Is-sikurezza tal-ikel — mill-għalqa sal-platt

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Il-prinċipju ewlieni huwa li kull min jaħdem fin-negozju tal-ikel għandu jiżgura li l-ikel jiġi ttrattat b’mod iġjeniku u sikur, jiġifieri ħieles minn kontaminazzjoni, minn perikli li jinġarru mill-ikel, f’kull stadju tal-proċess tal-produzzjoni. Dan jinkiseb permezz ta’:

Prattiki tajbin ta’ iġjene

L-Anness I jistabbilixxi prattiki tajba ta’ iġjene applikabbli waqt l-istadju primarju tal-produzzjoni (jiġifieri l-biedja, il-kaċċa jew is-sajd), u waqt it-trasport, l-immaniġġjar u l-ħażna ta’ prodotti primarji u t-trasport tal-annimali ħajjin.

Il-prattiki tajbin tal-iġjene stabbiliti fl-Anness II japplikaw għall-operaturi tal-ikel wara l-produzzjoni primarja (il-biċċeriji, l-impjanti tal-ipproċessar, il-bejjiegħa bl-imnut, eċċ.) u jkopru żoni bħal:

Il-proċeduri huma bbażati fuq il-prinċipji HACCP

In-negozji fis-settur tal-ikel (ħlief dawk involuti fil-produzzjoni primarja) għandhom japplikaw proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP f’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-iġjene tal-ikel tal-Codex Alimentarius. Dawn il-prinċipji jinkludu:

L-iżvilupp ta’ gwida nazzjonali u tal-UE għall-implimentazzjoni tal-prattiki tajbin tal-iġjene u l-proċeduri tal-HACCP f’settur tal-ikel speċifiku huwa mħeġġeġ.

Rekwiżiti oħrajn tar-Regolament (KE) Nru 852/2004

Fejn meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-UE, in-negozji fis-settur tal-ikel għandhom jiġu approvati u l-bini kollu għandu jiġi rreġistrat mal-awtorità xierqa, li jippermetti lil din l-awtorità żżur u tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti tal-iġjene.

L-ikel importat fl-UE u l-ikel esportat ta’ oriġini mill-annimali għandu jikkonforma mal-istandards tal-UE jew l-ekwivalenti tagħhom, kif ukoll ma’ kwalunkwe rekwiżit li jista’ jimponi l-pajjiż li jimporta.

Leġiżlazzjoni tal-UE relatata mill-qrib

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 (ara s-sommarju) jistabbilixxi regoli speċifiċi addizzjonali ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali, pereżempju laħam, prodotti tas-sajd u ġobon.

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 dwar il-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi tal-UE dwar l-ikel (ara s-sommarju), jissupplimenta wkoll ir-rekwiżiti tal-iġjene billi jistabbilixxi l-obbligi dwar it-traċċabbiltà* tal-ikel u teħtieġ li meta jinstab li kunsinna tal-ikel ikollha riskju serju għas-saħħa, negozju tal-ikel għandu jirtira dak l-ikel mis-suq immedjatament u jinforma lill-utenti u lill-awtorità rilevanti.

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 852/2004

Ir-Regolament ġie emendat diversi drabi, inkluż bir-regolamenti li ġejjin.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2006.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Traċċabbiltà. Il-kapaċità li oġġett tal-ikel jew annimal li jipproduċi l-ikel jiġi traċċat fl-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, pp. 1–54).

L-emendi suċċesivi u l-korrezzjonijiet għar-Regolament (KE) Nru 852/2004 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għal prodotti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, pp. 1–26).

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, pp. 55–205). Test ippubblikat mill-ġdid fir-rettifika (ĠU L 226, 25.6.2004, pp. 22–82).

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru  178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1–24).

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

l-aħħar aġġornament 25.10.2021