Il-prevenzjoni u l-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2002/60/KE dwar regoli speċifiċi għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Din tistabbilixxi miżuri ta’ prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni għad-deni Afrikan tal-qżieqeż, marda infettiva ġeneralment fatali fil-ħnieżer u ċ-ċingjali, b’konsegwenzi soċjoekonomiċi serji.

PUNTI EWLENIN

L-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni

Fl-2014, il-Kummissjoni adottat att ta’ implimentazzjoni (Id-Deċiżjoni 2014/709/UE) li jistabbilixxi miżuri ddettaljati ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali li għandhom jittieħdu fir-rigward tad-deni Afrikan tal-qżieqeż fil-pajjiżi tal-UE (jew f’reġjuni ta’ dawk il-pajjiżi) li huma affettwati. Il-miżuri jinkludu projbizzjonijiet fuq id-dispaċċ ta’ ħnieżer ħajjin, laħam tal-majjal u prodotti tal-laħam tal-majjal, semen, ova u embrijuni tal-ħnieżer.

L-anness tad-deċiżjoni, li jiġi aġġornat regolarment, huwa maqsum f’erba’ partijiet. Iż-żoni tal-pajjiżi tal-UE kkonċernati huma elenkati u demarkati fil-Partijiet I sa IV tal-Anness, differenzjati mil-livell ta’ riskju bbażat fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tad-deni Afrikan tal-qżieqeż.

Revoka

Din id-direttiva se tiġi rrevokata bir-Regolament (UE) 2016/429 mill-21 ta’ April 2021.

MINN META TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Ilha tapplika mid-9 ta’ Awwissu 2002 u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sal-1 ta’ Lulju 2003.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda id-Direttiva 92/119/KE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, pp. 27–46)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2002/60/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, pp. 1-208)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta’ Ottubru 2014 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, pp. 63-78)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/422/KE tas-26 ta’ Mejju 2003 li tapprova manwal għad-dijanjosi ta’ African swine fever (ĠU L 143, 11.6.2003, pp. 35-49)

l-aħħar aġġornament 18.09.2019