L-iżgurar tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET)

Il-Qafas Ewropew ta’ Referenza tal-Kwalità huwa waħda minn serje ta’ inizjattivi Ewropej maħsuba biex jinkoraġġixxu l-mobbiltà tax-xogħol. Huwa jgħin lill-pajjiżi jippromwovu u jimmonitorjaw l-iżviluppi fis-sistemi tagħhom tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET).

ATT

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas Ewropew ta’ Referenza għall-Garanzija tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ĠU C 155 tat-8.7.2009, p. 1).

SOMMARJU

Il-Qafas Ewropew ta’ Referenza tal-Kwalità huwa waħda minn serje ta’ inizjattivi Ewropej maħsuba biex jinkoraġġixxu l-mobbiltà tax-xogħol. Huwa jgħin lill-pajjiżi jippromwovu u jimmonitorjaw l-iżviluppi fis-sistemi tagħhom tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET).

X'TAGĦMEL IR-RAKKOMANDAZZJONI?

Hija tistabbilixxi Qafas Ewropew ta’ Referenza tal-Garanzija tal-Kwalità. Dan huwa sett ta’ għodod b’referenzi Ewropej komuni. Fuq bażi volontarja, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jużaw l-aspetti li huma jqisu l-aktar utli sabiex jiżviluppaw, itejbu, jiggwidaw u jivvalutaw il-kwalità tas-sistemi tagħhom tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET).

PUNTI EWLENIN

F’Mejju 2014, il-gvernijiet tal-UE osservaw l-avvanzi li saru fil-garanzija tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ u qablu fuq il-ħtieġa li jsir aktar progress.

SFOND

Ir-rakkomandazzjoni għandha tgħin sabiex timmodernizza s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u tiżgura li n-nies ma jitilqux mill-edukazzjoni mingħajr kwalifiki. Hija għandha l-għan ukoll li ttejjeb l-interrelazzjoni bejn l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjiegi.

Għal aktar tagħrif, ara:

ATTI RELATATI

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazjzoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (COM(2014) 30 final tat-28.1.2014).

Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2014 dwar garanzija tal-kwalità li tappoġġja l-edukazzjoni u t-taħriġ (ĠU C 183 tal-14.6.2014, pp. 30-35).

l-aħħar aġġornament 30.07.2015