Il-kontroll tas-Salmonella u ta’ aġenti żoonotiċi oħrajn

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 dwar il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem mis-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm fl-ikel

X'INHU L-GĦAN TA' DAN IR-REGOLAMENT?

Huwa għandu l-għan li jiżgura d-detezzjoni u l-kontroll tas-Salmonella f’kull stadju, b’mod partikolari waqt il-produzzjoni primarja (f’dan il-kuntest, it-tnissil u t-trobbija ta’ tjur u bhejjem oħrajn) u fl-għalf tal-annimali, biex tonqos il-prevalenza tagħha u r-riskju għas-saħħa pubblika.

PUNTI EWLENIN

Is-Salmonella hija batterju li normalment jinstab fl-intestini ta’ tjur u mammiferi b’saħħithom li jista’ jikkawża marda li tissejjaħ salmonellożi fil-bnedmin permezz ta’ ikel ikkontaminat, l-aktar bajd u laħam tal-majjal u, sa ċertu punt inqas, laħam tat-tjur. Is-sintomi jinkludu deni, dijarrea u bugħawwieġ fl-addome.

Kamp ta' applikazzjoni

Ir-Regolament ikopri:

Ma japplikax għall-produzzjoni primarja għall-użu domestiku privat jew għall-provvista lokali diretta fi kwantitajiet żgħar.

Miri fil-livell tal-UE

Wara konsultazzjoni mal-pajjiżi tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet miri ta’ kontroll fil-produzzjoni primarja. Dawn huma espressi bħala l-perċentwal massimu awtorizzat ta’ merħliet jew qatgħat infettati, it-tnaqqis minimu meħtieġ u l-limitu ta’ żmien li fih dan irid jintlaħaq.

Il-miri tal-UE, li jridu jintlaħqu fi żmien tliet snin mill-bidu, fis-sena rispettiva għal kull grupp ta’ annimali, ġew stabbiliti għal dawn li ġejjin:

Programmi nazzjonali ta' kontroll

Biex jintlaħqu dawn il-miri, il-pajjiżi tal-UE kellhom ifasslu programmi nazzjonali ta’ kontroll, li jkopru tal-inqas il-produzzjoni tal-għalf, il-produzzjoni primarja tal-annimali, u l-ipproċessar u t-tħejjija tal-ikel, sabiex:

Dawn il-programmi nazzjonali kellhom ikunu approvati u kkofinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea.

Bajd

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1237/2007 emenda r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 u jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ bajd minn qatgħat ta’ tiġieġ tal-bajd ikkontaminati b’ċerta Salmonella.

Ikel ieħor

Tul il-katina tal-provvista tal-ikel, il-miżuri meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 huma ssupplimentati minn kriterji mikrobijoloġiċi għas-Salmonella, L. monocytogenes u aġenti żoonotiċi oħrajn jew l-indikaturi tagħhom, li huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2073/2005. Dan jistabbilixxi l-kriterji mikrobijoloġiċi għal ċerti mikroorganiżmi u regoli għall-operaturi tan-negozju tal-ikel fir-rigward tar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 dwar l-iġjeni tal-oġġetti tal-ikel.

L-ittestjar mikrobijoloġiku waħdu ma jistax jiggarantixxi s-sigurtà tal-ikel ittestjat, iżda dawn il-kriterji jipprovdu objettivi u punti ta’ referenza biex jgħinu lin-negozji tal-ikel u lill-awtoritajiet jiġġestixxu u jissorveljaw is-sigurtà tal-ikel.

Garanziji speċjali għas-Salmonellagħall-kummerċ lejn ċerti pajjiżi tal-UE

Il-qatgħat jew l-ikel iridu jiġu ttestjati għas-Salmonella qabel ma jiġu kkummerċjalizzati lejn il-Finlandja, l-Iżvezja u n-Norveġja (annimali ħajjin, bajd u laħam), u d-Danimarka (bajd), bir-riżultati inklużi fiċ-ċertifikati tas-saħħa rilevanti tal-UE.

Importazzjonijiet

Biex ikunu uffiċjalment awtorizzati jesportaw tjur ħaj, bajd għat-tifqis jew għall-ikel lejn l-UE, il-pajjiżi li mhumiex fl-UE irid ikollhom programmi ta’ kontroll ekwivalenti. Dawn l-approvazzjonijiet huma s-suġġett tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/843/KE. L-ikel esportat lejn l-UE irid ikun konformi mal-kriterji tas-sigurtà tal-ikel u għandhom jiġu pprovduti garanziji ekwivalenti fir-rigward tal-kriterji tal-iġjene fil-proċessi.

Laboratorji ta’ referenza Ewropej u nazzjonali

Il-Kummissjoni għażlet u tiffinanzja l-programm ta’ ħidma ta’ laboratorju Ewropew ta’ referenza għal kull aġent żoonotiku l-aktar rilevanti. Il-pajjiżi tal-UE għażlu laboratorji ta’ referenza nazzjonali għall-analiżi u l-ittestjar ta’ dawn l-aġenti żoonotiċi.

Rapporti

It-tendenzi dwar l-okkorrenza tas-sustanzi li jinġarru mill-ikel fil-bnedmin, fl-ikel, fl-annimali u fl-għalf jistgħu jinstabu fis-sit web tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel. Ta’ min jinnota b’mod partikolari l-fatt li s-salmonellożi fil-bnedmin naqset minn kważi 200,000 każ fis-sena fl-2004 għal madwar 90,000 fl-2014.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mit-12 ta’ Ġunju 2004.

SFOND

Għal aktar tagħrif, ara:

* TERMINI EWLENIN

Aġent żoonotiku: batterju, bħas-salmonella, li jikkawża infezzjonijiet jew mard trażmess direttament jew indirettament bejn l-annimali u l-bnedmin, pereżempju f’ikel kontaminat jew permezz tal-kuntatt.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (ĠU L 325, 12.12.2003, pp. 1–15)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.

ATTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill95/410/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 li tippreskrivi r-regoli għall-ittestjar mikrobijoloġiku billi jittieħdu l-kampjuni fl-istabbiliment tal-oriġini tat-tjur għall-qatla maħsuba għall-Finlandja u għall-Iżvezja (ĠU L 243, 11.10.1995, pp. 25-28)

Verżjoni konsolidata

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/644/KE tat-8 ta’ Settembru 2003 li tistabbilixxi garanziji addizzjonali fir-rigward tas-salmonella għal konsenji lejn il-Finlandja u l-Iżvezja ta’ tjur tar-refgħa u flieles ta’ jum biex jiġu introdotti ġo qatgħat ta’ tjur tar-refgħa jew qatgħat ta’ tjur produttivi (ĠU L 228, 12.9.2003, pp. 29-34)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/235/KE tal-1 ta’ Marzu 2004 li tistabbilixxi garanziji supplementari rigward is-salmonella għall-konsenji fil-Finlandja u l-Iżvezja ta’ tiġieġ li jbidu (ĠU L 72, 11.3.2004, pp. 86-90)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, pp. 1-54)

Verżjoni konsolidata

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1688/2005 tal-14 ta’ Ottubru 2005 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ garanziji speċjali li jikkonċernaw is-salmonella għall-konsenji lejn il-Finlandja u l-Iżvezja ta’ ċertu laħam u bajd (ĠU L 271 15.10.2005, pp. 17-28)

Verżjoni konsolidata

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, pp. 1-26)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2006 tal-1 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-użu ta’ metodi speċifiċi tal-kontroll fil-qafas tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella fit-tjur (ĠU L 212, 2.8.2006, pp. 3–5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1237/2007 tat-23 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni 2006/696/KE fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ bajd minn qatgħat ta’ tiġieġ li jbidu infettati mis-Salmonella (ĠU L 280, 24.10.2007, pp. 5–9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 213/2009 tat-18 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1003/2005 fir-rigward tal-kontroll u l-ittestjar tas-Salmonella fil-qatgħat għat-tgħammir tal-Gallus gallus u tad-dundjani (ĠU L 73, 19.3.2009, pp. 5–11)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 200/2010 tal-10 ta’ Marzu 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-serotipi ta’ Salmonella f'qatgħat ta' adulti għat-tgħammir ta’ Gallus gallus (ĠU L 61, 11.3.2010, pp. 1–9)

Verżjoni konsolidata

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 517/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-serotipi ta’ Salmonella fit-tiġieġ għall-bajd tat-tip Gallus gallus u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2160/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010 (ĠU L 138, 26.5.2011, pp. 45–51)

Verżjoni konsolidata

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 200/2012 tat-8 ta’ Marzu 2012 li jikkonċerna mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tas-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium f’qatgħat tal-brojlers, kif previst fir-Regolament Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 71, 9.3.2012, pp. 31-36)

Verżjoni konsolidata

l-aħħar aġġornament 28.07.2016