Stħarriġ Ewropew dwar il-kompetenzi lingwistiċi

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni (COM(2007) 184 final) — Standards għall-istħarriġ Ewropew dwar il-kompetenzi lingwistiċi

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

Din tintroduċi stħarriġ Ewropew bil-għan li jipprovdi lill-pajjiżi, lil dawk li jfasslu l-politika, lill-għalliema u lill-prattikanti b’data affidabbli u komparabbli dwar il-kompetenzi f'lingwi barranin fl-Unjoni Ewropea (UE).

PUNTI EWLENIN

Ħiliet u lingwi li għandhom jiġu ttestjati

Skala tal-livelli ta’ kompetenza

L-istħarriġ għandu jkun ibbażat fuq il-kejl ta’ livelli li qed jiżdiedu tal-kompetenzi fil-lingwi mil-livell A1, l-ewwel livell jew il-livell bażiku, għal-livell B2, livell intermedju, fuq il-miżien tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (QKERL).

Informazzjoni kuntestwali

Popolazzjoni li għandha tiġi ttestjata

Il-popolazzjoni fil-mira tinkludi studenti li waslu fl-aħħar sena tal-edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell (ISCED 2), jew, jekk it-tieni lingwa barranija mhijiex mgħallma f’dan il-livell, it-tieni sena tal-edukazzjoni sekondarja superjuri (ISCED 3).

Strumenti għat-testijiet

Reġistrazzjoni bbażata fuq il-kompjuter kif ukoll reġistrazzjoni manwali huma permessi fl-istħarriġ. It-testijiet ibbażati fuq il-kompjuter huma magħmula disponibbli għall-pajjiżi biex jadattaw għall-ħtiġijiet nazzjonali barra l-istħarriġ, u biex jużaw softwer b’sors miftuħ.

Spejjeż

L-ispiża nazzjonali tal-istħarriġ tiddependi fuq l-istruttura finali tiegħu. L-ispejjeż internazzjonali, iffinanzjati mill-UE bħala parti mill-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja (2007–2013), koprew l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tat-testijiet, l-identifikazzjoni tal-kampjun u l-metodi tal-kampjunar, kif ukoll l-analiżi u r-rapportar.

L-implimentazzjoni tal-istħarriġ

SFOND

Il-kompetenzi f’lingwi barranin jibqgħu prijorità fl-aġenda tal-edukazzjoni tal-UE bil-programm Erasmus+ kif ukoll bl-Istrateġija ET 2020 għall-koperazzjoni fl-edukazzjoni u fit-taħriġ jagħtuha prijorità għolja.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill — Qafas għall-istħarriġ Ewropew dwar il-kompetenzi lingwistiċi (KUMM(2007) 184 finali, 13.4.2007)

l-aħħar aġġornament 21.11.2016