Il-Kunsill Ewropew: Regoli ta’ Proċedura
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2009/882/EU li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu
SOMMARJU
X’TAGĦMEL DIN ID-DEĊIŻJONI?
-
Din tistipula r-regoli u l-proċeduri għall-organizzazzjoni tal-ħidma tal-Kunsill Ewropew.
-
Dawn ikopru:
-
l-irwoli tal-President u s-segretarjat ġenerali,
-
it-tħejjija ta’ laqgħat,
-
il-votazzjoni, u
-
il-pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet.
PUNTI EWLENIN
-
Il-Kunsill Ewropew jiltaqa’ fi Brussell darbtejn kull sitt xhur għal massimu ta’ jumejn kull darba. Jistgħu jissejħu laqgħat oħra jekk dawn ikunu kkunsidrati meħtieġa.
-
Il-Kunsill Ewropew jikkonsisti minn:
-
Ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà wkoll tieħu sehem f’dan ix-xogħol.
-
Id-daqs massimu tad-delegazzjonijiet nazzjonali u tal-Kummissjoni Ewropea għal laqgħa tal-Kunsill Ewropew huwa ta’ 20 persuna.
-
Fil-prinċipju d-deċiżjonijiet jittieħdu b’kunsens, għalkemm jista’ jittieħed vot f’każijiet previsti fit-trattati.
-
Il-Kunsill Ewropew jista’ jippubblika r-riżultati tal-voti u kwalunkwe dikjarazzjoni nazzjonali li takkumpanjahom.
-
Il-laqgħat tal-Kunsill Ewropew ma jinżammux fil-pubbliku.
-
Il-minuti ta’ kull laqgħa jelenkaw id-dokumenti ppreżentati, il-konklużjonijiet approvati, id-deċiżjonijiet meħuda u kwalunkwe dikjarazzjoni li mexxej tal-UE jitlob li tkun inkluża.
-
Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ħlief jekk jispeċifikaw destinatarju partikolari.
-
Il-President tal-Kunsill Ewropew għandu responsabbiltà ġenerali għat-tħejjija u l-kontinwità tal-ħidma tiegħu.
-
Il-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali, bażikament ministri tal-affarijiet barranin, iħejji l-punti fuq l-aġenda għal-laqgħa u jiżgura s-segwitu meħtieġ wara.
-
Il-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali jqis l-abbozz ta’ aġenda annotata mill-inqas erba’ ġimgħat qabel jiltaqa’ l-Kunsill Ewropew. Huwa jiffinalizza t-tħejjijiet ta’ kwalunkwe laqgħa mhux aktar tard minn ħamest ijiem qabel jinġabru l-mexxejja tal-UE.
-
Il-President tal-Parlament Ewropew jista’ jiġi mistieden jindirizza l-Kunsill Ewropew.
-
Il-President tal-Kunsill Ewropew jippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew wara kull laqgħa.
META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?
Daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009.
SFOND
It-Trattat ta’ Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009, stabbilixxa l-Kunsill Ewropew bħala istituzzjoni sħiħa tal-UE bil-president tiegħu stess. L-irwol tal-Kunsill Ewropew huwa li jixpruna l-politika tal-UE u jiddefinixxi l-prijoritajiet tagħha.
ATT
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/882/EU tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 315, 2.12.2009, p. 51)
l-aħħar aġġornament 15.02.2016