoni tal-equidae fl-UE. B'mod speċifiku, l-equidae mill-pajjiżi kollha tal-UE jridu jiġu ttrattati bl-istess mod fir-rigward ta':
Madankollu, dan l-obbligu ma jipprevjenix l-organizzazzjoni ta':
Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jirriservaw ċertu perċentwal mill-premju fi flus jew mill-profitti għas-salvagwardjar, l-iżviluppar u t-titjib tar-razza fil-pajjiż fejn isseħħ il-kompetizzjoni.
META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?
Ilha tapplika mis-17 ta’ Lulju 1990. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sal-1 ta’ Lulju 1991.
SFOND
Għal aktar tagħrif, ara:
DOKUMENT EWLIENI
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/428/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kummerċ fl-equidae maħsuba għall-kompetizzjonijiet u li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fiha (ĠU L 224, 18.8.1990, pp. 60–61)
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 90/428/KEE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.
ATTI RELATATI
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/216/KEE tas-26 ta' Marzu 1992 fuq il-ġbir ta’ data li tikkonċerna kompetizzjoni għall-equidae kif msemmi fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/428/KEE (ĠU L 104, 22.4.1992, p. 77)
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 25.07.2016