ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 120 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
16.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 120/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/714
tal-14 ta' Mejju 2018
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509. |
(2) |
Fl-14 ta' Mejju 2018 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/715 (2), li mexxiet sitt persuni għall-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u neħħiethom mill-Anness II għal dik id-Deċiżjoni. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XVI u l-Anness XV għar-Regolament (UE) 2017/1509 jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVI u l-Anness XV għar-Regolament (UE) 2017/1509 huma emendati kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ZAHARIEVA
(1) ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/715 tal-14 ta' Mejju 2018 li temenda d-Deċizjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ara l-paġna 4 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS
A. |
Fl-Anness XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509, taħt l-intestatura “(a) Persuni fiżiċi”, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
B. |
Fl-Anness XV għar-Regolament (UE) 2017/1509, taħt l-intestatura “(c) Persuni fiżiċi indikati f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 34(4)”, jitneħħew l-entrati li ġejjin:
|
DEĊIŻJONIJIET
16.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 120/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/715
tal-14 ta' Mejju 2018
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (“RDPK”). |
(2) |
Fit-2 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1066 (2), li żiedet il-Korean National Insurance Company (“KNIC”) GmbH u sitt persuni li jaġixxu f'isimha jew fuq id-direzzjoni tagħha fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK. Fil-31 ta' Marzu 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/475 (3) li żiedet il-KNIC fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK u ħassret l-entrata li tikkonċerna l-KNIC GmbH. Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/475 emendat ukoll l-entrati tas-sitt persuni li jaġixxu f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha. |
(3) |
Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 (4) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK. |
(4) |
Fil-5 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2371 (2017), li tipprevedi miżuri ġodda kontra r-RDPK, inkluż id-deżinjazzjoni tal-KNIC. |
(5) |
Fl-10 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1459 (5), li żiedet il-KNIC fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, u fl-24 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1504 (6), li neħħiet il-KNIC mill-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. |
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li l-entrati għall-persuni li jaġixxu f'isem jew fuq id-direzzjoni tal-KNIC jitmexxew għall-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u jitneħħew mill-Anness II għal dik id-Deċiżjoni. |
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness III u l-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness III u l-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huma emendati kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ZAHARIEVA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/800/PESK (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 52).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1066 tat-2 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 174, 3.7.2015, p. 25).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/475 tal-31 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (ĠU L 85, 1.4.2016, p. 34).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1459 tal-10 ta' Awwissu 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (ĠU L 208, 11.8.2017, p. 38).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1504 tal-24 ta' Awwissu 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 221, 26.8.2017, p. 22).
ANNESS
A. |
Fl-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 taħt l-intestatura “Lista ta' persuni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 27(1)”, taħt is-sottotitolu “A. Persuni”, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:
|
B |
Fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 taħt l-intestatura “II. Persuni u entitajiet li jipprovdu servizzi finanzjarji li jistgħu jikkontribwixxu għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda tal- massiva”, taħt is-sottotitolu “A. Persuni”, jitneħħew l-entrati li ġejjin:
|
16.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 120/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/716
tal-14 ta' Mejju 2018
li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Jannar 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/34/PESK (1) dwar missjoni militari tal-UE biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali). |
(2) |
Fit-18 ta' Frar 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/87/PESK (2) dwar il-bidu tal-EUTM Mali. |
(3) |
Fit-23 ta' Marzu 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/446 (3) li tadatta u testendi l-mandat tal-EUTM Mali u li tipprovdilha ammont ta' referenza sat-18 ta' Mejju 2018. |
(4) |
Wara r-Rieżami Strateġiku tal-Missjoni, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà rrakkomanda li l-mandat tal-EUTM Mali jiġi emendat u estiż sat-18 ta' Mejju 2020. |
(5) |
Hu neċessarju wkoll li jiġi stabbilit l-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri marbutin-nefqa relatata mal-EUTM Mali għall-perijodu mid-19 ta' Mejju 2018 sat-18 ta' Mejju 2020. |
(6) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/34/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2013/34/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-EUTM Mali għall-perijodu mid-19 ta' Mejju 2018 sat-18 ta' Mejju 2020 għandu jkun ta' EUR 59 743 047,00. Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/528 (*1) għandu jkun ta' 0 %, u l-perċentwal għall-impenn imsemmi fl-Artikolu 34(3) ta' dik id-Deċiżjoni għandu jkun ta' 30 %. (*1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/528 tas-27 ta' Marzu 2015 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża (Athena) u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/871/PESK (ĠU L 84, 28.3.2015, p. 39).”;" |
(3) |
fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Il-mandat tal-EUTM Mali għandu jintemm fit-18 ta' Mejju 2020.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ZAHARIEVA
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas-17 ta' Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) (ĠU L 14, 18.1.2013, p. 19).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/87/PESK tat-18 ta' Frar 2013 dwar il-bidu ta' missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) (ĠU L 46, 19.2.2013, p. 27).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/446 tat-23 ta' Marzu 2016 li temenda u testendi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) (ĠU L 78, 24.3.2016, p. 74).
16.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 120/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/717
tal-14 ta' Mejju 2018
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Mejju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 (1) dwar operazzjoni militari tal-UE fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) li tikkontribwixxi għat-tfixkil tal-mudell kummerċjali tan-netwerks ta' faċilitazzjoni ta' dħul klandestin u traffikar tal-bnedmin fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali. |
(2) |
Fl-20 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/993 (2) li emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 billi estendiet il-mandat tal-operazzjoni b'mod partikolari biex tikkontribwixxi lejn il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-implimentazzjoni tal-embargo tal-armi tan-NU fl-ibħra miftuħa 'l barra mill-kosta tal-Libja. |
(3) |
Fid-19 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2314 (3) u fil-25 ta' Lulju 2017 id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1385 (4) li saħħet l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lil EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA biex tiskambja informazzjoni ma' atturi rilevanti. |
(4) |
Fl-20 ta' Marzu 2018, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà qabel li, bl-għan li tittejjeb il-kondiviżjoni tal-informazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni, EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA tista' tospita Ċellola ta' Informazzjoni dwar il-Kriminalità (CIC) fi ħdan l-operazzjoni. |
(5) |
Jeħtieġ li L-ipproċessar ta' data personali minn membri tas-CIC jikkonforma mal-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(6) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
(7) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, la hi marbuta biha u lanqas hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha u ma tiħux sehem fil-finanzjament ta' din l-operazzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“4. EUNAVFOR MED operazzjoni Sophia tista' tospita Ċellola ta' Informazzjoni dwar il-Kriminalità (‘CIC’) magħmula minn persunal tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u tal-aġenziji tal-Unjoni rilevanti elenkati fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, sabiex tiffaċilita r-riċeviment, il-ġbir u t-trasmissjoni ta' informazzjoni, inkluż data personali, dwar ild-dħul klandestin u t-traffikar ta' bnedmin, l-embargo tal-armi fuq il-Libja, it-traffikar illegali kif imsemmi fl-Artikolu 2b(4), kif ukoll ir-reati rilevanti għas-sigurtà tal-operazzjoni.
L-ipproċessar ta' data personali f'dan il-kuntest għandu jitwettaq f'konformità mal-liġi applikabbli tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment li fuqu jinsab is-CIC u, fir-rigward tal-persunal tal-aġenziji tal-Unjoni, f'konformità mal-qafas legali applikabbli għall-aġenziji rispettivi.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ZAHARIEVA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/778 tat-18 ta' Mejju 2015 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) (ĠU L 122, 19.5.2015, p. 31).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/993 tal-20 ta' Ġunju 2016 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) (ĠU L 162, 21.6.2016, p. 18).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2314 tad-19 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) (ĠU L 345, 20.12.2016, p. 62).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1385 tal-25 ta' Lulju 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) (ĠU L 194, 26.7.2017, p. 61).
16.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 120/12 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/718
tal-14 ta' Mejju 2018
dwar is-sospensjoni tal-kwalifika ta' Malta bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi fir-rigward tal-annimali bovini u li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE
(notifikata bid-dokument C(2018) 2762)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ tal-annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-paragrafu 5 tal-Anness A.I tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ intra-Unjoni tal-annimali bovini. Hija tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom l-Istat Membru jista' jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi fir-rigward tal-annimali bovini, kif ukoll il-kundizzjonijiet biex tinżamm din il-kwalifika. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE (2) tipprevedi li l-Istati Membri elenkati fil-Kapitolu 1 tal-Anness I ikunu ddikjarati bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi fir-rigward tal-annimali bovini. |
(3) |
Malta kienet elenkata fil-Kapitolu 1 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/448 (3). |
(4) |
F'Novembru 2017, Malta rrapportat tifqigħa ta' tuberkulożi tal-bovini kkonfermata mill-iżolazzjoni tal-M. bovis fl-eżami tal-laboratorju. Matul l-investigazzjonijiet ta' segwitu, annimali bovini minn merħla oħra rriżultaw pożittivi għat-test tat-tuberkulożi tal-bovini. Din it-tieni merħla kienet irċeviet annimali mill-każ tal-indiċi. |
(5) |
Malta ħadet il-miżuri stabbiliti fl-Anness A.I tad-Direttiva 64/432/KEE u b'mod partikolari rtirat il-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa tal-ewwel merħla u ssospendiet il-kwalifika tat-tieni merħla. Sussegwentement, Malta ma tistax tibqa' tikkonforma mal-kriterji għaż-żamma tal-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa fil-każ tat-tuberkulożi tal-bovini kif stipulat fil-paragrafu 4 tal-Anness A.I tad-Direttiva 64/432/KEE; barra minn hekk, is-sors tal-infezzjoni baqa' ma ġiex konkluż. |
(6) |
Wara t-tagħrif minn Malta dwar it-tuberkulożi tal-bovini, il-Kummissjoni tqis li hemm evidenza ta' bidla sinifikanti fis-sitwazzjoni fir-rigward tat-tuberkulożi tal-bovini f'dak l-Istat Membru. |
(7) |
Għaldaqstant, il-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi tal-bovini ta' Malta jenħtieġ li jiġi sospiż sakemm ir-riżultati tat-testijiet ta' sorveljanza u l-investigazzjonijiet epidjemoloġiċi juru li t-tifqigħat huma kkontrollati, il-miżuri huma applikati skont il-paragrafu 4(b), (c) u (d) tal-Anness A.I tad-Direttiva 64/432/KEE, u l-persentaġġ ta' annimali bovini kkonfermati bħala infettati bit-tuberkulożi ma jkunx qabel iż-0,1 % tal-merħliet kollha għal perjodu kontinwu ta' 12-il xahar, li fi tmiemu, minn tal-anqas 99,9 % tal-annimali bovini jenħtieġ li jkunu kisbu l-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi. |
(8) |
Għaldaqstant, l-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-kwalifika ta' Malta bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi fir-rigward tal-annimali bovini għandu jiġi sospiż.
2. Sabiex terġa' tikseb il-kwalifika bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi fir-rigward l-annimali bovini, Malta għandha tkun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 4(b), (c) u (d) tal-Anness A.I tad-Direttiva 64/432/KEE jibqgħu jiġu ssodisfati; |
(b) |
l-annimali bovini kollha jkunu ġew soġġetti għal ittestjar għat-tuberkulożi tal-bovini skont il-proċeduri stipulati fil-paragrafu 1 tal-Anness A.I tad-Direttiva 64/432/KEE; |
(c) |
il-persentaġġ tal-annimali bovini kkonfermati li huma infettati bit-tuberkulożi ma jkunx qabeż iż-0,1 % tal-merħliet kollha matul perjodu kontinwu ta' 12-il xahar; |
(d) |
fi tmiem il-perjodu ta' 12-il xahar imsemmi fil-punt (c), minn tal-inqas 99,9 % tal-annimali bovini jkunu kisbu il-kwalifika bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi. |
Artikolu 2
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE hu emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2018.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi, bruċellożi u lewkożi bovina enzootika ta' xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74).
(3) Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/448 tat-23 ta' Marzu 2016 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE b'rabta mal-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi u mill-bruċellożi ta' Malta fir-rigward tal-merħliet bovini (ĠU L 78, 24.3.2016, p. 78).
ANNESS
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, il-Kapitolu 1 jinbidel b'dan li ġej:
“KAPITOLU 1
Stati Membri uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi
Kodiċi ISO |
Stat Membru |
BE |
Il-Belġju |
CZ |
Ir-Repubblika Ċeka |
DK |
Id-Danimarka |
DE |
Il-Ġermanja |
EE |
L-Estonja |
FR |
Franza |
LV |
Il-Latvja |
LT |
Il-Litwanja |
LU |
Il-Lussemburgu |
HU |
L-Ungerija |
NL |
In-Netherlands |
AT |
L-Awstrija |
PL |
Il-Polonja |
SI |
Is-Slovenja |
SK |
Is-Slovakkja |
FI |
Il-Finlandja |
SE |
L-Iżvezja”. |
16.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 120/15 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/719
tal-14 ta' Mejju 2018
li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi tal-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u tal-unitajiet veterinarji fi Traces
(notifikata bid-dokument C(2018) 2783)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b'mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 6(5) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (4) tistabbilixxi lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera approvati skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Dik il-lista hija stabbilita fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni. |
(2) |
Wara l-proposta mid-Danimarka u spezzjoni sodisfaċenti mwettqa mill-Kummissjoni, il-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta' Aalborg fid-Danimarka għandu jiġi approvat għal ċerti annimali fil-kategorija O, speċifikament għall-klieb u l-qtates. Għalhekk, jixraq li tiġi emendata l-lista tal-annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
(3) |
Wara l-proposta minn Spanja u l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni, is-sospensjoni tal-approvazzjoni tal-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta' Vitoria fir-rigward ta' ċerti kategoriji ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali għandha titneħħa. Għalhekk, jenħtieġ li l-lista tal-annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan. |
(4) |
In-Netherlands infurmaw lill-Kummissjoni li l-ismijiet tal-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u taċ-ċentri ta' spezzjoni fl-ajruport ta' Maastricht ġew mibdula. Għalhekk, l-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(5) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jistabbilixxi l-lista tal-unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (Traces). |
(6) |
Wara li waslet informazzjoni mill-Belġju u l-Awstrija, jenħtieġ li jsiru ċerti bidliet lill-ismijiet fil-lista tal-unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fi Traces għal dawn l-Istati Membri. Huwa għalhekk xieraq li l-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2018.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(2) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009 dwar it-tfassil ta' lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).
ANNESS
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness II qed jiġi emendat kif ġej:
|