Il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni tal-UE

Il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) hija l-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża għall-UE. Hija tifforma parti integrali mill-politika barranija tal-UE, il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK).

SOMMARJU

Il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) hija l-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża għall-UE. Hija tifforma parti integrali mill-politika barranija tal-UE, il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK).

X’TAGĦMEL IL-PSDK?

Hija toħloq qafas għall-aspetti militari u ta’ difiża tal-politika tal-UE. Il-PSDK, li nħolqot meta ġie ffirmat it-Trattat ta’ Lisbona fl-2009, tissostitwixxi u testendi l-Politika Ewropea ta’ Sigurtà u Difiża (PESD) preċedenti. Il-politika għandha l-għan li tistabbilixxi kapaċità komuni ta’ difiża Ewropea.

PUNTI EWLENIN

SFOND

L-idea ta’ politika ta’ difiża komuni għall-Ewropa tmur lura għall-1948 bit-Trattat ta’ Brussell (li kien ġie iffirmat fir-Renju Unit (1), fi Franza u fil-pajjiżi tal-Benelux), li kellu klawżola ta’ difiża reċiproka li wittiet it-triq għall-Unjoni Ewropea tal-Punent (UEP). Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-politika ta’ sigurtà Ewropea segwiet bosta mogħdijiet differenti, li żviluppaw simultanjament fi ħdan l-UEP, in-NATO u l-UE.

Għal aktar tagħrif, ara: Is-sigurtà u d-difiża - PSDK

l-aħħar aġġornament 16.09.2015



(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.