Fondazzjoni Ewropea tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
SOMMARJU
X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?
Dan ir-regolament joħloq Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound).
Eurofound hija mfassla biex tikkontribwixxi għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi. Hi twettaq ir-rwol tagħha fi sħubja mal-gvernijiet, mal-impjegaturi, mat-trejdjunjins u mal-istituzzjonijiet tal-UE (bħall-Kummissjoni, il-Parlament, il-Kunsill u il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew).
Il-kompiti ewlenin
L-objettivi ewlenin tal-Euofound huma li
Attivitajiet ta’ riċerka u ta’ komunikazzjoni
L-attivitajiet prinċipali tal-Eurofound huma primarjament il-maniġment tar-riċerka u azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fl-oqsma tal-
Eurofound tħaddan l-iskambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattiki bejn l-universitajiet, l-amministrazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet ekonomiċi u soċjali.
Hi torganizza korsijiet, konferenzi u seminars u tipparteċipa fi studji. Hi tagħmel ukoll disponibbli data u opinjonijiet li joħorġu mir-riċerka indipendenti u komparattiva għal gvernijiet, impjegaturi, trejdjunjins u l-Kummissjoni Ewropea.
Programm ta’ xogħol ta' 4 snin (2013-2016)
Kull 4 snin, il-Eurofound tirrevedi l-istrateġija tagħha u l-orjentazzjoni tax-xogħol tagħha fi programm kontinwu.
Programm strateġiku ta’ 4 snin ġdid ġie adottat għall-perjodu 2013-2016. L-objettiv strateġiku tal-Eurofound għal dan il-programm ġdid ta’ xogħol ta’ 4 snin huwa li jipprovdi għarfien ta’ kwalità għolja, fil-ħin u relevanti għall-politika fl-4 oqsma ewlenin:
iżżid il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u tiġġieled kontra l-qgħad billi:
ittejjeb il-kondizzjonijiet tax-xogħol u tagħmel ix-xogħol sostenibbli tul il-ħajja kollha tan-nies;
tiżviluppa relazzjonijiet industrijali biex tiżgura soluzzjonijiet ekwi u produttivi f’kuntest ta’ politika li qed jinbidel;
ittejjeb l-istandards tal-ħajja u tippromwovi l-koeżjoni soċjali quddiem disparitajiet ekonomiċi u inugwaljanzi soċjali.
F’dan il-programm ta’ ħidma, l-Eurofound tipprovdi fatti u figuri, turi xejriet u tanalizza politiki fil-pajjiżi tal-UE. Lista ta’ temi relevanti speċifiċi ġiet ukoll definita b’attivitajiet speċifiċi ta’ prijorità.
Kooperazzjoni
Il-Eurofound tikkopera ma’ istituzzjonijiet jew universitajiet akkademiċi speċjalizzati fil-pajjiżi tal-UE u f’livell internazzjonali. Taħdem ukoll mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol.
Il-Fondazzjoni tikkopera wkoll bis-sħiħ ma’ msieħba soċjali fil-livell tal-UE bħall-ETUC (Il-Konfiderazzjoni tat-Trejdjunjin Ewropea) u l-BUSINESSEUROPE (l-organizzazzjoni tal-impjegaturi Ewropej).
Organizzazzjoni u funzjonament
Il-Fondazzjoni hija bbażata fl-Irlanda (Dublin). Hi tinkludi Bord tat-Tmexxija li jirrappreżenta lill-imsieħba soċjali u lill-gvernijiet nazzjonali tal-pajjiżi kollha tal-UE, kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea.
Il-Fondazzjoni stabbilixxiet ukoll 2 osservatorji:
META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Hu daħal fis-seħħ fit-2 ta’ Ġunju 1975.
SFOND
Il-Fondazzjoni twaqqfet 40 sena ilu fl-1975 biex tikkontribwixxi għall-ippjanar u għat-tfassil ta’ ħajja u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar.
ATT
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta’ Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1–4)
L-emendi suċċessivi u l-korrezzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1365/75 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss għar-referenza.
l-aħħar aġġornament 11.01.2016