Reviżjoni tat-Trattati tal-UE

 

SOMMARJU TA’:

L-Artikolu 48 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

X’INHU L-GĦAN TAL-ARTIKOLU?

Il-possibbiltà li jiġu riveduti t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) hija essenzjali għall-Unjoni Ewropea (UE). Din tippermetti li l-qafas ta’ leġiżlazzjoni u politiki tal-UE jiġi adattat għall-isfidi l-ġodda li jkollha tiffaċċja l-UE. It-Trattat ta’ Lisbona issa jippermetti proċedura ta’ reviżjoni ordinarja u ssimplifikata, li tagħmel il-proċess ta’ reviżjoni aktar demokratiku.

Il-proċeduri ta’ reviżjoni huma deskritti fl-Artikolu 48 tat-TEU. Irrispettivament mill-proċedura segwita, l-Istati Membri tal-UE jridu jiddeċiedu b’mod unanimu dwar ir-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet tat-trattat ikkonċernati.

PUNTI EWLENIN

Proċedura ta’ reviżjoni ordinarja

Il-proċedura ta’ reviżjoni ordinarja tikkonċerna emendi ewlenin magħmula għat-trattati, bħaż-żieda jew it-tnaqqis tal-kompetenzi (żoni ta’ awtorità legali) tal-UE. Din taħdem kif ġej.

Il-Kunsill Ewropew jista’ jiddeċiedi wkoll, wara li jikseb il-kunsens tal-Parlament, li ma jsejjaħx konvenzjoni jekk l-emendi ma jkunux ta’ importanza kbira.

Proċedura ta’ reviżjoni simplifikata

It-Trattat ta’ Lisbona joħloq proċedura simplifikata għall-emendi tal-politiki u l-azzjonijiet interni tal-UE (Parti III tat-TFUE). L-għan huwa li tiġi ffaċilitata aktar integrazzjoni Ewropea f’dawn l-oqsma.

Din il-proċedura tevita l-ħtieġa li jissejħu l-konvenzjoni u l-konferenza tar-rappreżentanti.

L-emendi għat-trattati japplikaw biss jekk ikunu ġew ratifikati mill-Istati Membri kollha.

Madankollu, l-awtorità legali tal-UE ma tistax tiġi estiża permezz ta’ proċedura ta’ reviżjoni simplifikata.

Il-klawżoli Passerelle

Il-klawżoli Passerelle huma t-tieni proċedura ta’ reviżjoni ssimplifikata

Il-klawżola passerelle (l-Artikolu 48 (7) TUE) tikkonċerna ż-żewġ każijiet segwenti.

Fiż-żewġ każijiet, il-Kunsill Ewropew jista’ jaġixxi b’mod unanimu wara li jikseb il-kunsens tal-Parlament. Barra minn hekk, kull parlament nazzjonali għandu d-dritt li joġġezzjona u jipprevjeni l-attivazzjoni tal-klawżola passerelle.

Il-klawżola ta’ flessibbiltà (l-Artikolu 352 tat-TFUE)

Din il-klawżola testendi s-setgħat tal-UE meta miżura tidher li tkun neċessarja sabiex jintlaħaq wieħed mill-għanijiet tat-trattati u meta t-trattati ma jipprovdux għall-awtorità legali neċessarja. Il-miżuri taħt din id-dispożizzjoni huma adottati mill-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara l-approvazzjoni tal-Parlament. Dawn ma għandhomx jinvolvu l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri f’oqsma fejn it-trattati jeskludu tali armonizzazzjoni.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu VI — Dispożizzjonijiet Finali — l-Artikolu 48 (ex Artikolu 48 TUE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 41-43).

DOKUMENTI RELATATI

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Is-seba’ Parti — Dispożizzjonijiet ġenerali u finali — l-Artikolu 352 (ex Artikolu 308 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 196).

l-aħħar aġġornament 14.10.2022