ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 97

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
17 ta' April 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/578 tat-13 ta' April 2018 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/579 tas-16 ta' April 2018 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwota tat-tariffa addizzjonali tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fiċ-Ċilì

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/580 tat-12 ta' April 2018 li taħtar tliet membri tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 11.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew

13

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

17.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 97/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/578

tat-13 ta' April 2018

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 jelenka l-Parteċipanti fl-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process (KP) u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom maħtura kif dovut.

(2)

L-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti ta' bosta parteċipanti fil-Kimberley Process jeħtieġu aġġornament.

(3)

F'Novembru 2016, il-Plenarja tal-KP qablet ukoll dwar d-dħul mill-ġdid tal-Venezwela fl-iskema ta' ċertifikazzjoni Kimberley Process. Din id-deċiżjoni ssegwi l-eżitu ta' proċedura bil-miktub u tippermetti lill-Venezwela biex terġa' tibda l-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma.

(4)

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 għandu jiġi emendat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 huwa mibdul bit-test ippreżentat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Federica MOGHERINI

Viċi President


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 28.


ANNESS

L-ANNESS II

Il-lista tal-parteċipanti fl-iskema ta' ċertifikazzjoni Kimberley Process u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, maħtura kif xieraq, kif imsemmi fl-Artikoli 2, 3, 8, 9, 12, 17, 18, 19 u 20

L-ANGOLA

Ministry of Geology and Mines

Predio Geominas, 2o Andar C.P # 1260

Luanda

Angola

L-ARMENJA

Department of Gemstones and Jewellery

Ministry of Trade and Economic Development

M. Mkrtchyan 5

Yerevan

Armenja

L-AWSTRALJA

Id-Dipartiment tal-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ

Trade Development Division

R.G. Casey Building

John McEwen Crescent

Barton ACT 0221

Australia

IL-BANGLADESH

Export Promotion Bureau

TCB Bhaban

1, Karwan Bazaar

Dhaka

Bangladesh

Il-BELARUSSJA

Ministry of Finance

Department for Precious Metals and Precious Stones

Sovetskaja Str, 7

220010 Minsk

Republic of Belarus

IL-BOTSWANA

Ministry of Minerals, Green Technology and Energy Security (MMGE)

Fairgrounds Office Park, Plot No. 50676 Block C

P/Bag 0018

Gaborone

Botswana

IL-BRAŻIL

Ministry of Mines and Energy

Esplanada dos Ministérios, Bloco‘U’, 4o andar

70065, 900 Brasilia, DF

Brazil

IL-KAMBODJA

Ministry of Commerce

Lot 19-61, MOC Road (113 Road), Phum Teuk Thla, Sangkat Teuk Thla

Khan Sen Sok, Phnom Penh

Cambodia

IL-KAMERUN

National Permanent Secretariat for the Kimberley Process

Ministry of Mines, Industry and Technological Development

Intek Building, 6th floor,

Narvik Street

BP 35601 Yaounde

Cameroon

IL-KANADA

Internazzjonali:

Global Affairs Canada Natural Resources and Governance Division (MES) 125 Sussex Drive Ottawa, Ontario K1A 0G2

Canada

Għal Mistoqsijiet f'Natural Resources Canada:

Kimberley Process Office

Lands and Minerals Sector Natural Resources Canada (NRCan)

580 Booth Street, 10th floor

Ottawa, Ontario

Canada K1A 0E4

IR-REPUBBLIKA ĊENTRU-AFRIKANA

Secrétariat permanent du processus de Kimberley

BP: 26 Bangui

Central African Republic

IĊ-ĊINA, Ir-Repubblika tal-Poplu ta'

Department of Inspection and Quarantine Clearance

General Administration of Quality Supervision, Inspection and Quarantine(AQSIQ)

9 Madian East Road

Haidian District, Beijing 100088

People's Republic of China

IL-KOSTA TAL-AVORJU

Ministère de l'Industrie et des Mines

Secrétariat Permanent de la Représentation en Côte d'Ivoire du Processus de Kimberley (SPRPK-CI)

Abidjan-Plateau, Immeuble les Harmonies II

Abidjan

Côte d'Ivoire

HONG KONG, Ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Department of Trade and Industry

Hong Kong Special Administrative Region

Peoples Republic of China

Room 703, Trade and Industry Tower

700 Nathan Road

Kowloon

Hong Kong

China

IL-KONGO, Ir-Repubblika Demokratika ta'

Centre d'Expertise, d'Evaluation et de Certification des Substances Minérales Précieuses et Semi-précieuses (CEEC)

3989, av des cliniques

Kinshasa/Gombe

Democratic Republic of Congo

IL-KONGO, Ir-Repubblika ta'

Bureau d'Expertise, d'Evaluation et de Certification des Substances Minérales Précieuses (BEEC)

BP 2787

Brazzaville

Republic of Congo

L-UNJONI EWROPEA

European Commission

Service for Foreign Policy Instruments

Office EEAS 03/330

B-1049 Bruxelles/Brussel

Belgium

IL-GHANA

Ministry of Lands and Natural Resources

Accra P.O. Box M 212

Ghana

IL-GUINEA

Ministry of Mines and Geology

Boulevard du Commerce – BP 295

Quartier Almamya / Commune de Kaloum

Conakry

Guinea

IL-GUYANA

Geology and Mines Commission

PO Box 1028

Upper Brickdam

Stabroek

Georgetown

Guyana

L-INDJA

Government of India, Ministry of Commerce & Industry

Udyog Bhawan

New Delhi 110 011

India

L-INDONEŻJA

Directorate of Export and Import Facility, Ministry of Trade M. I. Ridwan Rais Road, No. 5 Blok I Iantai 4

Jakarta Pusat Kotak Pos. 10110

Jakarta

Indonesia

IŻRAEL

Ministry of Economy and Industry Office of the Diamond Controller

3 Jabotinsky Road

Ramat Gan 52520

Israel

IL-ĠAPPUN

United Nations Policy Division

Foreign Policy Bureau

Ministry of Foreign Affairs

2-2-1 Kasumigaseki, Chiyoda-ku

100-8919 Tokyo, Japan

Japan

IL-KAŻAKISTAN

Ministry for Investments and Development of the Republic of Kazakhstan

Committee for Technical Regulation and Metrology

11, Mangilik el street

Astana

Republic of Kazakhstan

IL-KOREA, Ir-Repubblika ta'

Ministry of Foreign Affairs

United Nations Division 60 Sajik-ro 8-gil

Jongno-gu

Seoul 03172

Korea

IL-LAOS, Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta'

Department of Import and Export

Ministry of Industry and Commerce

Phonxay road, Saisettha District

Vientiane, Lao PDR

P.O Box: 4107

Laos

IL-LIBANU

Ministry of Economy and Trade

Lazariah Building

Down Town

Beirut

Lebanon

IL-LESOTO

Department of Mines

Ministry of Mining

Corner Constitution and Parliament Road

P.O. Box 750

Maseru 100

Lesotho

IL-LIBERJA

Government Diamond Office

Ministry of Lands, Mines and Energy

Capitol Hill

P.O. Box 10-9024

1000 Monrovia 10

Liberia

IL-MALASJA

Ministry of International Trade and Industry

MITI Tower,

No.7, Jalan Sultan Haji Ahmad Shah 50480 Kuala Lumpur

Malaysia

IL-MALI

Ministère des Mines

Bureau d'Expertise d'Evaluation et de Certification des Diamants Bruts

Cité administrative, batiman no. 3, 3eme étage

Bamako

République du Mali

MAURITIUS

Import Division

Ministry of Industry, Commerce & Consumer Protection 4th Floor, Anglo Mauritius Building

Intendance Street

Port Louis

Mauritius

IL-MESSIKU

Directorate-General for International Trade in Goods 296 Paseo de la Reforma Avenue, 23th Floor

Mexico City, D.F. 06600

Mexico

IN-NAMIBJA

The Government of Republic of Namibia Ministry of Mines and Energy

Directorate of Diamond Affairs Private Bag 13297

1st Aviation Road (Eros Airport)

Windhoek

Namibia

NEW ZEALAND

Middle East and Africa Division

Ministry of Foreign Affairs and Trade

Private Bag 18 901

Wellington

New Zealand

IN-NORVEĠJA

Ministry of Foreign Affairs

Legal Department

Box 8114 Dep

0032 Oslo, Norway

IL-PANAMA

National Customs Authority

Panama City, Curundu, Dulcidio Gonzalez Avenue, building # 1009

Republic of Panama

IL-FEDERAZZJONI RUSSA

Internazzjonali:

Ministry of Finance

9, Ilyinka Street

109097 Moscow

Russia

Import and Export Authority:

Gokhran of Russia

14, 1812 Goda St.

121170 Moscow

Russia

SIERRA LEONE

Ministry of Mines and Mineral Resources

The Permanent Secretary

Youyi Building

Brookfields

Freetown

Sierra Leone

SINGAPORE

Ministry of Trade and Industry

100 High Street

#09-01, The Treasury

Singapore 179434

L-AFRIKA T'ISFEL

South African Diamond and Precious Metals Regulator

SA Diamond Centre

251 Fox Street

Johannesburg 2000

South Africa

IS-SRI LANKA

National Gem and Jewellery Authority

25, Galleface Terrace

Post Code 00300

Colombo 03

Sri Lanka

IS-SWAZILAND

Office for the Commissioner of Mines

Geological Surveys, Minerals and Mines Departments, Third Floor Lilunga Building (West Wing),Somhlolo Road, Mbabane

Swaziland

L-IŻVIZZERA

State Secretariat for Economic Affairs (SECO)

Sanctions Unit

Holzikofenweg 36

CH-3003 Berne/Switzerland

IT-TAJWAN, PENGU, KINMEN U MATSU, TERRITORJU DOGANALI SEPARAT

Export/Import Administration Division

Bureau of Foreign Trade

Ministry of Economic Affairs

1, Hu Kou Street

Taipei, 100

Taiwan

IT-TANZANIJA

Commission for Minerals

Ministry of Energy and Minerals

Kikuyu Avenue, P.O BOX

422, 40744 Dodoma

Tanzania

IT-TAJLANDJA

Department of Foreign Trade,

Ministry of Commerce

563 Nonthaburi Road

Muang District, Nonthaburi 11000

Thailand

IT-TOGO

The Ministry of Mines and Energy

Head Office of Mines and Geology

6, Avenue Sarakawa

B.P. 356

Lomé

Togo

IT-TURKIJA

Foreign Exchange Department

Undersecretariat of Treasury

T.C. Bașbakanlık Hazine

Müsteșarlığı İnönü Bulvarı No 36

06510 Emek, Ankara

Turkey

Import and Export Authority:

Istanbul Gold Exchange / Borsa Istanbul Precious Metals and Diamond

Market (BIST)

Borsa İstanbul, Resitpasa Mahallesi,

Borsa İstanbul Caddesi No 4

Sariyer, 34467, Istanbul

Turkey

L-UKRAJNA

Ministry of Finance

State Gemological Centre

Degtyarivska St. 38-44

Kiev 04119

Ukraine

L-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA

U.A.E. Kimberley Process Office

Dubai Multi Commodities Center

Dubai Airport Free Zone

Emirates Security Building

Block B, 2nd Floor, Office # 20 P.O.

P.O. Box 48800

Dubai

United Arab Emirates

L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA

United States Kimberley Process Authority

U.S. Department of State

Bureau of Economic and Business Affairs

2201 C Street, NW

Washington DC 20520 United States of America

IL-VENEZWELA

Central Bank of Venezuela

36 Av. Urdaneta, Caracas, Capital District

Caracas

ZIP Code 1010

Venezuela

IL-VJETNAM

Ministry of Industry and Trade

Agency of Foreign Trade 54 Hai Ba Trung

Hoan Kiem

Hanoi

Vietnam

IŻ-ŻIMBABWE

Principal Minerals Development Office

Ministry of Mines and Mining Development

6th Floor, ZIMRE Centre

Cnr L.Takawira St/ K. Nkrumah Ave.

Harare

Zimbabwe


17.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 97/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/579

tas-16 ta' April 2018

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwota tat-tariffa addizzjonali tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fiċ-Ċilì

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 tat-18 ta' Frar 2003 li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tat-tariffi tal-Komunità stabbiliti fil-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika taċ-Ċilì, minn naħa l-oħra (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 5 tiegħu

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1368 tal-11 ta' Mejju 2017 (2), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tat-Tielet Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.

(2)

It-Tielet Protokoll Addizzjonali jipprevedi kwota tat-tariffa addizzjonali għar-rilaxx ta' ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fiċ-Ċilì għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni.

(3)

Jeħtieġ li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 jiġi emendat biex ikun jipprevedi kwota tat-tariffa addizzjonali.

(4)

Skont id-Deċiżjoni (UE) 2017/1368, u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha, il-kwota tat-tariffa addizzjonali għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2013. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-istess data u li jidħol fis-seħħ malli jiġi ppubblikat.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 qed jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 46, 20.2.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 196, 27.7.2017, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 qed tiżdied ir-ringiela li ġejja:

09.1944

0203 11 10

0203 12 11

0203 12 19

0203 19 11

0203 19 13

0203 19 15

0203 19 55

0203 19 59

0203 21 10

0203 22 11

0203 22 19

0203 29 11

0203 29 13

0203 29 15

0203 29 55

0203 29 59

1601 00

1602 41

1602 42

1602 49

Laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew iffriżat; zalzett u prodotti simili, tal-laħam, il-ġewwieni jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti; laħam ieħor ippreparat jew ippreservat, ġewwieni tal-laħam jew demm (tal-majjal)

1 000 tunnellata (*1)

100”.


(*1)  500 tunnellata mill-1.7.2013 sal-31.12.2013 u 1 000 tunnellata għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12.


DEĊIŻJONIJIET

17.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 97/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/580

tat-12 ta' April 2018

li taħtar tliet membri tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 11.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 11.3 tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħtura bħala membri tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 11.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal- Bank Ċentrali Ewropew:

Mário CENTENO, Ministru tal-Finanzi tal-Portugall;

Peter KAŽIMÍR, Ministru tal-Finanzi tas-Slovakkja;

Edward SCICLUNA, Ministru tal-Finanzi ta' Malta.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta' April 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

T. DONCHEV