L-istrateġija 2020 tal-Kummissjoni Ewropea għandha l-għan li tagħmel il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (EU) realtà għal kulħadd.
Hija titlob għal impenn mill-ġdid biex jiġi assigurat li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri tal-UE jużaw il-potenzjal kollu tal-Karta. Hija tibni fuq l-istrateġija 2010.
L-istrateġija 2020 tal-Kummissjoni tiffoka fuq erba’ prijoritajiet.
Assigurazzjoni tal-implimentazzjoni effettiva tal-Karta mill-Istati Membri
ll-Karta torbot lill-Istati Membri meta jimplimentaw il-liġi tal-UE. Il-Kummissjoni ser taħdem mill-qrib mal-Istati Membri u ser tgħinhom jimplimentaw il-liġi tal-UE b’mod effettiv u billi jirrispettaw il-Karta bis-sħiħ. L-Istati Membri qed jintalbu jinnominaw punt fokali għall-Karta biex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni u l-qsim tal-informazzjoni. Mill-2021, il-Kummissjoni ser tirrapporta fuq il-Karta kull sena, billi tħares iktar mill-qrib lejn l-implimentazzjoni tal-Karta fl-Istati Membri f’oqsma speċifiċi rregolati mill-liġi tal-UE.
Tagħti s-setgħa lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, lid-difensuri tad-drittijiet u lill-prattikanti tal-ġustizzja
Organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u difensuri tad-drittijiet huma essenzjali għal demokrazija b’saħħitha u sabiex id-drittijiet fundamentali jsiru realtà fil-ħajja tan-nies. Huma qed jiffaċċjaw dejjem iktar sfidi.
Il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib u tieħu azzjoni kontra miżuri nazzjonali li jaffettwaw l-attivitajiet tas-soċjetà ċivili li jmorru kontra l-liġi tal-UE. Xi Stati Membri xorta għad ma għandhomx istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem li jiffunzjonaw kompletament, li huma ħoloq importanti bejn il-gvern u s-soċjetà ċivili. L-Istati Membri jintalbu jwaqqfu tali istituzzjonijiet u jassiguraw li għandhom il-mezzi biex jaħdmu b’mod kompletament indipendenti. Il-Kummissjoni ser tippromwovi wkoll taħriġ relatat mal-Karta għall-imħallfin, prattikanti oħra tal-ġustizzja u difensuri tad-drittijiet.
It-trawwim tal-użu tal-Karta bħala kumpass għall-istituzzjonijiet tal-UE
L-istituzzjonijiet tal-UE jeħtieġ li jikkonformaw mal-Karta fl-azzjonijiet tagħhom kollha. Il-Kummissjoni ser issaħħaħ il-kapaċità interna tagħha fuq il-konformità mal-Karta, inkluż permezz ta’ apprendiment elettroniku, gwida aġġornata għall-persunal u pjanijiet għal taħriġ. Il-Kummissjoni hija lesta li tgħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tassigura li qed japplikaw il-Karta b’mod effettiv fix-xogħol tagħhom.
It-tisħiħ tas-sensibilizzazzjoni tan-nies dwar id-drittijiet tagħhom skont il-Karta
Stħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2019 wera li 42 % biss ta’ dawk li wieġbu kienu semgħu bil-Karta u li mhux iktar minn 12 % kienu jafu tassew x’inhi. Minkejja dan, 6 minn 10 li wieġbu riedu jkunu jafu iktar dwar id-drittijiet tagħhom u riedu jiskopru lil min jkkuntattjaw jekk il-Karta tinkiser.
Il-Kummissjoni qed tindirizza d-differenza fis-sensibilizzazzjoni billi:
Hija titlob lill-Istati Membri jiżviluppaw inizzjattivi li jippromwovu s-sensibilizzazzjoni u jsaħħu l-korpi lokali u l-individwi konċernati.
Azzjoni futura
Il-Kummissjoni:
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija biex issaħħaħ l-applikazzjoni tal-Karta għad-Drittijiet Fundamentali fl-UE (COM(2020) 711 final, 2.12.2020).
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Strateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea (COM(2010) 573 finali,19.10.2010).
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 389–405).
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (ĠU L 53, 22.2.2007, pp. 1–14).
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal (COM(2021) 142 final, 24.3.2021).
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Dwar il-pjan ta’ azzjoni Ewropew għad-demokrazija (COM(2020) 790 final, 3.12.2020).
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt — Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea (COM(2020)580 final, 30.9.2020).
Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: Gwida Operazzjonali dwar it-teħid inkunsiderazzjoni tad-Drittijiet Fundamentali fil-Valutazzjonijiet tal-Impatt tal-Kummissjoni (SEC(2011) 567 final, 6.5.2011).
l-aħħar aġġornament 09.12.2021