ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 74

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
4 ta' Marzu 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/381 tal-25 ta’ Frar 2021 għar-reġistrazzjoni ta’ isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Escavèche de Chimay (IĠP)]

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/382 tat-3 ta’ Marzu 2021 li jemenda l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel fir-rigward tal-ġestjoni tal-allerġeni tal-ikel, ir-ridistribuzzjoni tal-ikel u l-kultura tas-sikurezza tal-ikel ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/383 tat-3 ta’ Marzu 2021 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jelenka l-koformulanti li mhumiex aċċettati għall-inklużjoni fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ( 1 )

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/384 tat-3 ta’ Marzu 2021 dwar l-adegwatezza tad-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet tal-ispeċijiet tal-pjanti agrikoli u tal-ispeċijiet tal-ħxejjex u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 637/2009 ( 1 )

27

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

4.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/381

tal-25 ta’ Frar 2021

għar-reġistrazzjoni ta’ isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [“Escavèche de Chimay” (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

It-talba tal-Belġju biex l-isem “Escavèche de Chimay” jiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-isem “Escavèche de Chimay” jiġi rreġistrat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Escavèche de Chimay” (IĠP) huwa rreġistrat.

L-isem imsemmi fl-ewwel subparagrafu jidentifika prodott tal-klassi 1.7. Ħut frisk, molluski, krustaċji u prodotti derivati minnhom skont l-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 340, 13.10.2020, p. 12.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


4.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/382

tat-3 ta’ Marzu 2021

li jemenda l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel fir-rigward tal-ġestjoni tal-allerġeni tal-ikel, ir-ridistribuzzjoni tal-ikel u l-kultura tas-sikurezza tal-ikel

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1)(c) u (d) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jistabbilixxi regoli ġenerali għall-operaturi tan-negozji tal-ikel dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel filwaqt li jqis il-prinċipju li fil-katina alimentari kollha jeħtieġ tkun żgurata s-sikurezza tal-ikel, l-ewwel nett mill-produzzjoni primarja. Għaldaqstant, l-operaturi tan-negozji tal-ikel jeħtieġ jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-iġjene stabbiliti fl-Annessi I u II ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Fit-30 ta’ Ottubru 2014, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) aġġornat il-parir xjentifiku tagħha dwar l-evalwazzjoni ta’ ikel allerġeniku u ingredjenti tal-ikel għall-finijiet ta’ tikkettar (2), li jindika li l-preżenza ta’ allerġiji tal-ikel madwar l-Ewropa ġiet stmata għal bejn 3 % u 4 % kemm għall-adulti kif ukoll għat-tfal. L-awtorità kkonkludiet li, filwaqt li l-allerġiji tal-ikel jaffettwaw proporzjon relattivament żgħir tal-popolazzjoni, reazzjoni allerġika tista’ tkun severa, u potenzjalment fatali, u kulma jmur qed jidher aktar li l-persuni b’allerġiji jew intolleranzi tal-ikel jesperjenzaw tnaqqis sinifikanti ħafna fil-kwalità tal-ħajja.

(3)

F’Settembru 2020, il-Kummissjoni Codex Alimentarius adottat kodiċi ta’ prattika dwar il-ġestjoni tal-allerġeni tal-ikel għall-operaturi tan-negozji tal-ikel (CXC 80-2020) li jinkludi rakkomandazzjonijiet dwar il-mitigazzjoni tal-allerġeni tal-ikel b’approċċ armonizzat fil-katina alimentari bbażat fuq rekwiżiti ġenerali tal-iġjene.

(4)

Jekk titqies l-adozzjoni tal-istandard globali CXC 80-2020 u l-aspettattivi tal-konsumaturi u tas-sħab kummerċjali li l-ikel prodott fl-UE jkun konformi tal-anqas ma’ dawn l-istandard globali, jeħtieġ jiġu introdotti rekwiżiti li jintroduċu prattiki tajba tal-iġjene biex jipprevjenu jew jillimitaw il-preżenza ta’ sustanzi li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi, kif imsemmi fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 f’tagħmir, trasportaturi u/jew kontenituri użati għall-ħsad, għat-trasport jew għall-ħżin tal-oġġetti tal-ikel. Billi l-kontaminazzjoni tal-oġġetti tal-ikel tista’ sseħħ kemm fil-livell tal-produzzjoni primarja kif ukoll fi stadji lil hinn minn dik il-produzzjoni, jenħtieġ jiġu emendati ż-żewġ Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

(5)

L-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, sana u favur l-ambjent, adottata mill-Kummissjoni, hi komponent ewlieni tal-inizjattiva tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. It-tnaqqis fil-ħela tal-ikel hu wieħed mill-objettivi tal-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” li se jikkontribwixxi wkoll biex tinkiseb ekonomija ċirkolari. Ir-ridistribuzzjoni tal-ikel żejjed għall-konsum mill-bniedem, b’mod partikolari b’donazzjonijiet tal-ikel, meta jkun sikur li dan isir, tiżgura l-ogħla valur tar-riżorsi tal-ikel li jittieklu, filwaqt li tipprevjeni l-ħela tal-ikel.

(6)

Fis-27 ta’ Settembru 2018, l-Awtorità adottat it-tieni opinjoni xjentifika dwar l-approċċi tal-analiżi tal-perikli għal ċerti stabbilimenti żgħar tal-bejgħ bl-imnut u donazzjonijiet tal-ikel (3). Fl-opinjoni, din tiddikjara li d-donazzjonijiet tal-ikel jippreżentaw diversi sfidi ġodda għas-sikurezza tal-ikel fil-livell tal-bejgħ bl-imnut u għalhekk tirrakkomanda diversi rekwiżiti ġenerali addizzjonali tal-iġjene. Għalhekk jeħtieġ jiġu stabbiliti ċerti rekwiżiti biex tiġi promossa u ffaċilitata r-ridistribuzzjoni tal-ikel, filwaqt li tkun żgurata s-sikurezza tiegħu għall-konsumaturi.

(7)

F’Settembru 2020, il-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius adottat reviżjoni tal-istandard globali tagħha dwar il-Prinċipji Ġenerali tal-Iġjene tal-Ikel (CXC 1-1969). Is-CXC 1-1969 rivedut jintroduċi l-kunċett ta’ “kultura tas-sikurezza tal-ikel” bħala prinċipju ġenerali. Il-Kultura tas-Sikurezza tal-Ikel ittejjeb is-sikurezza tal-ikel billi żżid l-għarfien u ttejjeb l-imġiba tal-impjegati fl-istabbilimenti tal-ikel. Dan l-impatt fuq is-sikurezza tal-ikel intwera f’diversi pubblikazzjonijiet xjentifiċi.

(8)

Meta wieħed iqis ir-reviżjoni tal-istandard globali u l-aspettattivi tal-konsumaturi u tas-sħab kummerċjali li l-ikel prodott fl-UE jikkonforma tal-anqas ma’ dan l-istandard globali, jeħtieġ li fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jiġu inklużi rekwiżiti ġenerali dwar il-kultura tas-sikurezza tal-ikel.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jenħtieġ jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(2)  http://www.efsa.europa.eu/sites/default/files/consultation/140523.pdf

(3)  EFSA Journal 2018; 16(11):5432


ANNESS

(1)   

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 huwa emendat kif ġej:

Fil-Parti A, it-Taqsima II, jiddaħħal il-punt 5a li ġej:

“5a.

It-tagħmir, it-trasportaturi u/jew il-kontenituri użati għall-ħsad, għat-trasport jew għall-ħżin ta’ waħda mis-sustanzi jew mill-prodotti li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi, imsemmija fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, ma għandhomx jintużaw għall-ħsad, għat-trasport jew għall-ħżin ta’ xi ikel li ma fihx dik is-sustanza jew dak il-prodott, sakemm it-tagħmir, it-trasportaturi u/jew il-kontenituri ma jkunux tnaddfu u ġew verifikati tal-inqas għan-nuqqas ta’ xi residwu viżibbli ta’ dik is-sustanza jew ta’ dak il-prodott.”

(2)   

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-introduzzjoni hija sostitwita b’dan li ġej:

“INTRODUZZJONI

Il-Kapitoli V, Va, VI, VII, VIII, IX, X, XI, XIa u XII japplikaw għall-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni tal-ikel. Il-Kapitoli li jifdal japplikaw kif ġej:

Il-Kapitolu I japplika għall-istabbilimenti tal-ikel kollha, għajr għall-istabbilimenti li japplika għalihom il-Kapitolu III;

Il-Kapitolu II japplika għall-kmamar kollha fejn ikun preparat, trattat jew ipproċessat l-ikel, għajr għaż-żoni fejn jiġi servut l-ikel u l-istabbilimenti li japplika għalihom il-Kapitolu III;

Il-Kapitolu III japplika għall-istabbilimenti elenkati fl-intestatura ta’ dak il-Kapitolu;

Il-Kapitolu IV japplika għat-trasportazzjoni kollha”;

(b)

Wara l-Kapitolu V jiddaħħal il-Kapitolu Va li ġej:

“KAPITOLU Va

Ridistribuzzjoni tal-ikel

L-operaturi tan-negozji tal-ikel jistgħu jirridistribwixxu l-ikel għall-fini ta’ donazzjoni tal-ikel, soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

L-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jivverifikaw b’rutina jekk l-ikel fir-responsabbiltà tagħhom hux ta’ ħsara għas-saħħa u jekk hux tajjeb għall-konsum mill-bniedem skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 (*1). Jekk il-verifika mwettqa tkun sodisfaċenti, l-operaturi tan-negozji tal-ikel jistgħu jirridistribwixxu l-ikel skont il-punt (2):

għall-ikel li għalih tiġi applikata data ta’ “uża sa” skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, qabel tiskadi dik id-data;

għall-ikel li għalih tiġi applikata data ta’ durabbiltà minima skont l-Artikolu 2(2)(r) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, sa u wara dik id-data; jew,

għall-ikel li għalih mhix meħtieġa data ta’ durabbiltà minima skont il-punt 1(d) tal-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, f’xi ħin previst.

(2)

L-operaturi tan-negozji tal-ikel, li jittrattaw l-ikel imsemmi fil-punt 1, għandhom jivvalutaw jekk l-ikel hux ta’ ħsara għas-saħħa u jekk hux tajjeb għall-konsum mill-bniedem billi jqisu tal-anqas dan li ġej:

id-data ta’ durabbiltà minima jew id-data ta’ “uża sa”, li tiżgura li jkun fadal biżżejjed żmien fuq l-ixkaffa biex tippermetti r-ridistribuzzjoni sikura u l-użu mill-konsumatur finali;

l-integrità tal-imballaġġ, meta applikabbli;

il-kundizzjonijiet xierqa tal-ħżin u tat-trasport, inkluż ir-rekwiżiti applikabbli tat-temperatura;

id-data tal-iffriżar skont il-punt 2(b) tat-Taqsima IV tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), meta applikabbli;

il-kundizzjonijiet organolettiċi;

l-assigurazzjoni tat-traċċabbiltà skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2011 (*3), fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali.

(*1)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1)."

(*2)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55)."

(*3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2011 tad-19 ta’ Settembru 2011 dwar ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 242, 20.9.2011, p. 2).”"

(c)

Fil-Kapitolu IX, jiddaħħal il-punt 9 li ġej:

“9.

It-tagħmir, it-trasportaturi u/jew il-kontenituri użati għall-ipproċessar, għat-trattament, għat-trasport jew għall-ħżin ta’ waħda mis-sustanzi jew mill-prodotti li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi, imsemmija fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, ma għandhomx jintużaw għall-ipproċessar, għat-trattament, għat-trasport jew għall-ħżin ta’ xi ikel li ma fihx dik is-sustanza jew dak il-prodott, sakemm it-tagħmir, it-trasportaturi u/jew il-kontenituri ma jkunux tnaddfu u ġew verifikati tal-inqas għan-nuqqas ta’ xi residwu viżibbli ta’ dik is-sustanza jew ta’ dak il-prodott.”

(d)

Wara l-Kapitolu XI jiddaħħal il-Kapitolu XIa li ġej:

“KAPITOLU XIa

Kultura tas-Sikurezza tal-Ikel

1.

L-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jistabbilixxu, iżommu u jipprovdu evidenza ta’ kultura tas-sikurezza tal-ikel xierqa billi jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-impenn tal-maniġment, skont il-punt 2, u l-impjegati kollha għal produzzjoni u distribuzzjoni sikuri tal-ikel;

(b)

tmexxija lejn il-produzzjoni ta’ ikel sikur u l-involviment tal-impjegati kollha fil-prattiki tas-sikurezza tal-ikel;

(c)

għarfien dwar il-perikli għas-sikurezza tal-ikel u l-importanza tas-sikurezza tal-ikel u tal-iġjene mill-impjegati kollha fin-negozju;

(d)

komunikazzjoni miftuħa u ċara bejn l-impjegati kollha fin-negozju, f’attività u bejn attivitajiet konsekuttivi, inkluż il-komunikazzjoni ta’ devjazzjonijiet u aspettattivi;

(e)

id-disponibbiltà ta’ riżorsi suffiċjenti biex ikun żgurat it-trattament sikur u iġjeniku tal-ikel.

2.

L-impenn tal-maniġment għandu jinkludi:

(a)

l-iżgurar li r-rwoli u r-responsabbiltajiet jiġu kkomunikati b’mod ċar f’kull attività tan-negozju tal-ikel;

(b)

iż-żamma tal-integrità tas-sistema tal-iġjene tal-ikel meta jkunu ppjanati u implimentati xi bidliet;

(c)

verifika li l-kontrolli qed isiru fil-ħin u b’mod effiċjenti, u li d-dokumentazzjoni hi aġġornata;

(d)

l-iżgurar li għall-persunal hemm fis-seħħ taħriġ u superviżjoni xierqa;

(e)

l-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti;

(f)

l-inkoraġġiment ta’ titjib kontinwu tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-ikel tan-negozju, meta xieraq, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fix-xjenza u fit-teknoloġija u l-awqa prattiki.

3.

L-implimentazzjoni tal-kultura tas-sikurezza tal-ikel għandha tqis in-natura u d-daqs tan-negozju tal-ikel.”

(*1)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(*2)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(*3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2011 tad-19 ta’ Settembru 2011 dwar ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 242, 20.9.2011, p. 2).””


4.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/383

tat-3 ta’ Marzu 2021

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jelenka l-koformulanti li mhumiex aċċettati għall-inklużjoni fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-koformulanti huma deskritti fil-punt (c) tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala sustanzi jew preparazzjonijiet li jintużaw jew li huma maħsuba biex jintużaw fi prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jew aġġuvant, iżda li la huma sustanzi attivi u lanqas aġenti protettivi jew sinerġisti.

(2)

Il-koformulanti huma inaċċettabbli fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jekk ir-residwi tagħhom, b’konsegwenza għall-applikazzjoni li hija konsistenti ma’ prattika tal-protezzjoni tal-pjanti tajba u meta jitqiesu l-kundizzjonijiet realistiċi tal-użu, ikollhom effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew fuq l-ilma ta’ taħt l-art jew effett inaċċettabbli fuq l-ambjent. Il-koformulanti huma wkoll inaċċettabbli fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jekk l-użu tagħhom, b’konsegwenza għall-applikazzjoni li hija konsistenti ma’ prattika tal-protezzjoni tal-pjanti tajba u meta jitqiesu l-kundizzjonijiet realistiċi tal-użu, ikollhom effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew ikollhom effett inaċċettabbli fuq il-pjanti, fuq il-prodotti tal-pjanti jew fuq l-ambjent. Tali koformulanti inaċċettabbli jridu jiġu elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(3)

Il-koformulanti huma sustanzi jew preparazzjonijiet li jintużaw flimkien ma’ sustanzi attivi fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għalhekk huma mifruxa b’mod indaqs fl-ambjent. Għalhekk, il-kriterji li jikkonċernaw is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, l-ekotossiċità u l-ilma ta’ taħt l-art, previsti fil-punti 3.6.2, 3.6.3, 3.6.4, 3.6.5, 3.7, 3.8.2 u 3.10 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jenħtieġ li jkunu rilevanti wkoll biex jiġu identifikati l-koformulanti inaċċettabbli.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li l-lista ta’ koformulanti inaċċettabbli tinkludi sustanzi bi klassifikazzjoni armonizzata bħala karċinoġeni, tal-kategorija 1 A jew 1B, bħala mutaġeni, tal-kategorija 1 A jew 1B, jew bħala tossiċi għar-riproduzzjoni, tal-kategorija 1 A jew 1B, f’konformità mal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(5)

Jenħtieġ li l-lista ta’ koformulanti inaċċettabbli tinkludi wkoll sustanzi identifikati bħala persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi (“PBT”) jew persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna (“vPvB”) f’konformità mal-punti (d) u (e) tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(6)

Il-lista ta’ koformulanti inaċċettabbli jenħtieġ ukoll li tinkludi sustanzi ta’ tħassib serju ħafna minħabba proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali f’konformità mal-punt (f) tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew sustanzi identifikati bħala interferenti endokrinali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jew sustanzi identifikati bħala pollutanti organiċi persistenti (“POP”) skont ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistabbilixxi restrizzjonijiet għal ċerti sustanzi perikolużi fl-Anness XVII tiegħu. Meta l-użu ta’ dawk is-sustanzi jkun soġġett għal restrizzjonijiet bħala koformulanti fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista ta’ koformulanti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(8)

L-Istati Membri identifikaw il-koformulanti li sabu li huma inaċċettabbli fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (6) jew ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Tali koformulanti ġew notifikati mill-Awstrija, mill-Belġju, minn Franza, mill-Ġermanja, mill-Italja, mil-Litwanja, minn Spanja u min-Norveġja. Fost dawk il-koformulanti, dawk bi klassifikazzjoni armonizzata bħala karċinoġeni, tal-kategorija 1 A jew 1B, bħala mutaġeni, tal-kategorija 1 A jew 1B, jew bħala tossiċi għar-riproduzzjoni, tal-kategorija 1 A jew 1B, f’konformità mal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, dawk identifikati bħala PBT jew vPvB f’konformità mal-punti (d) u (e) tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, dawk identifikati bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna minħabba l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali f’konformità mal-punt (f) tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u dawk identifikati bħala POP skont ir-Regolament (UE) 2019/1021 jenħtieġ li jiġu elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(9)

L-użu ta’ tallowammini polietossilati (Nru CAS 61791-26-2) fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glifosat kien ipprojbit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1313 (7), minħabba li ġie identifikat tħassib b’rabta mat-tossiċità tat-tallowammini polietossilati u l-potenzjal tagħhom li jaffettwaw b’mod negattiv is-saħħa tal-bniedem. Minħabba li dak it-tħassib huwa dovut għall-proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanzi kkonċernati u għalhekk mhuwiex limitat għall-prodotti formulati li fihom il-glifosat iżda huwa validu bl-istess mod għall-prodotti formulati li fihom sustanzi attivi oħrajn, jenħtieġ li t-tallowammini polietossilati jiżdiedu wkoll mal-lista ta’ koformulanti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(10)

Id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/109 (8) u (UE) 2018/619 (9) ma approvawx il-PHMB (1600; 1,8), numru CAS 27083-27-8 u 32289-58-0, u l-PHMB (1415; 4,7), numru CAS 32289-58-0 u 1802181-67-4, bħala sustanzi attivi eżistenti għall-użu fi prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 6 (fil-preservattivi fil-bottijiet), fost tipi ta’ prodott oħrajn minħabba riskji inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Għalhekk, l-użu tagħhom bħala preservattivi fil-bottijiet fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jista’ jwassal għal effetti inaċċettabbli fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent. Għalhekk, il-PHMB (1600; 1,8) u l-PHMB (1415; 4,7) jenħtieġ li jiġu elenkati wkoll fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(11)

Il-koformulanti li jridu jiġu elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jistgħu wkoll jinsabu fl-aġġuvanti mqiegħda fis-suq. Peress li għadhom ma ġewx stabbiliti regoli dettaljati għall-awtorizzazzjoni tal-aġġuvanti, f’konformità mal-Artikolu 58(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali fir-rigward tal-aġġuvanti f’konformità mal-Artikolu 81(3) ta’ dak ir-Regolament. Minħabba li r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu l-għan li jipprevjeni t-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ aġġuvanti li fihom koformulanti pprojbiti, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li lanqas l-aġġuvanti li jitħalltu ma’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma jkun fihom dawk il-koformulanti inaċċettabbli.

(12)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex jirrieżaminaw il-kompożizzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u tal-aġġuvanti li bħalissa huma awtorizzati fit-territorju tagħhom, sabiex jivvalutaw jekk fihomx il-koformulanti elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u biex jirtiraw jew jemendaw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u tal-aġġuvanti li fihom dawk il-koformulanti.

(13)

Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew għall-aġġuvanti li jkun fihom koformulant elenkat fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, meta l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta’ grazzja f’konformità mal-Artikolu 46 ta’ dak ir-Regolament jew f’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali għall-awtorizzazzjoni tal-aġġuvanti, rispettivament, dak il-perjodu jenħtieġ li jiskadi, għall-bejgħ u għad-distribuzzjoni l-aktar tard tliet xhur wara d-data tal-emenda jew tal-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet, u għar-rimi, għall-ħżin u għall-użu disa’ xhur addizzjonali wara tali data.

(14)

Il-koformulanti li jridu jiġu elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jistgħu jkunu preżenti bħala impuritajiet mhux intenzjonati f’koformulanti oħra, li bħala tali huma aċċettabbli għall-użu fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew fl-aġġuvanti. Għalhekk, il-konċentrazzjoni individwali tal-koformulanti inaċċettabbli fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jew fl-aġġuvant lesti jenħtieġ li tkun inqas minn 0,1 % piż skont il-piż (w/w) jew inqas minn limitu speċifiku ta’ konċentrazzjoni relatat mal-proprjetajiet CMR (karċinoġeni, mutaġeni u tossiċi għar-riproduzzjoni), meta tiġi stabbilita fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għall-koformulant inaċċettabbli fl-livell inqas minn 0,1 % piż skont il-piż (w/w), sabiex titqies bħala impurità mhux intenzjonata aċċettabbli, sakemm ma jiġix previst limitu differenti minħabba l-limitazzjonijiet tekniċi tal-metodi analitiċi rilevanti.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Istati Membri li taw awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-koformulanti elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat b’dan ir-Regolament, għandhom jemendaw jew jirtiraw dawk l-awtorizzazzjonijiet malajr kemm jista’ jkun iżda mhux aktar tard mill-24 ta’ Marzu 2023.

Artikolu 3

L-Istati Membri ma għandhomx jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq jew l-użu tal-aġġuvanti li fihom il-koformulanti elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat b’dan ir-Regolament.

L-Istati Membri li awtorizzaw l-aġġuvanti li fihom il-koformulanti elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat b’dan ir-Regolament, għandhom jemendaw jew jirtiraw dawk l-awtorizzazzjonijiet malajr kemm jista’ jkun iżda mhux aktar tard mill-24 ta’ Marzu 2023.

Artikolu 4

Kull perjodu ta’ grazzja mogħti mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew mad-dispożizzjonijiet nazzjonali għall-awtorizzazzjoni tal-aġġuvanti għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi, għall-bejgħ u għad-distribuzzjoni l-aktar tard tliet xhur wara d-data tal-emenda jew tal-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet msemmija fl-Artikoli 2 u 3, u għar-rimi, għall-ħżin u għall-użu disa’ xhur addizzjonali wara tali data.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1313 tal-1 ta’ Awwissu 2016 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat (ĠU L 208, 2.8.2016, p. 1).

(8)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/109 tas-27 ta’ Jannar 2016 biex ma tapprovax il-PHMB (1600; 1,8) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 6 u 9 (ĠU L 21, 28.1.2016, p. 84).

(9)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/619 tal-20 ta’ April 2018 li ma tapprovax il-PHMB (1415; 4,7) bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi 1, 5 u 6 (ĠU L 102, 23.4.2018, p. 21).


ANNESS

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS III

Lista ta’ koformulanti li mhumiex aċċettati għall-inklużjoni fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif imsemmija fl-Artikolu 27  (1)

Nru

Isem

Ismijiet tal-EC/Ismijiet oħra

Numru CAS

Numru EC

Klassifikazzjoni/Proprjetajiet oħra

1.

1-Kloro-2,3-epossipropan

Epikloroidrin, Klorur tat-2,3-Epossipropil

106-89-8

203-439-8

Karċinoġenu kategorija 1B

2.

1,2-Dikloroetan

1,2-Dikloroetan;

Etan, 1,2-dikloro-

107-06-2

203-458-1

Karċinoġenu kategorija 1B

3.

2-Etossietanol

2-Etossietanol;

Etanol, 2-etossi-

110-80-5

203-804-1

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

4.

Aċetat tat-2-Etossietil

Aċetat tat-2-Etossietil; Etanol, 2-etossi-, 1-aċetat

111-15-9

203-839-2

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

5.

1-Etilpirrolidin-2-on

1-Etilpirrolidin-2-on;

N-etil-2-pirrolidon

2687-91-4

220-250-6

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

6.

2-Metossietanol

2-Metossietanol;

Etanol, 2-metossi-

109-86-4

203-713-7

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

7.

Aċetat tat-2-Metossietil

Aċetat tat-2-Metossietil;

Etanol, 2-metossi-, 1-aċetat;

Aċetat tat-2-Metossietanol

110-49-6

203-772-9

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

8.

2-Metossipropanol

2-Metossipropanol;

1-Propanol, 2-metossi-

1589-47-5

216-455-5

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

9.

1-Metilpirrolidin-2-on

1-Metil-2-pirrolidon;

2-Pirrolidinon, 1-metil-

872-50-4

212-828-1

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

10.

2-Nitropropan

2-Nitropropan;

Propan, 2-nitro-

79-46-9

201-209-1

Karċinoġenu kategorija 1B

11.

Ammini, alkil tat-tallow, etossilati

Ammini, alkil tat-tallow, etossilati;

POE-tallowammina

61791-26-2

 

Tħassib jew lakuni fid-data relatati mal-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent

12.

Ammini, alkil tat-tallow, etossilati propossilati

Ammini, alkil tat-tallow, etossilati propossilati;

POEP-tallowammina

68213-26-3

 

Tħassib jew lakuni fid-data relatati mal-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent

13.

Fibri tal-asbestos

Asbestos aktinolit;

Asbestos, aktinolit

77536-66-4

 

Karċinoġenu kategorija 1 A

14.

Asbestos amosit;

Asbestos, amosit

12172-73-5

 

Karċinoġenu kategorija 1 A

15.

Asbestos antofillit;

Asbestos, antofillit

77536-67-5

 

Karċinoġenu kategorija 1 A

16.

Asbestos krisotil;

Asbestol, krisotil

12001-29-5

 

Karċinoġenu kategorija 1 A

17.

Asbestos kroċidolit;

Asbestos, kroċidolit

12001-28-4

 

Karċinoġenu kategorija 1 A

18.

Asbestos tremolit;

Asbestos, tremolit

77536-68-6

 

Karċinoġenu kategorija 1 A

19.

Benżen

Benżen

71-43-2

200-753-7

Karċinoġenu kategorija 1 A/

Mutaġenu kategorija 1B

20.

Benżo[def]krisen  (2);

Benżo [pqr]tetrafen

Benżo[def]krisen;

Benżo[a]piren

50-32-8

200-028-5

Karċinoġenu kategorija 1B/Mutaġenu kategorija 1B/

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

21.

Bis(2-metilpropil) benżen-1,2-dikarbossilat

Ftalat tad-diisobutil

84-69-5

201-553-2

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH – Is-Saħħa tal-Bniedem) Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

22.

Aċidu boriku

Aċidu boriku

10043-35-3

11113-50-1

233-139-2

234-343-4

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

23.

Ottaborat tad-disodju

Ottaborat tad-disodju; Ottaborat tad-disodju anidru

12008-41-2

234-541-0

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

24.

Ottaborat tad-disodju, tetraidrat

Aċidu boriku, melħ tad-disodju, tetraidrat;

12280-03-4

234-541-0

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

25.

Tetraborat tad-disodju, anidru

Tetraborat tad-disodju, anidru;

Ossidu tas-sodju u tal-boron

1330-43-4

215-540-4

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

26.

Tetraborat tad-disodju, dekaidrat

Burax

1303-96-4

215-540-4

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

27.

Tetraborat tad-disodju, pentaidrat

Ossidu tas-sodju u tal-boron, idrat

12179-04-3

215-540-4

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

28.

Aċidu ortoboriku, melħ tas-sodju

Aċidu ortoboriku, melħ tas-sodju; Aċidu boriku, melħ tas-sodju

13840-56-7

237-560-2

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

29.

Ettaossidu tat-tetraboron u tad-disodju, idrat

Ettaossidu tat-tetraboron u tad-disodju, idrat;

Ossidu tas-sodju u tal-boron, idrat

12267-73-1

235-541-3

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

30.

Buta-1,3-dien

Buta-1,3-dien;

1,3-Butadien

106-99-0

203-450-8

Karċinoġenu kategorija 1 A/

Mutaġenu kategorija 1B

31.

Butan

li fih ≥ 0,1 % butadien (Nru EC 203-450-8)

Butan

106-97-8

203-448-7

Karċinoġenu kategorija 1 A

32.

Ko Poli (bisimminoimidokarbonil, idroklorur tal-eżametilen),(imminoimidokarbonil, idroklorur tal-eżametilen

Gwanidina, N,N”’-1,6-eżandiilbis[N’-ċjano-, polimeru bi 1,6-eżandiammina, idroklorur

Poli[imminokarbonimidoilimminokarbonimidoilimmino-1, 6-eżanediil], idroklorur

Ċjanammid, N-ċjano-, kompost bi 1,6-eżanediammina (2:1), polimeru bi idroklorur tal-1,6-eżanediammina (1:2);

PHMB

27083-27-8

u

32289-58-0

u

1802181-67-4

 

Mhux approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 6 (preservattivi fil-bottijiet).

33.

Ftalat tad-dibutil

Ftalat tal-n-Butil;

Benżen-1,2-dikarbossilat tad-dibutil

84-74-2

201-557-4

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH – Is-Saħħa tal-Bniedem) Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

34.

Distillati (petroleum), nafteniċi tqal idrotrattati b’kontenut ta’ ≥ 3,0 % estratt tad-DMSO (imkejjel bl-IP 346)

 

64742-52-5

265-155-0

Karċinoġenu kategorija 1B

35.

Distillati (petroleum), paraffiniċi tqal idrotrattati b’kontenut ta’ ≥ 3,0 % estratt tad-DMSO (imkejjel bl-IP 346)

 

64742-54-7

265-157-1

Karċinoġenu kategorija 1B

36.

Distillati (petroleum), nafteniċi ħfief idrotrattati b’kontenut ta’ ≥ 3,0 % estratt tad-DMSO (imkejjel bl-IP 346)

 

64742-53-6

265-156-6

Karċinoġenu kategorija 1B

37.

Distillati (petroleum), paraffiniċi ħfief idrotrattati b’kontenut ta’ ≥ 3,0 % estratt tad-DMSO (imkejjel bl-IP 346)

 

64742-55-8

265-158-7

Karċinoġenu kategorija 1B

38.

Distillati (petroleum), paraffiniċi tqal bix-xema’ mneħħija b’solvent b’kontenut ta’ ≥ 3,0 % estratt tad-DMSO (imkejjel bl-IP 346)

 

64742-65-0

265-169-7

Karċinoġenu kategorija 1B

39.

Distillati (petroleum), paraffiniċi tqal raffinati b’solvent b’kontenut ta’ ≥ 3,0 % estratt tad-DMSO (imkejjel bl-IP 346)

 

64741-88-4

265-090-8

Karċinoġenu kategorija 1B

40.

Distillati (petroleum), paraffiniċi ħfief raffinati b’solvent b’kontenut ta’ ≥ 3,0 % estratt tad-DMSO (imkejjel bl-IP 346)

 

64741-89-5

265-091-3

Karċinoġenu kategorija 1B

41.

Ossidu tal-etilen

Ossidu tal-etilen; Ossiran; Epossietan

75-21-8

200-849-9

Karċinoġenu kategorija 1B/

Mutaġenu kategorija 1B

42.

Formaldeid

Formaldeid; Formalin; Metanal;, Formol

50-00-0

200-001-8

Karċinoġenu kategorija 1B

43.

Formammid

Formammid; Metanammid

75-12-7

200-842-0

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

44.

Isobutan (li fih ≥ 0,1 % butadien (Nru EC 203-450-8))

Isobutan; Propan, 2-metil-

75-28-5

200-857-2

Karċinoġenu kategorija 1 A/

Mutaġenu kategorija 1B

45.

Żjut lubrikanti (petroleum), C20-50, idrotrattati newtrali b’bażi ta’ żejt, viskożità għolja b’kontenut ta’ ≥ 3,0 % estratt tad-DMSO (imkejjel bl-IP 346)

 

72623-85-9

276-736-3

Karċinoġenu kategorija 1B

46.

Żjut lubrikanti (petroleum), C15-30, idrotrattati newtrali b’bażi ta’ żejt b’kontenut ta’ ≥ 3,0 % estratt tad-DMSO (imkejjel bl-IP 346)

 

72623-86-0

276-737-9

Karċinoġenu kategorija 1B

47.

Żjut lubrikanti (petroleum), C20-50, idrotrattati newtrali b’bażi ta’ żejt b’kontenut ta’ ≥ 3,0 % estratt tad-DMSO (imkejjel bl-IP 346)

 

72623-87-1

276-738-4

Karċinoġenu kategorija 1B

48.

Żjut lubrikanti (petroleum), C17-32, estratti bis-solvent, bix-xema’ mneħħija, idroġenati b’kontenut ta’ ≥ 3,0 % estratt tad-DMSO (imkejjel bl-IP 346)

 

101316-70-5

309-875-6

Karċinoġenu kategorija 1B

49.

Nafta (petroleum), katina predominantement ramifikata tqila alkilata C9-C12 b’kontenut ta’ ≥ 0,1 % benżen (Nru EC 200-753-7)

 

64741-65-7

265-067-2

Karċinoġenu kategorija 1B/

Mutaġenu kategorija 1B

50.

Nafta (petroleum), idrosulfurizzata tqila predominantement C7-C12 b’kontenut ta’ ≥ 0,1 % benżen (Nru EC 200-753-7)

 

64742-82-1

265-185-4

Karċinoġenu kategorija 1 A/

Mutaġenu kategorija 1B

51.

Nafta (petroleum), idrosulfurizzata ħafifa, dearomatizzata predominantement paraffini u ċikloparaffini C7 b’kontenut ta’ ≥ 0,1 % benżen (Nru EC 200-753-7)

 

92045-53-9

295-434-2

Karċinoġenu kategorija 1 A/

Mutaġenu kategorija 1B

52.

Nafta (petroleum), idrotrattata tqila predominantement C6-C13 b’kontenut ta’ ≥ 0,1 % benżen (Nru EC 200-753-7)

 

64742-48-9

265-150-3

Karċinoġenu kategorija 1 A/

Mutaġenu kategorija 1B

53.

Naftha (petroleum), aromatika ħafifa predominantement C8-C10 b’kontenut ta’ ≥ 0,1 % benżen (Nru EC 200-753-7)

 

64742-95-6

265-199-0

Karċinoġenu kategorija 1 A/

Mutaġenu kategorija 1B

54.

Nitrobenżen

Nitrobenżen;

Benżen, nitro-

98-95-3

202-716-0

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

55.

N-metilformammid

N-metilformammid; Formammid, N-metil-

123-39-7

204-624-6

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

56..

Nonil-fenoli:

Sustanzi b’katina alkil lineari u/jew ramifikata bin-numru tal-karbonju 9 f’rabta kovalenti fi kwalunkwe pożizzjoni mal-fenol, li jkopru wkoll is-sustanzi li jinkludu kwalunkwe wieħed mill-isomeri individwali jew kombinament tagħhom.

4-(3,5-Dimetilettan-3-il)fenol

Fenol, 4-(1-etil-1,3-dimetilpentil)-;

4-(1-Etil-1,3-dimetilpentil)fenol

186825-36-5

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

57.

4-(3,6-Dimetilettan-3-il)fenol

Fenol, 4-(1-etil-1,4-dimetilpentil)-;

4-(1-Etil-1,4-dimetilpentil)fenol

142731-63-3

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

58.

4-(2-Metiloktan-2-il)fenol

p-(1,1-Dimetilettil)fenol;

Fenol, 4-(1,1-dimetilettil)-

30784-30-6

250-339-5

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

59.

4-(3-Metiloktan-3-il)fenol

Fenol, 4-(1-etil-1-metileżil)-;

4-(1-Etil-1-metileżil)fenol;

52427-13-1

257-907-1

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

60.

4-Nonilfenol

p-Nonilfenol;

Fenol, 4-nonil-

104-40-5

203-199-4

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

61.

Isononilfenol

11066-49-2

234-284-4

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

62.

p-Isononilfenol;

Fenol, 4-isononil-

26543-97-5

247-770-6

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

63.

Nonilfenol;

Fenol, nonil-

25154-52-3

246-672-0

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

64.

Fenol, 4-(1-metilottil)-;

p-(1-Metilottil)fenol

17404-66-9

241-427-4

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

65.

Fenol, 4-nonil-, ramifikat

84852-15-3

284-325-5

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

66.

Fenol, nonil-, ramifikat

90481-04-2

291-844-0

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

67.

Nonil-fenoli, etossilati:

Sustanzi b’katina alkil lineari u/jew ramifikata bin-numru tal-karbonju 9 f’rabta kovalenti fi kwalunkwe pożizzjoni mal-fenol, etossilati, li jkopru wkoll is-sustanzi li jinkludu kwalunkwe wieħed mill-isomeri individwali jew kombinament tagħhom.

Nonilfenol, etossilat;

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-(nonilfenil)-ω-idrossi-

 

500-024-6

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

68.

4-Nonilfenol, ramifikat, 1 - 2.5 moli etossilat

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-(4-nonilfenil)-ω-idrossi-, ramifikat

 

500-315-8

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

69.

4-Nonilfenol, 1 - 2,5 moli etossilat

 

500-045-0

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

70.

2-(2-{2-[2-(4-Nonilfenossi)etossi]etossi}etossi)etan-1-ol

2-[2-[2-[2-(4-Nonilfenossi)etossi]etossi]etossi]etanol;

Etanol, 2-[2-[2-[2-(4-nonilfenossi)etossi]etossi]etossi]-

7311-27-5

230-770-5

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

71.

2-[2-(4-Nonilfenossi)etossi]etanol;

Etanol, 2-[2-(4-nonilfenossi)etossi]-

20427-84-3

243-816-4

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

72.

20-(4-Nonilfenossi)-3,6,9,12,15,18-eżaossaikosan-1-ol;

3,6,9,12,15,18-Eżaossaeikosan-1-ol, 20- (4-nonilfenossi)-

27942-27-4

248-743-1

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

73.

2-[2-[2-[2-(4-Nonilfenossi)etossi]etossi]etossi]etan-1-ol

Etanol,2-[2-[2-[2-(4-nonilfenossi)etossi]etossi]etossi]-

7311-27-5

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

74.

26-(4-Nonilfenossi)-3,6,9,12,15,18,21,24-oktaossaeżakosan-1-ol

3,6,9,12,15,18-21,24-Ottaossaeikosan-1-ol, 26- (4-nonilfenossi)-

14409-72-4

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

75.

17-(4-Nonilfenossi)-3,6,9,12,15-pentaossaettadekan-1-ol

3,6,9,12,15-Pentaossaettadekan-1-ol, 17-(4-nonilfenossi)-

34166-38-6

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

76.

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-(4-nonilfenil)-ω-idrossi-, ramifikat

127087-87-0

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

77.

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-(4-nonilfenil)-ω-idrossi-

26027-38-3

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

78.

Etanol, 2-(4-nonilfenossi)

104-35-8

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

79.

Isononilfenol, etossilat;

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-(isononilfenil)-ω-idrossi-

37205-87-1

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

80.

2-[2-(4-tert-Nonilfenossi) etossi] etanol

Etanol, 2-[2-(4-tert-nonilfenossi)etossi]-

156609-10-8

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

81.

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-(nonilfenil)-ω-idrossi-

Nonilfenol, etossilat

9016-45-9

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

82.

Ottil-fenoli:

Sustanzi b’katina alkil lineari u/jew ramifikata bin-numru tal-karbonju 8 f’rabta kovalenti fi kwalunkwe pożizzjoni mal-fenol, li jkopru wkoll is-sustanzi li jinkludu kwalunkwe wieħed mill-isomeri individwali jew kombinament tagħhom.

p-Ottilfenol;

4-Ottilfenol

1806-26-4

217-302-5

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

83.

4-(2,4,4-Trimetilpentan-2-il)fenol;

4-(1,1,3,3-Tetrametilbutil)fenol;

4-(tert-ottil) Fenol

Fenol, 4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)-;

4-tert-Ottilfenol

140-66-9

205-426-2

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

84.

Ottilfenol;

Fenol, ottil-

67554-50-1

266-717-8

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

85.

Fenol, 2-isoottil-

86378-08-7

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

86.

Fenol, isoottil-;

Isoottilfenol

11081-15-5

234-304-1

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

87.

Fenol, 2-ottil-;

o-Ottilfenol

949-13-3

213-437-9

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

88.

Fenol, 2-sek-ottil-;

o-sek-Ottilfenol

26401-75-2

247-663-4

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

89.

Fenol, 4-isoottil-;

p-Isoottilfenol

27013-89-4

248-164-4

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

90.

Fenol, 4-sek-ottil-;

p-sek-Ottilfenol

27214-47-7

248-330-6

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

91.

Fenol, sek-ottil-;

sek-Ottilfenol

93891-78-2

299-461-0

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

92.

Fenol, 4-(1-etileżil)-;

p-(1-Etileżil)fenol

3307-00-4

221-989-7

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

93.

Fenol, 2-(1-metilettil)-;

o-(1-Metilettil)fenol

18626-98-7

242-459-1

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

94.

Fenol, 2-(1-etileżil)-;

o-(1-Etileżil)fenol

17404-44-3

241-426-9

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

95.

Fenol, 2-(1-propilpentil)-;

o-(1-Propilpentil)fenol

37631-10-0

253-574-1

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

96.

Fenol, 4-(1-propilpentil)-;

p-(1-Propilpentil)fenol

3307-01-5

221-990-2

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

97.

Fenol, 2-(1-metilettil)-;

o-(1,1,3,3-Tetrametilbutil)fenol

3884-95-5

223-420-8

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

98.

Fenol, (1,1,3,3-tetrametilbutil)-;

(1,1,3,3-Tetrametilbutil)fenol

27193-28-8

248-310-7

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

99.

Fenol, (1-metilettil)-;

(1-Metilettil)fenol

27985-70-2

248-759-9

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

100.

Fenol, 4-(2-metilettil)-

898546-19-5

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

101.

Fenol, 2-(2-etileżil)-

28752-62-7

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

102.

Fenol, 4-(1-metilettil)-;

p-(1-Metilettil)fenol

1818-08-2

217-332-9

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

103.

Fenol, 4-(2-etileżil)-

69468-20-8

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

104.

Fenol, 4-(5-metilettil)-

1824164-95-5

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

105.

Fenol, 2-(2-metilettil)-

898546-20-8

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

106.

Fenol, 4-(2-propilpentil)-

119747-99-8

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

107.

Fenol, 3-ottil-

20056-69-3

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

108.

Fenol, 2-(1,1-dimetileżil)-

1824575-79-2

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

109.

Fenol, 4-(1,1-dimetileżil)-

30784-29-3

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

110.

Fenol, 4-(5,5-dimetileżil)-

13330-52-4

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

111.

Fenol, 2-(5,5-dimetileżil)-

1822989-97-8

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

112.

Fenol, 3-(1,1-dimetileżil)-

70435-92-6

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

113.

Fenol, 4-(1,4-dimetileżil)-

164219-26-5

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

114.

Ottil-fenoli, etossilati:

Sustanzi b’katina alkil lineari u/jew ramifikata bin-numru tal-karbonju 8 f’rabta kovalenti fi kwalunkwe pożizzjoni mal-fenol, etossilati, li jkopru wkoll is-sustanzi li jinkludu kwalunkwe wieħed mill-isomeri individwali jew kombinament tagħhom.

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-[(1,1,3,3- tetrametilbutil) fenil]-ω-idrossi-

2-(2-[4-(1,1,3,3-Tetrametilbutil)fenossi]etossi)etanol

Etere tal-Polietilen Glikol Ottilfenil;

9036-19-5

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

115.

2-[4-(2,4,4-Trimetilpentan-2-il)fenossi]etanol

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-[4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenil]-ω-idrossi-

Ottilfenol etossilat

9002-93-1

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

116.

20-[4-(1,1,3,3-Tetrametilbutil)fenossi]-3,6,9,12,15,18-eżaossaikosan-1-ol

3,6,9,12,15,18-Eżaossaeikosan-1-ol, 20-[4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenossi]-

2497-59-8

219-682-8

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

117.

Etanol, 2-[4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenossi]-

2315-67-5

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

118.

Etanol, 2-[2-[4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenossi]etossi]-

2315-61-9

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

119.

3,6,9,12,15,18-21,24-Ottaossaeikosan-1-ol, 26- (4-ottilfenossi)-;

42173-90-0

255-695-5

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

120.

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-(ottilfenil)-ω-idrossi-, ramifikat

68987-90-6

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

121.

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-[4-(6-metilettil)fenil]-ω-idrossi-

59379-12-3

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

122.

Etanol, 2-(4-ottilfenossi)-;

2-(p-Ottilfenossi)etanol

51437-89-9

257-203-4

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

123.

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-(4-ottilfenil)-ω-idrossi-

26636-32-8

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

124.

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-[4-(1-metilettil)fenil]-ω-idrossi-

73935-42-9

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

125.

3,6,9,12,15,18-Eżaossaeikosan-1-ol, 20-(4-ottilfenossi)-;

20-(4-Ottilfenossi)-3,6,9,12,15,18-eżaossaikosan-1-ol

32742-88-4

251-190-9

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

126.

Etanol, 2-[2-[2-[2-(4-ottilfenossi)etossi]etossi]etossi]-;

2-(p-Ottilfenossi)etanol

51437-92-4

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

127.

Etanol, 2-[2-(4-ottilfenossi)etossi]-

51437-90-2

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

128.

3,6,9,12,15-Pentaossaettadekan-1-ol, 17-(4-ottilfenossi)-

51437-94-6

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

129.

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-(isoottilfenil)-ω-idrossi-

9004-87-9

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

130.

2-[2-[2-(4-Ottilfenossi)etossi]etossi]etanol

51437-91-3

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

131.

3,6,9,12,15-Pentaossaettadekan-1-ol, 17-[4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenossi]-

2497-58-7

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

132.

Etanol, 2-[2-[2-[4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenossi]etossi]etossi]-

2315-62-0

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

133.

Etanol, 2-[2-[2-[2-[4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenossi]etossi]etossi]etossi]-

2315-63-1

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

134.

3,6,9,12-Tetraossatetradekan-1-ol, 14-[4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenossi]-

2315-64-2

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

135.

3,6,9,12,15,18,21,24-Ottaossaeżakosan-1-ol, 26-[4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenossi]-

2315-65-3

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

136.

3,6,9,12,15,18,21,24,27-Nonaossanonakosan-1-ol, 29-[4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenossi]-

2315-66-4

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

137.

Etanol, 2-[3-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenossi]-

1026254-24-9

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

138.

Etanol, 2-[2-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenossi]-

84658-53-7

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

139.

Etanol, 2-[2-(ottilfenossi)etossi]-

27176-92-7

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

140.

N, N-Dimetilformammid

N, N-dimetilformammid; Dimetil formammid, DMF

68-12-2

200-679-5

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

141.

Prop-2-enammid

Akrilammid; 2-propenammid

79-06-1

201-173-7

Karċinoġenu kategorija 1B/

Mutaġenu kategorija 1B

142.

Piridina, derivattivi tal-alkil, b’kontenut ta’ ≥ 0,1 % benżen (Nru EC 200-753-7)

 

68391-11-7

269-929-9

Karċinoġenu kategorija 1 A/

Mutaġenu kategorija 1B

143.

Kinolina

Kinolina

91-22-5

202-051-6

Karċinoġenu kategorija 1B

144.

Alkoħol Tetraidrofurfuriliku

Alkoħol Tetraidrofurfuriliku;

2-Furanmetanol, tetraidro-

97-99-4

202-625-6

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B


(1)  Il-limitu għall-preżenza aċċettabbli tas-sustanzi elenkati fit-tabella bħala impurità mhux intenzjonata fil-prodott lest huwa 0,1 % (piż skont il-piż (w/w)) ħlief fejn ikun iddikjarat mod ieħor f’dan l-Anness.

(2)  Il-limitu għall-preżenza aċċettabbli tas-sustanzi elenkati fit-tabella bħala impurità mhux intenzjonata fil-prodott lest huwa 0,01 % (piż skont il-piż (w/w)), li jikkorrispondi għal-limitu speċifiku ta’ konċentrazzjoni stabbilit fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.


4.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/384

tat-3 ta’ Marzu 2021

dwar l-adegwatezza tad-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet tal-ispeċijiet tal-pjanti agrikoli u tal-ispeċijiet tal-ħxejjex u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 637/2009

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-katalogu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(6) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (2), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttivi 2002/53/KE u 2002/55/KE jistipulaw regoli ġenerali fir-rigward tal-adegwatezza tad-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet, permezz ta’ referenza għall-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 (3).

(2)

F’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 sabiex varjetà ta’ pjanta tiġi approvata, id-denominazzjoni ta’ varjetà tagħha trid titqies xierqa mill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO). Id-denominazzjoni ta’ varjetà tkun adegwata, jekk ma jkun hemm l-ebda impediment f’konformità mal-paragrafi 3 jew 4 ta’ dak l-Artikolu.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 637/2009 (4) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ ċerti kriterji stabbiliti fl-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 rigward l-adegwatezza tad-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet tal-ispeċijiet tal-pjanti agrikoli u tal-ispeċijiet tal-ħxejjex għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(6) tad-Direttiva 2002/53/KE u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(6) tad-Direttiva 2002/55/KE.

(4)

Is-CPVO u l-Istati Membri stabbilew grupp ta’ esperti, li żviluppa u emenda linji gwida dwar l-adegwatezza tad-denominazzjonijiet skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 (“Linji gwida dwar id-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet”) (5). Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kriterji previsti mill-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94, huwa xieraq li jiġu previsti aktar kjarifiki li jirriżultaw mil-Linji Gwida dwar id-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 637/2009 ġie emendat għadd ta’ drabi. Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu emendati r-regoli eżistenti u fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li dak ir-Regolament jitħassar u jiġi sostitwit b’dan ir-Regolament.

(6)

Denominazzjoni ta’ varjetà trid tiġi approvata, sakemm ma tkunx adegwata minħabba impedimenti. Skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 l-użu tad-denominazzjoni ta’ varjetà jrid jiġi prekluż f’każ ta’ dritt preċedenti ta’ parti terza, diffikultajiet fir-rigward tal-għarfien jew ir-riproduzzjoni, denominazzjonijiet ta’ varjetà tal-istess speċi jew ta’ speċi relatata mill-viċin, deskrizzjonijiet li jkunu użati komunement għall-bejgħ tal-oġġetti, fejn id-denominazzjoni tista’ tikkawża offiża f’wieħed mill-Istati Membri jew tmur kontra l-ordni pubbliku, f’każ ta’ konfużjoni minħabba xebh viżiv, fonetiku jew kunċettwali jew ta’ kontenut qarrieqi.

(7)

Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jingħataw biżżejjed żmien biex japplikaw ir-regoli l-ġodda, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 rigward l-adegwatezza tad-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet tal-ispeċijiet tal-pjanti agrikoli u tal-ispeċijiet tal-ħxejjex, għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(6) tad-Direttiva 2002/53/KE u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(6) tad-Direttiva 2002/55/KE.

Artikolu 2

Adegwatezza tad-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet

1.   Denominazzjoni ta’ varjetà għandha tkun adegwata, jekk ma hemm l-ebda impediment relatat mad-deskrizzjoni tagħha.

2.   Ikun hemm impediment marbut mad-deskrizzjoni tad-denominazzjoni ta’ varjetà f’każijiet meta:

(a)

l-użu tad-denominazzjoni ta’ varjetà fit-territorju tal-Unjoni huwa prekluż meta tintlaqa’ oġġezzjoni ta’ parti terza li jkollha dritt preċedenti, kif stabbilit fl-Artikolu 3(1);

(b)

id-denominazzjoni ta’ varjetà għandha kunflitt mal-indikazzjonijiet ġeografiċi, mad-denominazzjonijiet tal-oriġini jew mal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti, kif stabbilit fl-Artikolu 3(2);

(c)

id-denominazzjoni ta’ varjetà tista’ tikkawża diffikultajiet għall-utenti tagħha fir-rigward tar-rikonoxximent jew tar-riproduzzjoni tagħha, kif stabbilit fl-Artikolu 4;

(d)

id-denominazzjoni ta’ varjetà hi identika għal denominazzjoni ta’ varjetà jew tiġi mfixkla ma’ denominazzjoni ta’ varjetà taħt liema varjetà oħra tal-istess speċi jew ta’ speċi relatata mill-viċin iddaħħlet f’reġistru uffiċjali tal-varjetajiet tal-pjanti jew taħt liema materjal ta’ varjetà oħra ġie kummerċjalizzat, kif stabbilit fl-Artikolu 5;

(e)

id-denominazzjoni ta’ varjetà tista’ tikkawża konfużjoni minħabba xebh viżiv, fonetiku jew kunċettwali mad-denominazzjoni ta’ varjetà tal-istess speċi jew ta’ speċi relatata mill-viċin, kif stabbilit fl-Artikolu 5;

(f)

id-denominazzjoni ta’ varjetà hi identika għal deżinjazzjonijiet jew tista’ titħawwad ma’ deżinjazzjonijiet li s-soltu jintużaw għall-kummerċjalizzazzjoni tal-oġġetti, jew li għandhom jinżammu ħielsa skont leġiżlazzjoni oħra, kif stabbilit fl-Artikolu 6;

(g)

id-denominazzjoni ta’ varjetà tista’ tqarraq jew tikkawża konfużjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 7.

Artikolu 3

Dritt preċedenti ta’ parti terza

1.   Ikun hemm impediment minħabba d-dritt preċedenti ta’ parti terza, meta oġġezzjoni ta’ parti terza, li jkollha trademark, kontra d-deskrizzjoni tad-denominazzjoni ta’ varjetà fit-territorju tal-Unjoni, tintlaqa’ minn kwalunkwe awtorità kompetenti. Dak l-impediment jikkonċerna trademarks li:

(a)

ġew irreġistrati fi Stat Membru wieħed jew aktar jew fl-Unjoni qabel ma saret ir-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni ta’ varjetà;

(b)

huma identiċi għad-denominazzjoni ta’ varjetà jew simili għaliha; kif ukoll

(c)

huma rreġistrati fir-rigward ta’ oġġetti li jikkonsistu mill-istess speċi jew speċi relatati mill-viċin tal-varjetà kkonċernata.

2.   Fil-każ tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini jew tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti għall-prodotti agrikoli għall-oġġetti tal-ikel, għall-ispirti, għall-inbejjed aromatizzati u għall-prodotti tal-inbid bħala dritt preċedenti ta’ parti terza, id-denominazzjoni ta’ varjetà fit-territorju tal-Unjoni għandha tiġi prekluża fejn id-denominazzjoni ta’ varjetà tmur kontra:

(a)

l-Artikoli 13 u 24 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(b)

l-Artikolu 103 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

(c)

l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

(d)

l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

3.   Impediment għall-adegwatezza ta’ denominazzjoni minħabba dritt preċedenti msemmi fil-paragrafu 1 għandu jieqaf jeżisti fejn inkiseb kunsens bil-miktub tad-detentur tad-dritt preċedenti għall-użu tad-denominazzjoni fir-rigward tal-varjetà ikkonċernata, dment li dan il-kunsens mhux probabbli li jqarraq bil-pubbliku dwar l-oriġini vera tal-prodott.

4.   Fil-każ ta’ dritt preċedenti tal-applikant fir-rigward tad-denominazzjoni proposta ta’ varjetà kollha jew parti minnha, l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 4

Diffikultajiet fir-rigward tar-rikonoxximent jew tar-riproduzzjoni ta’ denominazzjoni ta’ varjetà

1.   Ikun hemm impediment minħabba diffikultajiet fir-rigward tar-rikonoxximent jew tar-riproduzzjoni ta’ denominazzjoni ta’ varjetà fejn denominazzjoni ta’ varjetà tikkawża diffikultajiet lill-utenti tagħha fir-rigward tar-rikonoxximent jew tar-riproduzzjoni tagħha.

2.   Denominazzjoni ta’ varjetà għandha titqies li tikkawża diffikultajiet lill-utenti tagħha fir-rigward tar-rikonoxximent jew tar-riproduzzjoni tagħha fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fiha komparattivi jew superlattivi jew li tikkonsisti minnhom;

(b)

fiha ismijiet botaniċi tal-ispeċijiet fi ħdan grupp jew ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli jew ta’ speċijiet ta’ ħxejjex, li għaliha tappartjeni l-varjetà, jew tikkonsisti minnhom;

(c)

fiha termini ta’ tnissil u termini tekniċi, sakemm l-użu tagħhom flimkien ma’ termini oħra ma jżommux milli tiġi rikonoxxuta d-denominazzjoni tal-varjetà, jew tikkonsisti minnhom;

(d)

tikkonsisti esklussivament minn isem ġeografiku li kiseb reputazzjoni għall-ispeċi kkonċernata;

(e)

tikkonsisti minn ittra waħda biss jew minn numri jew minn numri biss, sakemm dan ma jirrappreżentax prattika stabbilita għad-deżinjazzjoni ta’ ċertu varjetajiet;

(f)

fiha wisq kliem jew elementi, ħlief jekk il-kliem jagħmluha faċli li tiġi rikonoxxuta, jew tikkonsisti minnhom;

(g)

fiha punt esklamattiv jew simbolu ieħor, taħlita ta’ ittri kbar u żgħar (ħlief fejn l-ewwel ittra tinkiteb b’ittra kbira u l-bqija tad-denominazzjoni b’ittri żgħar), subskritt, superskritt jew disinn jew element figurattiv (ħlief l-appostrofu (’), il-virgola (,), sa żewġ punti esklamattivi mhux biswit xulxin (!), il-punt tal-waqfa (.) jew is-sing (–), is-simboli tal-iżbarra mmejla ’l quddiem (/) jew l-iżbarra mmejla ’l isfel (\));

(h)

fiha subskritt, superskritt jew disinn, logo jew element figurattiv, jew tikkonsisti minnhom.

Artikolu 5

Denominazzjoni li hi identika jew li tista’ tiġi mfixkla ma’ denominazzjoni ta’ varjetà oħra

1.   Ikun hemm impediment għad-deskrizzjoni tad-denominazzjoni ta’ varjetà meta din tkun identika jew tista’ tiġi mfixkla ma’:

(a)

denominazzjoni ta’ varjetà taħt liema ddaħħlet varjetà oħra tal-istess speċi jew ta’ speċi relatat mill-viċin magħha f’reġistru uffiċjali; jew

(b)

denominazzjoni ta’ varjetà taħt liema materjal ta’ varjetà oħra ġie kummerċjalizzat fi Stat Membru jew fit-territorju ta’ parti kontraenti tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti (“UPOV”);

sakemm il-varjetà l-oħra ma tibqax teżisti aktar u d-denominazzjoni tagħha ma kisbet l-ebda sinifikat speċjali.

2.   Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx konfużjoni għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti l-ewwel għandha tanalizza kull wieħed mill-aspetti viżivi, fonetiċi u kunċettwali separatament u mbagħad tagħmel valutazzjoni ġenerali, b’kunsiderazzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet tal-istess speċi jew ta’ speċi relatata mill-viċin, dment li l-varjetajiet ikkonċernati msemmija f’dan il-paragrafu u fil-paragrafu 1 kienu jew is-suġġett ta’ dritt ta’ varjetà ta’ pjanta jew ta’ applikazzjoni tagħha, jew aċċettati uffiċjalment għall-kummerċjalizzazzjoni, fit-territorju ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-Unjoni;

(b)

iż-Żona Ekonomika Ewropea;

(c)

parti kontraenti tal-UPOV;

(d)

Membru tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD).

3.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“speċijiet relatati mill-viċin” tfisser l-ispeċijiet elenkati fl-Anness;

(b)

“reġistru uffiċjali tal-varjetajiet” tfisser il-Katalgu Komuni tal-Varjetajiet ta’ Speċijiet ta’ Pjanti Agrikoli, kif imsemmi fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/53/KE jew fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/55/KE, jew il-Lista ta’ Varjetajiet tal-OECD, jew ir-reġistru tal-varjetajiet tal-pjanti ta’ Membru tal-UPOV”;

(c)

“varjetà ma tibqax teżisti aktar” tfisser varjetà li l-materjal tagħha ma għadux jeżisti aktar;

(d)

“id-denominazzjoni ma kisbet ebda sinifikat speċjali” tfisser sitwazzjoni fejn id-denominazzjoni ta’ varjetà li ddaħħlet f’reġistru uffiċjali ta’ varjetajiet tqieset li tilfet sinifikat speċjali meta jgħaddi perjodu ta’ 10 snin wara li titħassar minn dak ir-reġistru, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni.

Artikolu 6

Deskrizzjonijiet li s-soltu jintużaw għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġetti

1.   Ikun hemm impediment għad-deskrizzjoni ta’ denominazzjoni ta’ varjetà meta d-denominazzjoni ta’ varjetà tkun identika jew tista’ titħawwad ma’ deskrizzjonijiet oħra li s-soltu jintużaw għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġetti jew li għandhom jinżammu liberi skont leġiżlazzjoni oħra.

2.   Deskrizzjonijiet li s-soltu jintużaw għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġetti jew li għandhom jinżammu liberi skont leġiżlazzjoni oħra għandhom ikunu:

(a)

denominazzjonijiet tal-munita;

(b)

termini assoċjati ma’ piżijiet u ma’ qisien;

(c)

espressjonijiet u termini li ma għandhomx jintużaw għal finijiet oħra għajr dawk previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru.

Artikolu 7

Kontenut qarrieqi

1.   Ikun hemm impediment għad-deskrizzjoni ta’ denominazzjoni ta’ varjetà fejn dan x’aktarx tista’ tqarraq jew toħloq konfużjoni dwar il-karatteristiċi, il-valur jew l-identità tal-varjetà, jew l-identità tan-nissiel jew ta’ xi parti oħra fil-proċedimenti.

2.   Jitqies li denominazzjoni ta’ varjetà x’aktarx tqarraq jew tikkawża konfużjoni jekk:

(a)

tagħti l-impressjoni qarrieqa li l-varjetà hija relatata ma’, jew derivata minn, varjetà speċifika oħra;

(b)

tagħti l-impressjoni qarrieqa li l-varjetà għandha karatteristiċi jew valur partikolari;

(c)

tirreferi għal karatteristika jew valur speċifiku b’mod li tagħti l-impressjoni qarrieqa li dik il-varjetà biss għandha dik il-karatteristika jew valur speċifiku jew, filwaqt li varjetajiet oħra tal-istess speċi jistgħu jkollhom l-istess karatteristika jew valur;

(d)

tixbah isem kummerċjali magħruf sew għajr għal trademark irreġistrata jew denominazzjoni ta’ varjetà;

(e)

tissuġġerixxi li l-varjetà hija varjetà oħra;

(f)

tagħti l-impressjoni qarrieqa dwar l-identità tal-applikant, tal-persuna risponsabbli miż-żamma tal-varjetà, jew tan-nissiel;

(g)

tikkonsisti fi, jew ikun fiha:

(i)

komparattivi jew superlattivi li jistgħu jkunu qarrieqa fir-rigward tal-karatteristiċi tal-varjetà;

(ii)

l-ismijiet botaniċi jew l-ismijiet komuni tal-ispeċi, fi ħdan il-grupp jew tal-ispeċijiet tal-pjanti agrikoli jew tal-ispeċijiet ta’ pjanti agrikoli jew tal-ispeċijiet tal-ħxejjex, li għaliha tappartjeni l-varjetà;

(iii)

l-isem ta’ persuna fiżika jew ġuridika, jew referenza għaliha, biex tagħti l-impressjoni qarrieqa dwar l-identità tal-applikant, tal-persuna risponsabbli miż-żamma tal-varjetà, jew tan-nissiel;

(h)

dan jinkludi isem ġeografiku li probabbilment ifixkel lill-utent fir-rigward tal-karatteristiċi jew tal-valur għall-kultivazzjoni u l-użu tal-varjetà.

Artikolu 8

Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 637/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 637/2009 hu b’dan imħassar.

Madankollu, dan ir-Regolament jissokta japplika għad-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet li ġew proposti mill-applikant lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tagħhom qabel l-1 ta’ Jannar 2022.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 637/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 li jwaqqaf regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-adattabilità tad-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u speċi ta’ ħxejjex (ĠU L 191, 23.7.2009, p. 10).

(5)  Il-Linji Gwida dwar id-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet, Laqgħa 1 - tal-Kunsill Amministrattiv ta’ (2018), DOC-AC-2018-1-7.

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1).


ANNESS

Definizzjoni ta’ speċijiet relatati mill-qrib fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5(3)

Għall-finijiet tad-definizzjoni ta’ “speċijiet relatati mill-qrib”, kif imsemmija fl-Artikolu 5(3), għandu japplika dan li ġej:

(a)

jekk hemm aktar minn klassi waħda f’ġeneru, għandha tapplika l-lista tal-klassijiet fil-parti I;

(b)

jekk klassijiet jikkonsistu f’aktar minn ġeneru wieħed, għandha tapplika l-lista tal-klassijiet fil-parti II;

(c)

bħala regola ġenerali, għal ġeneri u speċijiet mhux koperti mil-lista tal-klassijiet fil-partijiet I u II, ġeneru jitqies bħala klassi.

PARTI I

KLASSIJIET FI ĦDAN ĠENERU

Klassijiet

Ismijiet botaniċi

Klassi 1.1:

Brassica oleracea

Klassi 1.2:

Brassica għajr għall-Brassica oleracea

Klassi 2.1:

Beta vulgaris L. var. alba DC., Beta vulgaris L. var. altissima

Klassi 2.2:

Beta vulgaris ssp. vulgaris var. conditiva Alef. (syn.: B. vulgaris L. var. rubra L.), B. vulgaris L. var. cicla L., B. vulgaris L. ssp. vulgaris var. vulgaris.

Klassi 2.3:

Beta għajr għall-klassijiet 2.1 u 2.2.

Klassi 3.1:

Cucumis sativus

Klassi 3.2:

Cucumis melo

Klassi 3.3:

Cucumis għajr għall-klassijiet 3.1 u 3.2

Klassi 4.1:

Solanum tuberosum L.

Klassi 4.2:

Tadam & Salvaġġ tat-tadam:

Solanum lycopersicum L. (Lycopersicon esculentum Mill.)

Solanum cheesmaniae (L. Ridley) Fosberg (Lycopersicon cheesmaniae L. Riley)

Solanum chilense (Dunal) Reiche (Lycopersicon chilense Dunal)

Solanum chmielewskii (C.M. Rick et al.) D.M. Spooner et al. (Lycopersicon chmielewskii C. M. Rick et al.)

Solanum galapagense S.C. Darwin & Peralta (Lycopersicon cheesmaniae f. minor (Hook. f.) C. H. Müll.) (Lycopersicon cheesmaniae var. minor (Hook. f.) D. M. Porter)

Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner (Lycopersicon agrimoniifolium Dunal) (Lycopersicon hirsutum Dunal) (Lycopersicon hirsutum f. glabratum C. H. Müll.)

Solanum pennellii Correll (Lycopersicon pennellii (Correll) D’Arcy)

Solanum peruvianum L. (Lycopersicon dentatum Dunal) (Lycopersicon peruvianum (L.) Mill.)

Solanum pimpinellifolium L. (Lycopersicon pimpinellifolium (L.) Mill.) (Lycopersicon racemigerum Lange)

u ibridi bejn dawk l-ispeċijiet

Klassi 4.3:

Solanum melongena L.

Klassi 4.4:

Solanum għajr għall-klassijiet 4.1, 4.2 u 4.3

PARTI II

KLASSIJIET LI FIHOM AKTAR MINN ĠENERU WIEĦED

Klassijiet

Ismijiet botaniċi

Klassi 201:

Secale, Triticosecale, Triticum

Klassi 203 (*):

Agrostis, Dactylis, Festuca, Festulolium, Lolium, Phalaris, Phleum u Poa

Klassi 204 (*)

Lotus, Medicago, Ornithopus, Onobrychis, Trifolium

Klassi 205:

Cichorium, Lactuca


(*)  Il-klassijiet 203 u 204 mhumiex stabbiliti biss fuq il-bażi ta’ speċijiet relatati mill-qrib.