Summit Soċjali Tripartitiku għat-Tkabbir u l-Impjiegi

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Deċiżjoni 2003/174/KE — Summit Soċjali Tripartitiku

SOMMARJU

X'TAGĦMEL DIN ID-DEĊIŻJONI?

Tistabbilixxi s-Summit Soċjali Tripartitiku, forum għad-diskussjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u r-rappreżentanti tal-impjegaturi u tal-ħaddiema (“imsieħba soċjali”).

PUNTI EWLENIN

Rwol

Is-Summit huwa parti mid-djalogu transindustrijali. Ġie ddisinjat biex jipprovdi skambju kontinwu bejn l-imsieħba soċjali u l-istituzzjonijiet tal-UE u biex jiġi żgurat li l-imsieħba soċjali jikkontribwixxu għall-istrateġija ekonomika u soċjali tal-UE.

F’dan il-kuntest, dawn l-imsieħba soċjali jikkollaboraw ukoll mill-qrib mal-Kumitat tal-Impjiegi li jagħti pariri lill-Kummissjoni u b’mod partikolari lill-ministri nazzjonali fil-Kunsill dwar l-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali.

Aġenda

L-aġenda:

tiġi determinata b’mod konġunt mir-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet u mill-imsieħba soċjali,

tinkludi kwistjonijiet li jaffettwaw lis-setturi ekonomiċi u lill-ħaddiema kollha fl-UE.

Parteċipanti

L-istituzzjonijiet tal-UE huma rrappreżentati minn:

il-Kummissjoni;

L-imsieħba soċjali huma maqsumin f’żewġ delegazzjonijiet u kull waħda tinkludi:

10 rappreżentanti tal-ħaddiema,

10 rappreżentanti tal-impjegati.

Tiġi ppreseduta b’mod konġunt mill-President tal-Kunsill u mill-President tal-Kummissjoni.

Tempiżmu

Isseħħ talanqas darba fis-sena, qabel il-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa.

META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Mis-6 ta' Marzu 2003.

ATT

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/174/KE tas-6 ta’ Marzu 2003 li tistabbilixxi Summit Tripartit Soċjali għall-Iżvilupp u x-Xogħol

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Deċiżjoni 2003/174/KE

6.3.2003

ĠU L 70, 14.3.2003, p. 31–33

l-aħħar aġġornament 12.10.2015