It-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-kapaċità tal-ibbrejkjar u l-livelli ta’ storbju tat-tajers (sa April 2021)

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Tajers ta’ kwalità tajba jistgħu jnaqqsu b’mod sinifikanti l-konsum tal-fjuwil u b’hekk l-emissjonijiet tas-CO2. Sabiex il-konsumaturi jiġu megħjuna jagħżlu prodott li huwa aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, għandu bbrejkjar aħjar fuq l-imxarrab u jagħmel inqas ħsejjes, għandhom bżonn informazzjoni ċara u rilevanti dwar il-kwalità tat-tajers.

Dan ir-regolament għandu l-għan li jarmonizza informazzjoni li tikkonċerna l-prestazzjoni tal-enerġija tat-tajers, kif ukoll dwar l-ibbrejkjar fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tat-dawrien.

Se jiġi mħassar u ssostitwit mir-Regolament (UE) 2020/740 (ara s-sommarju) mit-30 ta’ April 2021.

PUNTI EWLENIN

Ir-regolament japplika għal tajers C1, C2 u C3* u jeskludi:

Responsabbiltajiet tal-fornituri tat-tajers

Il-fornituri tat-tajers iridu jwettqu monitoraġġ tat-tikkettar ta’ tajers C1, C2 u C3 li jkunu kkonsenjati lil distributuri u konsumaturi. Dan it-tikkettar jinkludi stiker, li trid tindika:

Il-fornituri jridu jiddikjaraw din l-informazzjoni pubblikament, bħal fuq is-sit web jew fil-katalgi tagħhom.

Responsabbiltajiet tad-distributuri tat-tajers

Id-distributuri jridu jiżguraw li t-tikketti fornuti mill-fornituri jkunu viżibbli b’mod ċar fuq it-tajers ippreżentati jew maħżuna fil-punt tal-bejgħ. Jekk it-tajers ma jkunux viżibbli għall-konsumaturi, id-distributuri jridu jfornu din l-informazzjoni lill-konsumaturi stess.

Responsabbiltajiet tal-fornituri tal-karozzi u d-distributuri tal-karozzi

Jekk il-konsumaturi jistgħu jagħżlu t-tajers tagħhom, il-fornituri tal-karozzi u d-distributuri tal-karozzi jridu jipprovdulhom informazzjoni dwar il-prestazzjoni f’termini ta’ effiċjenza tal-fjuwil, ibbrejkjar fuq l-imxarrab u l-istorbju tad-dawran għal kull għażla.

Tħassir

Ir-Regolament (UE) 1222/2009 huwa mħassar u ssostitwit mir-Regolament (KE) Nru 2020/740 mit-30 ta’ April 2021.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Novembru 2012.

TERMINI EWLENIN

tajers C1, C2 u C3: kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 661/2009 (ara s-sommarju):
Spare tyres tat-tip T għal użu temporanju: iddisinjati sabiex jintużaw fi pressjonijiet ta’ nfiħ ogħla minn dawk għal tajers standard u rinforzati.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (ĠU L 342, 22.12.2009, pp. 46-58)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1222/2009 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (KE) Nru  661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, pp. 1-24)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 22.10.2020