Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà

 

SOMMARJU TA’:

L-Artikolu 18 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

X’JAGĦMEL IR-RAPPREŻENTANT GĦOLI TAL-UNJONI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-POLITIKA TA’ SIGURTÀ?

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-Rappreżentant Għoli) huwa inkarigat mill-koordinazzjoni u t-twettiq tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-UE (PESK), kif ukoll tal-Politika Komuni ta’ Sigurtà u Difiża (PSDK). Ir-Rappreżentant Għoli huwa fl-istess ħin wieħed mill-Viċi Presidenti tal-Kummissjoni Ewropea u b’hekk jiżgura li l-azzjoni esterna ġenerali tal-UE hija konsistenti.

PUNTI EWLENIN

Il-Ħatra

Responsabbiltajiet

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

SFOND

Il-pożizzjoni tar-Rappreżentant Għoli hija bbażata fuq l-Artikoli 18 u 27 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattat ta’ Amsterdam tal-1999 ħoloq il-pożizzjoni, għalkemm ir-responsabbiltajiet fi kwistjonijiet ta’ politiki esterni kienu maqsuma mal-Kummissarju Ewropew għar-Relazzjonijiet Esterni. It-Trattat ta’ Lisbona tal-2009 estenda r-responsabbiltajiet tar-Rappreżentant Għoli u għamel lid-detentur ta’ kariga Viċi President tal-Kummissjoni, biex jippermetti lir-Rappreżentant Għoli jirrappreżenta aħjar lill-UE fl-objettivi tal-politika estera tagħha.

DOKUMENTI EWLENIN

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu III — Dispożizzjonijiet dwar l-istituzzjonijiet — l-Artikolu 18 (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 26-27)

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu V — Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-Azzjoni Esterna tal-Unjoni u dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni — Kapitolu 2 — Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni — Taqsima 1 — Dispożizzjonijiet komuni - l-Artikolu 36 (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 35-36)

l-aħħar aġġornament 09.01.2020