L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)
Il-ħolqien tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), li għandu l-għan li jsaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) billi jintegra l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni u billi jippromwovi s-sinerġiji u l-kooperazzjoni bejniethom, b’konformità mal-ogħla standards.
ATT
Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew ta’ l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija.
SOMMARJU
L-EIT jippromwovi l-integrazzjoni, is-sinerġiji u l-kooperazzjoni bejn it-tliet elementi tat-trijangolu tal-għarfien - l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni - billi jippromwovi l-eċċellenza, abbażi tan-netwerks strateġiċi maħluqa b’dan il-mod.
Fost affarijiet oħrajn, dan jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-“komunitajiet ta’ għarfien u innovazzjoni” (jew KKI), li huma magħmulin minn stabbilimenti tal-edukazzjoni għolja, kumpaniji, istituti tar-riċerka u partijiet oħrajn li jaħdmu flimkien fuq proġetti innovattivi.
Objettivi ewlenin
L-objettivi ewlenin tal-EIT huma dawn li ġejjin:
Il-Governanza
L-EIT inħoloq fl-2008 u huwa bbażat f’Budapest, l-Ungerija, bħala korp Komunitarju indipendenti. L-attivitajiet tiegħu jitwettqu b’konformità ma’ azzjonijiet fil-livell reġjonali, nazzjonali u intergovernattiv. L-EIT għandu personalità ġuridika. Dan għandu statut speċifiku li jistabbilixxi l-operazzjonijiet tiegħu u r-responsabbiltajiet tal-atturi ewlenin tiegħu, inkluż il-kumitat amministrattiv, id-direttur u l-funzjoni ta’ verifika interna.
Il-Komunitajiet ta’ Għarfien u Innovazzjoni (KKI)
L-EIT jiddependi fuq KKI jew fuq sħubijiet indipendenti ta’ stabbilimenti tal-edukazzjoni għolja, istituti tar-riċerka, kumpaniji u partijiet interessati oħrajn fil-proċess tal-innovazzjoni fl-għamla ta’ netwerks strateġiċi.
Ir-responsabbiltajiet ewlenin tal-KKI jinkludu:
Il-KKI huma ffinanzjati mill-EIT u huma magħżulin permezz ta’ sejħiet għal proposti. Dawn għandhom livell għoli ta’ libertà biex jiddefinixxu l-forma legali u l-għamla tagħhom.
Fil-prinċipju, il-perjodu ta’ attività ta’ KKI huwa minn 7 sa 15-il sena, bil-possibbiltà ta’ estensjoni.
KKI trid tinkludi mill-inqas tliet organizzazzjonijiet imsieħba, kull waħda indipendenti mill-oħrajn u stabbiliti f’mill-inqas tliet pajjiżi tal-UE differenti. Mill-inqas żewġ terzi tal-organizzazzjonijiet imsieħba li jiffurmaw KKI iridu jkunu stabbiliti f’pajjiżi tal-UE. Kull KKI tinkludi, bħala minimu, stabbiliment wieħed tal-edukazzjoni għolja u kumpanija privata waħda.
Programm ta’ innovazzjoni strateġika tal-EIT għall-2014-2020
Il-prijoritajiet tal-EIT, l-istrateġija fit-tul u l-bżonnijiet finanzjarji, fost affarijiet oħrajn, huma deskritti fil-programmi ta’ innovazzjoni strateġika fuq seba’ snin (SIPs). Fuq il-bażi ta’ dawn l-SIPs, l-EIT jadotta programm ta’ ħidma fuq perjodu ta’ tliet snin, inkluża valutazzjoni tal-bżonnijiet ta’ finanzjament tiegħu u tas-sorsi.
Għall-perjodu 2014-2020, l-objettivi tal-EIT u l-indikaturi tal-prestazzjoni huma ddefiniti fil-programm Orizzont 2020.
Informazzjoni addizzjonali tista’ tinstab fuq is-sit tal-EIT.
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Regolament (KE) Nru 294/2008 |
29.4.2008 |
- |
Att(i) li jemenda(w) |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Regolament (KE) Nru 1292/2013 |
1.1.2014 |
- |
ATTI RELATATI
Deċiżjoni 2008/634/KE meħuda bi qbil komuni bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri tat-18 ta’ Ġunju 2008 dwar il-post tas-sede ta’ l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) (ĠU L 206, 2.8.2008).
Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f’ “Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013).
Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013).
Deċiżjoni Nru 1312/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ 11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT): il-kontribuzzjoni tal-EIT għal Ewropa iktar innovattiva (ĠU L 347, 20.12.2013).
l-aħħar aġġornament 25.11.2014