Bluetongue

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2000/75/KE — regoli għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Hi u l-emendi sussegwenti tagħha stabbilixxew miżuri ddettaljati għall-kontroll u l-qerda tal-marda tal-bluetongue*, li jiddeskrivu proċeduri li għandhom jiġu adottati f’każ ta’ tifqigħa.

PUNTI EWLENIN

Revoka

Id-Direttiva 2000/75/KE ser tiġi sostitwita bir-Regolament (UE) 2016/429 mill-20 ta’ April 2021.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din ilha tapplika mit-22 ta’ Diċembru 2000. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sal-1 ta’ Jannar 2002.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMIN EWLENIN

Il-marda tal-bluetongue: marda virali li ma titteħidx, li tinġarr mill-kironomi tar-ruminanti, prinċipalment in-nagħaġ. Is-sintomi jinkludu selħiet, zapzip u problemi riproduttivi. M’hemm l-ebda kura effettiva, l-annimali affettwati jistgħu jmutu fi ftit jiem u għal dawk li jibqgħu ħajjin, l-irkupru jista’ jdum diversi xhur. Il-marda mhijiex ta’ theddida għall-bnedmin.
Azjenda: stabbiliment agrikolu jew stabbiliment ieħor fejn jitrabbew l-annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-bluetongue jew fejn jinżammu b’mod permanenti jew temporanju.

DOKUMENT EWLIENI

Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (ĠU L 327, 22.12.2000, pp. 74-83)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2000/75/KE ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi Dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, pp. 1-208)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/655/KE tal- 24 ta’ Lulju 2008 li tapprova l-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue ta’ ċerti Stati Membri u li tiffissa l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-2007 u l-2008 (ĠU L 214, 9.8.2008, pp. 66-69)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 dwar regoli implimentattivi għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tal-kontroll, ta’ l-immonitorjar, tas-sorveljanza u tar-restrizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-movimenti ta’ ċerti annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-bluetongue (ĠU L 283, 27.10.2007, pp. 37-52)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni 2003/845/KE tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2003 dwar miżuri ta’ protezzjoni kontra l-blue tongue fl-importazzjoni ta’ ċerti annimali, kif ukoll il-likwidu seminali, l-ova u l-embrijoni tagħhom mill-Albanija u l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u s-Serbja u l-Montenegro (ĠU L 321, 6.12.2003, p. 61)

l-aħħar aġġornament 25.10.2018