Il-Parlament Ewropew

 

SOMMARJU TA’:

L-Artikolu 14 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

L-Artikoli 223-234 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE — ir-rwol, il-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-Parlament Ewropew

L-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot universali dirett

Id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2018/994 li temenda l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b’vot universali dirett

X’INHU L-GĦAN TAL-ARTIKOLI TAT-TRATTATI TAL-UE, TAL-ATT U TAD-DEĊIŻJONI?

PUNTI EWLENIN

Il-Parlament huwa l-unika istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea (UE) eletta direttament miċ-ċittadini tal-UE, għaċ-ċittadini tal-UE. Għalhekk, dan jirrappreżenta kważi 450 miljun ċittadin tal-UE u f’dan is-sens jinkorpora setgħa demokratika. Dan għandu s-sede tiegħu fi Strasburgu, Franza. Il-Membri tal-Parlament Ewropew jiġu eletti għal terminu ta’ 5 snin permezz ta’ elezzjoni diretta (mill-1979) b’vot ħieles u sigriet, b’numru fiss minn kull Stat Membru. Il-Parlament, kif inhu magħruf illum, fil-fatt huwa r-riżultat tal-amalgamazzjoni ta’ dawk li kienu t-tliet assembleji tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (it-Trattat li Jgħaqqad tal-1965 — ara s-sommarju).

Setgħat

Is-setgħat tal-Parlament żviluppaw permezz ta’ reviżjonijiet suċċessivi tat-trattati UE. Dawn jinkludu li ġejjin.

Kompetenzi

Leġiżlazzjoni

Baġit

Il-Parlament jopera fuq l-istess livell mal-Kunsill għall-proċedura kollha tal-adozzjoni tal-baġit annwali tal-UE. Il-proċedura baġitarja tikkonsisti f’qari kull wieħed mill-Parlament u mill-Kunsill, jew inkella jissejjaħ kumitat ta’ konċiljazzjoni biex jilħaq ftehim dwar test konġunt (l-Artikolu 314 tat-TFUE).

Sorveljanza eżekuttiva

Il-Parlament jista’ jeżerċita għadd ta’ kontrolli fuq il-Kummissjoni, il-fergħa eżekuttiva tal-UE:

Reviżjoni tat-trattat

Regoli elettorali

L-att elettorali tal-UE tal-1976 huwa bbażat fuq prinċipji komuni tal-UE iżda jirrikonoxxi wkoll l-importanza tar-regoli nazzjonali fil-qasam tal-proċeduri elettorali.

Id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2018/994, ladarba tiġi approvata minn kull wieħed mill-Istati Membri skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali rispettivi tagħhom, għandha tintroduċi l-bidliet li ġejjin:

Kompożizzjoni

L-allokazzjoni tas-siġġijiet bejn l-Istati Membri tqis għadd ta’ fatturi:

Fuq inizjattiva tal-Parlament u bl-approvazzjoni tiegħu, il-Kunsill Ewropew unanimament jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament (l-Artikolu 14(2) tat-TUE). It-trattati jistabbilixxu r-regoli bażiċi dwar il-kompożizzjoni tiegħu:

TABELLA TAS-SOMMARJU

Trattat

Artikoli

Suġġett

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE)

14

Ir-rwol u l-kompożizzjoni tal-Parlament

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)

223, 224, 225, 226, 227, 228, 229, 230, 231, 232, 233, 234

Funzjonament tal-Parlament

SFOND

Mill-31 ta’ Jannar 2020, meta r-Renju Unit ħareġ uffiċjalment mill-Unjoni Ewropea (Brexit), kien hemm 705 MEPs, tnaqqis ta’ 46 fuq l-għadd preċedenti.

DOKUMENTI EWLENIN

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu III — Dispożizzjonijiet dwar l-istituzzjonijiet — l-Artikolu 14 (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 22-23)

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 1-388)

Att dwar l-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Assemblea b’vot universali dirett (ĠU L 278, 8.10.1976, pp. 5-11)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/994 tat-13 ta’ Lulju 2018 li temenda l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b’vot universali dirett, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal-20 ta’ Settembru 1976 (ĠU L 178, 16.7.2018, pp. 1-3)

Id-Deċiżjoni 76/787/KEFA, KEE, Euratom tar-rappreżentanti tal-Istati Membri li ltaqgħu fil-kunsill dwar l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Assemblea b’vot universali dirett (ĠU L 278, 8.10.1976, pp. 1-4)

DOKUMENTI RELATATI

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Protokoll (Nru 6) dwar il-lokalità tas-sede tal-istituzzjonijiet u ta’ ċerti organi, korpi u dipartimenti tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 265)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2018/937 tat-28 ta’ Ġunju 2018 li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (ĠU L 1651, 2.7.2018, pp. 1-3)

l-aħħar aġġornament 13.01.2021