Prodotti tal-annimali għall-konsum uman: regoli dwar is-saħħa tal-annimali
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
Direttiva 2002/99/KE: regoli sanitarji għall-annimali dwar il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum uman
SOMMARJU
X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?
-
Din tistabbilixxi regoli sanitarji ġenerali għall-annimali għal prodotti maħsuba għall-konsum uman.
-
Dawn ikopru l-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-proċessi tad-distribuzzjoni li jsiru fi ħdan l-UE, u l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra.
PUNTI EWLENIN
-
L-awtoritajiet nazzjonali jridu jiżguraw li dawk kollha involuti fil-katina tal-ikel ma jxerrdux mard trasmissibbli lill-annimali.
-
Il-prodotti għandhom jiġu minn annimali li mhuma koperti mill-ebda restrizzjoni territorjali b’rabta mas-saħħa.
-
Il-laħam u l-prodotti tal-laħam huma pprojbiti minn stabbilimenti fejn kien hemm annimali infettati, jew annimali suspettati li huma infettati, matul il-proċess tal-qtil.
-
Il-prodotti li jistgħu jittieklu jridu jkunu akkumpanjati minn ċertifikat veterinarju.
-
L-awtoritajiet nazzjonali jwettqu kontrolli uffiċjali fuq is-saħħa tal-annimali. L-ispezzjonijiet ġeneralment isiru mingħajr preavviż.
-
L-esperti tal-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jwettqu kontrolli u verifiki fuq il-post. Dawn għandhom l-istess setgħat ta’ spezzjoni f’pajjiżi mhux tal-UE.
-
Jekk jiġi identifikat riskju serju, l-awtoritajiet nazzjonali jridu jieħdu kull miżura neċessarja sabiex iħarsu s-saħħa tal-annimali.
-
L-importazzjonijiet
-
iridu jikkonformaw mar-regoli sanitarji għall-annimali tal-UE;
-
jistgħu jiġu biss minn pajjiżi li jagħtu prova li jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti;
-
iridu jkunu akkumpanjati minn ċertifikat veterinarju.
Revoka
Id-Direttiva 2002/99/KE se tiġi rrevokata u ssostitwita bir-Regolament (UE) 2016/429 mit-2 ta’ April 2021.
META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?
Din tapplika mit-12 ta’ Frar 2003. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali tagħhom sal-31 ta’ Diċembru 2004.
SFOND
L-UE ħadet miżuri speċifiċi kontra l-mard tal-annimali segwenti:
Għal aktar informazzjoni, ara “Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali” fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.
ATT
Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11–20)
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2002/99/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.
l-aħħar aġġornament 24.05.2016