Il-protezzjoni tal-ħaddiema nisa tqal u tal-ommijiet ġodda

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal, li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Din għandha l-għan li tipproteġi s-saħħa u s-sigurtà tan-nisa fuq il-post tax-xogħol meta jkunu tqal* jew wara li jkunu welldu reċentement*, u nisa li qed ireddgħu*.

PUNTI EWLENIN

MINN META BDIET TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Ilha tapplika mill-24 ta’ Novembru 1992 u kellha ssir liġi fl-Istati Membri sal-24 ta’ Novembru 1994.

SFOND

TERMINI EWLENIN

Ħaddiema tqila: mara tqila li tgħarraf lil min iħaddimha dwar il-kundizzjoni tagħha, f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew prattika nazzjonali.
Ħaddiema li welldet reċentement: mara li welldet reċentement skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew prattika nazzjonali u li tgħarraf lil min iħaddimha dwar il-kundizzjoni tagħha, f’konformità ma’ dik il-leġiżlazzjoni u/jew prattika.
Ħaddiema li qiegħda tredda’: mara li qiegħda tredda’ skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew prattika nazzjonali u li tgħarraf lil min iħaddimha dwar il-kundizzjoni tagħha, f’konformità ma’ dik il-leġiżlazzjoni u/jew prattika.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 348, 28.11.1992, pp. 1-7)

Emendi suċċessivi tad-Direttiva 92/85/KEE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Parti 3 — Politiki u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu X — Il-Politika Soċjali — Artikolu 153 (ex Artikolu 137 TEC) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 114-116)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, pp. 1-8)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 02.08.2021