Aġenda edukattiva u għall-ħiliet għaż-żgħażagħ

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni (KUMM(2010) 477 finali) — Żgħażagħ mobbli — il-ħruġ tal-potenzjal taż-żgħażagħ biex jinkiseb it-tkabbir bil-għaqal, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni Ewropea

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

Din għandha l-għan li twassal pakkett komprensiv ta’ inizjattivi ta’ politika dwar l-edukazzjoni u l-impjieg għaż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea (UE) Magħrufa bħala l-inizjattiva Żgħażagħ Mobbli, din hija parti mill-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

PUNTI EWLENIN

SFOND

Sabiex jiġi ssodisfat l-objettiv tal-Ewropa 2020 li r-rata ta’ impjieg ġenerali ta’ persuni bejn l-20 u l-64 sena tiżdied għal 75 %, huwa essenzjali li jitnaqqas il-livell għoli ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ. Fl-2014, kien hemm kważi 5 miljun żgħażugħ u żgħażugħa (taħt il-25 sena) li kienu qiegħda. Dan jirrappreżenta rata tal-qgħad ta’ 21.7 %, iktar mid-doppju tar-rata tal-qgħad fost l-adulti. Barra minn hekk, 7.5 % tal-Ewropej bejn l-etajiet ta’ 15 u 24 sena la kienu impjegati u lanqas fl-edukazzjoni jew it-taħriġ.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni: Żgħażagħ Mobbli— Inizjattiva biex jinħareġ il-potenzjal taż-żgħażagħ biex jinkiseb it-tkabbir bil-għaqal, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni Ewropea (KUMM(2010) 477 finali, 15.9.2010)

DOKUMENTI RELATATI

Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2010 dwar l-inizjattiva Żgħażagħ f’Moviment – approċċ integrat bi tweġiba għall-isfidi li jiffaċċjaw iż-żgħażagħ (ĠU C 326, 3.12.2010)

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 — Żgħażagħ f’Moviment – il-promozzjoni tal-mobbiltà fit-tagħlim taż-żgħażagħ (ĠU C 199, 7.7.2011, pp. 1-5)

l-aħħar aġġornament 20.10.2016