ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 122

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
17 ta' Mejju 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż li jikkonċerna l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/720 tas-16 ta' Mejju 2018 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwota tariffarja tal-Unjoni għal pollam li joriġina fl-Iżlanda

2

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/721 tas-16 ta' Mejju 2018 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 biex jikklassifika s-sustanza prolattina tal-ħnieżer f'dak li għandu x'jaqsam mal-limitu massimu ta' residwi tagħha ( 1 )

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/722 tas-16 ta' Mejju 2018 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 biex jikklassifika s-sustanza eprinomektina f'dak li għandu x'jaqsam mal-limitu massimu ta' residwi tagħha ( 1 )

8

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/723 tas-16 ta' Mejju 2018 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla, fir-rigward tal-approvazzjoni tal-isturdament bi pressjoni atmosferika baxxa ( 1 )

11

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/724 tas-16 ta' Mejju 2018 dwar ċerti miżuri ta' politika kummerċjali li jikkonċernaw ċerti prodotti li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerka

14

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2018/725 tas-16 ta' Mejju 2018 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi, il-punt 13 tal-parti III tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-kromju VI

29

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2018/726 tat-2 ta' Mejju 2018 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (EUCAP Sahel Niger/1/2018)

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/727 tal-14 ta' Mejju 2018 li taħtar membru supplenti, propost mir-Rumanija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

34

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1385/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 u (KE) Nru 1224/2009, u r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1379/2013 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, wara l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea ( ĠU L 354, 28.12.2013 )

35

 

*

Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/390 tal-11 ta' Novembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar ċerti rekwiżiti prudenzjali għal depożitorji ċentrali tat-titoli u istituzzjonijiet ta' kreditu ddeżinjati li joffru servizzi anċillari ta' tip bankarju ( ĠU L 65, 10.3.2017 )

35

 

*

Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/391 tal-11 ta' Novembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ulterjorment il-kontenut tar-rappurtar dwar is-saldi internalizzati ( ĠU L 65, 10.3.2017 )

36

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 ( ĠU L 191, 15.7.2016 )

36

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/1


Avviż li jikkonċerna l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra

Il-partijiet li ġejjin tal-Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra (1), iffirmat fi Brussell fl-24 ta' Novembru 2017, ser jiġu applikati fuq bażi proviżorja bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Armenja mill-1 ta' Ġunju 2018 skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim (2), sa fejn ikopru kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni, inkluż kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni li tiddefinixxi u timplimenta politika estera u ta' sigurtà komuni:

(a)

it-Titolu I;

(b)

it-Titolu II: l-Artikoli 3, 4, 7 u 8;

(c)

it-Titolu III: l-Artikolu 12, l-Artikolu 14(1) u l-Artikolu 15;

(d)

it-Titolu V:

(i)

il-Kapitolu 1 bl-eċċezzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 38(3);

(ii)

il-Kapitolu 2 bl-eċċezzjoni tar-referenza għas-sikurezza nukleari fil-punt (f) tal-Artikolu 42(2) u tal-punt (g) tal-Artikolu 42(2);

(iii)

il-Kapitolu 3 bl-eċċezzjoni tal-punti (a), (c) u (e) tal-Artikolu 46(1); u

(iv)

il-Kapitoli 7, 10, 14 u 21;

(e)

it-Titolu VI bl-eċċezzjoni tal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 205(2); l-Artikolu 203 għandu japplika b'mod proviżorju biss sa fejn jikkonċerna l-investiment dirett;

(f)

it-Titolu VII;

(g)

it-Titolu VIII bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 380(1), sa fejn id-dispożizzjonijiet ta' dak it-Titolu jkunu limitati għall-fini li tkun żgurata l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim; u

(h)

l-Anness I, l-Anness II bl-eċċezzjoni tar-referenzi għall-Euratom relatati mal-infrastruttura, ir-regolamenti ta' implimentazzjoni u n-nukleari, l-Annessi III, VI, VIII, IX, X, XI u XII kif ukoll il-Protokoll I għat-Titolu VII assistenza finanzjarja u dispożizzjonijiet kontra l-frodi u ta' kontroll, il-Kapitolu 2: dispożizzjonijiet kontra l-frodi u ta' kontroll u l-Protokoll II dwar assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali.


(1)  ĠU L 23, 26.1.2018, p. 4.

(2)  ĠU L 23, 26.1.2018, p. 1.


REGOLAMENTI

17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/2


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/720

tas-16 ta' Mejju 2018

li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwota tariffarja tal-Unjoni għal pollam li joriġina fl-Iżlanda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 58(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-ftehim li ġie konkluż fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna l-preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (“il-Ftehim”), intlaħaq abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2). Il-Ftehim ġie approvat f'isem l-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1913 (3).

(2)

L-Anness V ta' dak il-Ftehim jipprevedi l-ftuħ ta' kwota tariffarja mingħajr dazju annwali għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' pollam li joriġina fl-Iżlanda.

(3)

Skont id-Deċiżjoni (UE) 2017/1913, il-Ftehim irid jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tas-seba' xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri interni meħtieġa jkunu tlestew. L-aħħar notifika saret fid-19 ta' Ottubru 2017. Għalhekk, il-Ftehim irid jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2018. Jenħtieġ li l-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

(4)

Il-Ftehim jispeċifika li l-kwota tariffarja trid tapplika kull sena u għalhekk jenħtieġ li l-importazzjonijiet ikunu ġestiti fuq bażi ta' sena kalendarja. Madankollu, peress li l-Ftehim jibda japplika mill-1 ta' Mejju 2018, jenħtieġ li l-kwantitajiet annwali għall-2018 u għas-snin ta' wara jiġu stabbiliti skont l-Anness V tal-Ftehim.

(5)

Jenħtieġ li l-kwota tariffarja tkun ġestita mill-Kummissjoni abbażi tal-ordni kronoloġika tad-dati ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont ir-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (4).

(6)

Il-Ftehim jipprevedi li d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat Konġunt tal-KE-Iżlanda (5), għandhom japplikaw għall-prodotti li jibbenefikaw mill-kwota tariffarja.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tinfetaħ kwota tariffarja tal-Unjoni għall-pollam li joriġina fl-Iżlanda, kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Il-kwota tariffarja stabbilita fl-Anness għandha tiġi ġestita skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

Artikolu 3

Biex tkun eliġibbli ħalli tibbenefika mill-kwota tariffarja stabbilita f'dan ir-Regolament, il-merkanzija elenkata fl-Anness għandha tikkonforma mutatis mutandis mar-regoli tal-oriġini u ma' dispożizzjonijiet oħra stabbiliti fil-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat Konġunt tal-KE-Iżlanda.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  ĠU L 274, 24.10.2017, p. 58.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1913 tad-9 ta' Ottubru 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (ĠU L 274, 24.10.2017, p. 57).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 58).

(5)  Id-Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat Konġunt tal-KE-Iżlanda tat-22 ta' Diċembru 2005 li temenda l-Protokoll 3 tal-Ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 131, 18.5.2006, p. 1).


ANNESS

Minkejja r-regoli ta' interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem li jiddeskrivi l-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta' valur indikattiv u l-iskop tal-iskema preferenzjali jkun determinat, fil-kuntest ta' dan l-Anness, bl-intestatura SA stabbilita fit-tieni kolonna tat-tabella.

Nru tal-Ordni

Intestatura SA

Deskrizzjoni tal-prodotti

Volum tal-Kwota Tariffarja annwali

(tunnellati ta' piż nett)

Rata ta' dazju tal-kwota

(%)

09.0830

0207

Pollam

Mill-1.5.2018 sal-31.12.2018:

100

Għal kull sena kalendarja mill-1.1.2019:

300

0


17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/721

tas-16 ta' Mejju 2018

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 biex jikklassifika s-sustanza prolattina tal-ħnieżer f'dak li għandu x'jaqsam mal-limitu massimu ta' residwi tagħha

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (“EMA”) fformulata mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, il-limitu massimu ta' residwi (“l-MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsubin għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali jrid jiġi stabbilit f'Regolament.

(2)

It-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (2) tistabbilixxi s-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fejn jidħlu l-limiti massimi ta' residwi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali.

(3)

Is-sustanza prolattina tal-ħnieżer mhijiex inkluża f'dik it-tabella.

(4)

Tressqet applikazzjoni lill-EMA sabiex jiġu stabbiliti l-limiti massimi ta' residwi għall-prolattina tal-ħnieżer fl-ispeċijiet porċini.

(5)

Abbażi tal-opinjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju, l-EMA rrakkomandat li m'hemmx bżonn jiġi stabbilit limitu massimu tar-residwi għall-prolattina tal-ħnieżer fl-ispeċijiet porċini sabiex titħares saħħet il-bniedem.

(6)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-EMA trid tqis li jew tuża l-limiti massimi ta' residwi stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva li tinsab f'oġġett tal-ikel partikulari għal oġġett tal-ikel ieħor li ġej mill-istess speċi, jew inkella li tuża l-limiti massimi ta' residwi stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew iktar għal speċijiet oħrajn.

(7)

L-EMA jidhrilha li dal-ħin mhuwiex xieraq li l-klassifikazzjoni tal-prolattina tal-ħnieżer mill-ispeċijiet porċini bħala “sustanza li għaliha mhu meħtieġ l-ebda MRL” tiġi estrapolata għal speċijiet oħrajn minħabba li m'hemmx biżżejjed dejta disponibbli.

(8)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).


ANNESS

Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 qed tiddaħħal is-sustanza li ġejja f'ordni alfabetika:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Residwu markatur

Speċi tal-annimali

MRL

Tessuti kkonċernati

Dispożizzjonijiet oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni Terapewtika

“Prolattina tal-ħnieżer

MHUX APPLIKABBLI

Porċini

MRL mhux neċessarju

MHUX APPLIKABBLI

Għall-użu orali fil-qżieqeż tat-twelid b'doża ta' mhux aktar minn 0,2 mg għal kull annimal.

Għall-użu fil-ħnieżer nisa b'doża totali ta' mhux aktar minn 5 mg għal kull annimal.

Aġenti li jaġixxu fuq is-sistema riproduttiva”


17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/722

tas-16 ta' Mejju 2018

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 biex jikklassifika s-sustanza eprinomektina f'dak li għandu x'jaqsam mal-limitu massimu ta' residwi tagħha

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (“l-EMA”) ifformulata mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, il-limitu massimu ta' residwi (“l-MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsubin għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali jrid jiġi stabbilit f'Regolament.

(2)

It-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (2) tistabbilixxi s-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fejn jidħlu l-limiti massimi ta' residwi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali.

(3)

L-eprinomektina diġà hija inkluża f'dik it-tabella bħala sustanza approvata għar-ruminanti kollha applikabbli għall-muskoli, għax-xaħam, għall-fwied, għall-kliewi u għall-ħalib.

(4)

Tressqet applikazzjoni lill-EMA sabiex l-entrata eżistenti għall-eprinomektina tiġi estiża għall-ħut bil-ġewnaħ.

(5)

Abbażi tal-opinjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju, l-EMA rrakkomandat li jiġi stabbilit limitu massimu tar-residwi għall-eprinomektina fil-ħut bil-ġewnaħ.

(6)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-EMA trid tqis li jew tuża l-limiti massimi ta' residwi stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva li tinsab f'oġġett tal-ikel partikulari għal oġġett tal-ikel ieħor li ġej mill-istess speċi, jew inkella li tuża l-limiti massimi ta' residwi stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew iktar għal speċijiet oħrajn.

(7)

L-EMA jidhrilha li huwa xieraq li l-entrata għall-eprinomektina tiġi estrapolata għat-tessuti taż-żwiemel u tal-fniek.

(8)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 jiġi emendat skont dan.

(9)

Huwa xieraq li l-partijiet interessati kkonċernati jingħataw perjodu raġonevoli taż-żmien biex jieħdu l-miżuri li jaf ikunu meħtieġa biex huma jikkonformaw mal-limitu massimu ta' residwi l-ġdid.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jibda japplika mis-16 ta' Lulju 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).


ANNESS

Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010, l-entrata għas-sustanza “eprinomektina” tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Residwu markatur

Speċi tal-annimali

MRL

Tessuti kkonċernati

Dispożizzjonijiet oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni Terapewtika

“Eprinomektina

Eprinomektina B1a

Ir-ruminanti kollha, equidae

50 μg/kg

Muskoli

L-EBDA ANNOTAZZJONI

Aġenti li jaġixxu kontra l-parassiti/Aġenti li jaġixxu kontra l-endo u l-ektoparassiti”

250 μg/kg

Xaħam

1 500 μg/kg

Fwied

300 μg/kg

Kliewi

20 μg/kg

Ħalib

Ħut bil-ġewnaħ

50 μg/kg

Muskolu u ġilda fi proporzjonijiet naturali

Fniek

50 μg/kg

Muskoli

250 μg/kg

Xaħam

1 500 μg/kg

Fwied

300 μg/kg

Kliewi


17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/723

tas-16 ta' Mejju 2018

li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla, fir-rigward tal-approvazzjoni tal-isturdament bi pressjoni atmosferika baxxa

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta' Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) u l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 jistibbilixxi l-lista ta' metodi ta' sturdament approvati, l-ispeċifikazzjonijiet relatati u r-rekwiżiti speċifiċi għal ċerti metodi.

(2)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 jistabbilixxi r-rekwiżiti fir-rigward tat-tqassim, il-kostruzzjoni u t-tagħmir tal-biċċeriji.

(3)

Wara talba minn operatur tan-negozju privat, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-EFSA”) biex tagħti opinjoni dwar is-sistema tal-pressjoni atmosferika baxxa (“il-metodu”) għall-isturdament tat-tiġieġ tas-simna (tiġieġ miżmum għall-produzzjoni tal-laħam).

(4)

Fl-opinjoni (2) tagħha tal-25 ta' Ottubru 2017, l-EFSA stabbiliet li:

fit-termini tal-eżiti tal-benessri tal-annimali, il-metodu jista' jitqies li hu tal-inqas ekwivalenti għal mill-inqas wieħed mill-metodi tal-isturdament disponibbli attwalment;

il-metodu huwa validu biss taħt ċerti kondizzjonijiet u b'mod partikolari: l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi (ir-rata tad-dekompressjoni, it-tul ta' kull fażi u l-ħin totali tal-esponiment), il-karatteristiċi tal-annimali (it-tiġieġ tas-simna) u ċerti kundizzjonijiet ambjentali (bħat-temperatura u l-umdità);

il-valutazzjoni hija limitata biss għat-tiġieġ tas-simna għat-tbiċċir li ma jiżnux aktar minn erba' kilos u ma tistax tiġi estiża għal kategoriji oħra ta' tjur;

(5)

Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jitħallew jagħmlu verifiki regolari tal-konformità ma' dak il-metodu, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għal dak il-metodu.

(6)

Flimkien mat-tbiċċir kummerċjali, il-metodu jitqies li huwa xieraq għall-qatla tat-tiġieġ f'każ ta' depopolazzjoni.

(7)

Il-metodu huwa xieraq ukoll għal każijiet oħra fejn il-qatla ta' għadd kbir ta' tiġieġ hija meħtieġa għal raġunijiet oħra għajr is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali, il-benessri tal-annimali jew raġunijiet ambjentali.

(8)

Għaldaqstant, minħabba li huwa meqjus li fit-termini tal-eżiti tal-benessri tal-annimali l-metodu huwa l-ekwivalenti ta' mill-inqas wieħed mill-metodi eżistenti approvati, jeħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 jiġi emendat.

(9)

Sabiex jiġu permessi l-operazzjoni effettiva u l-monitoraġġ tal-metodu, jenħtieġ li jiġu rispettati ċerti rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tat-tqassim, il-bini u t-tagħmir. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi emendat ukoll l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 jiġu emendati skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Tabella 3 tal-Kapitolu I hi emendata kif ġej:

(i)

it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

It-Tabella 3 — Metodi ta' kontroll tal-atmosfera”;

(ii)

tiżdied ir-ringiela 7 li ġejja:

Nru

Isem

Deskrizzjoni

Kondizzjonijiet għall-użu

Parametri prinċipali

Rekwiżiti speċifiċi tal-Kapitolu II ta' dan l-Anness

“7

Sturdament bi pressjoni atmosferika baxxa

Esponiment ta' annimali li għadhom konxji għad-dekompressjoni gradwali bit-tnaqqis fl-ossiġenu disponibbli ta' inqas minn 5 %.

Tiġieġ tas-simna sa 4 kg ta' piż ħaj.

Tbiċċir, depopolazzjoni u sitwazzjonijiet oħra.

Rata ta' dekompressjoni.

Tul tal-esponiment.

Temperatura ambjentali u umdità.

Punti 10.1 sa 10.5”

(b)

fil-Kapitolu II, jiżdied il-punt 10 li ġej:

“10.   Sturdament bi pressjoni atmosferika baxxa

10.1.   Waqt l-ewwel fażi, ir-rata ta' dekompressjoni ma għandhiex tkun iktar mill-ekwivalenti ta' tnaqqis fil-pressjoni minn pressjoni atmosferika baxxa standard fuq il-livell tal-baħar ta' 760 għal 250 Torr għal perjodu ta' mhux inqas minn 50 sekonda.

10.2.   Waqt it-tieni fażi, għandha tinkiseb il-pressjoni atmosferika baxxa standard fuq il-livell tal-baħar minima ta' 160 Torr fil-210 sekonda ta' wara.

10.3.   Il-kurva tal-ħin tal-pressjoni għandha tiġi rranġata biex tiżgura li t-tjur kollha jiġu storduti b'mod irriversibbli fit-tul taċ-ċiklu.

10.4.   Il-kompartiment għandu jkun ittestjat għal xi tnixxija u l-gejġis tal-pressjoni jridu jkunu kalibrati qabel kull sessjoni ta' operazzjoni u mill-inqas darba kuljum.

10.5.   Għandhom jinżammu rekords tal-pressjoni assoluta tal-vakwu, il-ħin tal-esponiment, it-temperatura u l-esponiment għal mill-inqas sena.”;

(2)

fl-Anness II, jiżdied il-punt 7 li ġej:

“7.   Sturdament bi pressjoni atmosferika baxxa

7.1.   It-tagħmir tal-isturdament bi pressjoni atmosferika baxxa għandu jkun imfassal u mibni biex jiżgura l-vakwu tal-kompartiment li jippermetti d-dekompressjoni gradwali bil-mod bit-tnaqqis tal-ossiġenu disponibbli u ż-żamma bi pressjoni minima.

7.2.   Is-sistema għandha tkun mgħammra biex tkejjel b'mod kontinwu, turi u żżomm rekord tal-pressjoni tal-vakwu assoluta, tal-ħin tal-esponiment, tat-temperatura u tal-umidità, u biex tagħti twissija viżibbli u li tinstema' b'mod ċar jekk il-pressjoni tiddevja mil-livelli rekwiżiti. It-tagħmir għandu jkun viżibbli b'mod ċar mill-persunal.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1.

(2)  EFSA Journal 2017;15(12):5056.


17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/724

tas-16 ta' Mejju 2018

dwar ċerti miżuri ta' politika kummerċjali li jikkonċernaw ċerti prodotti li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerka

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 654/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta' regoli kummerċjali internazzjonali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-8 ta' Marzu 2018, l-Istati Uniti tal-Amerka (“l-Istati Uniti”) adottaw miżuri ta' salvagwardja fl-għamla ta' żieda fit-tariffa fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar u tal-aluminju, effettiva mit-23 ta' Marzu 2018 u b'durata illimitata. Fit-22 ta' Marzu, id-data effettiva taż-żieda fit-tariffa fir-rigward tal-Unjoni Ewropea ġiet differita għall-1 ta' Mejju 2018.

(2)

Minkejja li l-Istati Uniti kkaratterizzaw dawn il-miżuri bħala miżuri ta' sigurtà, essenzjalment dawn huma miżuri ta' salvagwardja. Jikkonsistu f'azzjoni korrettiva li tfixkel il-bilanċ tal-konċessjonijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u jirrestrinġu l-importazzjonijiet għall-fini tal-protezzjoni tal-industrija domestika kontra l-kompetizzjoni barranija, f'ġieħ il-prosperità kummerċjali ta' dik l-industrija. L-eċċezzjonijiet tas-sigurtà tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (“il-GATT tal-1994”) la japplikaw u lanqas jiġġustifikaw tali miżuri ta' salvagwardja, u ma għandhom l-ebda rilevanza fuq id-dritt tal-ibbilanċjar mill-ġdid skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim tad-WTO.

(3)

Il-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji jipprevedi d-dritt ta' kull Membru esportatur milqut minn miżura ta' salvagwardja li jissospendi l-applikazzjoni ta' konċessjonijiet sostanzjalment ekwivalenti jew ta' obbligi oħra għall-kummerċ tal-Membru tad-WTO li japplika l-miżura ta' salvagwardja, dment li ma tintlaħaq ebda soluzzjoni sodisfaċenti matul il-konsultazzjonijiet u li l-Kunsill tad-WTO għall-Kummerċ fil-Merkanzija ma jkunx kontra dan.

(4)

Il-konsultazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni kif previsti fl-Artikoli 8 u 12.3 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji ma laħqu ebda soluzzjoni sodisfaċenti (2).

(5)

Is-sospensjoni mill-Unjoni ta' konċessjonijiet sostanzjalment ekwivalenti jew ta' obbligi oħra għandha ssir wara li jaslu fi tmiemhom it-30 jum wara n-notifika tagħha lill-Kunsill għall-Kummerċ fil-Merkanzija, dment li l-Kunsill għall-Kummerċ fil-Merkanzija ma jkunx kontra dan. Il-Ftehim tad-WTO jippermetti l-eżerċitar tad-dritt tas-sospensjoni (a) immedjatament, dment li l-miżura ta' salvagwardja ma tkunx ittieħdet b'riżultat ta' żieda assoluta fl-importazzjonijiet, jew ma tkunx tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim tad-WTO, jew (b) wara li jiskadi perjodu ta' tliet snin mill-applikazzjoni tal-miżura ta' salvagwardja.

(6)

Il-Kummissjoni teżerċita d-dritt li tissospendi l-applikazzjoni ta' konċessjonijiet sostanzjalment ekwivalenti jew ta' obbligi oħra bl-intenzjoni ta' bbilanċjar mill-ġdid tal-konċessjonijiet jew ta' obbligi oħra fir-relazzjonijiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi, abbażi tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 654/2014. L-azzjoni adattata hija f'għamla ta' miżuri tal-politika kummerċjali li jistgħu jkunu jikkonsistu minn, fost l-oħrajn, is-sospensjoni tal-konċessjonijiet għat-tariffi u l-impożizzjoni ta' dazji doganali ġodda jew miżjuda.

(7)

Hija u tfassal u tagħżel il-miżuri adattati ta' politika kummerċjali, il-Kummissjoni tapplika l-kriterji oġġettivi f'konformità mal-Artikolu 4(2)(c) u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 654/2014, li jinkludu skont ir-rilevanza, il-proporzjonalità ta' kull miżura, il-potenzjal tagħhom li joffru solliev għall-industriji tal-Unjoni milquta mill-miżuri ta' salvagwardja, u l-għan li l-impatt ekonomiku negattiv fuq l-Unjoni jkun imminimizzat, inkluż fir-rigward tal-materja prima essenzjali.

(8)

F'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 654/2014, il-Kummissjoni tat opportunità lill-partijiet ikkonċernati li jesprimu l-fehmiet tagħhom u jippreżentaw informazzjoni li tirrigwarda l-interessi ekonomiċi tal-Unjoni f'dan ir-rigward (3).

(9)

Il-miżuri ta' salvagwardja tal-Istati Uniti għandhom il-kapaċità li jkollhom impatt ekonomiku negattiv konsiderevoli fuq l-industriji tal-Unjoni kkonċernati. Dawn jillimitaw b'mod sinifikanti l-esportazzjonijiet tal-Unjoni tal-prodotti kkonċernati tal-azzar u tal-aluminju lejn l-Istati Uniti. L-importazzjonijiet milquta tal-Unjoni tal-prodotti rilevanti tal-azzar u tal-aluminju kienu jammontaw għall-valur ta' minn tal-anqas EUR 6,41 biljun fl-2017 (li minnhom EUR 5,30 biljun kienu f'importazzjonijiet totali ta' azzar u EUR 1,11 biljun f'importazzjonijiet totali tal-aluminju).

(10)

Għaldaqstant, sospensjoni tal-konċessjonijiet tal-kummerċ fuq ċerti prodotti sa livell li jirrifletti u ma jaqbiżx l-ammont li jkun jirriżulta mill-applikazzjoni tad-dazji tal-Istati Uniti fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti tal-azzar u tal-aluminju mill-Unjoni fl-Istati Uniti tirrappreżenta sospensjoni adattata tal-applikazzjoni tal-konċessjonijiet tal-kummerċ sostanzjalment ekwivalenti f'konformità mal-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji.

(11)

Sussegwentement, permezz ta' att ta' implimentazzjoni separat, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li timplimenta s-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-konċessjonijiet tal-kummerċ, jekk ikun hemm bżonn jew sa fejn ikun hemm bżonn, permezz tal-applikazzjoni ta' dazji doganali addizzjonali fuq ċerti prodotti li joriġinaw fl-Istati Uniti importati fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddeċiedi fuq il-kamp ta' applikazzjoni, u b'riflessjoni tar-rekwiżiti taż-żmien deskritti fil-premessa (5), skont jekk l-Istati Uniti jeskludux ċerti prodotti jew kumpaniji mill-miżuri ta' salvagwardja.

(12)

Filwaqt li jkunu riflessi r-rekwiżiti taż-żmien deskritti fil-premessa (5), jenħtieġ li japplikaw id-dazji doganali addizzjonali, jekk ikun hemm bżonn jew sa fejn ikun hemm bżonn, f'żewġ stadji. Fl-ewwel stadju, id-dazji ad valorem ta' rata massima ta' 25 % fuq importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness I, jistgħu jiġu applikati immedjatament u sakemm l-Istati Uniti jieqfu japplikaw il-miżuri ta' salvagwardji tagħhom għall-prodotti mill-Unjoni.

(13)

L-ammont totali ta' dazji ad valorem fl-ewwel stadju jirrifletti ż-żieda fit-tariffa tal-Istati Uniti ta' 25 % fuq l-importazzjonijiet ta' “prodotti ċatti tal-karbonju u tal-azzar illigat” u “prodotti twal tal-karbonju u tal-azzar illigat” (4) mill-Unjoni fl-Istati Uniti (valur totali ta' EUR 2,83 biljun f'importazzjonijiet tal-Unjoni fl-Istati Uniti fl-2017). Dawn huma l-prodotti tal-azzar li dwarhom il-miżuri ta' salvagwardja tal-Istati Uniti ma ttieħdux minħabba żieda assoluta fl-importazzjonijiet.

(14)

Fit-tieni stadju, dazji ad valorem addizzjonali ulterjuri ta' rata massima ta' 10 %, 25 %, 35 % u 50 % fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness II, jistgħu jiġu applikati mit-23 ta' Marzu 2021 jew malli sseħħ l-adozzjoni ta' deċiżjoni mill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO li l-miżuri ta' salvagwardja tal-Istati Uniti huma inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim tad-WTO, jew malli jkun innotifikat biha, jekk dan iseħħ qabel, sakemm il-miżuri ta' salvagwardja tal-Istati Uniti jieqfu japplikaw.

(15)

L-ammont totali ta' dazji ad valorem fit-tieni stadju jirrifletti ż-żieda fit-tariffa tal-Istati Uniti ta' 10 % fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti tal-aluminju (5) u ta' 25 % fuq l-importazzjonijiet ta' “prodotti ta' pajpijiet u tubi tal-karbonju u tal-azzar illigat”, “prodotti nofshom maħduma tal-karbonju u l-azzar illigat” u “prodotti tal-azzar inossidabbli” (6) mill-Unjoni fl-Istati Uniti (valur totali ta' EUR 3,58 biljun f'importazzjonijiet tal-Unjoni fl-Istati Uniti fl-2017 li minnu EUR 2,47 biljun huma importazzjonijiet tal-azzar u EUR 1,11 biljun huma importazzjonijiet tal-aluminju). Dawn huma l-prodotti li jidher li kien hemm żieda assoluta fl-importazzjonijiet tagħhom.

(16)

Il-miżuri ta' politika kummerċjali u l-prodotti kkonċernati ntgħażlu f'konformità mal-kriterji tal-Artikolu 4(2)(c) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 654/2014.

(17)

Billi ma jaqbżux il-valur tal-importazzjonijiet tal-Unjoni milquta mill-miżuri ta' salvagwardja kif deskritt fil-premessi (9) u (10), il-miżuri ta' politika kummerċjali huma proporzjonati mal-effett tal-miżuri ta' salvagwardja tal-Istati Uniti u mhumiex eċċessivi. Apparti hekk, wieħed josserva li hija biss frazzjoni tal-valur totali disponibbli li inizjalment se tkun eżerċitata, kif deskritt fil-premessi (12) u (13).

(18)

Il-miżuri ta' politika kummerċjali għandhom ikunu ta' ftit solliev għall-industriji tal-azzar u tal-aluminju tal-Unjoni milquta mill-miżuri ta' salvagwardja tal-Istati Uniti.

(19)

Jenħtieġ li l-miżuri ta' politika kummerċjali japplikaw għall-importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw fl-Istati Uniti li l-Unjoni mhijiex sostanzjalment dipendenti fuqhom għall-provvista tagħha. Il-miżuri ta' politika kummerċjali jistgħu japplikaw ukoll fir-rigward tas-setturi tal-azzar u tal-azzar u l-aluminju. Dan l-approċċ jevita kemm jista' jkun impatt negattiv fuq l-atturi diversi fis-suq tal-Unjoni, inklużi l-konsumaturi.

(20)

Prodotti li qabel id-data li fiha daħal fis-seħħ dan ir-Regolament kienet inħarġitilhom liċenzja ta' importazzjoni b'eżenzjoni mid-dazju jew bi tnaqqis minnu, jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal dawn id-dazji doganali addizzjonali.

(21)

Prodotti li dwarhom l-importaturi jistgħu jippruvaw li ġew esportati mill-Istati Uniti lejn il-Unjoni qabel id-data ta' applikazzjoni tad-dazji doganali addizzjonali jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għad-dazji doganali addizzjonali.

(22)

Dan ir-Regolament huwa bla preġudizzju għall-kwistjoni tal-konsistenza tal-miżuri ta' salvagwardja tal-Istati Uniti mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim tad-WTO.

(23)

Fid-dawl tal-limiti ta' żmien applikabbli tad-WTO u tan-natura preliminari ta' dan l-att, ikun jixraq li dan ikun jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(24)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ, imwaqqaf permezz tar-Regolament (UE) 2015/1843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni għandha, immedjatament u f'kull każ, mhux aktar tard mit-18 ta' Mejju 2018, tagħti avviż bil-miktub lill-Kunsill tad-WTO għall-Kummerċ fil-Merkanzija, li fin-nuqqas ta' diżapprovazzjoni mill-Kunsill għall-Kummerċ fil-Merkanzija, l-Unjoni tissospendi, mill-20 ta' Ġunju 2018, l-applikazzjoni għall-kummerċ tal-Istati Uniti ta' konċessjonijiet ta' dazji tal-importazzjoni skont il-GATT tal-1994 fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Anness I u fl-Anness II, b'tali mod li tippermetti l-applikazzjoni ta' dazji doganali addizzjonali fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti.

Artikolu 2

L-applikazzjoni ta' dazji doganali addizzjonali fuq dawn il-prodotti, permezz ta' att ta' implimentazzjoni sussegwenti tal-Kummissjoni, għandha sseħħ fil-limiti tal-parametri li ġejjin, u tqis kull esklużjoni sussegwenti ta' ċerti prodotti jew kumpaniji mill-miżuri ta' salvagwardja min-naħa tal-Istati Uniti:

(a)

Fl-ewwel stadju, dazju ad valorem addizzjonali ta' rata massima ta' 25 % jista' jiġi applikat fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness I mill-20 ta' Ġunju 2018.

(b)

Fit-tieni stadju, dazju ad valorem addizzjonali ulterjuri ta' rata massima ta' 10 %, 25 %, 35 % jew 50 % jista' jiġi applikat fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness II:

mit-23 ta' Marzu 2021; jew

mill-ħames jum wara d-data tal-adozzjoni mill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO, jew in-notifika lilu, ta' deċiżjoni li l-miżuri ta' salvagwardja tal-Istati Uniti huma inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim tad-WTO, jekk din id-data tiġi qabel. Fl-eventwalità li jseħħ dan tal-aħħar, il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea avviż li jindika d-data li fiha tiġi adottata jew innotifikata t-tali deċiżjoni.

Artikolu 3

Is-sospensjoni prevista fl-Artikolu 1 tista' tiġi eżerċitata sakemm, u sa fejn, l-Istati Uniti japplikaw jew japplikaw mill-ġdid il-miżuri ta' salvagwardja tagħhom b'mod li jkollu effett fuq il-prodotti mill-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jindika d-data li fiha l-Istati Uniti jkunu waqfu japplikaw il-miżuri ta' salvagwardja tagħhom.

Artikolu 4

1.   Il-prodotti elenkati fl-Annessi, li qabel id-data li fiha daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, kienet inħarġitilhom liċenzja ta' importazzjoni b'eżenzjoni mid-dazju jew bi tnaqqis minnu, għandhom ikunu soġġetti għal dawn id-dazji doganali addizzjonali.

2.   Il-prodotti elenkati fl-Annessi li dwarhom l-importaturi jistgħu jippruvaw li ġew esportati mill-Istati Uniti lejn il-Unjoni qabel id-data li fiha jkun ġie applikat dazju addizzjonali fir-rigward ta' dak il-prodott ma għandhomx ikunu soġġetti għad-dazju addizzjonali.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 189, 27.6.2014, p. 50.

(2)  Fis-16 ta' April 2018 intalbu konsultazzjonijiet mill-Unjoni. Ma ntlaħaqx ftehim u l-perjodu ta' 30 jum għall-konsultazzjonijiet imsemmi fl-Artikolu 8 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji ġie fi tmiemu.

(3)  http://trade.ec.europa.eu/consultations/index.cfm?consul_id=253

(4)  Il-prodotti li rrefera għalihom ir-Rapport tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti tal-11 ta' Jannar 2018 (https://www.commerce.gov/sites/commerce.gov/files/the_effect_of_imports_of_steel_on_the_national_security_-_with_redactions_-_20180111.pdf)

(5)  Prodotti li rrefera għalihom ir-Rapport tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti tas-17 ta' Jannar 2018 (https://www.commerce.gov/sites/commerce.gov/files/the_effect_of_imports_of_aluminum_on_the_national_security_-_with_redactions_-_20180117.pdf)

(6)  Ibid in-nota 4 f'qiegħ il-paġna.

(7)  Ir-Regolament (UE) 2015/1843 tas-6 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (kodifikazzjoni) (ĠU L 272, 16.10.2015, p. 1).


ANNESS I

Prodotti li jistgħu jkunu soġġetti għal dazji addizzjonali mill-20 ta' Ġunju 2018

NM 2018 (1)

Dazju addizzjonali

0710 40 00

25 %

0711 90 30

25 %

0713 33 90

25 %

1005 90 00

25 %

1006 30 21

25 %

1006 30 23

25 %

1006 30 25

25 %

1006 30 27

25 %

1006 30 42

25 %

1006 30 44

25 %

1006 30 46

25 %

1006 30 48

25 %

1006 30 61

25 %

1006 30 63

25 %

1006 30 65

25 %

1006 30 67

25 %

1006 30 92

25 %

1006 30 94

25 %

1006 30 96

25 %

1006 30 98

25 %

1006 40 00

25 %

1904 10 30

25 %

1904 90 10

25 %

2001 90 30

25 %

2004 90 10

25 %

2005 80 00

25 %

2008 11 10

25 %

2009 12 00

25 %

2009 19 11

25 %

2009 19 19

25 %

2009 19 91

25 %

2009 19 98

25 %

2009 81 11

25 %

2009 81 19

25 %

2009 81 31

25 %

2009 81 59

25 %

2009 81 95

25 %

2009 81 99

25 %

2208 30 11

25 %

2208 30 19

25 %

2208 30 82

25 %

2208 30 88

25 %

2402 10 00

25 %

2402 20 10

25 %

2402 20 90

25 %

2402 90 00

25 %

2403 11 00

25 %

2403 19 10

25 %

2403 19 90

25 %

2403 91 00

25 %

2403 99 10

25 %

2403 99 90

25 %

3304 20 00

25 %

3304 30 00

25 %

3304 91 00

25 %

6109 10 00

25 %

6109 90 20

25 %

6109 90 90

25 %

6203 42 31

25 %

6203 42 90

25 %

6203 43 11

25 %

6204 62 31

25 %

6204 62 90

25 %

6302 31 00

25 %

6403 59 95

25 %

7210 12 20

25 %

7210 12 80

25 %

7219 12 10

25 %

7219 12 90

25 %

7219 13 10

25 %

7219 13 90

25 %

7219 32 10

25 %

7219 32 90

25 %

7219 33 10

25 %

7219 33 90

25 %

7219 34 10

25 %

7219 34 90

25 %

7219 35 90

25 %

7222 20 11

25 %

7222 20 21

25 %

7222 20 29

25 %

7222 20 31

25 %

7222 20 81

25 %

7222 20 89

25 %

7222 40 10

25 %

7222 40 50

25 %

7222 40 90

25 %

7223 00 11

25 %

7223 00 19

25 %

7223 00 91

25 %

7226 92 00

25 %

7228 30 20

25 %

7228 30 41

25 %

7228 30 49

25 %

7228 30 61

25 %

7228 30 69

25 %

7228 30 70

25 %

7228 30 89

25 %

7228 50 20

25 %

7228 50 40

25 %

7228 50 69

25 %

7228 50 80

25 %

7229 90 20

25 %

7229 90 50

25 %

7229 90 90

25 %

7301 20 00

25 %

7304 31 20

25 %

7304 31 80

25 %

7304 41 00

25 %

7306 30 11

25 %

7306 30 19

25 %

7306 30 41

25 %

7306 30 49

25 %

7306 30 72

25 %

7306 30 77

25 %

7306 30 80

25 %

7306 40 20

25 %

7306 40 80

25 %

7307 11 10

25 %

7307 11 90

25 %

7307 19 10

25 %

7307 19 90

25 %

7308 30 00

25 %

7308 40 00

25 %

7308 90 51

25 %

7308 90 59

25 %

7308 90 98

25 %

7309 00 10

25 %

7309 00 51

25 %

7309 00 59

25 %

7310 29 10

25 %

7310 29 90

25 %

7311 00 13

25 %

7311 00 19

25 %

7311 00 99

25 %

7314 14 00

25 %

7314 19 00

25 %

7314 49 00

25 %

7315 11 10

25 %

7315 11 90

25 %

7315 12 00

25 %

7315 19 00

25 %

7315 89 00

25 %

7315 90 00

25 %

7318 14 10

25 %

7318 14 91

25 %

7318 14 99

25 %

7318 16 40

25 %

7318 16 60

25 %

7318 16 92

25 %

7318 16 99

25 %

7321 11 10

25 %

7321 11 90

25 %

7322 90 00

25 %

7323 93 00

25 %

7323 99 00

25 %

7324 10 00

25 %

7325 10 00

25 %

7325 99 10

25 %

7325 99 90

25 %

7326 90 30

25 %

7326 90 40

25 %

7326 90 50

25 %

7326 90 60

25 %

7326 90 92

25 %

7326 90 96

25 %

7606 11 10

25 %

7606 11 91

25 %

7606 12 20

25 %

7606 12 92

25 %

7606 12 93

25 %

8711 40 00

25 %

8711 50 00

25 %

8903 91 10

25 %

8903 91 90

25 %

8903 92 10

25 %

8903 92 91

25 %

8903 92 99

25 %

8903 99 10

25 %

8903 99 91

25 %

8903 99 99

25 %

9504 40 00

25 %


(1)  Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1) u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendat bil-leġiżlazzjoni sussegwenti, inkluż, mill-aktar reċenti, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 282, 31.10.2017, p. 1).


ANNESS II

Prodotti li jistgħu jkunu soġġetti għal dazji addizzjonali ulterjuri mit-23 ta' Marzu 2021 jew malli tkun iddeterminata inkonsistenza tal-miżuri ta' salvagwardja tal-Istati Uniti mad-WTO

NM 2018 (1)

Dazju addizzjonali

2008 93 11

25 %

2008 93 19

25 %

2008 93 29

25 %

2008 93 91

25 %

2008 93 93

25 %

2008 93 99

25 %

2208 30 11

25 %

2208 30 19

25 %

2208 30 82

25 %

2208 30 88

25 %

3301 12 10

10 %

3301 13 10

10 %

3301 90 10

10 %

3301 90 30

10 %

3301 90 90

10 %

3302 90 10

10 %

3302 90 90

10 %

3304 10 00

10 %

3305 30 00

10 %

4818 20 10

25 %

4818 20 91

35 %

4818 20 99

25 %

4818 30 00

25 %

4818 50 00

35 %

4818 90 10

25 %

4818 90 90

35 %

5606 00 91

10 %

5606 00 99

10 %

5907 00 00

10 %

5911 10 00

10 %

5911 20 00

10 %

5911 31 11

10 %

5911 31 19

10 %

5911 31 90

10 %

5911 32 11

10 %

5911 32 19

10 %

5911 32 90

10 %

6203 42 11

50 %

6203 42 33

50 %

6203 42 35

50 %

6203 42 51

50 %

6203 42 59

50 %

6203 43 19

50 %

6203 43 31

50 %

6203 43 39

50 %

6203 43 90

50 %

6204 62 11

50 %

6204 62 33

50 %

6204 62 39

50 %

6204 62 51

50 %

6204 62 59

50 %

6205 30 00

50 %

6301 30 10

50 %

6301 30 90

50 %

6402 19 00

25 %

6402 99 10

50 %

6402 99 31

25 %

6402 99 39

25 %

6402 99 50

25 %

6402 99 91

25 %

6402 99 93

25 %

6402 99 96

25 %

6402 99 98

25 %

6403 59 05

25 %

6403 59 11

25 %

6403 59 31

25 %

6403 59 35

25 %

6403 59 39

25 %

6403 59 50

25 %

6403 59 91

25 %

6403 59 99

25 %

6601 10 00

50 %

6911 10 00

50 %

6911 90 00

50 %

6912 00 21

50 %

6912 00 23

50 %

6912 00 25

50 %

6912 00 29

50 %

6912 00 81

50 %

6912 00 83

50 %

6912 00 85

50 %

6912 00 89

50 %

6913 10 00

50 %

6913 90 10

50 %

6913 90 93

50 %

6913 90 98

50 %

6914 10 00

50 %

6914 90 00

50 %

7005 21 25

25 %

7005 21 30

25 %

7005 21 80

25 %

7007 19 10

10 %

7007 19 20

10 %

7007 19 80

10 %

7007 21 20

10 %

7007 21 80

10 %

7007 29 00

10 %

7009 10 00

25 %

7009 91 00

10 %

7013 28 10

10 %

7013 28 90

10 %

7102 31 00

10 %

7113 11 00

25 %

7113 19 00

25 %

7113 20 00

25 %

7228 50 61

25 %

7326 90 98

10 %

7604 29 90

25 %

7606 11 93

25 %

7606 11 99

25 %

8422 11 00

50 %

8450 11 11

50 %

8450 11 19

50 %

8450 11 90

50 %

8450 12 00

50 %

8450 19 00

50 %

8506 10 11

10 %

8506 10 18

10 %

8506 10 91

10 %

8506 10 98

10 %

8506 90 00

10 %

8543 70 01

50 %

8543 70 02

50 %

8543 70 03

50 %

8543 70 04

50 %

8543 70 05

50 %

8543 70 06

50 %

8543 70 07

50 %

8543 70 08

50 %

8543 70 09

50 %

8543 70 10

50 %

8543 70 30

50 %

8543 70 50

50 %

8543 70 60

50 %

8543 70 90

25 %

8704 21 10

10 %

8704 21 31

10 %

8704 21 39

10 %

8704 21 91

10 %

8704 21 99

10 %

8711 40 00

25 %

8711 50 00

25 %

8901 90 10

50 %

8901 90 90

50 %

8902 00 10

50 %

8902 00 90

50 %

8903 10 10

10 %

8903 10 90

10 %

8903 92 91

25 %

8903 92 99

25 %

9401 61 00

50 %

9401 69 00

50 %

9401 71 00

50 %

9401 79 00

50 %

9401 80 00

50 %

9404 90 10

25 %

9404 90 90

25 %

9405 99 00

25 %


(1)  Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1) u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendat bil-leġiżlazzjoni sussegwenti, inkluż, mill-aktar reċenti, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 282, 31.10.2017, p. 1).


DIRETTIVI

17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/29


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/725

tas-16 ta' Mejju 2018

li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi, il-punt 13 tal-parti III tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-kromju VI

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(1)(b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/48/KE tistabbilixxi valur limitu għall-kromju VI f'materjal tal-ġugarelli li jkun inbarax minn fuqhom bħal żebgħa fuq il-ġugarelli, polimeri ebsin u ratba, injam, tessuti, u oħrajn. Il-valur ta' limitu attwali (0,2 mg/kg) huwa bbażat fuq doża virtwalment sikura ta' 0,0053 μg ta' kromju VI għal kull kg ta' piż tal-ġisem għal kull ġurnata proposta mill-Office of Environmental Health Hazard Assessment (OEHHA) tal-California Environmental Protection Agency (2).

(2)

Wara talba tal-Kummissjoni Ewropea, il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent (SCHER) fl-2015 wettaq valutazzjoni tar-rilevanza tal-karċinoġeniċità orali tal-kromju VI. Fl-opinjoni tiegħu dwar “Chromium VI in toys” adottata fit-22 ta' Jannar 2015 (3), SCHER irrapporta li ġew riveduti, fost l-oħrajn, id-dokument tekniku ta' sostenn għall-Għan tas-Saħħa Pubblika għall-kromju VI fl-ilma tax-xorb (4) u studju dwar il-programm nazzjonali tal-Istati Uniti dwar it-tossikoloġija (US-National Toxicology Program (NTP) (5). SCHER qies bħala xierqa u virtwalment sikura d-doża ta' 0,0002 μg ta' kromju VI għal kull kg ta' piż tal-ġisem għal kull ġurnata, li l-OEHHA kkonkluda kienet assoċjata ma' każ wieħed addizzjonali ta' kanċer f'miljun.

(3)

Billi t-tfal jiġu esposti għall-kromju VI wkoll minn sorsi oħra apparti l-ġugarelli, jeħtieġ li jittieħed ċertu perċentwal biss tad-doża virtwalment sikura bħala l-bażi għall-kalkolu tal-valur ta' limitu għall-kromju VI. Il-kontribuzzjoni massima mill-ġugarelli fid-doża ta' kuljum ta' kromju VI rakkomandata mill-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent, fl-opinjoni tiegħu tal-2004 (6) hija ta' 10 %. Dan il-perċentwal ġie kkonfermat darbtejn mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa u r-Riskji Ambjentali fl-2010 (7)  (8).

(4)

Barra minn hekk, għall-kromju VI u għal sustanzi kimiċi oħra li huma partikolarment tossiċi, fil-premessa 22 tagħha, id-Direttiva 2009/48/KE tissuġġerixxi li jiġu stabbiliti valuri ta' limitu bin-nofs ta' dawk meqjusa sikuri mill-Kumitat Xjentifiku rilevanti, sabiex jiġi żgurat li jkunu preżenti biss traċċi li jkunu kompatibbli mal-prattika tajba tal-manifattura.

(5)

L-applikazzjoni ta' 10 % tad-doża virtwalment sikura, immultiplikat bil-piż medju ta' tifel taħt it-tliet snin, stmat għal 7,5 kg, u diviż bil-kwantità ta' kuljum ta' materjal inġestit tal-ġugarelli li jkun inbarax minn fuqhom, stmat għal 8 mg/jum, u mmultiplikat b'

Formula

wasslet lil SCHER biex jipproponi, fl-opinjoni tiegħu msemmija hawn fuq dwar il-Kromju VI fil-ġugarelli (“Chromium VI in toys”), 0,0094 mg/kg bħala valur ta' limitu rivedut għall-kromju VI f'materjal tal-ġugarelli li jkun inbarax minn fuqhom.

(6)

Madankollu, il-konformità mal-valur ta' limitu propost ma tistax tiġi vverifikata bil-metodu ta' ttestjar tal-istandard Ewropew EN 71-3:2013+A1:2014, li r-referenza tiegħu ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (9). Il-valur ta' limitu propost huwa kważi sitt darbiet inqas mill-iżgħar konċentrazzjoni li tista' tiġi affidabbilment kwantifikata bil-metodu ta' ttestjar fl-istandard, li huwa ta' 0,053 mg/kg.

(7)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, is-sottogrupp “Sustanzi Kimiċi” tal-Grupp ta' Esperti dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli stabbilit mill-Kummissjoni (10) rrakkomanda fil-laqgħa tiegħu tal-14 ta' Ottubru 2016 biex il-valur limitu għall-kromju VI jitnaqqas minn 0,2 mg/kg għal 0,053 mg/kg. Bl-istess mod, is-sottogrupp “Sustanzi Kimiċi” irrakkomanda reviżjoni kull sentejn tal-metodi ta' ttestjar disponibbli għall-kromju VI sabiex possibbilment jiġi identifikat metodu ta' ttestjar li jista' b'mod affidabbli jkejjel anki konċentrazzjonijiet aktar baxxi, sakemm jintlaħaq il-valur ta' limitu propost minn SCHER.

(8)

Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) bħalissa qed jirrevedi l-metodu ta' ttestjar fl-istandard EN 71-3 fir-rigward tat-titjib fid-detezzjoni tal-kromju VI. Metodu ta' ttestjar rivedut li mistenni li jkun disponibbli dalwaqt, jippermetti l-kejl ta' konċentrazzjonijiet b'mod affidabbli sa 0,0025 mg/kg. Imbagħad ikun possibbli li jissaħħaħ aktar il-valur limitu għall-kromju VI f'materjal tal-ġugarelli li jkun inbarax minn fuqhom.

(9)

Jenħtieġ għalhekk li d-Direttiva 2009/48/KE tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fil-punt 13 tal-Parti III tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE l-entrata għall-kromju VI tinbidel b'dan li ġej:

Elementi

mg/kg

f'materjal tal-ġugarell niexef, fraġli, flessibbli jew f'għamla ta' trab

mg/kg

f'materjal tal-ġugarell likwidu jew li jwaħħal

mg/kg

f'materjal tal-ġugarell li jkun inbarax minn fuqu

“Kromju (VI)

0,02

0,005

0,053”

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mis-17 ta' Novembru 2019, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mit-18 ta' Novembru 2019.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1.

(2)  OEHHA (1999). Public health goal for chromium in drinking water. Pesticide and Environmental Toxicology Section, Office of Environmental Health Hazard Assessment, California Environmental Protection Agency. Bid-data ta' Frar 1999. Ikkwotata fi: Chemicals in Toys. A general methodology for assessment of chemical safety of toys with a focus on elements RIVM report 320003001/2008. National Institute for Public Health and the Environment (RIVM) of The Netherlands. p. 114, it-Tabella 8-1.

(3)  Il-Kumitat Xjentifiku għas-Saħħa u r-Riskji Ambjentali (SCHER), Opinjoni dwar “Chromium VI in toys”. Adottata fit-22 ta' Jannar 2015. http://ec.europa.eu/health/sites/health/files/scientific_committees/environmental_risks/docs/scher_o_167.pdf

(4)  OEHHA (2011). Public health goals for chemicals in drinking water. Hexavalent chromium (Cr VI). http://oehha.ca.gov/water/phg/072911Cr6PHG.html

(5)  National Toxicology Program (2008). Toxicology and Carcinogenesis Studies of Sodium Dichromate Dihydrate (CAS No. 7789-12-0) in F344/N Rats and B6C3F1 Mice (Drinking Water Studies). NTP TR 546, NIEHS, Research Triangle Park, NC. NIH Publication No. 08-5887.

(6)  Il-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent (CSTEE). Opinjoni dwar “Assessment of the bioavailability of certain elements in toys”. Adottata fit-22 ta' Ġunju 2004. http://ec.europa.eu/health/archive/ph_risk/committees/sct/documents/out235_en.pdf

(7)  Il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u għall-Ambjent (SCHER). Opinjoni dwar “Risk from organic CMR substances in toys”. Adottata fit-18 ta' Mejju 2010.

(8)  Il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u għall-Ambjent (SCHER). Opinjoni dwar “Evaluation of the migration limits for chemical elements in Toys”. Adottata fl-1 ta' Lulju 2010.

(9)  ĠU C 378, 13.11.2015, p. 1.

(10)  Ara r-Reġistru tal-Gruppi ta' Esperti tal-Kummissjoni, il-Grupp ta' Esperti dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli (E01360). http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?do=groupDetail.groupDetail&groupID=1360


DEĊIŻJONIJIET

17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2018/726

tat-2 ta' Mejju 2018

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (EUCAP Sahel Niger/1/2018)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2012/392/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-EUCAP Sahel Niger, inkluż, b'mod partikolari, id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fis-6 ta' Mejju 2014, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUCAP Sahel Niger/2/2014 (2), li taħtar lis-Sur Filip DE CEUNINCK bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Niger mis-6 ta' Mejju 2014 sal-15 ta' Lulju 2014.

(3)

Fit-22 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/482/PESK (3), li testendi l-mandat tal-EUCAP Sahel Niger mis-16 ta' Lulju 2014 sal-15 ta' Lulju 2016.

(4)

Fl-24 ta' Lulju 2014, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUCAP Sahel Niger/3/2014 (4), li testendi l-mandat tas-Sur Filip DE CEUNINCK bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Niger mis-16 ta' Lulju 2014 sal-15 ta' Lulju 2015.

(5)

Fil-15 ta' April 2015, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/611 (5), li testendi l-mandat tas-Sur Filip DE CEUNINCK bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Niger mis-16 ta' Lulju 2015 sal-15 ta' Lulju 2016.

(6)

Fit-18 ta' Lulju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1172 (6), li testendi l-mandat tal-EUCAP Sahel Niger mis-16 ta' Lulju 2016 sal-15 ta' Lulju 2018.

(7)

Fis-26 ta' Lulju 2016, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1632 (7) li taħtar lis-Sinjura Kirsi HENRIKSSON bħala Kap tal-EUCAP Sahel Niger mill-1 ta' Settembru 2016 sal-15 ta' Lulju 2017.

(8)

Fit-13 ta' Ġunju 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1174 (8), li testendi l-mandat tas-Sinjura Kirsi HENRIKSSON bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Niger mis-16 ta' Lulju 2017 sal-15 ta' Lulju 2018.

(9)

Fil-25 ta' April 2018, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sur Frank VAN DER MUEREN bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Niger.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Frank VAN DER MUEREN huwa b'dan maħtur bħala Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) mill-1 ta' Mejju 2018.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Mejju 2018.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 187, 17.7.2012, p. 48.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUCAP Sahel Niger/2/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (2014/259/PESK) (ĠU L 136, 9.5.2014, p. 26).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/482/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 31).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUCAP Sahel Niger/3/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (2014/643/PESK) (ĠU L 267, 6.9.2014, p. 5).

(5)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/611 tal-15 ta' April 2015 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (EUCAP Sahel Niger/1/2015) (ĠU L 101, 18.4.2015, p. 61).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1172 tat-18 ta' Lulju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 106).

(7)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1632 tas-26 ta' Lulju 2016 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (EUCAP Sahel Niger/1/2016) (ĠU L 243, 10.9.2016, p. 6).

(8)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/1174 tat-13 ta' Ġunju 2017 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (EUCAP Sahel Niger/1/2017) (ĠU L 170, 1.7.2017, p. 92).


17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/34


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/727

tal-14 ta' Mejju 2018

li taħtar membru supplenti, propost mir-Rumanija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Rumen,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fit-3 ta' April 2017, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/665 (4), is-Sur Florin Grigore TECĂU ġie sostitwit mis-Sur Marius Horia ȚUȚUIANU bħala membru supplenti.

(2)

Fil-25 ta' Settembru 2017, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1762 (5), konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Marius Horia ȚUȚUIANU bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Hija b'dan maħtura membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sinjura Daniela CÎMPEAN, President of Sibiu County Council.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/665 tat-3 ta' April 2017 li taħtar ħames membri u disa' membru supplenti, proposti mir-Rumanija, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 94, 7.4.2017, p. 40).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1762 tal-25 ta' Settembru 2017 li taħtar żewġ membri, proposti mir-Rumanija, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 250, 28.9.2017, p. 56).


Rettifika

17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/35


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1385/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 u (KE) Nru 1224/2009, u r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1379/2013 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, wara l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 354 tat-28 ta' Diċembru 2013 )

Fil-paġna 88, l-Artikolu 3 (li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1380/2013), il-punt 2,

minflok:

“(2)

Fl-Artikolu 36, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

‘5.   B'deroga mill-paragrafu 1, Franza għandha tkun eżentata sal-31 ta' Diċembru 2021 mill-obbligu li tinkludi fir-reġistru tagħha ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni dawk il-bastimenti li għandhom tul komplessiv ta' inqas minn 10 metri u li joperaw mill-Majott.

6.   Sal-31 ta' Diċembru 2021, Franza …’,”,

aqra:

“(2)

Fl-Artikolu 36, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

‘4.   B'deroga mill-paragrafu 1, Franza għandha tkun eżentata sal-31 ta' Diċembru 2021 mill-obbligu li tinkludi fir-reġistru tagħha ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni dawk il-bastimenti li għandhom tul komplessiv ta' inqas minn 10 metri u li joperaw mill-Majott.

5.   Sal-31 ta' Diċembru 2021, Franza …’.”


17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/35


Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/390 tal-11 ta' Novembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar ċerti rekwiżiti prudenzjali għal depożitorji ċentrali tat-titoli u istituzzjonijiet ta' kreditu ddeżinjati li joffru servizzi anċillari ta' tip bankarju

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 65 tal-10 ta' Marzu 2017 )

F'paġna 17, fl-Artikolu 6(1)(a)(iii):

minflok:

“(iii)

id-dħul nett mistenni wara t-taxxa għas-sena finanzjarja l-iktar il-bogħod fiż-żmien li għaliha ma jkunux disponibbli riżultati awditjati;”,

aqra:

“(iii)

id-dħul nett mistenni wara t-taxxa għas-sena finanzjarja preċedenti li għaliha ma jkunux għadhom disponibbli riżultati awditjati;”,

F'paġna 32, fl-Artikolu 26(1):

minflok:

“1.   Fornitur ta' servizzi bankarji-CSD għandu jkollu proċeduri ta' rimborż effettivi ta' kreditu ta' matul l-istess jum, li jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-paragrafi 2 u 3.”,

aqra:

“1.   Fornitur ta' servizzi bankarji-CSD għandu jkollu proċeduri ta' rimborż effettivi ta' kreditu ta' matul l-istess jum, li jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-paragrafi 2.”,


17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/36


Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/391 tal-11 ta' Novembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ulterjorment il-kontenut tar-rappurtar dwar is-saldi internalizzati

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 65 tal-10 ta' Marzu 2017 )

F'paġna 44, fil-premessa (6),

minflok:

“L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Konċernati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).”,

aqra:

“L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Konċernati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).”.


17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/36


Rettifika tar-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 191 tal-15 ta' Lulju 2016 )

Fil-werrej u fil-paġna 1, it-titolu,

minflok:

“Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007”,

aqra:

“Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007”.