Il-Kumitat għall-Impjiegi

Il-Kumitat għall-Impjiegi jagħti pariri lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-promozzjoni tal-koordinazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) dwar l-impjiegi u l-politiki dwar is-swieq tax-xogħol.

ATT

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/772 tal-11 ta' Mejju 2015 li tistabbilixxi l-Kumitat tal-Impjiegi u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/98/KE

SOMMARJU

Il-Kumitat għall-Impjiegi jagħti pariri lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-promozzjoni tal-koordinazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) dwar l-impjiegi u l-politiki dwar is-swieq tax-xogħol.

X’TAGĦMEL ID-DEĊIŻJONI?

Din tistabbilixxi l-kompiti tal-Kumitat għall-Impjiegi, li jrid jikkontribwixxi għall-proċedura li twassal għall-adozzjoni ta' linji gwida ekonomiċi ġenerali biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn dawn tal-aħħar u l-linji gwida dwar l-impjiegi.

Il-Kumitat irid jikkontribwixxi wkoll għas-sinerġija bejn l-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi, il-koordinazzjoni politika makroekonomika u l-proċess tar-riforma ekonomiku b'mod ta' appoġġ reċiproku.

Din tistabbilixxi wkoll regoli dwar is-sħubija, l-operat u l-gruppi ta' ħidma tal-Kumitat.

PUNTI EWLENIN

Il-kompiti tal-Kumitat huma li:

Meta jwettaq dawn il-kompiti, il-Kumitat għandu jżomm f'moħħu l-għan ta' livell għoli ta' impjiegi fil-formulazzjoni tal-politiki tal-UE. Irid jimpenja ruħu wkoll sabiex:

Huwa jadotta programm ta' ħidma kull sena u jibgħat kopja lill-Kummissjoni.

Kull pajjiż tal-UE u l-Kummissjoni se jaħtru żewġ membri tal-Kumitat. Dawn il-membri ser jintgħażlu minn fost dawk li jippossjedu kompetenza notevoli fil-qasam tal-impjiegi u tal-politika tas-suq tax-xogħol. Il-membri jeleġġu President u erba' Viċi Presidenti.

Il-Kummissjoni tipprovdi l-appoġġ analitiku u organizzazzjonali għall-Kumitat. Hija taħtar membru tal-persunal biex jaġixxi bħala Segretarju.

Biex jissodisfa l-mandat tiegħu, il-Kumitat irid jikkonsulta l-maniġment u l-ħaddiema. F'dan il-kuntest, huwa jistabbilixxi kuntatti mal-imsieħba soċjali rrappreżentati fis-Summit Tripartitiku Soċjali għall-Iżvilupp u x-Xogħol.

Il-Kumitat jaħdem mill-qrib mal-Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali, il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u l-Kumitat għall-Politika Ekonomika. Dan jista' jinkludi l-organizzazzjoni ta' laqgħat konġunti fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Mill-15 ta' Mejju 2015.

SFOND

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Titolu IX) jistabbilixxi l-proċeduri li permezz tagħhom il-pajjiżi tal-UE għandhom jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw strateġija kkoordinata għall-impjiegi u partikolarment biex jippromwovu forza tax-xogħol b'ħiliet, imħarrġa u li tadatta ruħha biex twieġeb għall-bidla ekonomika. L-istabbiliment ta' Kumitat tal-Impjiegi konsultattiv huwa parti minn dan.

Din id-deċiżjoni tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2000/98/KE preċedenti li tistabbilixxi l-Kumitat tal-Impjiegi, sabiex tirrifletti l-iżvilupp tas-Semestru Ewropew u r-rwol tal-Kumitat f'dan il-proċess.

Għal aktar informazzjoni, ara Il-Kumitat tal-Impjiegi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Deċiżjoni (UE) 2015/772

15.5.2015

-

ĠU L 121, 14.5.2015, p. 12-15

ATTI RELATATI

Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni (COM(2015) 99 final tat-2.3.2015)

l-aħħar aġġornament 12.08.2015