Statistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (KE) Nru 452/2008 — il-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ l-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja

Regolament (UE) 2019/1700 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi u jemenda r-Regolament (KE) Nru 452/2008

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Jistabbilixxi qafas komuni dwar l-istandards statistiċi għall-produzzjoni ta’ data armonizzata fil-qasam tal-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja.

PUNTI EWLENIN

Ir-regolament ikopri l-oqsma li ġejjin:

Il-produzzjoni ta’ statistiċi tal-livell tal-Unjoni Ewropea (UE) hija implimentata minn azzjonijiet statistiċi individwali inkluż:

Il-Kummissjoni Ewropea ser tqis il-kapaċitajiet disponibbli tal-pajjiżi tal-UE fir-rigward tal-azzjonijiet ta’ hawn fuq. Għad-data miġbura, ser tingħata kunsiderazzjoni lill-aspetti reġjonali u tal-ġeneru meta jkun possibbli.

Il-Kummissjoni (Eurostat) ser tikkollabora wkoll mal-Istitut tal-Istatistika tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, Xjenza u Kultura (UNESCO), l-Organizzazzjoni għal Koperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (OECD) u ma’ organizzazzjoni internazzjonali oħra biex tiżgura l-komparabbiltà u tevita d-dupplikazzjoni tad-data fuq livell internazzjonali.

Sistemi edukattivi (UOE)

Mis-sena skolastika 2012/2013 ’il quddiem: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 912/2013 tat-23 ta’ Settembru 2013 fir-rigward ta’ statistika fuq sistemi edukattivi u ta’ taħriġ.

Stħarriġ dwar l-edukazzjoni tal-adulti (AES)

2016 AES: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1175/2014 tat-30 ta’ Ottubru 2014 fir-rigward tal-istatistiċi dwar il-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ir-Regolament (KE) Nru 452/2008 ilu japplika mill-24 ta’ Ġunju 2008.

Ir-Regolament li jemenda (UE) 2019/1700 japplika mil-1 ta’ Jannar 2021.

SFOND

DOKUMENTI EWLENIN

Ir-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ statistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja (ĠU L 145, 4.6.2008, pp. 227-233)

Ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 261I, 14.10.2019, pp. 1-32)

DOKUMENTI RELATATI

Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) — Prijoritajiet ġodda għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ĠU C 417, 15.12.2015, pp. 25-35)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1175/2014 tat-30 ta’ Ottubru 2014 ili jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, f’dak li għandu x’jaqsam mal-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja u li jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 823/2010 (ĠU L 316, 4.11.2014, pp. 4-43)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 912/2013 tat-23 ta’ Settembru 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, fir-rigward ta’ statistika fuq sistemi edukattivi u ta’ taħriġ (ĠU L 252, 24.9.2013, pp. 5-10)

l-aħħar aġġornament 09.01.2020