Ftehim bejn l-UE u l-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI)

 

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni 2006/313/PESK li tikkonkludi l-ftehim bejn il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Unjoni Ewropea dwar kooperazzjoni u assistenza

Ftehim bejn il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Unjoni Ewropea dwar kooperazzjoni u assistenza

Id-Deċiżjoni 2011/168/PESK dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONIJIET U TAL-FTEHIM?

PUNTI EWLENIN

Il-Kunsill tal-UE u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà huma responsabbli għall-koordinazzjoni tal-miżuri meħuda mill-UE u mill-pajjiżi tal-UE għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 2 sa 5 tad-Deċiżjoni 2011/168/PESK, b’mod partikolari dwar it-3 suġġetti li ġejjin:

L-avvanz tal-appoġġ universali

Il-garanzija tal-indipendenza tal-QKI

Sabiex tiġi ggarantita l-indipendenza tal-QKI, l-UE u l-pajjiżi tal-UE:

L-appoġġ għal operazzjoni effettiva

Pjan ta’ Azzjoni

Il-Pjan ta’ Azzjoni għas-segwitu tad-Deċiżjoni 2011/168/PESK jiffoka fuq:

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2006.

SFOND

Il-QKI hija l-ewwel u l-unika qorti kriminali internazzjonali u permanenti tad-dinja u hija bbażata f’The Hague, in-Netherlands. Il-QKI tinvestiga u, fejn ikun meħtieġ, tiġġudika lil individwi akkużati bl-aktar reati serji ta’ tħassib għall-komunità internazzjonali: ġenoċidju*, delitti tal-gwerra*, delitti kontra l-umanità* u d-delitt ta’ aggressjoni*. Din hi stabbilita u rregolata mill-Istatut ta’ Ruma, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2002 u ġie ratifikat mill-pajjiżi kollha tal-UE.

TERMINI EWLENIN

Komplementarjetà: f’dan il-kuntest, hija l-prinċipju li bih il-QKI hija maħsuba bħala qorti tal-aħħar rimedju, jiġifieri li għandha tinvestiga u tibda l-prosekuzzjoni biss meta l-qrati nazzjonali jkunu fallew.
Ġenoċidju: atti mwettqa bil-ħsieb li jinqered, kompletament jew parzjalment, grupp nazzjonali, etniku, razzjali jew reliġjuż.
Delitti tal-gwerra: atti kommessi li jiksru l-liġi u l-użanzi applikabbli f’kunflitti armati (eż. Il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra). Eżempji jinkludu t-trattament ħażin ta’ priġunieri tal-gwerra, il-qtil ta’ ostaġġi, jew il-qerda intenzjonata ta’ bliet, irħula jew villaġġi.
Delitti kontra l-umanità: atti mwettqa bħala parti minn attakk mifrux jew sistematiku mmirat kontra kwalunkwe popolazzjonijiet ċivili bl-għarfien ta’ attakk.
Delitt ta’ aggressjoni: ippjanar, preparazzjoni, bidu jew eżekuzzjoni, minn persuna f’pożizzjoni effettiva li teżerċita kontroll fuq jew li tidderieġi l-azzjoni politika jew militari ta’ Stat, ta’ att ta’ aggressjoni li, minħabba n-natura, il-gravità u l-iskala tiegħu, jikkostitwixxi ksur ċar tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

DOKUMENTI EWLENIN

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/313/PESK tal-10 ta’ April 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Unjoni Ewropea dwar kooperazzjoni u assistenza (ĠU L 115, 28.4.2006, p. 49)

Ftehim bejn il-qorti Kriminali Internazzjonali u l-Unjoni Ewropea dwar kooperazzjoni u Assistenza (ĠU L 115, 28.4.2006, pp. 50-56)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/168/PESK tal-21 ta’ Marzu 2011 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2003/444/PESK (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 56-58)

l-aħħar aġġornament 15.05.2020