ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 67

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
9 ta' Marzu 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/343 tal-5 ta' Marzu 2018 li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/344 tal-14 ta' Novembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li għandhom x'jaqsmu ma' metodoloġiji għall-valwazzjoni tad-differenza fit-trattament fir-riżoluzzjoni ( 1 )

3

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/345 tal-14 ta' Novembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li għandhom x'jaqsmu ma' metodoloġija għall-valutazzjoni tal-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjonijiet jew l-entitajiet ( 1 )

8

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/346 tal-5 ta' Marzu 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Lactobacillus buchneri NRRL B-50733 bħala addittiv fl-għalf għall-speċijiet kollha tal-annimali ( 1 )

18

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/347 tal-5 ta' Marzu 2018 dwar l-awtorizzazzjoni għall-preparat ta' Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes u għall-ħnieżer nisa u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1847/2003 u (KE) Nru 2036/2005 (detentur tal-awtorizzazzjoni Danstar Ferment AG irrappreżentat minn Lallemand SAS) ( 1 )

21

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/348 tat-8 ta' Marzu 2018 dwar deroga temporanja mir-regoli tal-oriġini preferenzjali stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward ta' roti u ċikletti oħra prodotti fil-Kambodja rigward l-użu taħt kumulazzjoni ta' parts li joriġinaw mill-Malasja

24

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/349 tat-8 ta' Marzu 2018 li jemenda għall-282 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjonijiet tal-Al-Qaida

28

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2018/350 tat-8 ta' Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istima tar-riskju ambjentali ta' organiżmi modifikati ġenetikament

30

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/351 tat-8 ta' Marzu 2018 li tirrifjuta impenji offruti b'rabta mal-proċediment antidumping dwar importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna

46

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 tad-29 ta' Novembru 2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta' ċerti tipi ta' skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta' movimenti intrakonfinali tal-iskart ma tapplikax ( ĠU L 316, 4.12.2007 )

54

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/343

tal-5 ta' Marzu 2018

li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 186, flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2005/781/KE (1), il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil (2) (“il-Ftehim”).

(2)

F'konformitá mal-Artikolu XII tal-Ftehim, il-Ftehim jidħol fis-seħħ fid-data li fiha ż-żewġ Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa biex il-Ftehim jidħol fis-seħħ ikunu tlestew. Il-Ftehim hu validu għal perijodu inizjali ta' ħames snin u jista' jiġġedded bi ftehim bejn il-Partijiet wara evalwazzjoni li ssir fis-sena ta' qabel l-aħħar sena ta' kull perijodu suċċessiv ta' tiġdid tal-Ftehim.

(3)

Bid-Deċiżjoni 2012/646/UE (3), il-Kunsill approva t-tiġdid tal-Ftehim għal perijodu ulterjuri ta' ħames snin.

(4)

L-iskambju ta' ittri bejn il-Partijiet, datati l-14 ta' Novembru 2016 u l-5 ta' Jannar 2017, ikkonferma l-interess tagħhom li jġeddu l-Ftehim għal ħames snin oħra.

(5)

It-tiġdid tal-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat f'isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil, għal perijodu addizzjonali ta' ħames snin, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna(i) bis-setgħa li tinnotifika/jinnotifikaw lill-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil, f'isem l-Unjoni, li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa għat-tiġdid tal-Ftehim f'konformità mal-Artikolu XII(2) tal-Ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

N. DIMOV


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/781/KE tas-6 ta' Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil (ĠU L 295, 11.11.2005, p. 37).

(2)  ĠU L 295, 11.11.2005, p. 38.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/646/UE tal-10 ta' Ottubru 2012 li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil (ĠU L 287, 18.10.2012, p. 4).


REGOLAMENTI

9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/3


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/344

tal-14 ta' Novembru 2017

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li għandhom x'jaqsmu ma' metodoloġiji għall-valwazzjoni tad-differenza fit-trattament fir-riżoluzzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment (1), u b'mod partikolari l- Artikolu 74(4) tagħha,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li wieħed ikollu regoli li jistabbilixxu metodoloġija biex jitwettqu valwazzjonijiet bil-għan li jiġi determinat jekk hemmx xi differenza bejn it-trattament effettiv tal-azzjonisti u l-kredituri fir-rigward ta' liema azzjoni jew azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jkunu saru, u l-ammont li dawk l-azzjonisti u l-kredituri kienu jirċievu kieku l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE (“l-entità”) kienet soġġetta għal proċeduri normali ta' insolvenza, fid-data li fiha d-deċiżjoni li tiġi riżolta din l-entità kienet adottata skont l-Artikolu 82 tad-Direttiva 2014/59/UE.

(2)

Kull differenza fit-trattament li tirriżulta f'telf akbar fir-riżoluzzjoni tal-azzjonisti u l-kredituri partikolari jinħtieġ li tintitola lil dawn l-azzjonisti u l-kredituri għal kumpens minn arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni, skont il-punt (e) tal-Artikolu 101(1) tad-Direttiva 2014/59/UE.

(3)

Il-valwazzjoni ex post għandha titwettaq mill-persuna indipendenti mitluba li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 38 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1075 (2) (“il-valwatur”), kemm jista' jkun malajr wara li jkunu saru l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, għalkemm it-tlestija tagħha tista' tieħu xi ftit taż-żmien. Din il-valwazzjoni jinħtieġ li tkun ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli rilevanti għad-data meta tiġi addottata d-deċiżjoni sabiex tiġi riżolta xi entità, biex jiġu riflessi b'mod adegwat ċirkustanzi speċifiċi, bħal kundizzjonijiet tas-suq li jinsabu f'diffikultà, li kienu jeżistu f'din id-data d-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni. L-informazzjoni miksuba wara d-data tad-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni jinħtieġ li tintuża biss meta din setgħet kienet raġonevolment magħrufa f'din id-data.

(4)

Biex jiġi żgurat li titwettaq valwazzjoni komprensiva u kredibbli, il-valwatur jinħtieġ li jkollu aċċess għal kull dokumentazzjoni legali xierqa, inkluża lista ta' kull pretensjoni u pretensjoni kontinġenti kontra l-entità, ikklassifikati skont il-prijorità tagħhom skont proċeduri normali ta' insolvenza. Il-valwatur jinħtieġ li jitħalla jidħol f'arranġamenti biex jikseb pariri speċjalizzati jew għarfien espert kif mitlub miċ-ċirkostanzi.

(5)

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-trattament li l-azzjonisti u l-kredituri kienu jirċievu li kieku l-entità tpoġġiet taħt proċeduri normali ta' insolvenza, il-valwatur jinħtieġ li jiddetermina ż-żmien mistenni u l-ammont ta' flussi ta' flus netti li kull azzjonist u kreditur kien jirċievi minn proċedimenti ta' insolvenza mingħajr ma jassumi l-ebda għajnuna mill-Istat, skontati bir-rata jew rati ta' skont rilevanti. iex tiġi ddeterminata din l-istima, u fejn ikun disponibbli u rilevanti, il-valwatur jista' jirreferi wkoll għal informazzjoni dwar l-esperjenzi tal-passat reċenti ta' falliment ta' istituzzjonijiet ta' kreditu simili.

(6)

It-trattament reali li l-azzjonisti u l-kredituri jirċievu fir-riżoluzzjoni jinħtieġ li jiġi stabbilit wara li jiġi kkunsidrat jekk dawn l-azzjonisti u l-kredituri jkunux irċevew rispettivament kumpens fil-forma ta' ekwità, dejn jew flus kontanti bħala riżultat tal-adozzjoni tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni.

(7)

Dan ir-Regolament huwa msejjes fuq l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) lill-Kummissjoni.

(8)

L-EBA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa f'dak li għandu x'jaqsam mal-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.   Għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-trattament tal-azzjonisti u l-kredituri skont proċeduri normali ta' insolvenza, il-valwazzjoni għandha tkun ibbażata biss fuq informazzjoni dwar il-fatti u ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu u li setgħu raġonevolment kienu magħrufa fid-data tad-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni li, kieku l-valwatur kien jafhom, kien jiġi affettwat il-kejl tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-entità f'din id-data.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “id-data tad-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni” tfisser id-data li fiha d-deċiżjoni biex tiġi riżolta entità, hija adottata skont l-Artikolu 82 tad-Direttiva 2014/59/UE.

2.   Għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-trattament reali tal-azzjonisti u l-kredituri f'riżoluzzjoni, il-valwatur għandu jiddependi fuq l-informazzjoni disponibbli dwar il-fatti u ċ-ċirkustanzi eżistenti tad-data jew id-dati tat-trattament reali li fihom l-azzjonisti u l-kredituri jkunu rċevew kumpens (“id-data jew id-dati tat-trattament reali”).

3.   Id-data ta' referenza tal-valwazzjoni għandha tkun id-data tad-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni, li tista' tkun differenti mid-data reali tat-trattament reali. Sa fejn il-valwatur jikkunsidra bħala negliġibbli l-impatt ta' xi skontar ta' rikavat, ir-rikavat mhux skontat ir-rikavat fid-data li fiha ġiet implimentata l-azzjoni tar-riżoluzzjoni jista' jiġi mqabbel direttament mal-ammont skontat tar-rikavat ipotetiku li l-azzjonisti u l-kredituri jkunu rċevew kieku l-entità daħlet fi proċedimenti normali ta' insolvenza fid-data tad-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni.

Artikolu 2

Inventarju tal-assi u l-pretensjonijiet

1.   Il-valwatur għandu jistabbilixxi inventarju tal-assi kontinġenti identifikabbli kollha li huma proprjetà tal-entità. Inventarju bħal dan għandu jinkludi l-assi li għalihom tintwera jew tista' tkun raġonevolment mistennija l-eżistenza tal-flussi ta' flus assoċjati.

2.   Lista tal-pretenstjonijiet u l-pretensjonijiet kontinġenti kollha kontra entità, għandha tkun disponibbli għall-valwatur. Dik il-lista għandha tikklassifika pretenstjonijiet u l-pretensjonijiet kontinġenti kollha skont il-livelli ta' prijorità tagħhom fi proċedimenti normali ta' insolvenza. Il-valwatur għandu jitħalla jidħol f'arranġamenti għal pariri speċjalizzati jew għarfien espert f'dak li għandu x'jaqsam mal-konsistenza tal-gradazzjoni tat-l-pretensjonijiet skont il-liġi applikabbli tal-insolvenza.

3.   L-assi gravati u l-pretensjonijiet garantiti minn dawk l-assi għandhom ikunu identifikati b'mod separat minn valwatur.

Artikolu 3

Il-passi tal-valwazzjoni

Għall-finijiet biex jiġi ddeterminat jekk teżistix differenza fit-trattament kif imsemmi fl-Artikolu 74(2) tad-Direttiva 2014/59/UE il-valwatur għandu jivvaluta:

(a)

it-trattament li l-azzjonisti u l-kredituri li fir-rigward tagħhom ikunu saru l-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni, jew l-iskema ta' garanzija tad-depożiti rilevanti, kienet tirċievi kieku l-entità, daħlet fi proċedimenti normali ta' insolvenza fid-data tad-deċiżjoni dwar ir-riżoluzzjoni, u tiġi injorata kull dispożizzjoni ta' għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja;

(b)

il-valur tal-pretensjonijiet ristrutturati wara l-applikazzjoni tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna jew setgħat u għodod oħra ta' riżoluzzjoni, jew ta' rikavat ieħor irċevut mill-azzjonisti u l-kredituri f'data jew dati tat-trattament reali, skontati lura għad-data tad-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni jekk ikun ikkunsidrat bħala meħtieġ biex jippermetti paragun ġust mat-trattament imsemmi fil-punt (a);

(c)

jekk l-eżitu t-trattament fil-punt (a) jiżboq l-eżitu tal-valur imsemmi fil-punt (b) għal kull kreditur skont il-livelli prijoritarji fi proċedimenti normali ta' insolvenza kif identifikati skont l-Artikolu 2.

Artikolu 4

Id-determinazzjoni tat-trattament tal-azzjonisti u l-kredituri skont proċeduri normali ta' insolvenza

1.   Il-metodoloġija biex titwettaq valwazzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 3 għandha tkun limitata li tiddetermina l-ammont skontat ta' flussi ta' kontanti mistennija skont proċeduri normali ta' insolvenza.

2.   Il-flussi ta' flus mistennija għandhom ikunu skontati bir-rata jew bir-rati li jkunu jirriflettu, kif xieraq, iż-żmien assoċjat mal-flussi ta' flus mistennija, iċ-ċirkustanzi prevalenti bħad-data ta' deċiżjoni ta' riżoluzzjoni, ir-rati tal-imgħax mingħajr riskju, il-primjums tar-riskju għal strumenti finanzjarji simili maħruġa minn entitajiet simili, il-kundizzjonijiet tas-suq jew ir-rati tal-iskont applikati minn akkwirenti potenzjali u l-karatteristiċi l-oħra tal-element jew l-elementi li jkunu qegħdin jiġu vvalutati (“rata ta' skont rilevanti”). Ir-rata rilevanti tal-iskont ma għandhiex tapplika fejn ir-rati partikolari, jekk dan ikun rilevanti għall-finijiet tal-imsemmija valwazzjoni, ikunu speċifikati fil-liġi jew il-prattika tal-insolvenza applikabbli.

3.   Il-valwatur għandu jqis dawn li ġejjin meta jiġi biex jiddetermina l-ammont skontat tal-flussi ta' flus mistennija skont proċeduri normali tal-insolvenza:

(a)

il-liġi u l-prattika applikabbli tal-insolvenza fil-ġurisdizzjoni rilevanti, li jistgħu jinfluwenzaw fatturi bħall-perjodu mistenni tad-disponiment jew ir-rati ta' rkupru;

(b)

L-ispejjeż tal-amministrazzjoni raġonevolment prevedibbli, it-tranżazzjoni, il-manutenzjoni, id-disponiment u l-ispejjeż l-oħrajn li kien ikollhom jinġarru minn amministratur jew prattikant tal-insolvenza, kif ukoll l-ispejjeż ta' finanzjament.

(c)

l-informazzjoni dwar il-każijiet ta' insolvenza tal-passat reċenti ta' entitajiet simili, fejn ikun disponibbli u rilevanti.

4.   Għall-assi nnegozjati fis-suq attiv, il-valwatur għandu juża l-prezz osservat, bl-eċċezzjoni fejn ċirkustanzi speċifiċi jxekklu l-kummerċjabbiltà tal-assi tal-entità, bħall-konċentrazzjoni, is-saturazzjoni u l-profondità tas-suq.

5.   Għal assi li mhumiex innegozjati f'suq attiv, il-valwatur għandu jikkonsidra numru ta' fatturi meta jiddetermina l-ammont u l-għażla taż-żmien tal-flussi ta' flus mistennija, inklużi:

(a)

il-prezzijiet osservati fi swieq attivi fejn assi simili huma nnegozjati;

(b)

il-prezzijiet osservati fi proċedimenti normali ta' insolvenza jew tranżazzjonijiet li b'xi mod ieħor tpoġġew f'diffikultà li kienu jinvolvu assi ta' natura u kundizzjoni simili;

(c)

il-prezzijiet osservati fi tranżazzjonijiet li kienu jinvolvu l-bejgħ ta' negozju jew it-trasferiment lil istituzzjoni tranżitorja jew veikolu tal-immaniġġar tal-assi f'kuntest ta' riżoluzzjoni rigward entitajiet simili;

(d)

il-probabbiltà ta' assi li jiġġeneraw flussi ta' flus netti skont proċeduri normali ta' insolvenza;

(e)

il-kundizzjonijiet mistennija tas-suq fil-perjodu ta' disponiment, inklużi l-profondità tas-suq u l-kapaċità tas-suq biex jiġi skambjat il-volum tal-assi rilevanti f'dak il-perjodu; kif ukoll

(f)

it-tul tal-perjodu tad-disponiment għandu jirrefletti l-implikazzjonijiet tal-liġi applikabbli dwar l-insolvenza, inkluż it-tul mistenni tal-proċess ta' likwidazzjoni, jew il-karatteristiċi tal-assi rilevanti.

6.   Il-valwatur għandu jikkunsidra jekk il-kundizzjoni finanzjarja tal-entità setgħetx affettwat il-flussi tal-flus mistennija, inklużi permezz ta' restrizzjonijiet fuq il-kapaċità tal-amministratur li jinnegozja t-termini max-xerrejja potenzjali.

7.   Fejn possibbli, u soġġett għal kull dispożizzjoni applikabbli tar-reġim tal-insolvenza rilevanti, il-flussi ta' flus għandhom jirriflettu d-drittijiet kontrattwali, statutorji jew drittijiet legali oħrajn tal-kredituri jew ta' prassi normali ta' insolvenza.

8.   Ir-rikavat ipotetiku li jirriżulta mill-valwazzjoni għandu jiġi allokat lill-azzjonisti u l-kredituri skont il-livell ta' prijorità tagħhom skont il-liġi applikabbli ta' insolvenza, kif previst fl-Artikolu 3.

9.   Għall-fini li jiġi ddeterminat kwalunkwe ammont ta' pretensjonijiet ta' derivati mhux assigurati fil-proċedura tal-falliment, il-valwatur japplika l-metodoloġiji stabbiliti fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2016/1401 (4), sa fejn hu konsistenti mal-liġi u l-prattika tal-insolvenza.

Artikolu 5

Id-determinazzjoni tat-trattament reali tal-azzjonisti u l-kredituri f'riżoluzzjoni

1.   Il-valwatur għandu jidentifika l-pretensjonijiet kollha pendenti wara l-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni tal-istrumenti kapitali u l-applikazzjoni ta' kwalunkwe azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, u għandu jassenja dawk il-pretensjonijiet lill-persuni ġuridiċi u fiżiċi li kienu l-azzjonisti u l-kredituri tal-entità fid-data tad-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni. Ħlief fejn dawk il-persuni ġuridiċi u fiżiċi li kienu l-azzjonisti u l-kredituri tal-entità fid-data tad-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni jirċievu kumpens fi flus kontanti bħala riżultat tar-riżoluzzjoni, il-valwatur għandu jiddetermina t-trattament attwali tagħhom, f'konformità mal-paragrafi minn 2 sa 4.

2.   Jekk dawk il-persuni ġuridiċi u fiżiċi li kienu l-azzjonisti u l-kredituri tal-entità li fid-data d-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni jirċievu kumpens f'ekwità bħala riżultat tar-riżoluzzjoni, il-valwatur għandu jiddetermina t-trattament attwali tagħhom billi jipprovdi stima tal-valur totali tal-ishma ttrasferiti jew maħruġa bħala korrispettiv għad-detenturi ta' strumenti kapitali konvertiti jew għall-kredituri rikapitalizzati internament. Dim l-istima tista' tkun ibbażata fuq il-prezz tas-suq ivvalutat li jirriżulta minn metodoloġiji ta' valutazzjoni aċċettati b'mod ġenerali.

3.   Jekk dawk il-persuni ġuridiċi u fiżiċi li kienu l-azzjonisti u l-kredituri tal-entità li fid-data tar-riżoluzzjoni tad-deċiżjoni jirċievu kumpens ta' dejn bħala riżultat tar-riżoluzzjoni, il-valwatur għandu jiddetermina t-trattament reali billi jikkunsidra fatturi bħal bidliet fil-flussi ta' flus kuntrattwali li jirriżultaw minn l-valwazzjoni negattiva jew konverżjoni, jew l-applikazzjoni ta' azzjonijiet oħra ta' riżoluzzjoni, kif ukoll ir-rata rilevanti ta' skont.

4.   Għal kull pretensjoni pendenti, il-valwatur jista' jieħu kont, fejn disponibbli u flimkien mal-fatturi deskritti fil-paragrafi 2 u 3, il-prezzijiet osservati fi swieq attivi għal strumenti identiċi jew simili maħruġa mill-entità taħt riżoluzzjoni jew entitajiet simili oħrajn.

Artikolu 6

Ir-rapport tal-valwazzjoni

Il-valwaturi għandu jħejji rapport ta' valwazzjoni lill-awtorità ta' riżoluzzjoni, li għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

sommarju tal-valutazzjoni inkluża preżentazzjoni ta'firxiet ta' valutazzjoni u s-sorsi ta' inċertezza tal-valutazzjoni;

(b)

Spjegazzjoni tal-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet ewlenin li ġew adottati, u kemm tkun sensittiva l-valwazzjonijiet għal dawn l-għażliet;

(c)

Spjegazzjoni, fejn hu fattibbli, għaliex il-valwazzjoni hi differenti minn valwazzjonijiet oħra relevanti, inklużi l-valwazzjonijiet tar-riżoluzzjoni immexxija skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/345 jew valwazzjonijiet oħra regolatorji jew ta' kontabilità.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1075 tat-23 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut tal-pjanijiet ta' rkupru, il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp, il-kriterji minimi li l-awtorità kompetenti trid tivvaluta fir-rigward tal-pjanijiet ta' rkupru u pjanijiet ta' rkupru tal-grupp, il-kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju tal-grupp, ir-rekwiżiti għall-valwaturi indipendenti, ir-rikonoxximent kuntrattwali tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni, il-proċeduri u l-kontenut tar-rekwiżiti ta' notifika u tal-avviż ta' sospensjoni u l-funzjonament operazzjonali tal-kulleġġi ta' riżoluzzjoni (ĠU L 184, 8.7.2016, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1401 tat-23 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal metodoloġiji u prinċipji dwar il-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi (ĠU L 228, 23.8.2016, p. 7).


9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/8


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/345

tal-14 ta' Novembru 2017

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li għandhom x'jaqsmu ma' metodoloġija għall-valutazzjoni tal-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjonijiet jew l-entitajiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment (1), u b'mod partikolari l- Artikolu 36(15) tagħha,

Billi:

(1)

F'xenarju ta' riżoluzzjoni, huwa importanti li ssir distinzjoni bejn, min-naħa l-waħda, valwazzjoni inizjali li tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet għall-valwazzjoni negattiva u l-konverżjoni tal-istrumenti kapitali jew il-kundizzjoni għal riżoluzzjoni ġewx issodisfati, u, min-naħa l-oħra, valwazzjoni sussegwenti li tifforma l-bażi għad-deċiżjoni li tiġi applikata għodda tar-riżoluzzjoni waħda jew aktar. Fir-rigward tal-valwazzjoni inizjali, huwa xieraq li jiġi żgurat li meta jiġi ddeterminat jekk ġewx issodisfati l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni jew għall-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni tal-instrumenti kapitali, issir valwazzjoni ġusta u realistika tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-entità. Għall-finijiet tal-valwazzjoni sussegwenti li ssejjes id-deċiżjoni dwar l-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni, huwa importanti li jiġi żgurat li l-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-entità, li tiddetermina l-għażla tal-azzjoni tar-riżoluzzjoni u l-punt limitu ta' kull valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' strumenti kapitali fil-punt tan-nonvijabbiltà, tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet ġusti, prudenti u realistiċi.

(2)

Sabiex jiġi żgurat li din il-valwazzjoni tkun ġusta, prudenti u realistika, huwa importanti li tistma l-impatt ta' avvenimenti qabel kull azzjoni ta' riżoluzzjoni jew qabel l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' strumenti kapitali fil-punt tan-nonvijabbiltà, kif ukoll ta' azzjonijiet differenti li jistgħu jittieħdu mill-awtorità ta' riżoluzzjoni.

(3)

Il-valwatur jinħtieġ li jkollu aċċess għal kull sors rilevanti ta' informazzjoni u għarfien espert, bħal rekords interni, sistemi u mudelli tal-istituzzjoni. L-abbiltà tal-kapaċitajiet u s-sistemi interni biex isostnu l-valwazzjonijiet tar-riżoluzzjoni jinħtieġ li tiġi vvalutata mill-awtorità tar-riżoluzzjoni bħala parti mill-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/59/UE. Il-valwatur jinħtieġ li jitħalla wkoll jidħol f'arranġamenti biex jikseb pariri jew għarfien espert. Id-disponibbiltà ta' pariri speċjalizzati jew għarfien espert tista' tkun rilevanti, pereżempju, għall-preparazzjoni ta' stima tad-differenza fit-trattament skont l-Artikolu 36(8) tad-Direttiva 2014/59/UE. Għalhekk l-awtorità tar-riżoluzzjoni jinħtieġ li tkun sodisfatta li l-valwatur ikollu aċċess għal lista tal-pretensjonijiet kollha inklużi pretensjonijiet kontinġenti miżmuma kontra l-entità u kklassifikati skont id-drittijiet u l-prijoritajiet tagħhom skont proċeduri normali ta' insolvenza, jew għal għarfien ġuridiku adegwat għall-preparazzjoni ta' tali lista.

(4)

Id-determinazzjoni ta' jekk entità hix qed tfalli jew x'aktarx li tfalli tista' ssir mill-awtorità kompetenti jew mill-awtorità ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1)(a) tad-Direttiva 2014/59/UE. Biex jiġi ddeterminat jekk istituzzjoni tkunx qed tfalli jew x'aktarx li tfalli, l-awtorità kompetenti jinħtieġ li tikkunsidra l-valwazzjoni prevista fil-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament, fejn tkun diġà disponibbli u jinħtieġ li tikkunsidra l-linji gwida maħruġa mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) skont l-Artikolu 32(6) tad-Direttiva 2014/59/UE li għandhom l-għan li jippromwovu l-konverġenza ta' prattiki fir-rigward tad-determinazzjoni ta' tali kundizzjoni ta' riżoluzzjoni.

(5)

Il-valwazzjonijiet li jsejsu d-determinazzjoni mill-awtorità kompetenti jew tar-riżoluzzjoni jekk il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni jew għall-valwazzjoni negattiva jew għall-konverżjoni tal-istrumenti kapitali jkunux ġew issodisfati jinħtieġ li jkunu konsistenti mal-qafas tal-kontabbiltà u regolatorju prudenzjali applikabbli. Il-valwatur, madankollu, jinħtieġ li jkun jista' jiddevvja minn suppożizzjonijiet magħmula mill-maniġment tal-entità responsabbli mill-preparazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji sakemm din id-devjazzjoni tkun konsistenti mal-qafas ta' kontabbiltà u regolatorju prudenzjali applikabbli. Meta ssir devjazzjoni minn dawk is-suppożizzjonijiet, il-valwazzjoni jinħtieġ li tiġi sostnuta mill-aħjar informazzjoni disponibbli u tkun konsistenti ma' gwida superviżorja eżistenti jew ma' sorsi oħra rikonoxxuti ta' interpretazzjoni ta' standards tal-kontabbiltà, b'tali mod li ssir rappreżentanza ġusta u realistika tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità.

(6)

Huwa xieraq li jkun hemm regoli li jiżguraw li l-valwazzjonijiet li jsejsu l-għażla u t-tfassil ta' azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew il-punt limitu tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni ta' strumenti kapitali fil-punt tan-nonvijabbiltà jkunu ġusti, prudenti u realistiċi, biex jiġi żgurat li t-telf kollu jkun rikonoxxut bis-sħiħ meta jiġu applikati l-għodod ta' riżoluzzjoni jew meta tiġi eżerċitata s-setgħa li ssir valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tal-istrumenti kapitali rilevanti. L-għażla tal-bażi tal-kejl l-aktar xierqa (il-valur ta' żamma jew il-valur ta' disponiment) jinħtieġ li ssir għall-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni partikolari li jkunu qed jiġu kkunsidrati mill-awtorità ta' riżoluzzjoni.

(7)

Huwa xieraq li valwazzjonijiet li jsejsu l-għażla u t-tfassil ta' azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew il-punt limitu tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni ta' strumenti kapitali fil-punt tan-nonvijabbiltà jivvalutaw il-valur ekonomiku u mhux il-valur kontabilistiku. Dawn il-valwazzjonijiet jinħtieġ li jikkunsidraw il-valur preżenti ta' flussi ta' flus li l-entità tista' tistenna b'mod raġonevoli, anki fejn dan jimplika li ssir devjazzjoni minn oqfsa ta' kontabbiltà jew ta' valwazzjoni prudenzjali.

(8)

Valwazzjonijiet li jsejsu l-għażla u t-tfassil ta' azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jinħtieġ li jirriflettu l-fatt li flussi ta' flus jistgħu jirriżultaw mit-tkomplija taż-żamma tal-assi, iżda jinħtieġ li jqisu l-effetti potenzjali tar-riżoluzzjoni fuq flussi ta' flus futuri u suppożizzjonijiet ġusti, prudenti u realistiċi fir-rigward tar-rati ta' inadempjenza u s-severità tat-telf. Barra minn hekk, biex jiddetermina l-valur ta' ekwità wara l-konverżjoni tal-ishma, il-valwatur jinħtieġ li jkun jista' jikkunsidra aspettattivi raġonevoli għall-valur ta' franchise.

(9)

Inkella, jekk l-entità ma għandhiex il-kapaċità li żżomm l-assi jew id-disponiment tagħhom huwa meqjus neċessarju jew xieraq biex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni, il-valwazzjoni jinħtieġ li tirrifletti l-fatt li dawk il-flussi ta' flus jistgħu jirriżultaw mid-disponiment tal-assi, l-obbligazzjonijiet jew il-linji tan-negozju, ivvalutati tul perjodu definit ta' disponiment.

(10)

Il-valur ta' disponiment jinħtieġ li ġeneralment jinftiehem bħala ekwivalenti għall-prezz tas-suq osservabbli li jista' jinkiseb fis-suq għal assi partikolari jew grupp ta' assi u jista' jirrifletti tnaqqis li huwa xieraq fid-dawl tal-ammont tal-assi li jkunu qed jiġu ttrasferiti. Madankollu, il-valwatur jinħtieġ li jkun jista', fejn xieraq, wara li jqis l-azzjonijiet li jridu jittieħdu permezz tal-iskema ta' riżoluzzjoni, jiddetermina l-valur ta' disponiment billi japplika tnaqqis f'dan il-prezz tas-suq osservabbli li jikkorrispondi għal tnaqqis potenzjali ta' bejgħ aċċellerat. Jekk l-assi ma jkollhomx suq likwidu, il-valur ta' disponiment jinħtieġ li jkun iddeterminat b'referenza għall-prezzijiet osservabbli fis-swieq fejn assi simili jkunu nnegozjati jew għal mudelli ta' kalkoli li jużaw parametri osservabbli tas-suq filwaqt li jitqies it-tnaqqis għal nuqqas ta' likwidità. Jekk il-bejgħ tan-negozju jew l-użu tal-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja jkunu kkontemplati, aspettattivi raġonevoli tal-valur ta' franchise jistgħu jkunu kkunsidrati meta jiġi ddeterminat il-valur ta' disponiment.

(11)

Biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-kalkolu, meħtieġ mill-Artikolu 36(8) tad-Direttiva 2014/59/UE, tal-istima tat-trattament li l-azzjonisti u kull kategorija ta' kredituri kienu mistennija li jirċievu kieku l-istituzzjoni jew l-entità kellha tiġi stralċjata skont proċeduri normali ta' insolvenza, u l-valwazzjoni ta' wara r-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 74 ta' din id-Direttiva, huwa importanti li l-valwatur juża l-kriterji stabbiliti għal din il-valwazzjoni fejn xieraq.

(12)

Valwazzjoni proviżorja skont l-Artikolu 36(9) tad-Direttiva 2014/59/UE li tifforma l-bażi tad-deċiżjoni dwar it-teħid tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni xierqa jinħtieġ li tinkludi bafer intiż li jqarreb l-ammont ta' telf addizzjonali. Dan il-bafer jinħtieġ li jkun ibbażat fuq valutazzjoni ġusta, prudenti u realistika ta' dan it-telf addizzjonali. Id-deċiżjonijiet u s-suppożizzjonijiet li jsostnu l-kalkolu tal-bafer jinħtieġ li jkunu spjegati u ġustifikati b'mod adegwat fir-rapport ta' valwazzjoni.

(13)

Għall-valwazzjoni msemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 36(15) tad-Direttiva 2014/59/UE, il-valwatur jinħtieġ li jispjega u jiġġustifika s-suppożizzjonijiet prinċipali, l-inċertezzi u s-sensittività tal-valwazzjoni għal dawn is-suppożizzjonijiet prinċipali u l-inċertezzi. Jekk l-valwatur ikun jaf b'differenzi sinifikanti bejn is-suppożizzjonijiet użati fil-valwazzjoni u dawk li jreġu l-informazzjoni kontabilistika jew regolatorja, huwa jinħtieġ li jinkludihom fir-rapport ta' valwazzjoni. F'dan ir-rapport il-valwatur għandu wkoll jieħu nota ta' kull informazzjoni relatata addizzjonali li fl-opinjoni tal-valwatur tkun tista' tassisti l-awtorità tar-riżoluzzjoni.

(14)

Il-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament jinħtieġ li jkunu stabbiliti esklussivament għat-twettiq ta' valwazzjonijiet skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2014/59/UE. Dawn jinħtieġ li ma jissostitwixxux jew jemendaw il-prinċipji u l-istandards kontabilistiċi jew il-qafas regolatorju prudenzjali li japplikaw għal entitajiet f'kuntesti differenti minn riżoluzzjoni. Madankollu, jinħtieġ li jkun possibbli li tintuża l-informazzjoni li tirriżulta mill-valwazzjoni biex jiġu identifikati każijiet ta' applikazzjoni ħażina potenzjali mill-entità tal-istandards kontabilistiċi jew tal-qafas regolatorju prudenzjali, jew biex jiġi ddeterminat tibdil fil-politika tal-kontabbiltà tal-entità jew fis-suppożizzjonijiet jew ġudizzji li jmexxu l-kejl tal-assi u l-obbligazzjonijiet. Dawn iċ-ċirkostanzi, pereżempju, jinħtieġ li jiġu kkunsidrati għall-preparazzjoni ta' karta tal-bilanċ aġġornata skont l-Artikolu 36(6) tad-Direttiva 2014/59/UE. Għal dan il-għan, il-valwatur jinħtieġ li jipprovdi spjegazzjoni adegwata tad-differenzi bejn il-karti tal-bilanċ eżistenti u aġġornati.

(15)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati mill-EBA lill-Kummissjoni.

(16)

L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“valwazzjoni” tfisser il-valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' entità mwettqa minn valwatur skont l-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, jew il-valwazzjoni proviżorja mwettqa mill-awtorità ta' riżoluzzjoni jew il-valwatur, kif jista' jkun il-każ, skont, rispettivament, il-paragrafi (2) u (9) tal-Artikolu 36 ta' din id-Direttiva.

(b)

“valwatur” tfisser il-valwatur indipendenti fis-sens tal-Artikolu 38 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1075 (3) jew l-awtorità ta' riżoluzzjoni meta din twettaq valwazzjoni proviżorja skont il-paragrafi (2) u (9) tal-Artikolu 36 tad-Direttiva 2014/59/UE.

(c)

“entità” tfisser istituzzjoni jew entità kif imsemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE.

(d)

“valur ġust” tfisser il-prezz li jkun riċevut biex jinbiegħ assi jew imħallas biex tiġi ttrasferita obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-valwazzjoni, kif definit skont il-qafas tal-kontabbiltà rilevanti.

(e)

“valur ta' żamma” tfisser il-valur preżenti, imnaqqas b'rata xierqa, ta' flussi ta' flus li l-entità tista' tistenna b'mod raġonevoli taħt suppożizzjonijiet ġusti, prudenti u realistiċi milli jinżammu assi u obbligazzjonijiet partikolari, filwaqt li jiġu kkunsidrati fatturi li jaffettwaw l-imġiba tal-konsumatur jew ta' kontroparti jew parametri ta' valwazzjoni oħrajn fil-kuntest ta' riżoluzzjoni.

(f)

“valur ta' disponiment” tfisser il-bażi tal-kejl imsemmi fl-Artikolu 12(5).

(g)

“valur ta' franchise” tfisser il-valur nett preżenti ta' flussi ta' flus li jistgħu jkunu mistennija b'mod raġonevoli li jirriżultaw miż-żamma u t-tiġdid tal-assi u l-obbligazzjonijiet jew negozji u jinkludi l-impatt ta' kull opportunità ta' negozju, kif rilevanti, inklużi dawk li jirriżultaw minn azzjonijiet ta' riżoluzzjoni differenti li huma valutati minn valwatur. Il-valur ta' franchise jista' jkunu ogħla jew inqas mill-valur li jirriżulta mit-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali ta' assi u obbligazzjonijiet eżistenti fid-data tal-valwazzjoni.

(h)

“valur ta' ekwità” tfisser stima ta' prezz tas-suq, għal ishma trasferiti jew maħruġa, li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' metodoloġiji ta' valwazzjoni aċċettati b'mod ġenerali. Skont in-natura tal-assi jew in-negozju, il-valur ta' ekwità jista' jinkludi l-valur ta' franchise.

(i)

“bażijiet tal-kejl” tfisser l-approċċ għad-determinazzjoni tal-ammonti monetarji li bihom l-assi jew l-obbligazzjonijiet huma ppreżentati mill-valwatur.

(j)

“data tar-riżoluzzjoni” tfisser id-data li fiha d-deċiżjoni biex entità tiġi riżolta tkun adottata, skont l-Artikolu 82 tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 2

Kriterji ġenerali

1.   Meta jwettaq il-valwazzjoni, il-valwatur għandu jikkunsidra ċirkostanzi li jaffettwaw il-flussi ta' flus mistennija, u r-rati ta' tnaqqis applikabbli għall-assi u l-obbligazzjonijiet ta' entità, u għandu jkollu l-għan li jirrappreżenta b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità fil-kuntest tal-opportunitajiet u r-riskji li tittratta magħhom.

2.   Il-valwatur għandu jiżvela u jiġġustifika s-suppożizzjonijiet prinċipali użati fil-valwazzjoni. Kull devjazzjoni sinifikanti fil-valwazzjoni mis-suppożizzjonijiet użati mill-maniġment tal-entità fil-preparazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji u fil-kalkolu tal-kapital regolatorju tal-entità u r-rekwiżiti kapitali għandha tiġi sostnuta mill-aħjar informazzjoni disponibbli.

3.   Il-valwatur għandu jipprovdi l-aħjar stima tal-punt tal-valur ta' assi partikoli, obbligazzjoni partikolari, jew kombinazzjonijiet ta' dawn iż-żewġ elementi. Jekk ikun xieraq, ir-riżultati tal-valwazzjoni għandhom jiġu pprovduti wkoll fil-forma ta' firxa ta' valuri.

4.   Il-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament għall-kejl ta' assi u obbligazzjonijiet individwali ta' entità, għandhom japplikaw ukoll għall-kejl ta' portafolli jew gruppi ta' assi jew assi u obbligazzjonijiet kombinati, negozji, jew l-entità kkunsidrata bħala ħaġa waħda, skont kif jirrikjedu ċ-ċirkostanzi.

5.   Il-valwazzjoni għandha taqsam il-kredituri f'kategoriji skont il-klassifika ta' prijorità tagħhom taħt il-liġi applikabbli ta' insolvenza, u għandha tinkludi l-istimi li ġejjin:

(a)

il-valur ta' pretensjonijiet ta' kull kategorija skont il-liġi applikabbli ta' insolvenza u, fejn ikun rilevanti u fattibbli, skont id-drittijiet kuntrattwali mogħtija fuq il-pretendenti;

(b)

ir-rikavat li kull kategorija tirċievi kieku l-entità kellha tiġi stralċjata taħt proċeduri normali ta' insolvenza;

Meta jiġu kkalkulati l-istimi skont il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, il-valwatur jista' japplika l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/344 tal-14 ta' Novembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li għandhom x'jaqsmu ma' metodoloġiji għall-valwazzjoni tad-differenza fit-trattament fir-riżoluzzjoni kif xieraq.

6.   Jekk xieraq u fattibbli, filwaqt li jiġi kkunsidrat l-iskedar u l-kredibbiltà tal-valwazzjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' titlob diversi valwazzjonijiet. F'dan il-każ, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji sabiex tiddetermina kif għandhom jintużaw dawn il-valwazzjonijiet għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 36 tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 3

Data tal-valwazzjoni

Id-data tal-valwazzjoni għandha tkun waħda mid-dati li ġejjin:

(a)

id-data ta' referenza kif determinata mill-valwatur fuq il-bażi tad-data qrib kemm jista' jkun qabel id-data mistennija ta' deċiżjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni biex tpoġġi l-entità f'riżoluzzjoni jew biex teżerċita s-setgħa għal valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' strumenti kapitali;

(b)

id-data tar-riżoluzzjoni, fejn valwazzjoni definittiva ex post meħtieġa mill-Artikolu 36(10) tad-Direttiva 2014/59/UE tiġi mwettqa;

(c)

il-mument determinat skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1401 (4) fir-rigward tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti tad-derivattivi.

Artikolu 4

Sorsi ta' informazzjoni

Il-valwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq kull informazzjoni pertinenti għad-data tal-valwazzjoni li tkun meqjusa rilevanti mill-valwatur. Minbarra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-entità, rapporti tal-awditjar u rappurtar regolatorju fir-rigward ta' perjodu li jintemm kemm jista' jkun qrib id-data tal-valwazzjoni, din l-informazzjoni rilevanti tista' tinkludi dan li ġej:

(a)

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji aġġornati u r-rappurtar regolatorju ppreparati mill-entità kemm jista' jkun qrib id-data tal-valwazzjoni;

(b)

spjegazzjoni tal-metodoloġiji, is-suppożizzjonijiet u l-ġudizzji prinċipali użati mill-entità biex jiġu ppreparati d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rappurtar regolatorju;

(c)

data inkluża fir-rekords tal-entità;

(d)

data dwar is-suq rilevanti;

(e)

konklużjonijiet tal-valwatur mid-diskussjoni mal-maniġment u l-awdituri;

(f)

jekk disponibbli, valutazzjonijiet superviżorji tal-kundizzjoni finanzjarja tal-entità, inkluża informazzjoni miksuba skont il-punt (h) tal-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(g)

valutazzjonijiet tal-industrija kollha tal-kwalità tal-assi, fejn rilevanti għall-assi tal-entità, kif ukoll ir-riżultati tat-testijiet tal-istress;

(h)

valwazzjonijiet tal-pari, aġġustati b'mod adegwat biex jirriflettu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-entità;

(i)

informazzjoni storika, aġġustata b'mod adegwat biex jiġu eliminati fatturi li ma għadhomx rilevanti, u biex jiġu inkorporati fatturi oħrajn li ma affettwawx l-informazzjoni storika; jew

(j)

analiżijiet tax-xejriet, aġġustati b'mod adegwat biex jirriflettu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-entità.

Artikolu 5

Impatt tal-arranġamenti tal-grupp

1.   Jekk l-entità tagħmel parti minn grupp, il-valwatur għandu jikkunsidra l-impatt li arranġamenti ta' appoġġ intragrupp kuntrattwali eżistenti jista' jkollhom fuq il-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet fejn, fuq il-bażi taċ-ċirkustanzi, ikun probabbli li dawn l-arranġamenti se jidħlu fis-seħħ.

2.   Il-valwatur għandu jikkunsidra biss l-impatt ta' arranġamenti formali jew informali oħrajn fil-grupp fejn, fuq il-bażi taċ-ċirkustanzi, ikun probabbli li dawk l-arranġamenti għandhom jibqgħu fis-seħħ fil-kuntest tal-kundizzjoni finanzjarja stressjata tal-grupp jew f'riżoluzzjoni.

3.   Il-valwatur għandu jiddetermina jekk ir-riżorsi ta' entità fil-grupp humiex disponibbli biex ikopru t-telf ta' entitajiet oħrajn tal-grupp.

Artikolu 6

Rapport ta' valwazzjoni

Il-valwatur għandu jipprepara rapport ta' valwazzjoni lill-awtorità ta' riżoluzzjoni, li għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

ħlief kif ipprovdut fl-Artikolu 36(9) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-informazzjoni msemmija fil-punti minn (a) sa (c) tal-Artikolu 36(6) ta' din id-Direttiva;

(b)

ħlief kif ipprovdut fl-Artikolu 36(9) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 36(8) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(c)

il-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mid-derivattivi mwettqa skont ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1401 tal-Kummissjoni;

(d)

sommarju tal-valwazzjoni inkluża spjegazzjoni tal-aħjar stima tal-punt, firxa ta' valuri u s-sorsi ta' inċertezza tal-valwazzjoni;

(e)

spjegazzjoni tal-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet prinċipali użati mill-valwatur meta jwettaq il-valwazzjoni, kemm hija sensittiva l-valwazzjoni għall-għażliet ta' metodoloġiji u suppożizzjonijiet u, fejn fattibbli, spjegazzjoni ta' kif dawk il-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet huma differenti minn dawk użati għal valwazzjonijiet rilevanti oħrajn inklużi valwazzjonijiet preliminari ta' riżoluzzjoni;

(f)

kull informazzjoni addizzjonali li fl-opinjoni tal-valwatur tista' tassisti lill-awtorità tar-riżoluzzjoni jew l-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-Artikolu 36 minn (1) sa (11) tad-Direttiva 2014/59/UE.

KAPITOLU II

KRITERJI GĦALL-VALWAZZJONI GĦALL-FINI TAL-ARTIKOLU 36(4)(a)

Artikolu 7

Prinċipji ġenerali

1.   Il-valwazzjonijiet għall-fini msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 36(4) tad-Direttiva 2014/59/UE għandhom ikunu bbażati fuq suppożizzjonijiet ġusti u realistiċi u għandhom jaraw li jiżguraw li t-telf taħt ix-xenarju xieraq ikun rikonoxxut b'mod sħiħ. Jekk valwazzjoni bħal din tkun disponibbli, hija għandha ssejjes id-determinazzjoni tal-awtorità kompetenti jew tal-awtorità ta' riżoluzzjoni kif xieraq, li istituzzjoni “qed tfalli jew probabbli tfalli” kif imsemmi fl-Artikolu 32(1)(a) tad-Direttiva 2014/59/UE. Fuq il-bażi tal-gwida superviżorja eżistenti jew ta' sorsi rikonoxxuti oħrajn li jistabbilixxu kriterji li jwasslu għal kejl ġust u realistiku ta' tipi differenti ta' assi u obbligazzjonijiet, il-valwatur jista' jikkontesta s-suppożizzjonijiet, id-data, il-metodoloġiji u l-ġudizzji li fuqhom l-entità tkun ibbażat il-valwazzjonijiet tagħha għall-obbligi ta' rappurtar finanzjarju jew għall-kalkolu tal-kapital regolatorju u r-rekwiżiti ta' kapital u jinjurahom għall-finijiet tal-valwazzjoni.

2.   Il-valwatur għandu jiddetermina l-metodoloġiji għall-valwazzjoni l-aktar xierqa li jistgħu joqogħdu fuq il-mudelli interni tal-entità fejn il-valwatur iqis xieraq li jikkunsidra n-natura tal-qafas tal-immaniġġjar tar-riskju tal-entità u l-kwalità tad-data u l-informazzjoni disponibbli.

3.   Il-valwazzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-qafas tal-kontabbiltà regolatorju prudenzjali applikabbli.

Artikolu 8

Oqsma li jeħtieġu attenzjoni partikolari fil-valwazzjoni

Il-valwatur għandu jiffoka b'mod partikolari fuq oqsma soġġetti għal inċertezza tal-valwazzjoni sinifikanti li jkollha impatt sinifikanti fuq il-valwazzjoni globali. Għal dawn l-oqsma, il-valwatur għandu jipprovdi r-riżultati tal-valwazzjoni fil-forma tal-aħjar stimi tal-punt u, fejn xieraq, firxa ta' valuri, kif stabbilit fl-Artikolu 2(3). Dawk l-oqsma għandhom jinkludu:

(a)

self jew portafolli ta' self, li l-flussi ta' flus mistennija tagħhom jiddependu mill-abbiltà, ir-rieda jew l-inċentiv tal-kontroparti li jwettaq l-obbligu tiegħu, jekk dawn l-aspettattivi jkunu xprunati minn suppożizzjonijiet relatati mar-rati ta' delinkwenza, probabbiltajiet ta' inadempjenza, telf fil-każ ta' inadempjenza, jew karatteristiċi tal-istrument, speċjalment fejn xejriet ta' telf ta' portafoll ta' self juru evidenza ta' dan;

(b)

assi riposseduti, li l-flussi ta' flus tagħhom huma affettwati kemm mill-valur ġust tal-assi fiż-żmien meta l-entità tipprekludi t-titolu jew il-privileġġ relatati, u l-evoluzzjoni mistennija ta' tali valur wara l-preklużjoni;

(c)

strumenti mkejla bil-valur ġust fejn il-kalkolu ta' dan il-valur ġust f'konformità mar-rekwiżiti kontabilistiċi jew prudenzjali fir-rigward tal-evalwazzjoni tagħhom b'referenza għall-prezz tas-suq jew b'referenza għal mudell ma jkunx għadu applikabbli jew validu meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi;

(d)

avvjament u assi intanġibbli, fejn it-test ta' indeboliment jista' jiddependi fuq ġudizzju suġġettiv, inkluż fir-rigward tal-kurrent tal-fluss tal-flus li jista' jintlaħaq b'mod raġonevoli, rati ta' tnaqqis, u l-perimetru ta' unitajiet li jiġġeneraw il-flus;

(e)

tilwim legali u azzjonijiet regolatorji, li l-flussi ta' flus mistennija tagħhom jistgħu jkunu soġġetti għal gradi differenti ta' inċertezza relatata mal-ammont u/jew l-iskedar tagħhom;

(f)

oġġetti li jinkludu assi u obbligazzjonijiet tal-pensjoni u oġġetti tat-taxxa differita.

Artikolu 9

Fatturi li jaffettwaw il-valwazzjoni

1.   Il-valwatur għandu jikkunsidra fatturi ġenerali li jistgħu jaffettwaw is-suppożizzjonijiet prinċipali li fuqhom ikunu bbażati l-valuri tal-assi u l-obbligazzjonijiet fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 8, inklużi l-fatturi li ġejjin:

(a)

iċ-ċirkostanzi ekonomiċi u tal-industrija li jaffettwaw l-entità, inklużi żviluppi tas-suq rilevanti;

(b)

il-mudell tan-negozju tal-entità u bidliet fl-istrateġija tagħha;

(c)

il-kriterji tal-għażla tal-assi tal-entità, inklużi politiki ta' sottoskrizzjoni ta' self;

(d)

ċirkostanzi u prattiki li x'aktarx iwasslu għal xokkijiet ta' pagament;

(e)

ċirkostanzi li jaffettwaw il-parametri użati biex jiġu ddeterminati l-assi mwieżna għar-riskju għall-kalkolu ta' rekwiżiti kapitali minimi;

(f)

l-impatt tal-istruttura finanzjarja tal-entità fuq il-kapaċità tal-entità li żżomm assi għall-perjodu ta' żamma mistenni u l-kapaċità tal-entità li tiġġenera flussi prevedibbli ta' flus;

(g)

tħassib dwar il-likwidità ġenerali jew tal-enetità jew tħassib dwar il-finanzjament.

2.   Il-valwatur għandu jissepara b'mod ċar kull gwadann materjali mhux realizzat identifikat fil-proċess tal-valwazzjoni, sal-punt li dawk il-gwadanji ma jkunux ġew rikonoxxuti fil-valwazzjoni, u għandu jipprovdi informazzjoni adegwata fir-rapport ta' valwazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li wasslu għal dawk il-gwadanji.

KAPITOLU III

KRITERJI GĦALL-VALWAZZJONI GĦALL-FINI TAL-ARTIKOLU 36(4)(b), (c), (d), (e), (f), (g) U L-ARTIKOLU 36(9), IT-TIENI SUBPARAGRAFU

Artikolu 10

Prinċipji ġenerali

1.   Il-valwatur għandu jivvaluta l-impatt fuq il-valwazzjoni ta' kull azzjoni ta' riżoluzzjoni li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tadotta biex issejjes id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti minn (b) sa (g) tal-Artikolu 36(4) tad-Direttiva 2014/59/UE. Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza tal-valwatur, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tikkonsulta mal-valwatur biex tidentifika l-firxa ta' azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata minn din l-awtorità, inklużi azzjonijiet li jinsabu fil-pjan ta' riżoluzzjoni jew, jekk differenti, kull skema ta' riżoluzzjoni proposta.

2.   Biex tiġi żgurata valwazzjoni ġusta, prudenti u realistika, il-valwatur għandu, fejn xieraq u f'konsultazzjoni mal-awtorità tar-riżoluzzjoni, jippreżenta valwazzjonijiet separati li jirriflettu l-impatt ta' firxa diversifikata biżżejjed ta' azzjonijiet ta' riżoluzzjoni.

3.   Il-valwatur għandu jiżgura li meta jiġu applikati l-għodod ta' riżoluzzjoni jew meta s-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti tiġi eżerċitata, kwalunkwe telf fuq l-assi tal-entità ikun rikonoxxut b'mod sħiħ taħt xenarji li jkunu rilevanti għall-firxa ta' azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li jkunu qed jiġu kkunsidrati.

4.   Meta l-valuri tal-valwazzjoni jvarjaw b'mod sinifikanti mill-valuri ppreżentati mill-entità fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji, il-valwatur għandu juża s-suppożizzjonijiet ta' din il-valwazzjoni, biex isejsu l-aġġustamenti fis-suppożizzjonijiet u fil-politiki tal-kontabbiltà neċessarji għall-preparazzjoni tal-karta tal-bilanċ aġġornata meħtieġa skont l-Artikolu 36(6) tad-Direttiva 2014/59/UE, b'mod konsistenti mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli. Fir-rigward tat-telf identifikat mill- valwatur li ma jkunx jista jiġi rikonoxxut fil-karta tal-bilanċ aġġornata, il-valwatur għandu jispeċifika l-ammont, jiddeskrivi r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata d-determinazzjoni tat-telf u l-probabbiltà tal-okkorrenza tagħhom u l-medda ta' żmien.

5.   Meta strumenti kapitali jew obbligazzjonijiet oħrajn ikunu kkonvertiti f'ekwità, valwazzjoni għandha tipprovdi stima tal-valur ta' ekwità wara l-konverżjoni ta' ishma ġodda trasferiti jew maħruġa bħala konsiderazzjoni lid-detenturi tal-istrumenti konvertiti jew kredituri oħrajn. Din l-istima għandha tkun il-bażi għad-determinazzjoni tar-rata ta' konverżjoni jew tar-rati skont l-Artikolu 50 tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 11

Għażla tal-bażi tal-kejl

1.   Fl-għażla l-aktar xierqa tal-bażi jew bażijiet tal-kejl, il-valwatur għandu jikkunsidra firxa ta' azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li jridu jiġu eżaminati skont l-Artikolu 10(1).

2.   Il-valwatur għandu jiddetermina l-flussi ta' flus li l-entità tista' tistenna fuq il-bażi ta' suppożizzjonijiet ġusti, prudenti u realistiċi minn assi u obbligazzjonijiet eżistenti wara l-adozzjoni tal-azzjoni jew tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni eżaminati, bi tnaqqis b'rata xierqa kif determinat skont il-paragrafu 6.

3.   Il-flussi ta' flus għandhom jiġu stabbiliti fil-livell xieraq ta' aggregazzjoni, li jvarja minn assi u obbligazzjonijiet individwali għal portafolli jew negozji, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-differenzi fil-profili tar-riskju.

4.   Jekk l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) jeħtieġu li l-assi u l-obbligazzjonijiet iridu jkunu miżmuma minn entità li tkompli tkun istituzzjoni li tqajjem tħassib, il-valwatur għandu juża l-valur ta' żamma bħala l-bażi tal-kejl xierqa. Il-valur ta' żamma, jekk jitqies ġust, prudenti u realistiku, jista' jantiċipa n-normalizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-suq.

Il-valur ta' żamma ma għandux jintuża bħala l-bażi tal-kejl fejn l-assi jkunu ttrasferiti lejn vettura tal-immaniġġar tal-assi skont l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2014/59/UE jew lejn istituzzjoni tranżitorja skont l-Artikolu 40 ta' din id-Direttiva, jew meta tintuża għodda tal-bejgħ ta' negozju skont l-Artikolu 38 tad-Direttiva 2014/59/UE.

5.   Meta l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) jipprevedu l-bejgħ tal-assi, il-flussi ta' flus mistennija għandhom jikkorrispondu għall-valuri tad-disponiment ikkunsidrati għall-orizzont ta' disponiment mistenni.

6.   Ir-rati ta' tnaqqis għandhom ikunu ddeterminati wara l-għażla tal-iskedar tal-flussi ta' flus, il-profil tar-riskju, l-ispejjeż ta' finanzjament u l-kundizzjonijiet tas-suq kif xieraq għall-assi jew għall-obbligazzjoni li jkunu qed jitkejlu, l-istrateġija tad-disponiment ikkunsidrata u l-pożizzjoni finanzjarja tal-entità wara r-riżoluzzjoni.

Artikolu 12

Fatturi speċifiċi relatati mal-istima u t-tnaqqis ta' flussi ta' flus mistennija

1.   Għall-fini li jiġu stimati l-flussi ta' flus, il-valwatur għandu japplika l-ġudizzju espert tiegħu meta jiddetermina l-karatteristiċi prinċipali tal-assi jew l-obbligazzjonijiet li jkunu qed jiġu mkejla. Il-valwatur għandu japplika wkoll il-ġudizzju espert tiegħu meta jiddetermina kif it-tkomplija, it-tiġdid potenzjali jew ir-rifinanzjament, il-likwidazzjoni jew id-disponiment ta' dawn l-assi jew l-obbligazzjonijiet, kif previst fl-azzjoni ta' riżoluzzjoni eżaminata, jaffettwaw dawk il-flussi ta' flus.

2.   Jekk l-azzjoni tar-riżoluzzjoni tipprevedi entità li żżomm assi, iżżomm obbligazzjonijiet, jew tkompli negozju, il-valwatur jista' jqis fatturi li potenzjalment jistgħu jaffettwaw flussi ta' flus futuri, inklużi dawn li ġejjin:

(a)

bidliet fis-suppożizzjonijiet jew l-aspettattivi, meta mqabbla ma' dawk prevalenti sad-data tal-valwazzjoni, konsistenti max-xejriet storiċi fuq terminu twil u orizzont raġonevoli konsistenti mal-perjodu kkontemplat taż-żamma tal-assi jew għall-irkupru tal-entità; jew

(b)

bażijiet ta' valwazzjoni addizzjonali jew alternattivi jew metodoloġiji li huma kkunsidrati xierqa mill-valwatur u konsistenti ma' dan ir-Regolament, inkluż fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-valur ta' ekwità wara l-konverżjoni tal-ishma.

3.   Fir-rigward ta' gruppi ta' assi u obbligazzjonijiet jew negozji previsti li jiġu likwidati, il-valwatur għandu jikkunsidra l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-workout.

4.   Jekk is-sitwazzjoni ta' entità ma tippermettilhiex li żżomm assi jew li tkompli negozju, jew meta l-bejgħ mill-bqija jkun meqjus neċessarju mill-awtorità tar-riżoluzzjoni biex jinkisbu l-objettivi tar-riżoluzzjoni, il-flussi ta' flus mistennija għandhom jiġu referenzjati għall-valuri tad-disponiment mistennija f'perjodu speċifiku ta' disponiment.

5.   Il-valur ta' disponiment għandu jiġi ddeterminat mill-valwatur fuq il-bażi tal-flussi ta' flus, il-valur nett tal-ispejjeż tad-disponiment u l-valur nett tal-valur mistenni ta' kull garanzija mogħtija, li l-entità tista' tistenna b'mod raġonevoli fil-kundizzjonijiet tas-suq prevalenti attwalment permezz ta' bejgħ jew trasferiment b'mod ordinat ta' assi jew obbligazzjonijiet. Jekk ikun xieraq, wara li jiġu kkunsidrati l-azzjonijiet li jridu jittieħdu taħt l-iskema ta' riżoluzzjoni, il-valwatur jista' jiddetermina l-valur ta' disponiment billi japplika tnaqqis potenzjali ta' bejgħ aċċellerat lill-prezz tas-suq osservabbli ta' dan il-bejgħ jew trasferiment. Biex jiġi ddeterminat il-valur ta' disponiment ta' assi li ma għandhomx suq likwidu, il-valwatur għandu jikkunsidra prezzijiet osservabbli fis-swieq fejn assi simili huma nnegozjati jew mudelli ta' kalkoli bl-użu ta' parametri osservabbli tas-suq, bi tnaqqis għal nuqqas ta' likwidità rifless kif xieraq.

6.   Il-valwatur għandu jqis fatturi li jistgħu jaffettwaw il-valuri tad-disponiment u l-perjodi tad-disponiment, inklużi dawn li ġejjin:

(a)

il-valuri tad-disponiment u l-perjodi tad-disponiment osservati fi tranżazzjonijiet simili, aġġustati b'mod adegwat biex ikunu kkunsidrati differenzi fil-mudell tan-negozju u fl-istruttura finanzjarja tal-partijiet għal dawk it-tranżazzjonijiet;

(b)

vantaġġi jew żvantaġġi ta' tranżazzjoni partikolari li huma speċifiċi għall-partijiet involuti jew għal subsett ta' parteċipanti tas-suq;

(c)

attributi partikolari ta' assi jew negozju li jistgħu jkunu rilevanti biss għal xerrej potenzjali, jew għal subsett ta' parteċipanti tas-suq;

(d)

l-impatt li x'aktarx ikollu l-bejgħ mistenni fuq il-valur ta' franchise tal-entità.

7.   Meta ssir il-valutazzjoni tal-valur tan-negozju għall-finijiet tal-użu tal-bejgħ tan-negozju jew tal-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja, il-valwatur jista' jikkunsidra l-aspettattivi raġonevoli għall-valur ta' franchise. Tali aspettattiva għall-valur ta' franchise għandha tinkludi dik li tirriżulta minn tiġdid tal-assi, minn rifinanzjament ta' portafoll miftuħ, jew mit-tkomplija jew l-issoktar ta' negozju fil-kuntest tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni.

8.   Valwatur li jivvaluta li ebda prospett realistiku għad-disponiment ta' assi jew negozju ma jista' jiġi mistenni b'mod raġonevoli, ma għandux ikun meħtieġ li jiddetermina l-valur ta' disponiment, iżda għandu jagħmel stima tal-flussi ta' flus relatati rilevanti fuq il-bażi tal-prospetti rilevanti għat-tkomplija jew għal-likwidazzjoni. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-għodda tas-separazzjoni tal-assi jew għall-għodda tal-bejgħ ta' negozju.

9.   Għal partijiet ta' grupp ta' assi jew ta' negozju li x'aktarx jiġu likwidati skont il-proċeduri ta' insolvenza ordinarja, il-valwatur jista' jikkunsidra l-valuri tad-disponiment u l-perjodi tad-disponiment osservati f'irkantijiet li jinvolvu assi ta' natura u kundizzjoni simili. Id-determinazzjoni ta' flussi ta' flus mistennija għandha tikkunsidra n-nuqqas ta' likwidità, in-nuqqas ta' inputs affidabbli għad-determinazzjoni tal-valuri tad-disponiment, u l-ħtieġa li tirriżulta li jintużaw metodoloġiji ta' valwazzjoni bbażati fuq inputs mhux osservabbli.

Artikolu 13

Metodoloġija għall-kalkolu u l-inklużjoni ta' bafer għal telf addizzjonali

1.   Biex tiġi indirizzata l-inċertezza ta' valwazzjonijiet proviżorji mmexxija skont il-punti minn (b) sa (g) tal-Artikolu 36(4) tad-Direttiva 2014/59/UE, il-valwatur għandu jinkludi fil-valwazzjoni bafer biex jiġu riflessi fatti u ċirkustanzi li jsostnu l-eżistenza ta' telf addizzjonali ta' ammont jew skedar inċert. Biex jiġi evitat l-għadd doppju tal-inċertezza, is-suppożizzjonijiet li jsostnu l-kalkolu tal-bafer għandhom ikunu spjegati u ġustifikati b'mod adegwat mill-valwatur.

2.   Biex ikun iddeterminat id-daqs tal-bafer, il-valwatur għandu jidentifika fatturi li jistgħu jaffettwaw il-flussi ta' flus mistennija bħala riżultat ta' azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li x'aktarx ikunu adottati.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-valwatur jista' jagħmel estrapolazzjoni tat-telf stimat għal parti tal-assi tal-entità għall-bqija tal-karta tal-bilanċ tal-entità. Jekk disponibbli, it-telf medju stimat għal assi ta' kompetituri tal-pari jista' wkoll jiġi estrapolat, soġġetti għall-aġġustamenti neċessarji għad-differenzi fil-mudell tan-negozju u l-istruttura finanzjarja.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1075 tat-23 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut tal-pjanijiet ta' rkupru, il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp, il-kriterji minimi li l-awtorità kompetenti trid tivvaluta fir-rigward tal-pjanijiet ta' rkupru u pjanijiet ta' rkupru tal-grupp, il-kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju tal-grupp, ir-rekwiżiti għall-valwaturi indipendenti, ir-rikonoxximent kuntrattwali tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni, il-proċeduri u l-kontenut tar-rekwiżiti ta' notifika u tal-avviż ta' sospensjoni u l-funzjonament operazzjonali tal-kulleġġi ta' riżoluzzjoni (ĠU L 184, 8.7.2016, p. 1).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1401 tat-23 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal metodoloġiji u prinċipji dwar il-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi (ĠU L 228, 23.8.2016, p. 7).


9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/346

tal-5 ta' Marzu 2018

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Lactobacillus buchneri NRRL B-50733 bħala addittiv fl-għalf għall-speċijiet kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Lactobacillus buchneri NRRL B-50733. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus buchneri NRRL B-50733 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali, li jenħtieġ li jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-4 ta' Lulju 2017 (2) l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, bil-kundizzjonijiet proposti tal-użu tagħha, il-preparazzjoni tal-Lactobacillus buchneri NRRL B-50733 ma għandhiex effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bnedmin jew l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni kkonċernata għandha l-potenzjal li ttejjeb il-produzzjoni ta' għalf insilat magħmul minn materjal li jista' jiġi pproċessat f'materjal għall-ħżin f'silos b'mod faċli, b'mod moderatament diffiċli u b'mod diffiċli. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf, fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus buchneri NRRL B-50733 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' dik il-preparazzjoni jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-għalf insilat”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2017; 15(7):4934.


ANNESS

In-numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

L-addittiv

Il-Kompożizzjoni, il-formula kimika, id-deskrizzjoni, il-metodu analitiku

L-ispeċijiet jew il-kategorija ta' annimal

L-età massima

Il-kontenut minimu

Il-kontenut massimu

Dispożizzjonijiet l-oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU tal-addittiv/kg ta' materjal frisk

L-additivi teknoloġiċi: addittivi tal-għalf insilat

1k20758

Lactobacillus buchneri NRRL B-50733

Il-kompożizzjoni tal-addittiv:

Il-preparażżjoni ta' Lactobacillus buchneri NRRL B-50733 li fiha minimu ta' 1 × 1010 CFU/g ta' addittiv.

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Iċ-ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus buchneri NRRL B-50733

Il-metodu analitiku  (1)

L-enumerazzjoni fl-addittiv fl-għalf: metodu tat-tifrix fuq MSR agar: EN 15787.

L-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna.

2.

Il-kontenut minimu tal-Lactobacillus buchneri NRRL B-50733 meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma' mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tal-għalf insilat: 1 × 108 CFU/kg ta' materjal frisk.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tiegħu. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi proċeduri u b'miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'apparat ta' protezzjoni personali, inkluża l-protezzjoni tan-nifs.

Id-29 ta' Marzu 2028


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/347

tal-5 ta' Marzu 2018

dwar l-awtorizzazzjoni għall-preparat ta' Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes u għall-ħnieżer nisa u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1847/2003 u (KE) Nru 2036/2005 (detentur tal-awtorizzazzjoni Danstar Ferment AG irrappreżentat minn Lallemand SAS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Il-preparat ta' Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 ġie awtorizzat mingħajr skadenza bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1847/2003 (3) u għall-ħnieżer nisa bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2005 (4). Dan l-addittiv iddaħħal sussegwentement fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-preparat ta' Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer nisa u għall-ħnienes, skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu. L-applikant talab li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjonijiet tagħha tal-20 ta' April 2016 u tal-4 ta' Lulju 2017 (5), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparat ta' Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 ma għandux effett ħażin fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-addittiv jirriżulta effikaċi għall-ħnieżer nisa bil-għan li jibbenefikaw il-ħnienes miftuma u l-ħnienes mhux miftuma sabiex jinkiseb titjib sinifikanti fil-proporzjon tal-għalf maż-żieda fil-piż. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv fl-għalf, fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparat ta' Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' dan il-preparat jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 1847/2003 u (KE) Nru 2036/2005 jiġu emendati skont dan.

(7)

Minħabba li r-raġunijiet ta' sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, jixraq li jingħata perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li ġġib magħha l-awtorizzazzjoni.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterji li jinsabu fil-musrana”, huwa awtorizzat bħala addittiv għall-użu fl-għalf tal-annimali, u huwa soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emenda fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1847/2003

Ir-Regolament (KE) Nru 1847/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jitħassar;

(2)

L-Anness II jitħassar.

Artikolu 3

Emenda għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2005

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2036/2005, l-entrata E1703 titħassar.

Artikolu 4

Miżuri Tranżitorji

Il-preparat speċifikat fl-Anness u l-għalf li jkun fih dak il-preparat, li jkun immanifatturat u ttikkettat qabel id-29 ta' Settembru 2018 skont ir-regoli applikabbli qabel id-29 ta' Marzu 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda adittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1847/2003 dwar l-awtorizzazzjoni proviżorja tal-użu ta' addittiv u l-awtorizzazzjoni permanenti ta' addittiv ieħor li kien ġie diġà awtorizzat fi prodotti tal-ikel (ĠU L 269, 21.10.2003, p. 3).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2005 tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użu ġdid ta' ċerti addittivi li diġà huma awtorizzati fl-għalf (ĠU L 328, 15.12.2005, p. 13).

(5)  EFSA Journal 2016;14(6):4478. u EFSA Journal 2017;15(7):4932.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterji li jinsabu fil-musrana

4d1703

Danstar Ferment AG irrappreżentat minn Lallemand SAS

Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Il-preparat ta' Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 b'ammont minimu ta':

1 × 1010 CFU/g ta' addittiv (għamla miksija);

2 × 1010 CFU/g ta' addittiv (għamla mhux miksija);

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Ċelloli vijabbli ta' Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni: il-metodu tat-tferrigħ bl-użu ta' agar magħmul mid-destrożju, estratt tal-ħmira u kloramfenikol (EN15789:2009)

Identifikazzjoni: metodu tar-reazzjoni katina tal-polimerażi (PCR) 15790:2008).

Ħnieżer nisa

Ħnienes miftuma

1 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u l-miżuri organizzazzjonali biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-użu. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi proċeduri u b'miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'apparat ta' protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tan-nifs.

3.

Għall-użu fil-każ ta' ħnieżer nisa, sabiex jibbenefikaw il-ħnienes mhux miftuma.

4.

Għall-użu fil-każ ta' ħnienes miftuma sakemm jilħqu l-35 kg.

Id-29 ta' Marzu 2028


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/348

tat-8 ta' Marzu 2018

dwar deroga temporanja mir-regoli tal-oriġini preferenzjali stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward ta' roti u ċikletti oħra prodotti fil-Kambodja rigward l-użu taħt kumulazzjoni ta' parts li joriġinaw mill-Malasja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 64(6) u 66(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Unjoni tat preferenzi tariffarji ġeneralizzati (SĠP) lill-Kambodja. L-iskema tal-SĠP daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 jipprevedi l-possibbiltà li jingħataw, f'ċerti ċirkostanzi definiti b'mod preċiż, u għal ċerti oġġetti, derogi mir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali favur pajjiżi li jibbenefikaw minn SĠP. Skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (3), il-kumulazzjoni reġjonali tista' tapplika biss fl-istess grupp reġjonali għal pajjiżi li, fil-mument tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni, huma benefiċjarji tal-SĠP.

(3)

Fit-13 ta' Ottubru 2016, il-Kambodja ressqet talba għal estensjoni ta' tliet snin għad-deroga li kienet ingħatat permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 822/2014 (4). Skont dik id-deroga, il-Kambodja kellha d-dritt, bl-iskop li tkun determinata l-oriġini tar-roti tal-intestatura HS 8712 importati lejn l-Unjoni mill-Kambodja, li tqis il-partijiet li joriġinaw mill-Malasja bħala materjali li joriġinaw fil-Kambodja permezz ta' akkumulazzjoni reġjonali taħt l-iskema SĠP, minkejja li l-Malasja ma kinitx pajjiż benefiċjarju mill-SĠP.

(4)

Fit-talba tagħha, il-Kambodja qieset li kienu saru sforzi konsiderevoli mill-industrija tar-roti tagħha biex tikkonforma gradwalment mar-regoli tal-oriġini tal-Unjoni għall-pajjiżi l-anqas żviluppati (kif previst fl-Anness 22-03 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446), li skontu, biex prodott jitqies li joriġina fil-pajjiż l-anqas żviluppat, il-materjali li jintużaw għall-produzzjoni tiegħu u importati minn pajjiżi oħra jenħtieġ li ma jaqbżux is-70 %. Madankollu, l-Kambodja kkonkludiet li aktar żmien huwa meħtieġ biex dik l-industrija tikkonforma kompletament mar-regoli tal-oriġini tal-Unjoni għall-pajjiżi l-anqas żviluppati.

(5)

Permezz ta' ittra tas-17 ta' Frar 2017 il-Kummissjoni talbet lill-Kambodja biex tagħtiha aktar informazzjoni. Fil-15 ta' Ġunju 2017, il-Kambodja bagħtet it-tweġiba tagħha għal din it-talba, u minħabba f'hekk l-applikazzjoni tagħha kienet ikkunsidrata bħala kompluta.

(6)

Fit-tweġiba tagħha, il-Kambodja wriet li kienu saru sforzi biex l-industrija tar-roti ssir aktar awtonoma bis-saħħa ta' investimenti mmirati lejn l-istabbiliment ta' linji oħra tal-manifattura tal-parts (bħalma huma l-frejms, iż-żebgħa, l-iwweldjar jew ir-rimmijiet). Il-Kambodja spjegat ukoll li l-manifatturi kienu ngħataw inċentiv biex jixtru aċċessorji tar-roti kif ukoll materjal tal-ippakkjar mill-fornituri lokali biex b'hekk jiżdied il-valur miżjud li jinħoloq fil-Kambodja. B'konsegwenza, il-Kambodja issa għandha l-politika tagħha stess biex tattira l-investituri ħalli jistabbilixxu clusters f'żoni ekonomiċi speċjali b'appoġġ għall-industrija tar-roti.

(7)

Il-Kambodja tenfasizza li perjodu ta' żmien addizzjonali jkun importanti biex jinżamm ir-ritmu tal-industrija tar-roti tal-Kambodja u biex jidħlu fis-seħħ proġetti ġodda, b'mod partikolari fil-qasam tal-promozzjoni tal-investimenti f'membri oħra tal-ASEAN, li se jgħinu biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-industrija tar-roti tal-Kambodja fir-rigward tal-kwalità u l-prezz tal-parts tar-roti.

(8)

Mill-informazzjoni addizzjonali jidher li l-Kambodja issa toffri livell sodisfaċenti ta' awtonomija lill-industrija tar-roti tagħha u ċ-ċifri li ppreżentat fir-rapport tagħha juru li r-regola tal-oriġini li tippermetti l-użu ta' 70 % ta' materjali mhux oriġinarji dalwaqt tista' tiġi rispettata b'mod sostenibbli. Għaldaqstant, fid-dawl ta' dak it-titjib, ma teżistix il-ħtieġa għal perjodu twil ta' estensjoni tad-deroga jew biex għadd kbir ta' unitajiet importati lejn l-Unjoni jiġu koperti minn dik id-deroga. Peress li d-deroga għall-2016 kienet tikkonċerna 150 000 unità, għadd ta' 100 000 unità se jkun biżżejjed biex il-Kambodja tkun appoġġata sakemm l-industrija tagħha ssir kompletament awtonoma.

(9)

Madankollu, kif spjegat il-Kambodja fit-talba tagħha, l-użu sħiħ tad-deroga jiddependi fuq ir-ritmu staġjonali li jissepara l-perjodu għall-ordni tal-parts (Ottubru-Diċembru) mill-perjodu tal-importazzjoni ta' dawk il-parts minn pajjiżi oħra (minn Mejju tas-sena ta' wara sa Marzu tat-tielet sena). Għalhekk jidher li jkun meħtieġ perjodu ta' żmien twil biżżejjed biex id-deroga tkun ta' benefiċċju. Għall istess raġunijiet, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

(10)

Sabiex ikun hemm sorveljanza effiċjenti tal-operat tad-deroga, huwa neċessarju li l-awtoritajiet tal-Kambodja jkunu meħtieġa jikkomunikaw regolarment lill-Kummissjoni d-dettalji tal-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini li nħarġu fil-kuntest tad-deroga.

(11)

Id-deroga jenħtieġ li tikkonċerna prodotti tal-intestatura HS 8712 li jużaw parts mill-intestatura HS 8714 li joriġinaw mill-Malasja.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 55(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, il-Kambodja għandha tkun intitolata tistrieħ fuq il-kumulazzjoni reġjonali tal-oriġini skont it-Titolu II, Kapitolu 1, Taqsima 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 meta jintużaw parts skont l-intestatura HS 8714 li joriġinaw mill-Malasja għall-produzzjoni tar-roti u ċikletti oħra tal-intestatura HS 8712 għall-esportati lejn l-Unjoni.

2.   Il-provi tal-oriġini għall-parts imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitħejjew skont it-Titolu II, Kapitolu 2, Taqsima 2, Subtaqsima 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (5).

Artikolu 2

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti tal-intestatura HS 8712 esportati mill-Kambodja u ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni matul il-perjodu sal-kwantitajiet stipulati fl-Anness.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

Artikolu 4

Il-Kaxxa 4 tal-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini, maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Kambodja jew stqarrijiet dwar l-oriġini magħmula mill-esportaturi rreġistrati fil-Kambodja fir-rigward ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 2 għandu jkollhom fuqhom id-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

“Derogation — Commission Implementing Regulation (EU) 2018/348”,

L-awtoritajiet kompetenti tal-Kambodja għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sa tmiem ix-xahar ta' wara kull kwart tas-sena ċivili, dikjarazzjoni għal kull tliet xhur tal-kwantitajiet ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 2, li għalihom inħarġu Formoli A taċ-ċertifikati tal-oriġini u n-numri tas-serje ta' dawk iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

L-awtoritajiet kompetenti tal-Kambodja għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw konformità mal-Artikoli 1 u 4 u biex jistabbilixxu u jmantnu l-istrutturi u s-sistemi amministrattivi kollha biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tad-deroga msemmija fl-Artikolu 1 u l-kooperazzjoni amministrattiva, kemm mal-awtoritajiet tal-Malasja kif ukoll mal-Kummissjoni Ewropea u mal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-Unjoni, kif speċifikat fit-Titolu II, Kapitolu 2, it-Taqsima 2, Subtaqsima 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 822/2014 tat-28 ta' Lulju 2014 dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tar-regoli tal-oriġini taħt l-iskema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati fir-rigward ta' roti prodotti fil-Kambodja rigward l-użu taħt kumulazzjoni ta' partijiet ta' roti li joriġinaw mill-Malasja (ĠU L 223, 29.7.2014, p. 19).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


ANNESS

Nru tal-Ordni

Il-kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu

Kwantitajiet (f'unitajiet)

09.8094

8712

Roti u ċikletti oħrajn (inklużi triċikletti għat-tqassim), mhux motorizzati

Mid-9 ta' Marzu 2018 sal-31 ta' Diċembru 2019

100 000


9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/28


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/349

tat-8 ta' Marzu 2018

li jemenda għall-282 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjonijiet tal-Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fis-6 ta' Marzu 2018, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid tliet entrati fuq il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li fuqhom jenħtieġ li japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

(a)

“Salim Mustafa Muhammad Al-Mansur (magħruf ukoll bħala: (a) Salim Mustafa Muhammad Mansur Al-Ifri; (b) Saleem Al-Ifri; (c) Salim Mansur Mustafa; (d) Salim Mansur; (e) Hajji Salim Al-Shaklar). Data tat-twelid: (a) 20.2.1962 (b) 1959. Post tat-twelid: (a) Baghdad, l-Iraq; (b) Tel Afar, Provinċja ta' Nineveh, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqqina. Nru tal-Passaport: Numru tal-Iraq A6489694, maħruġ fit-2.9.2013 (jiskadi fil-31.8.2021). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: (a) Karta tal-Identità Nazzjonali tal-Iraq 00813602, maħruġa fit-18.9.2011; (b) Ċertifikat tal-Iraq tan-Nazzjonalità Iraqina 300397, maħruġ fil-25.6.2013. Indirizz: (a) 17 Tamoz, Mosul, l-Iraq (indirizz preċedenti); Tel Afar – Al-Saad, Mosul, l-Iraq (indirizz preċedenti). Informazzjoni oħra: Deskrizzjoni fiżika: kulur tax-xagħar: iswed; il-kulur tal-għajnejn: lewn l-għasel; tul: 170 ċm; jitkellem l-Għarbi. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): is-6.3.2018.”

(b)

“Umar Mahmud Irhayyim Al-Kubaysi (magħruf ukoll bħala: (a) Umar Mahmud Rahim al-Kubaysi; (b) Omar Mahmood Irhayyim Al-Fayyadh; (c) Umar Mahmud Rahim; (d) Umar Mahmud Rahim Al-Qubaysi; (e) Umar Mahmud Al-Kubaysi Arhaym; (f) Umar Mahmud Arhaym; (g) Omar Mahmood Irhayyim; (h) Omar Mahmood Irhayyim Al-Fayyadh Al-Kobaisi; (i) Umar al-Kubaysi). Data tat-twelid: (a) 16.6.1967; (b) 1.1.1967. Post tat-twelid: Al-Qaim, il-Provinċja ta' Al-Anbar, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqqina. Nru tal-Passaport: Numru tal-Iraq A4059346, maħruġ fid-29.5.2013, maħruġ f'Bagdad, l-Iraq (jiskadi fis-27.5.2021). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: (a) Karta tal-identità nazzjonali tal-Iraq 00405771, maħruġa fl-20 ta' Mejju 2013, maħruġa mill-Iraq; (b) Ċertifikat tal-Iraq tan-Nazzjonalità Iraqina 540763, maħruġ fit-13.2.1984. Indirizz: Al-Qaim, il-Provinċja ta' Al-Anbar, l-Iraq. Informazzjoni oħra: Deskrizzjoni fiżika: sess: raġel, kulur tax-xagħar: iswed; tul: 175 ċm; jitkellem l-Għarbi. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): is-6.3.2018.”

(2)

L-entrata li ġejja tiżdied taħt l-intestatura “Persuni, gruppi u entitajiet ġuridiċi”:

“Al-Kawthar Money Exchange (psewdonimu: (a) Al Kawthar Co.; (b) Al Kawthar Company; (c) Al-Kawthar Hawala). Indirizz: Al-Qaim, il-Provinċja ta' Al Anbar, l-Iraq. Informazzjoni oħra: Negozju tal-kambju ta' flus u li minn nofs l-2016 hu ta' sjieda ta' Umar Mahmud Irhayyim al-Kubaysi. Stabbilit fis-sena 2000 bin-numru tal-Liċenzja 202, maħruġa fis-17.5.2000, u minn dakinhar ġiet irtirata. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): is-6.3.2018.”


DIRETTIVI

9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/30


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/350

tat-8 ta' Marzu 2018

li temenda d-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istima tar-riskju ambjentali ta' organiżmi modifikati ġenetikament

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/18/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-istima tar-riskju ambjentali ta' organiżmi modifikati ġenetikament (“GMOs”).

(2)

Fl-4 ta' Diċembru 2008, il-Kunsill adotta Konklużjonijiet dwar il-GMOs filwaqt li saħaq fuq il-ħtieġa li l-istima tar-riskju ambjentali tal-GMOs tiġi aġġornata u msaħħa, b'mod partikolari fir-rigward tal-istima tal-effetti ambjentali fit-tul.

(3)

Wara talba mill-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) adottat Opinjoni xjentifika f'Ottubru 2010 li tistabbilixxi gwida dwar l-istima tar-riskju ambjentali tal-pjanti ġenetikament modifikati (2) (“il-Gwida”), li hija verżjoni riveduta tal-gwida preċedenti. Dokumenti oħra ta' gwida maħruġa mill-EFSA u mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini huma rilevanti għall-istima tar-riskju ambjentali tal-GMOs għajr il-pjanti.

(4)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/412 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistipula li sat-3 ta' April 2017, il-Kummissjoni trid taġġorna l-Annessi tad-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali, bl-għan li tinkorpora u tibni fuq il-Gwida, li mhijiex legalment vinkolanti.

(5)

Sabiex ikun hemm adattament għall-progress tekniku u filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba fl-istima tar-riskju ambjentali ta' pjanti ġenetikament modifikati, jenħtieġ li l-elementi essenzjali tal-Gwida jiġu inkorporati fid-Direttiva 2001/18/KE. B'dan il-mod, il-prinċipju li l-istima tar-riskju ambjentali jenħtieġ li titwettaq fuq bażi ta' każ b'każ, jenħtieġ li jiġi rrispettat.

(6)

Il-gwida ġiet imfassla essenzjalment għal notifiki għall-fini ta' tpoġġija fis-suq (“notifiki tal-Parti C”) ta' pjanti ġenetikament modifikati, filwaqt li l-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE japplika kemm għan-notifiki tal-Parti C kif ukoll għan-notifiki għal skopijiet oħra minbarra t-tpoġġija fis-suq (“in-notifiki tal-Parti B”). Għaldaqstant, ċerti rekwiżiti li jirriżultaw mill-inkorporazzjoni tal-Gwida fl-Anness II jenħtieġ li japplikaw biss għan-notifiki tal-Parti C, għaliex ikunu irrilevanti jew sproporzjonati fil-kuntest tan-notifiki tal-Parti B, li essenzjalment jikkonċernaw ir-rilaxxi sperimentali.

(7)

Il-parti C tal-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE tikkonċerna l-metodoloġija tal-istima tar-riskju ambjentali. Jenħtieġ li din tiġi aġġornata biex tinkorpora, b'mod partikolari, it-terminoloġija użata biex tiddeskrivi s-sitt passi tal-approċċ ta' stima kif hemm deskritt fil-Gwida.

(8)

Il-parti D tal-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE tapplika għall-konklużjonijiet tal-istima tar-riskju ambjentali u tinkludi żewġ taqsimiet distinti, dwar il-GMOs minbarra l-pjanti ogħla (it-taqsima D.1) u dwar il-pjanti ogħla ġenetikament modifikati (it-taqsima D.2) rispettivament. Il-Gwida tqis li fl-istima tar-riskju ambjentali ta' pjanti ġenetikament modifikati, iridu jiġu indirizzati seba' oqsma speċifiċi ta' riskju sabiex ikunu jistgħu jinsiltu l-konklużjonijiet. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-istruttura u l-kontenut tat-taqsima D.2 tal-Anness II jiġu aġġornati biex jirriflettu dawk l-oqsma ta' riskju.

(9)

Meta l-istima tar-riskju ambjentali tkun tikkonċerna pjanta ġenetikament modifikata li ssir tolleranti għal erbiċida, jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni tagħha jkun konsistenti mad-Direttiva 2001/18/KE. L-istima tar-riskju ambjentali tal-użu ta' prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, inkluż l-użu tiegħu fuq pjanta ġenetikament modifikata, taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u se titwettaq fil-livell tal-Istati Membri biex tqis il-kundizzjonijiet agrikoli speċifiċi.

(10)

L-Anness III B tad-Direttiva 2001/18/KE jelenka l-informazzjoni meħtieġa f'notifiki dwar rilaxxi ta' pjanti ogħla ġenetikament modifikati u japplika kemm għan-notifiki tal-Parti C kif ukoll għan-notifiki tal-Parti B. L-istruttura, il-kontenut u l-livell ta' dettall tiegħu jenħtieġ li jiġu emendati sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-Gwida. Billi l-biċċa l-kbira tat-tibdil iġġenerat mill-Gwida jikkonċerna l-istima tar-riskju ambjentali tan-notifiki tal-Parti C, u fl-interess taċ-ċarezza u tas-simplifikazzjoni għan-notifikaturi u għall-awtoritajiet kompetenti, huwa xieraq li l-istruttura tal-Anness III B tinbidel billi r-rekwiżiti li jikkonċernaw in-notifiki tal-Parti C jiġu sseparati mir-rekwiżiti li jikkonċernaw in-notifiki tal-Parti B.

(11)

Il-biċċa l-kbira tat-talbiet għall-awtorizzazzjoni tat-tpoġġija fis-suq ta' pjanti ġenetikament modifikati huma ppreżentati skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Fl-interess tas-simplifikazzjoni, huwa għalhekk xieraq li, sa fejn hu possibbli, l-ordni tal-biċċiet ta' informazzjoni meħtieġa għan-notifiki tal-Parti C fl-Anness III B tad-Direttiva 2001/18/KE jiġi allinjat mal-ordni segwit fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 (6).

(12)

L-Anness IV tad-Direttiva 2001/18/KE jistabbilixxi rekwiżiti ta' informazzjoni addizzjonali għan-notifiki tal-Parti C biss. Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dak l-Anness rigward il-metodi ta' kxif jenħtieġ li jiġu aġġornati fid-dawl tal-progress tekniku, b'mod partikolari fir-rigward tas-sottomissjoni tal-materjal ta' referenza min-notifikaturi.

(13)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/18/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi II, III, III B u IV tad-Direttiva 2001/18/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mid-29 ta' Settembru 2019. Dawn għandhom jgħaddu t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif issir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.

(2)  EFSA Journal 2010;8(11):1879.

(3)  Id-Direttiva (UE) 2015/412 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 li temenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) fit-territorju tagħhom (ĠU L 68, 13.3.2015, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 tat-3 ta' April 2013 dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemendaw ir-Regolamenti (KE) Nru 641/2004 u (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 157, 8.6.2013, p. 1).


ANNESS

Id-Direttiva 2001/18/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima C hija sostitwita b'dan li ġej:

“C.   Metodoloġija

Gwida maħruġa mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel hija disponibbli għall-implimentazzjoni ta' din it-taqsima għan-notifiki tal-Parti C.

C.1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali u speċifiċi għall-e.r.a.

1.   Bidliet intenzjonati u mhux intenzjonati

Bħala parti mill-identifikazzjoni u mill-evalwazzjoni tal-effetti ħżiena potenzjali msemmija fit-Taqsima A, l-e.r.a għandha tidentifika l-bidliet intenzjonati u mhux intenzjonati li jirriżultaw mill-modifika ġenetika u għandha tevalwa l-potenzjal tagħhom li jikkawżaw effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent.

Il-bidliet intenzjonati li jirriżultaw mill-modifika ġenetika huma bidliet li huma mfassla biex iseħħu u li jissodisfaw l-għanijiet oriġinali tal-modifika ġenetika.

Il-bidliet mhux intenzjonati li jirriżultaw mill-modifika ġenetika huma bidliet konsistenti li jmorru lil hinn mill-bidla jew mill-bidliet intenzjonati li jirriżultaw mill-modifika ġenetika.

Il-bidliet intenzjonati u mhux intenzjonati jista' jkollhom effetti diretti jew indiretti, u immedjati jew li jittardjaw l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent.

2.   Effetti ħżiena fit-tul u effetti ħżiena fit-tul kumulattivi fl-e.r.a. tan-notifiki tal-Parti C

L-effetti fit-tul ta' GMO huma l-effetti li jirriżultaw minn dewmien fir-rispons minn organiżmi jew mid-dixxendenti tagħhom għal esponiment fit-tul jew kroniku għal GMO jew minn użu estensiv ta' GMO fiż-żmien u fl-ispazju.

Fl-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni tal-effetti ħżiena potenzjali fit-tul ta' GMO fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent, għandhom jitqiesu dawn li ġejjin:

(a)

l-interazzjonijiet fit-tul bejn il-GMO u l-ambjent riċevitur;

(b)

il-karatteristiċi tal-GMO li jsiru importanti fuq bażi fit-tul;

(c)

id-data miksbua mir-rilaxxi intenzjonati ripetuti jew it-tpoġġija fis-suq tal-GMO fuq perjodu twil.

L-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni tal-effetti ħżiena potenzjali fit-tul kumulattivi msemmija fil-parti introduttorja tal-Anness II għandhom iqisu l-GMOs rilaxxati b'mod intenzjonali jew impoġġija fis-suq fl-imgħoddi.

3.   Kwalità tad-data

Sabiex iwettaq e.r.a. għal notifika taħt il-Parti C ta' din id-Direttiva, in-notifikatur għandu jiġbor id-data li diġà hi disponibbli minn letteratura xjentifika jew minn sorsi oħra, inkluż ir-rapporti ta' monitoraġġ, u għandu jiġġenera d-data meħtieġa billi jwettaq, meta jkun possibbli, l-istudji xierqa. Fejn applikabbli, in-notifikatur għandu jiġġustifika fl-e.r.a. għaliex mhuwiex possibbli li tiġi ġġenerata d-data permezz tal-istudji.

L-e.r.a. għan-notifiki skont il-Parti B ta' din id-Direttiva għandha tkun ibbażata fuq id-data li diġà hi disponibbli mil-letteratura xjentifika jew minn sorsi oħra u tista' tiġi ssupplimentata b'data addizzjonali ġġenerata min-notifikatur.

Meta fl-e.r.a. tiġi pprovduta data ġġenerata barra mill-Ewropa, għandha tiġi ġġustifikata r-rilevanza tagħha fl-ambjenti riċevituri fl-Unjoni.

Id-data pprovduta fl-e.r.a għan-notifiki skont il-parti C ta' din id-Direttiva għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

meta fl-e.r.a. jiġu pprovduti l-istudji tossikoloġiċi mwettqa biex jiġi stmat ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, in-notifikatur għandu jipprovdi evidenza li turi li dawn twettqu f'faċilitajiet li jikkonformaw ma' dan li ġej:

(i)

ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/10/KE; jew

(ii)

“OECD Principles on Good Laboratory Practice” (GLP), jekk imwettqa barra mill-Unjoni;

(b)

meta fl-e.r.a. jiġu pprovduti studji li mhumiex l-istudji tossikoloġiċi, dawn għandhom:

(i)

jikkonformaw, fejn rilevanti, mal-prinċipji tal-Prattika Tajba tal-Laboratorju (GLP) stabbiliti fid-Direttiva 2004/10/KE, jew

(ii)

jitwettqu minn organizzazzjonijiet akkreditati skont l-istandard ISO rilevanti, jew

(iii)

fin-nuqqas ta' standard ISO rilevanti, jitwettqu skont standards rikonoxxuti internazzjonalment;

(c)

l-informazzjoni dwar ir-riżultati miksuba mill-istudji msemmija fil-punti (a) u (b), kif ukoll dik dwar il-protokolli ta' studju, għandha tkun affidabbli u komprensiva u għandha tinkludi d-data mhux ipproċessata f'format elettroniku xieraq għat-twettiq ta' analiżi statistika jew ta' tip ieħor;

(d)

in-notifikatur għandu jispeċifika, meta jkun possibbli, id-daqs tal-effett li kull studju li jitwettaq beħsiebu jidentifika, u jiġġustifikah.

(e)

l-għażla tal-postijiet għall-istudji fuq il-post għandhom ikunu bbażati fuq ambjenti riċevituri rilevanti fid-dawl tal-esponiment u l-impatt potenzjali li jistgħu jiġu osservati f'każ li jiġi rilaxxat il-GMO. L-għażla għandha tiġi ġġustifikata fl-e.r.a.;

(f)

il-komparatur mhux ġenetikament modifikat għandu jkun xieraq għall-ambjenti riċevituri relevanti u għandu jkollu sfond ġenetiku komparabbli għall-GMO. L-għażla tal-komparatur għandha tiġi ġġustifikata fl-e.r.a.

4.   Eventi ta' trasformazzjoni multipli fin-notifiki tal-Parti C

Dan li ġej għandu japplika għall-e.r.a. ta' GMO li fih eventi ta' trasformazzjoni multipli fin-notifiki tal-Parti C:

(a)

in-notifikatur għandu jipprovdi e.r.a. għal kull event ta' trasformazzjoni individwali fil-GMO jew jirreferi għan-notifiki li diġà ġew ippreżentati għal dawk l-eventi ta' trasformazzjoni individwali;

(b)

in-notifikatur għandu jipprovdi stima tal-aspetti li ġejjin:

(i)

l-istabbiltà tal-eventi ta' trasformazzjoni;

(ii)

l-espressjoni tal-eventi ta' trasformazzjoni;

(iii)

l-effetti addittivi, sinerġistiċi jew antagonistiċi potenzjali li jirriżultaw mill-kombinazzjoni tal-eventi ta' trasformazzjoni;

(c)

f'każ li jkun hemm il-probabbiltà li d-dixxendent tal-GMO ikun fih diversi sottokombinazzjonijiet tal-eventi ta' trasformazzjoni multipli, in-notifikatur għandu jipprovdi raġunament xjentifiku li jiġġustifika li ma hemmx ħtieġa li tiġi pprovduta data sperimentali għas-sottokombinazzjonijiet ikkonċernati, b'mod indipendenti mill-oriġini tagħhom, jew, fin-nuqqas ta' tali raġunament xjentifiku, għandu jipprovdi d-data sperimentali rilevanti.

C.2.   Il-karatteristiċi tal-GMO u tar-rilaxxi

L-e.r.a. għandha tqis id-dettalji tekniċi u xjentifiċi rilevanti rigward il-karatteristiċi ta' dawn li ġejjin:

l-organiżmi li jirċievu jew dawk ġenitur;

il-modifika jew il-modifiki ġenetiċi, sew jekk tkun inserzjoni jew inkella tħassir ta' materjal ġenetiku u informazzjoni rilevanti dwar il-vector u d-donatur;

il-GMO;

ir-rilaxx jew l-użu maħsub inkluż l-iskala tiegħu;

l-ambjent potenzjali li jkun se jirċievi li fih se jiġi rilaxxat il-GMO u li fih jista' jinfirex it-transġene; kif ukoll

l-interazzjonijiet bejn dawn il-karatteristiċi.

L-informazzjoni rilevanti minn rilaxxi preċedenti ta' GMOs li jkunu l-istess jew simili u ta' organiżmi b'karatteristiċi simili u l-interazzjoni tagħhom ma' ambjenti simili li jirċevuhom, inkluż l-informazzjoni li tirriżulta mill-monitoraġġ ta' organiżmi bħal dawn, għandha titqies fl-e.r.a, soġġetta għall-Artikolu 6(3) jew għall-Artikolu 13(4).

C.3.   Passi fl-e.r.a.

L-e.r.a. msemmija fl-Artikoli 4, 6, 7 u 13 għandha titwettaq għal kull qasam ta' riskju rilevanti msemmi fit-Taqsima D1 jew fit-Taqsima D2 skont is-sitt passi li ġejjin:

1.   Formulazzjoni ta' problema, inkluża l-identifikazzjoni tal-perikli

Il-formulazzjoni tal-problema għandha:

(a)

tidentifika kwalunkwe bidla fil-karatteristiki tal-organiżmu, li għandhom x'jaqsmu mal-modifika ġenetika, permezz tat-tqabbil tal-karatteristiċi tal-GMO ma' dawk tal-komparatur magħżul u mhux ġenetikament modifikat, f'kundizzjonijiet korrispondenti ta' rilaxx jew użu;

(b)

tidentifika l-effetti ħżiena potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent li huma marbuta mat-tibdil li ġie identifikat taħt il-punt (a) ta' hawn fuq;

L-effetti ħżiena potenzjali ma għandhomx jiġu traskurati fuq il-bażi li x'aktarx ma jseħħux.

L-effetti ħżiena potenzjali jistgħu jvarjaw minn każ għal każ, u jistgħu jinkludu:

effetti fuq id-dinamika ta' popolazzjonijiet ta' speċijiet fl-ambjent riċevitur u fuq id-diversità ġenetika ta' kull waħda minn dawn il-popolazzjonijiet, li jwasslu għal tnaqqis potenzjali fil-bijodiversità;

suxxettibbiltà alterata għal patogeni li tiffaċilita t-tixrid ta' mard infettiv u/jew toħloq riservi ġodda jew vectors;

riperkussjonijiet negattivi fuq it-trattamenti profilattiċi jew terapewtiċi, mediċi, veterinarji jew għall-protezzjoni tal-pjanti, pereżempju bi trasferiment ta' ġeni billi joffru reżistenza għal antibijotiċi użati fil-prodotti mediċinali għall-bniedem jew dawk veterinarji;

effetti fuq il-bijoġeokimika (iċ-ċikli bjioġeokimiċi), partikolarment ir-riċiklaġġ tal-karbonju u tan-nitroġenu permezz ta' tibdil fid-dekompożizzjoni ta' materjal organiku fil-ħamrija;

mard li jaffettwa lill-bnedmin, inklużi reazzjonijiet allerġeniċi jew tossiċi;

mard li jaffettwa lill-annimali u lill-pjanti, inklużi reazzjonijiet tossiċi, u fil-każ tal-annimali, allerġeniċi, fejn xieraq;

Meta jiġu identifikati l-effetti ħżiena potenzjali fit-tul ta' GMO, dawn għandhom jiġu stmati f'forma ta' studju abbażi ta' dokumentazzjoni billi jintuża, meta jkun possibbli, wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(i)

l-evidenza minn esperjenzi preċedenti;

(ii)

is-settijiet ta' data jew il-letteratura disponibbli;

(iii)

mudellar matematiku.

(c)

l-identifikazzjoni ta' punti ta' tmiem tal-istima relevanti.

Dawk l-effetti ħżiena potenzjali li jista' jkollhom impatt fuq il-punti ta' tmiem tal-istima identifikati għandhom jitqiesu fil-passi li jmiss tal-valutazjzoni tar-riskju.

(d)

l-identifikazzjoni u d-deskrizzjoni tal-mogħdijiet ta' esponiment jew mekkaniżmi oħra li permezz tagħhom jistgħu jseħħu l-effetti ħżiena.

L-effetti ħżiena jistgħu jseħħu direttament jew indirettament permezz ta' mogħdijiet ta' esponiment jew mekkaniżmi oħra li jistgħu jinkludu:

it-tifrix ta' GMO(s) fl-ambjent;

it-trasferiment ta' materjal ġenetiku introdott lejn l-istess organiżmu jew organiżmi oħra, sew jekk ġenetikament modifikati sew jekk le;

instabbiltà fenotipika u ġenetika;

interazzjonijiet ma' organiżmi oħra;

tibdiliet fl-immaniġġjar, inkluż, fejn applikabbli, fil-prattiki agrikoli;

(e)

il-formulazzjoni ta' ipoteżijiet li jistgħu jiġu ttestjati, u d-definizzjoni ta' punti ta' tmiem tal-kejl rilevanti, biex, meta jkun possibbli, tkun tista' ssir evalwazzjoni kwantitattiva tal-effetti ħżiena potenzjali;

(f)

titqies il-possibbiltà ta' inċertezzi, inkluż il-lakuni fl-għarfien u l-limitazzjonijiet metodoloġiċi.

2.   Karatterizzazzjoni tal-periklu

Għandu jiġi evalwat id-daqs ta' kull effett ħażin potenzjali. Din l-evalwazzjoni għandha tassumi li dan l-effett ħażin se jseħħ. L-e.r.a. għandha tqis li d-daqs x'aktarx jiġi influwenzat mill-ambjenti riċevituri fejn hu maħsub li jiġi rilaxxat il-GMO u mill-iskala u mill-kundizzjonijiet tar-rilaxx.

Fejn ikun possibbli, l-evalwazzjoni għandha tkun espressa f'termini kwantitattivi.

Fejn l-evalwazzjoni tiġi espressa f'termini kwalitattivi, għandha tintuża deskrizzjoni kategorika (“għolja”, “moderata”, “baxxa” jew “negliġibbli”) u għandha tiġi pprovduta spjegazzjoni tal-iskala ta' effett irrappreżentata minn kull kategorija.

3.   Karatterizzazzjoni tal-esponiment

Il-probabbiltà li jseħħ kull wieħed mill-effetti ħżiena potenzjali identifikati għandha tiġi evalwata sabiex tiġi pprovduta, meta jkun possibbli, stima kwantitattiva tal-esponiment bħala miżura relattiva ta' probabbiltà, jew inkella stima kwalitattiva tal-esponiment. Għandhom jitqiesu l-karatteristiċi tal-ambjenti riċevituri u l-kamp ta' applikazzjoni tan-notifika.

Fejn l-evalwazzjoni tiġi espressa f'termini kwalitattivi, għandha tintuża deskrizzjoni kategorika (“għolja”, “moderata”, “baxxa” jew “negliġibbli”) tal-esponiment u għandha tiġi pprovduta spjegazzjoni tal-iskala ta' effett irrappreżentata minn kull kategorija.

4.   Karatterizzazzjoni tar-riskju

Ir-riskju għandu jiġi kkaratterizzat billi, għal kull effett ħażin potenzjali, jiġi assoċjat id-daqs mal-probabbiltà li jseħħ dak l-effetti ħażin, sabiex tiġi pprovduta stima kwantitattiva jew semikwantitattiva tar-riskju.

Meta ma tkunx possibbli stima kwantitattiva jew semikwantitattiva, għandha tiġi pprovduta stima kwalitattiva tar-riskju. F'dak il-każ, għandha tintuża deskrizzjoni kategorika (“għolja”, “moderata”, “baxxa” jew “negliġibbli”) tar-riskju u għandha tiġi pprovduta spjegazzjoni tal-iskala ta' effett irrappreżentata minn kull kategorija.

Meta rilevanti, l-inċertezza għal kull riskju identifikat għandha tkun deskritta u, meta jkun possibbli, espressa f'termini kwantitattivi.

5.   Strateġiji għall-immaniġġjar tar-riskji

Meta jiġu identifikati riskji li jirrikjedu, fuq il-bażi tal-karatterizzazzjoni tagħhom, miżuri għall-immaniġġjar tagħhom, għandha tiġi proposta strateġija għall-immaniġġjar tar-riskju.

L-istrateġiji għall-immaniġġjar tar-riskji għandhom jiġu deskritti f'termini ta' tnaqqis tal-perikli jew tal-esponiment, jew tat-tnejn li huma, u għandhom ikunu proporzjonati mat-tnaqqis intenzjonat tar-riskju, mal-iskala u mal-kundizzjonijiet tar-rilaxx u mal-livelli ta' inċertezza identifikati fl-e.r.a.

Meta jkun possibbli, it-tnaqqis li jirriżulta fir-riskju ġenerali għandu jiġi kkwantifikat.

6.   Evalwazzjoni tar-riskju ġenerali u konklużjonijiet

Għandha titwettaq evalwazzjoni kwalitattiva, u meta jkun possibbli, evalwazzjoni kwantitattiva tar-riskju ġenerali tal-GMO, billi jitqiesu r-riżultati tal-karatterizzazzjoni tar-riskju, l-istrateġiji għall-immaniġġjar tar-riskji proposti u l-livelli assoċjati ta' inċertezza.

L-evalwazzjoni tar-riskju ġenerali għandha tinkludi, fejn applikabbli, l-istrateġiji għall-immaniġġjar tar-riskji proposti għal kull riskju identifikat.

L-evalwazzjoni tar-riskju ġenerali u l-konklużjonijiet għandhom jipproponu wkoll rekwiżiti speċifiċi għall-pjan ta' monitoraġġ tal-GMO u, fejn xieraq, il-monitoraġġ tal-effikaċja tal-miżuri proposti għall-immaniġġjar tar-riskji.

Għan-notifiki skont il-Parti C tad-Direttiva, l-evalwazzjoni tar-riskju ġenerali għandha tinkludi wkoll spjegazzjoni tas-suppożizzjonijiet li saru waqt l-e.r.a. u tan-natura u tad-daqs tal-inċertezzi assoċjati mar-riskji, kif ukoll ġustifikazzjoni tal-miżuri proposti għall-immaniġġjar tar-riskji.”

(b)

It-titlu u l-paragrafu introduttorju tat-Taqsima D huma sostitwiti b'dan li ġej:

“D.   Konklużjonijiet dwar l-oqsma speċifiċi ta' riskju tal-e.r.a.

Għandhom jitfasslu konklużjonijiet dwar l-impatt ambjentali potenzjali fl-ambjenti riċevituri rilevanti mir-rilaxx jew mit-tpoġġija fis-suq ta' GMOs, għal kull qasam ta' riskju rilevanti elenkat fit-Taqsima D1 għall-GMOs għajr il-pjanti ogħla jew fit-Taqsima D2 għall-pjanti ogħla ġenetikament modifikati, abbażi ta' e.r.a. mwettqa bi qbil mal-prinċipji msemmija fit-Taqsima B u skont il-metodoloġija deskritta fit-Taqsima C, u fuq il-bażi tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness III.”

(c)

It-Taqsima D.2. hija sostitwita b'dan li ġej:

“D.2.   Fil-każ ta' pjanti ogħla ġenetikament modifikati (GMHP)

It-terminu “pjanti ogħla” għandu jfisser pjanti li jappartjenu għall-grupp tassonomiku Spermatophytae (Gymnospermae u Angiospermae).

1.

Il-persistenza u l-invażività tal-GMHP, inkluż it-trasferiment ta' ġeni minn pjanta għal pjanta

2.

It-trasferiment ta' ġeni minn pjanta għal mikroorganiżmi

3.

L-interazzjonijiet tal-GMHP ma' organiżmi fil-mira

4.

L-interazzjonijiet tal-GMHP ma' organiżmi mhux fil-mira

5.

L-impatti tat-tekniki speċifiċi ta' kultivazzjoni, immaniġġjar u ħsad

6.

L-effetti fuq il-proċessi bijoġeokimiċi

7.

L-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali.”

(2)

L-Anness III huwa sostitwit b'dan li ġej:

ANNESS III

INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA FIN-NOTIFIKA

In-notifiki msemmija fil-Partijiet B u C ta' din id-Direttiva għandhom, bħala regola, jinkludu l-informazzjoni stipulata fl-Anness III A, għal GMOs għajr pjanti ogħla, jew fl-Anness III B, għal pjanti ogħla ġenetikament modifikati.

L-għoti ta' subsett partikolari ta' informazzjoni elenkat fl-Anness III A jew fl-Anness III B ma għandux ikun meħtieġ meta ma jkunx rilevanti jew meħtieġ għall-finijiet ta' stima tar-riskju fil-kuntest ta' notifika speċifika, speċjalment fid-dawl tal-karatteristiċi tal-GMO, tal-iskala u tal-kundizzjonijiet tar-rilaxx jew tal-kundizzjonijiet tal-użu maħsuba għalih.

Il-livell xieraq ta' dettall għal kull subsett ta' informazzjoni jista' jvarja wkoll skont in-natura u l-iskala tar-rilaxx propost.

Għal kull subsett ta' informazzjoni meħtieġ, għandhom jiġu pprovduti dawn li ġejjin:

(i)

is-sommarji u r-riżultati tal-istudji msemmija fin-notifika, inkluż spjegazzjoni dwar ir-rilevanza tagħhom għall-e.r.a., fejn applikabbli;

(ii)

għan-notifiki msemmija fil-Parti C ta' din id-Direttiva, l-Annessi b'informazzjoni dettaljata dwar dawk l-istudji, inkluż deskrizzjoni tal-metodi u tal-materjali użati jew ir-referenza għal metodi standardizzati jew rikonoxxuti internazzjonalment u l-isem tal-korp jew tal-korpi responsabbli mit-twettiq tal-istudji.

L-iżviluppi futuri fil-modifika ġenetika jistgħu jeżiġu li dan l-Anness jiġi adattat għall-progress tekniku jew li jiġu żviluppati noti ta' gwida dwar dan l-Anness. Id-divrenzjar ulterjuri ta' rekwiżiti ta' informazzjoni għal tipi differenti ta' GMOs, pereżempju siġar u pjanti perenni, organiżmi b'ċellola waħda, ħut jew insetti, jew għal użu partikolari ta' GMOs bħall-iżvilupp ta' vaċċini, jista' jkun possibbli ladarba fl-Unjoni tkun inkisbet biżżejjed esperjenza bin-notifiki għar-rilaxx ta' GMOs partikolari.

(3)

L-Anness III B huwa sostitwit b'dan li ġej:

ANNESS III B

INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA FIN-NOTIFIKI DWAR IR-RILAXXI TA' PJANTI OGĦLA ĠENETIKAMENT MODIFIKATI (GMHPs) (GYMNOSPERMAE U ANGIOSPERMAE)

I.   INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA FIN-NOTIFIKI PPREŻENTATI SKONT L-ARTIKOLI 6 U 7

A.   Informazzjoni ġenerali

1.

L-isem u l-indirizz tan-notifikatur (kumpanija jew istituzzjoni)

2.

L-isem, il-kwalifiki u l-esperjenza tax-xjentisti responsabbli

3.

It-titlu tal-proġett

4.

L-informazzjoni li għandha x'taqsam mar-rilaxx

(a)

L-iskop tar-rilaxx

(b)

Id-data jew id-dati mbassra u kemm idum ir-rilaxx

(c)

Il-metodi li bihom se tiġi rilaxxata l-GMHP

(d)

Il-metodu għat-tħejjija u għall-immaniġġjar tal-post tar-rilaxx, qabel, matul u wara r-rilaxx, inklużi l-prattiki ta' kultivazzjoni u l-metodi ta' ħsad

(e)

In-numru approsimattiv ta' pjanti (jew pjanti għal kull m2).

5.

L-informazzjoni li għandha x'taqsam mal-post tar-rilaxx

(a)

Il-post u d-daqs tal-postijiet tar-rilaxx.

(b)

Id-deskrizzjoni tal-ekosistema tal-post tar-rilaxx, inkluż il-klima, il-ħxejjex u l-annimali.

(c)

Il-preżenza ta' qraba selvaġġi sesswalment kompatibbli jew speċijiet ta' pjanti kkultivati.

(d)

Il-viċinanza ta' bijotopi uffiċjalment rikonoxxuti jew żoni protetti li jistgħu jiġu affettwati.

B.   Informazzjoni xjentifika

1.

L-informazzjoni marbuta mal-pjanta riċevitriċi jew, fejn xieraq, mal-pjanti ġenituri

(a)

L-isem sħiħ:

(i)

l-isem tal-familja

(ii)

il-ġeneru

(iii)

l-ispeċi

(iv)

is-subspeċi

(v)

il-cultivar jew il-linja ta' tnissil

(vi)

l-isem komuni.

(b)

Id-distribuzzjoni ġeografika u l-kultivazzjoni tal-pjanta fl-Unjoni.

(c)

L-informazzjoni dwar ir-riproduzzjoni:

(i)

il-modi ta' riproduzzjoni

(ii)

il-fatturi speċifiċi li jaffettwaw ir-riproduzzjoni, jekk hemm

(iii)

iż-żmien ta' ġenerazzjoni.

(d)

Il-kompatibbiltà sesswali ma' speċijiet oħra kkultivati jew selvaġġi, inkluż id-distribuzzjoni fl-Ewropa tal-ispeċijiet kompatibbli.

(e)

Sopravvivenza:

(i)

l-abbiltà li tifforma strutturi għas-sopravvivenza jew għall-irqad

(ii)

il-fatturi speċifiċi li jaffettwaw il-kapaċità ta' sopravvivenza, jekk hemm.

(f)

Tixrid:

(i)

il-modi u l-firxa ta' tixrid

(ii)

il-fatturi speċifiċi li jaffettwaw it-tixrid, jekk hemm.

(g)

Meta l-ispeċi tal-pjanta normalment ma titkabbarx fl-Unjoni, deskrizzjoni tal-ħabitat naturali tal-pjanta, inkluż l-informazzjoni dwar il-predaturi naturali, il-parassiti, il-kompetituri u s-symbionts.

(h)

L-interazzjonijiet potenzjali tal-pjanta, li huma rilevanti għall-GMHP, mal-organiżmi fl-ekosistema fejn normalment titkabbar, jew xi mkien ieħor, inkluż l-informazzjoni dwar l-effetti tossiċi fuq il-bnedmin, l-annimali u organiżmi oħra.

2.

Il-karatterizzazzjoni molekulari

(a)

L-informazzjoni dwar il-modifika ġenetika

(i)

Id-deskrizzjoni tal-metodi użati għall-modifika ġenetika.

(ii)

In-natura u s-sors tal-vector użat.

(iii)

Is-sors tal-aċidi nuklejki użati għat-trasformazzjoni, id-daqs u l-funzjoni maħsuba ta' kull framment kostitwent tar-reġjun maħsub għall-inserzjoni.

(b)

L-informazzjoni li għandha x'taqsam mal-GMHP

(i)

Id-deskrizzjoni ġenerali tal-karatterstiċi li ġew introdotti jew modifikati.

(ii)

L-informazzjoni dwar is-sekwenzi realment inseriti/mħassra:

id-daqs u n-numru tal-kopja tal-inserzjonijiet u tal-metodi użati għall-karatterizzazzjoni tagħhom;

f'każ ta' tħassir, id-daqs u l-funzjoni tar-reġjuni mħassra;

il-postijiet subċellolari tal-inserzjonijiet fiċ-ċelloli tal-pjanti (integrati fin-nukleu, fil-kloroplasts, fil-mitokondrija, jew miżmuma f'forma mhux integrata), u l-metodi għad-determinazzjoni tagħhom.

(iii)

Il-partijiet tal-pjanta fejn hija espressa l-inserzjoni.

(iv)

L-istabbiltà ġenetika tal-inserzjoni u l-istabbiltà fenotipika tal-GMHP.

(c)

Il-konklużjonijiet tal-karatterizzazzjoni molekulari

3.

L-informazzjoni dwar oqsma speċifiċi ta' riskju

(a)

Kwalunkwe bidla fil-persistenza u fl-invażività tal-GMHP u l-abbiltà tagħha li tittrasferixxi materjal ġenetiku lil qraba sesswalment kompatibbli u l-effetti ambjentali ħżiena marbuta ma' dan.

(b)

Kwalunkwe bidla fl-abbiltà tal-GMHP li tittrasferixxi materjal ġenetiku lil mikroorganiżmi u l-effetti ambjentali ħżiena marbuta ma' dan.

(c)

Mekkaniżmu ta' interazzjoni bejn il-GMHP u l-organiżmi fil-mira (jekk applikabbli) u l-effetti ambjentali ħżiena marbuta miegħu.

(d)

Il-bidliet potenzjali fl-interazzjonijiet tal-GMHP ma' organiżmi mhux fil-mira li jirriżultaw mill-modifika ġenetika u l-effetti ambjentali ħżiena marbuta magħhom.

(e)

Il-bidliet potenzjali fil-prattiki agrikoli u fl-immaniġġjar tal-GMHP li jirriżultaw mill-modifika ġenetika u l-effetti ambjentali ħżiena marbuta magħhom.

(f)

L-interazzjonijiet potenzjali mal-ambjent abijotiku u l-effetti ambjentali ħżiena marbuta magħhom.

(g)

L-informazzjoni dwar kwalunkwe effett tossiku, allerġeniku jew effetti oħra li jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, li joriġinaw mill-modifika ġenetika.

(h)

Konklużjonijiet dwar l-oqsma speċifiċi ta' riskju.

4.

L-informazzjoni dwar il-pjanijiet ta' kontroll, monitoraġġ u trattament wara r-rilaxx

(a)

Kwalunkwe miżura meħuda, inkluż:

(i)

iżolament spazjali u temporali iżolat minn speċijiet ta' pjanti sesswalment kompatibbli, kemm uċuh tar-raba' kif ukoll qraba selvaġġi u ta' ħaxix ħażin

(ii)

kwalunkwe miżura biex jiġi mminimizzat jew evitat it-tixrid ta' kwalunkwe parti riproduttiva tal-GMHP.

(b)

Deskrizzjoni tal-metodi għat-trattament tal-post wara r-rilaxx.

(c)

Deskrizzjoni ta' metodi ta' trattament ta' wara r-rilaxx għal materjal ta' pjanti ġenetikament modifikati inkluż il-fdalijiet.

(d)

Deskrizzjoni tal-pjanijiet u tat-tekniki ta' monitoraġġ.

(e)

Deskrizzjoni tal-pjanijiet ta' emerġenza.

(f)

Deskrizzjoni tal-metodi u tal-proċeduri sabiex:

(i)

jiġi evitat jew imminimizzat it-tixrid tal-GMHPs lil hinn mill-post ta' rilaxx;

(ii)

il-post jiġi protett minn intrużjoni ta' individwi mhux awtorizzati;

(iii)

jiġi evitat id-dħul ta' organiżmi oħra fil-post jew jiġi mminimizzat dan id-dħul.

5.

Id-deskrizzjoni tat-tekniki ta' kxif u ta' identifikazzjoni għall-GMHP.

6.

L-informazzjoni dwar rilaxxi li saru qabel ta' GMHP, jekk applikabbli.

II.   INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA FIN-NOTIFIKI PPREŻENTATI SKONT L-ARTIKOLU 13

A.   Informazzjoni ġenerali

1.

L-isem u l-indirizz tan-notifikatur (kumpanija jew istituzzjoni).

2.

L-isem, il-kwalifiki u l-esperjenza tax-xjentisti responsabbli.

3.

Id-denominazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-GMHP.

4.

Il-kamp ta' applikazzjoni tan-notifika.

(a)

Kultivazzjoni

(b)

Użu ieħor (li jrid jiġi speċifikat fin-notifika).

B.   Informazzjoni xjentifika

1.

L-informazzjoni marbuta mal-pjanta riċevitriċi jew, fejn xieraq, mal-pjanti ġenituri

(a)

L-isem sħiħ:

(i)

l-isem tal-familja

(ii)

il-ġeneru

(iii)

l-ispeċi

(iv)

is-subspeċi

(v)

il-cultivar/il-linja ta' tnissil

(vi)

l-isem komuni.

(b)

Id-distribuzzjoni ġeografika u l-kultivazzjoni tal-pjanta fl-Unjoni.

(c)

L-informazzjoni dwar ir-riproduzzjoni:

(i)

il-modi ta' riproduzzjoni

(ii)

il-fatturi speċifiċi li jaffettwaw ir-riproduzzjoni, jekk hemm

(iii)

iż-żmien ta' ġenerazzjoni.

(d)

Il-kompatibbiltà sesswali ma' speċijiet oħra ta' pjanti kkultivati jew selvaġġi, inkluż id-distribuzzjoni fl-Unjoni tal-ispeċijiet kompatibbli.

(e)

Sopravvivenza:

(i)

l-abbiltà li tifforma strutturi għas-sopravvivenza jew għall-irqad

(ii)

il-fatturi speċifiċi li jaffettwaw il-kapaċità ta' sopravvivenza, jekk hemm.

(f)

Tixrid:

(i)

il-modi u l-firxa ta' tixrid;

(ii)

il-fatturi speċifiċi li jaffettwaw it-tixrid, jekk hemm.

(g)

Meta l-ispeċi tal-pjanta normalment ma titkabbarx fl-Unjoni, deskrizzjoni tal-ħabitat naturali tal-pjanta, inkluż l-informazzjoni dwar il-predaturi naturali, il-parassiti, il-kompetituri u s-symbionts.

(h)

L-interazzjonijiet potenzjali tal-pjanta, li huma rilevanti għall-GMHP, mal-organiżmi fl-ekosistema fejn normalment titkabbar, jew xi mkien ieħor, inkluż l-informazzjoni dwar l-effetti tossiċi fuq il-bnedmin, l-annimali u organiżmi oħra.

2.

Il-karatterizzazzjoni molekulari

(a)

L-informazzjoni dwar il-modifika ġenetika

(i)

Id-deskrizzjoni tal-metodi użati għall-modifika ġenetika.

(ii)

In-natura u s-sors tal-vector użat.

(iii)

Is-sors tal-aċidi nuklejki użati għat-trasformazzjoni, id-daqs u l-funzjoni maħsuba ta' kull framment kostitwent tar-reġjun maħsub għall-inserzjoni.

(b)

L-informazzjoni dwar il-pjanta ġenetikament modifikata

(i)

Id-deskrizzjoni tal-karattersitiċi li ġew introdotti jew modifikati.

(ii)

L-informazzjoni dwar is-sekwenzi realment inseriti jew imħassra:

id-daqs u n-numru tal-kopja tal-inserzjonijiet kollha li jistgħu jinkixfu, kemm parzjali kif ukoll kompluti, u tal-metodi użati għall-karatterizzazzjoni tagħhom;

l-organizzazzjoni u s-sekwenza tal-materjal ġenetiku inserit f'kull post ta' inserzjoni f'format elettroniku standardizzat;

f'każ ta' tħassir, id-daqs u l-funzjoni tar-reġjuni mħassra;

il-postijiet subċellolari tal-inserzjonijiet (integrati fin-nukleu, fil-kloroplasts, fil-mitokondrija, jew miżmuma f'forma mhux integrata), u l-metodi għad-determinazzjoni tagħhom;

fil-każ ta' modifiki barra l-inseriment jew it-tħassir, il-funzjoni tal-materjal ġenetikament modifikat qabel u wara l-modifika, kif ukoll il-bidliet diretti f'espressjoni tal-ġeni bħala riżultat tal-modifika;

l-informazzjoni ta' sekwenza f'format elettroniku standardizzat għaż-żewġ reġjuni li jakkumpanjawhom 5′ u 3′ f'kull post ta' inserzjoni;

analiżi bijoinformatika billi jintużaw bażijiet ta' data aġġornati, biex tiġi investigata l-possibbiltà ta' interruzzjonijiet tal-ġeni magħrufa;

il-Kwadri ta' Qari Miftuħa kollha, (minn hawn il-quddiem imsejħa l-“ORFs”) fl-inserzjoni (minħabba riarranġament jew le) u dawk maħluqa b'riżultat tal-modifika ġenetika fis-siti ta' ġunzjoni mad-DNA ġenomiku. L-ORF huwa definit bħala sekwenza nucleotide li fiha sensiela ta' kodoni li mhijiex interrotta bil-preżenza ta' kodon ta' terminazzjoni fl-istess kwadru ta' qari;

l-analiżi bijoinformatika billi jintużaw bażijiet ta' data aġġornati, biex jiġu investigati similaritajiet possibbli bejn l-ORFs u l-ġeni magħrufa li jista' jkollhom effetti ħżiena;

l-istruttura primarja (is-sekwenza tal-amminoaċidi) u, jekk meħtieġ, strutturi oħra, tal-proteini espressi għall-ewwel darba;

l-analiżi bijoinformatika bl-użu ta' bażijiet ta' data aġġornati, biex tiġi investigata l-possibbiltà ta' omoloġiji ta' sekwenza u, jekk meħtieġ, similaritajiet strutturali bejn il-proteini espressi għall-ewwel darba u l-proteini jew il-peptidi magħrufa li jista' jkollhom effetti ħżiena.

(iii)

L-informazzjoni dwar l-espressjoni tal-inserzjoni:

il-metodi użati għall-analiżi tal-espressjoni flimkien mal-karatteristiċi tal-prestazzjoni;

l-informazzjoni dwar l-espressjoni ta' żvilupp tal-inserzjoni waqt iċ-ċiklu tal-ħajja tal-pjanta;

il-partijiet tal-pjanta fejn huma espressi l-inserzjoni jew is-sekwenza modifikata;

l-espressjoni potenzjali mhux intenzjonata tal-ORFs identifikati fis-seba' inċiż tal-punt (ii), li jqajmu tħassib dwar is-sikurezza;

id-data dwar l-espressjoni tal-proteina, inkluż id-data mhux ipproċessata, miksuba minn studji fuq il-post u relatata mal-kundizzjonijiet li fihom qed jitkabbar il-wiċċ tar-raba'.

(iv)

L-istabbiltà ġenetika tal-inserzjoni u l-istabbiltà fenotipika tal-GMHP.

(c)

Il-konklużjonijiet tal-karatterizzazzjoni molekulari

3.

L-analiżi komparattiva tal-karatteristiċi agronomiċi u fenotipiċi u tal-kompożizzjoni

(a)

L-għażla tal-kontroparti konvenzjonali u l-komparaturi addizzjonali.

(b)

L-għażla ta' postijiet għall-istudji fuq il-post.

(c)

Id-disinn sperimentali u l-analiżi statistika tad-data mill-provi fuq il-post għall-analiżi komparattiva:

(i)

Id-deskrizzjoni tad-disinn tal-istudji fuq il-post

(ii)

Id-deskrizzjoni tal-aspett rilevanti tal-ambjenti riċevituri

(iii)

L-analiżi statistika

(d)

L-għażla ta' materjal tal-pjanti għall-analiżi, jekk rilevanti.

(e)

L-analiżi komparattiva tal-karatteristiċi agronomiċi u fenotipiċi.

(f)

L-analiżi komparattiva tal-kompożizzjoni, jekk rilevanti.

(g)

Il-konklużjonijiet tal-analiżi komparattiva.

4.

L-informazzjoni speċifika għal kull qasam ta' riskju

Għal kull wieħed mis-seba' oqsma ta' riskju msemmija fit-Taqsima D.2 tal-Anness II, in-notifikatur għandu l-ewwel jiddeskrivi l-mogħdija ta' periklu, billi jispjega permezz ta' katina ta' kawża u effett kif ir-rilaxx tal-GMHP jista' jwassal għal ħsara, filwaqt li jqis kemm il-periklu kif ukoll l-esponiment.

In-notifikatur għandu jippreżenta l-informazzjoni li ġejja, ħlief meta ma tkunx rilevanti fid-dawl tal-użi intenzjonati tal-GMO:

(a)

Il-persistenza u l-invażività, inkluż it-trasferiment ta' ġeni minn pjanta għal pjanta

(i)

L-istima tal-potenzjal għall-GMHP li ssir aktar persistenti jew invażiva u effetti ambjentali ħżiena tagħha;

(ii)

L-istima tal-potenzjal għall-GMHP li tittrażmetti transġeni lil qraba sesswalment kompatibbli u l-effetti ambjentali ħżiena tagħha;

(iii)

Il-konklużjonijiet dwar l-effetti ambjentali negattivi ta' persistenza u invażività tal-GMHP, inkluż l-effetti ambjentali ħżiena tat-trasferiment ta' ġeni minn pjanta għal pjanta.

(b)

It-trasferiment ta' ġeni minn pjanta għal mikroorganiżmu

(i)

L-istima tal-potenzjal għat-trasferiment ta' DNA ġdid inserit mill-GMHP għall-mikroorganiżmi u l-effetti ħżiena tiegħu;

(ii)

Il-konklużjonijiet dwar l-effetti ħżiena tat-trasferiment ta' DNA ġdid inserit mill-GMHP għall-mikroorganiżmi fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent;

(c)

L-interazzjonijiet tal-GMHP ma' organiżmi fil-mira, jekk rilevanti

(i)

L-istima tal-potenzjal għal tibdil fl-interazzjonijiet diretti u indiretti bejn il-GMHP u l-organiżmi fil-mira u l-effetti ambjentali ħżiena;

(ii)

L-istima tal-potenzjal għal evoluzzjoni tar-reżistenza tal-organiżmu fil-mira għall-proteina espressa (abbażi tal-istorja ta' evoluzzjoni tar-reżistenza għal pestiċidi konvenzjonali jew pjanti transġeniċi li jesprimu karatteristiċi simili) u kwalunkwe effett ambjentali ħażin tagħha;

(iii)

Il-konklużjonijiet dwar l-effetti ambjentali ħżiena tal-interazzjonijiet tal-GMHP ma' organiżmi fil-mira.

(d)

L-interazzjonijiet tal-GMHP ma' organiżmi mhux fil-mira.

(i)

L-istima tal-potenzjal għal interazzjonijiet diretti u indiretti tal-GMPH ma' organiżmi mhux fil-mira, inklużi l-ispeċijiet protetti, u l-effetti ħżiena tagħhom.

L-istima għandha tqis ukoll l-effetti ħżiena potenzjali fuq servizzi tal-ekosistema rilevanti u fuq l-ispeċijiet li jipprovdu dawk is-servizzi.

(ii)

Il-konklużjonijiet dwar l-effetti ambjentali ħżiena tal-interazzjonijiet tal-GMHP ma' organiżmi mhux fil-mira.

(e)

L-impatti tat-tekniki speċifiċi ta' kultivazzjoni, immaniġġjar u ħsad

(i)

Għall-GMHPs għall-kultivazzjoni, l-istima tat-tibdil fit-tekniki speċifiċi ta' kultivazzjoni, immaniġġjar u ħsad użati għall-GMHP u l-effetti ambjentali ħżiena tagħhom;

(ii)

Il-konklużjonijiet dwar l-effetti ambjentali ħżiena tat-tekniki speċifiċi ta' kultivazzjoni, immaniġġjar u ħsad.

(f)

L-effetti fuq il-proċessi bijoġeokimiċi

(i)

L-istima tat-tibdil fil-proċessi bijoġeokimiċi fiż-żona fejn trid titkabbar il-GMHP u fl-ambjent aktar ġenerali, u l-effetti ħżiena tiegħu;

(ii)

Il-konklużjonijiet dwar l-effetti ħżiena fuq il-proċessi bijoġeokimiċi.

(g)

L-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali

(i)

Il-valutazzjoni tal-interazzjonijiet diretti u indiretti potenzjali bejn il-GMHP u l-persuni li jaħdmu jew li jiġu f'kuntatt mal-GMHPs, inkluż permezz tal-għabra tad-dakra jew tat-trab minn GMHP ipproċessata, u l-istima tal-effetti ħżiena ta' dawk l-interazzjonijiet fuq is-saħħa tal-bniedem;

(ii)

Għall-GMHPs mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem, iżda meta l-organiżmi li jirċievu jew dawk ġenitur jistgħu jitqiesu għall-konsum mill-bniedem, l-istima tal-probabbiltà u tal-possibbiltà ta' effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem minħabba teħid aċċidentali;

(iii)

L-istima tal-effetti ħżiena potenzjali fuq is-saħħa tal-annimali minħabba l-konsum aċċidentali tal-GMHP jew tal-materjal minn dik il-pjanta, mill-annimali;

(iv)

Il-konklużjonijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali.

(h)

L-evalwazzjoni tar-riskju ġenerali u l-konklużjonijiet.

Għandu jiġi pprovdut sommarju tal-konklużjonijiet kollha taħt kull qasam ta' riskju.

Is-sommarju għandu jqis il-karatterizzazzjoni tar-riskju skont il-passi 1 sa 4 tal-metodoloġija deskritta fit-Taqsima C.3 tal-Anness II u l-istrateġiji għall-immaniġġjar tar-riskji proposti bi qbil mal-punt 5 tat-Taqsima C.3 tal-Anness II.

5.

Id-deskrizzjoni tat-tekniki ta' kxif u ta' identifikazzjoni għall-GMHP.

6.

L-informazzjoni dwar ir-rilaxxi li saru qabel tal-GMHP, jekk applikabbli.

(4)

It-taqsima A tal-Anness IV hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.

l-ismijiet kummerċjali proposti tal-prodotti u l-ismijiet ta' GMOs li jinsabu fihom, u proposta għal identifikatur uniku għall-GMO, żviluppat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 (*1). Wara l-kunsens, kwalunkwe isem kummerċjali ġdid jenħtieġ li jiġi pprovdut lill-awtorità kompetenti,

(*1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta' identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5).”"

(b)

il-punt 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“7.

metodi għall-kxif, l-identifikazzjoni u, fejn xieraq, il-kwantifikazzjoni tal-event ta' trasformazzjoni; il-kampjuni tal-GMO(s) u l-kampjuni ta' kontroll tagħhom, u l-informazzjoni dwar il-post fejn jista' jinkiseb aċċess għall-materjal ta' referenza. L-informazzjoni li ma tistax titqiegħed, għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità, fil-parti aċċessibbli għall-pubbliku tar-reġistri msemmija fl-Artikolu 31(2), jenħtieġ li tiġi identifikata,”.



DEĊIŻJONIJIET

9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/46


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/351

tat-8 ta' Marzu 2018

li tirrifjuta impenji offruti b'rabta mal-proċediment antidumping dwar importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Infurmat lill-Istati Membri,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1795 (2) il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar (hot-rolled flat – “HRF”) li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mis-Serbja (“ir-Regolament definittiv”).

(2)

Matul l-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni ta' dan id-dazju, ħames produtturi esportaturi mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna offrew impenji fuq il-prezz. Minħabba li dawn l-offerti saru wara żvelar addizzjonali finali li ġiet tard fl-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx tanalizza jekk dawn il-garanziji tal-prezzijiet kinux aċċettabbli, qabel l-iskadenza għall-adozzjoni tar-Regolament definittiv. Għalhekk, meta wieħed jikkunsidra dan bħala ċirkustanza eċċezzjonali, il-Kummissjoni impenjat ruħha biex tikkompleta l-analiżi ta' dawn il-ħames offerti fi stadju aktar tard. Wara l-konklużjoni tal-investigazzjoni u l-pubblikazzjoni tar-Regolament definitti, is-sitt produttur esportatur offra impenn fuq il-prezz.

(3)

Fit-18 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati kollha bil-valutazzjoni tal-offerti ta' impenn sottostanti għall-intenzjoni tagħha li tirrifjuta l-offerti ta' impenn kollha (“valutazzjoni tal-Kummissjoni”). Fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni, il-partijiet interessati għamlu sottomissjonijiet bil-miktub b'kummenti dwar il-valutazzjoni u f'xi każijiet, b'emendi ulterjuri għall-offerti tagħhom. Il-partijiet interessati li talbu li jinstemgħu ngħataw ukoll seduta ta' smigħ.

(4)

Fit-3 ta' Jannar 2018, il-Kummissjoni rċeviet talba mingħand il-Gvern tal-Ukrajna għal konsultazzjoni skont l-Artikolu 50 bis tal-Ftehim bejn l-UE u l-Ukrajna (3). Il-konsultazzjonijiet saru fis-26 ta' Jannar 2018. Ġew sottomessi kummenti bil-miktub fil-31 ta' Jannar 2018.

2.   L-IMPENJI

(5)

L-adegwatezza u l-prattikabbiltà tal-offerti kollha ġew evalwati fid-dawl tal-qafas legali applikabbli, inkluż il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Ukrajna fil-każ tal-produttur esportatur Ukren.

2.1.   Offerti ta' impenn u l-valutazzjoni tagħhom

2.1.1.   Companhia Siderúrgica Nacional (il-Brażil)

(6)

Il-produttur esportatur offra prezz minimu tal-importazzjoni (“PMI”) wieħed għal kull tunnellata għal ċertu volum ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni u PMI ieħor — ogħla — għal volum akbar minn dak. Il-produttur esportatur offra wkoll mekkaniżmu ta' aġġustament tal-prezz.

(7)

L-offerta bbażat fuq PMI medju wieħed hija inadegwata għax mhux se tneħħi l-effetti dannużi tad-dumping għat-tipi kollha ta' prodotti, b'mod partikolari dawk l-aktar għaljin. Kif rikonoxxut fil-premessi 632 u 655 tar-Regolament definittiv, il-Kummissjoni qieset li miżura fil-forma ta' ammont fiss għal kull tunnellata speċifiku għall-kumpanija kien jirrifletti d-dannu kkawżat mill-produttur esportatur li nstab li kien qed iwettaq dumping b'mod aktar preċiż minn PMI. Hija tiżgura wkoll li b'differenza minn PMI, id-dazju jneħħi d-dannu kompletament u jipproteġi immedjatament lill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk l-offerta tkopri tranżazzjonijiet bejn entitajiet relatati. In-natura stess ta' relazzjonijiet bħal dawn tippreżenta għadd ta' possibbiltajiet għal kumpens trasversali. Kull tranżazzjoni self jew għotja oħra bejn iż-żewġ entitajiet relatati jistgħu jiġu użati biex ipaċu l-PMI. Il-Kummissjoni mhijiex f'pożizzjoni li ssegwi dawn it-tranżazzjonijiet u hija nieqsa minn valuri indikattivi xierqa li jippermettulha tivverifika jekk humiex ġenwini jew kumpensatorji.

(8)

Barra minn hekk, l-aċċettazzjoni tal-offerta ma tkunx prattika. Il-produttur esportatur għandu kumpaniji relatati f'diversi Stati Membri, li wħud minnhom komplew jipproċessaw il-prodott ikkonċernat. Il-produttur esportatur ibigħ ukoll prodotti oħra għall-klijenti tal-Unjoni u l-importatur relatat ibigħ prodotti simili minn sorsi oħra. Għalhekk huwa impossibbli għall-Kummissjoni li timmonitorja dawn l-attivitajiet b'mod effettiv, kif ukoll l-implimentazzjoni ta' żewġ PMIs differenti skont il-volum tal-esportazzjoni.

(9)

Bi tweġiba għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-produttur esportatur argumenta li l-PMI propost fl-offerta tiegħu tneħħi l-effett dannuż tad-dumping, minħabba li l-istess PMI ġie propost mill-Kummissjoni fi stadju tal-investigazzjoni. Il-produttur esportatur ġibed l-attenzjoni li l-PMI huwa bbażat fuq il-prezzijiet ta' importazzjoni medji ponderati tat-tipi ta' prodotti kollha. B'konsegwenza t'hekk, l-PMI ma jkunx għad-detriment tal-produtturi tal-Unjoni peress li tipi ta' prodotti bi prezzijiet fil-livell aktar baxx jitqiegħdu fis-suq bi prezzijiet ta' livell għola milli suppost, u għalhekk jikkumensaw għat-tipi ta' prodotti bi prezzijiet tal-livell għola. Li kieku kellha tiġi applikata din il-loġika għall-kompożizzjoni tat-tip ta' prodott tal-esportazzjonijiet tiegħu matul il-perjodu ta' investigazzjoni, skont il-produttur esportatur, il-PMI ikun biżżejjed biex ineħħi l-effett dannuż tad-dumping. Barra minn hekk, il-produttur esportatur argumenta li l-PMI m'għandux jiġi aġġustat minħabba bejgħ permezz ta' kumpanija relatata fost l-oħrajn minħabba l-mod kif ġie stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni fir-Regolament definittiv. Il-produttur esportatur imbagħad argumenta li kumpens trażversali mhuwiex possibbli minħabba għadd ta' raġunijiet, partikolarment minħabba li kumpens trażversali jiġi jidher fir-rapporti annwali tal-produttur esportatur u tal-kumpaniji relatati tiegħu. Il-produttur esportaur emenda wkoll l-offerta ta' impenn tiegħu. Fl-offerta l-ġdida l-produttur esportatur impenja ruħu biex iwaqqaf il-bejgħ mill-ġdid ta' HRF permezz tal-entità relatata tiegħu fl-Unjoni u biex jirrapporta dwar il-bejgħ ta' prodotti oħra lejn l-Unjoni.

(10)

Fir-rigward tal-kumment li l-PMI propost ineħħi l-effett dannuż tad-dumping minħabba li huwa identiku għal dik proposta mill-Kummissjoni fi stadju tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni nnotat li fl-aħħar mill-aħħar din is-soluzzjoni ġiet miċħuda. Ir-raġunijiet għal dan ir-rifjut ingħataw fost l-oħrajn fil-premessi 632 u 655 tar-Regolament definittiv, li huma miġbura fil-qosor fil-premessa 7 hawn fuq. Il-kumment dwar li l-PMI huwa bbażat fuq il-medja ponderata tal-prezzijiet ta' importazzjoni, ma jaffettwax il-konklużjoni li l-PMI ma jneħħix l-effett dannuż tad-dumping għal-aktar tipi għalja tal-prodott. Il-Kummissjoni ma setgħatx tiġbor dejta biex tappoġġa d-dikjarazzjoni li l-effett dannuż ta' dumping ikun tneħħa mill-PMI minħabba l-kompożizzjoni tat-tip ta' prodott tal-esportazzjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Lanqas l-Applikant ma pprovda tali dejta. Anki li kieku kienet disponibbli d-dejta li ssostni din l-affermazzjoni, il-Kummissjoni sabet li ma hemm xejn li jevita li l-kompożizzjoni tat-tip ta' prodott tinbidel għal tipi ta' prodotti bi prezzijiet ta' livell għola. Fil-fatt, l-applikazzjoni stess tal-PMI tista' tiffavorixxi bidla bħal din. Fir-rigward tal-kumment li l-PMI m'għandux jiġi aġġustat minħabba bejgħ permezz ta' kumpanija relatata, il-Kummissjoni tista' taqbel li meta wieħed iqis iċ-ċirkustanzi tal-każ fil-perjodu ta' investigazzjoni u, b'mod partikolari, il-mod li bih il-prezz tal-esportazzjoni għall-produttur esportatur ġie stabbilit fir-Regolament definittiv, dan l-aġġustament ma jkunx ġustifikat. Madankollu, m'hemm l-ebda garanzija li ċ-ċirkostanzi mhux se jinbidlu, b'mod partikolari peress li l-kumpaniji huma relatati. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-emenda tal-offerta u r-riskji ta' kumpens trażversali, il-Kummissjoni nnotat li, filwaqt li l-impenn li ma jerġax jbiegħ il-prodott ikkonċernat jista' jillimita ċerti riskji ta' kontrokumpens, għad hemm il-kwistjoni prinċipali, jiġifieri li l-PMI jiġi applikat għal tranżazzjonijiet bejn entitajiet relatati. Din l-assoċjazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet toffri diversi possibbiltajiet għal kumpens trażversali li ma tistax tiġi mmonitorjata b'mod effettiv mill-Kummissjoni. Mhux kollox ikun jidher fir-rapporti annwali u għal dak li jidher, il-Kummissjoni ma jkollhiex punti ta' riferiment xierqa li kapaċi jivvalutaw jekk dan huwiex ta' natura kumpensatorja. Impenn li jkopri l-bejgħ relatat jista' jiġi aċċettat biss jekk il-prodott ikkonċernat eventwalment jinbiegħ mill-ġdid lil klijent indipendenti u l-PMI, li jiġi aġġustat kif xieraq, jista' jiġi applikat għal dawn it-tranżazzjonijiet. Dan hu impossibbli jekk il-prodott ikkonċernat jiġi trasformat fi prodott ieħor.

2.1.2.   Usinas Siderurgicas de Minas Gerais S.A. (il-Brażil)

(11)

Il-produttur esportatur offra PMI għal kull tunnellata metrika għal kull waħda tal-esportazzjonijiet tiegħu.

(12)

L-offerta bbażat fuq PMI medju wieħed hija inadegwata għax mhux se tneħħi l-effetti dannużi tad-dumping għat-tipi kollha ta' prodotti, b'mod partikolari dawk l-aktar għaljin. Kif rikonoxxut fil-premessi 632 u 655 tar-Regolament definittiv, il-Kummissjoni qieset li miżura fil-forma ta' ammont fiss għal kull tunnellata speċifiku għall-kumpanija kien jirrifletti d-dannu kkawżat mill-produttur esportatur li nstab li kien qed iwettaq dumping, b'mod aktar preċiż minn PMI wieħed. Hija tiżgura wkoll li b'differenza minn PMI wieħed, id-dazju jneħħi d-dannu kompletament u jipproteġi immedjatament lill-industrija tal-Unjoni. L-offerta hija ukoll insuffiċjenti, peress li l-produttur esportatur ma pproponiex mekkaniżmu ta' aġġustament filwaqt li l-prezzijiet ta' HRF għandhom tendenza li jvarjaw b'mod sinifikanti maż-żmien.

(13)

Barra minn hekk, l-aċċettazzjoni tal-offerta ma tkunx prattika. Minħabba l-istruttura globali u l-attivitajiet ta' bejgħ tal-produttur esportatur, l-impenn fuq il-prezz propost ma setax jiġi mmonitorjat b'mod effettiv, u dan joffri bosta opportunitajiet ta' kontrokumpens. Il-produttur esportatur għandu għadd ta' kumpaniji relatati f'diversi Stati Membri u barra l-Unjoni. Barra minn hekk, il-produttur esportatur ibigħ ukoll prodotti oħra lejn l-Unjoni. Għalhekk huwa impossibbli għall-Kummissjoni li timmonitorja dawn l-attivitajiet b'mod effettiv.

2.1.3.   Mobarakeh Steel Company (l-Iran)

(14)

Il-produttur esportatur offra PMI għal kull tunnellata metrika għall-esportazzjonijiet kollha tiegħu, aġġustat għal bejgħ permezz ta' kummerċjant tiegħu fl-Unjoni.

(15)

L-offerta bbażat fuq PMI medju wieħed hija inadegwata għax mhux se tneħħi l-effetti dannużi tad-dumping għat-tipi kollha ta' prodotti, b'mod partikolari dawk l-aktar għaljin. Kif rikonoxxut fil-premessi 632 u 655 tar-Regolament definittiv, il-Kummissjoni qieset li miżura fil-forma ta' ammont fiss għal kull tunnellata speċifiku għall-kumpanija kienet tirrifletti d-dannu kkawżat mill-produttur esportatur li nstab li kien qed iwettaq dumping b'mod aktar preċiż minn PMI. Hija tiżgura wkoll li b'differenza tal-PMI, id-dazju jneħħi ddumping dannuż kompletament u jipproteġi immedjatament lill-industrija tal-Unjoni. L-offerta hija ukoll insuffiċjenti, peress li l-produttur esportatur ma pproponiex mekkaniżmu ta' aġġustament filwaqt li l-prezzijiet ta' HRF għandhom tendenza li jvarjaw b'mod sinifikanti maż-żmien.

(16)

Barra minn hekk, l-aċċettazzjoni tal-offerta ma tkunx prattika. Minħabba l-fatt li l-produttur esportatur ibigħ prodotti oħra tal-Unjoni, l-impenn fuq il-prezz ikun impossibbli li jiġi kkontrollat b'mod effikaċi, u dan joffri opportunitajiet għal kontrokumpens. Għalhekk huwa impossibbli għall-Kummissjoni li timmonitorja dawn l-attivitajiet b'mod effettiv.

(17)

Bi tweġiba għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-produttur esportatur sostna li l-Kummissjoni baqgħet siekta dwar il-fatt li l-offerta tiegħu kienet tirrifletti l-proposta tal-Kummissjoni fi stadju tal-investigazzjoni. Il-produttur esportatur talab spjegazzjoni dwar ir-raġuni għaliex offerta li tirrifletti dik proposta mhijiex xierqa. Il-produttur esportatur saħaq li dan il-PMI li ppropona huwa ogħla minn dak proposta mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni u għalhekk il-PMI propost fl-impenn, b'definizzjoni, ineħħi d-dannu għall-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-produttur esportatur saħaq li m'hemmx differenza bejn PMI u dazju speċifiku għal kull tunnellata sa fejn hija kkonċernata t-tneħħija tal-effett dannuż tad-dumping tal-prodott l-aktar għali, għalhekk dan l-argument huwa irrilevanti. Il-produttur esportatur saħaq li l-fatt li huwa jbigħ prodotti oħra lejn l-Unjoni ma joħloqx riskju ta' kumpens trażversali b'mod awtomatiku. Fl-aħħar nett, huwa sostna li l-irċevuti ta' impenn jeliminaw kwalunkwe riskju ta' ċirkumvenzjoni jew ta' kumpens trażversali bħal ma tagħmel l-irċevuta kummerċjali valida proposta fid-dokument ta' informazzjoni finali ġenerali.

(18)

Il-Kummissjoni nnutat li l-valutazzjoni tagħha ma semmix biss ix-xebh bejn l-offerta ta' impenn u għażla li ġiet ikkunsidrata fi stadju tal-investigazzjoni, fil-premessa 15 hawn fuq li hija ssemmi u tiġbor fil-qosor il-parti tar-Regolament definittiv li tispjega għaliex din l-għażla twarrbet. L-istess raġunament japplika għall-kumment tal-produttur esportatur li jqabbel l-irċevuti tal-impenn ma' waħda mis-soluzzjonijiet li titqies matul l-investigazzjoni u li fl-aħħar ġiet irrifjutata mill-Kummissjoni. Il-fatt li l-PMI propost mill-produttur esportatur huwa ogħla minn dak meqjus mill-Kummissjoni f'xi punt matul l-investigazzjoni ma jfissirx li skont id-definizzjoni dan ineħħi l-effett dannuż tad-dumping. Id-differenza hija minima u ma affettwatx ir-raġunament li PMI medju huwa inadegwat għax ma jneħħix l-effetti dannużi tad-dumping għat-tipi kollha ta' prodotti, b'mod partikolari dawk l-aktar għaljin. Il-kumment li l-PMI u dazju speċifiku huma ineffettivi bl-istess mod f'dan ir-rigward, huwa żbaljat ukoll. Għall-kuntrarju ta' PMI, dazju speċifiku jġiegħel lill-importaturi jħallsu aktar għat-tip ta' prodotti l-aktar għoljin, minħabba li l-prezz tas-suq tat-tip ta' prodott huwa parti mill-prezz li jħallsu, filwaqt li l-parti l-oħra hija d-dazju. Dan huwa differenti fil-każ ta' PMI li huwa l-istess għat-tipi kollha ta' prodotti. Fl-aħħar nett, il-bejgħ ta' prodotti oħra lejn l-Unjoni jistà jintuża għal kumpens trażversali biss jekk jinbiegħu lill-istess klijenti bħall-HRF. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li l-kumpens trażversali u r-riskju ta' kumpens trażversali huma żewġ kunċetti differenti. Pereżempju, il-Kummissjoni taf li l-produttur esportatur ibigħ prodotti oħra lejn l-Unjoni iżda ma għandhiex dejta dwar il-klijenti tal-produttur esportatur għal dawn il-prodotti. B'mod partikolari, il-produttur esportatur ma ċaħadx li biegħ prodotti oħra lil klijenti HRF tiegħu u lanqas ma impenja ruħu li ma jagħmilx dan fil-futur. Din is-sitwazzjoni, filwaqt li ma tippruvax li hemm kumpens trażversali, b'mod ċar tippreżenta riskju ta' kumpens trażversali li l-Kummissjoni ma tistax timmonitorja.

2.1.4.   PJSG Magnitogorsk Iron and Steel Works (ir-Russja)

(19)

Il-produttur esportatur offra żewġ PMIs għal kull tunnellata, wieħed għal folji u wieħed għal rombli. Il-produttur esportatur offra wkoll mekkaniżmu ta' aġġustament tal-prezz u, f'emenda għall-offerta tiegħu, impenja ruħu li jbigħ il-prodott ikkonċernat biss direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni u li ma jbigħx prodotti oħra lill-klijenti HRF tiegħu fl-Unjoni.

(20)

L-offerta tal-produttur esportatur tressqet wara l-konklużjoni tal-investigazzjoni u għalhekk jenħtieġ li tiġi miċħuda. Filwaqt li, skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, l-impriżi jistgħu jiġu offruti wara l-perjodu li matulu jistgħu jiġu magħmula r-rappreżentazzjonijiet skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament bażiku, offerta bħal din jenħtieġ li tasal fi żmien raġonevoli qabel il-konklużjoni tal-investigazzjoni.

(21)

Madankollu, anke li kieku l-offerta ġiet sottomessa fil-ħin, l-offerta bbażat fuq żewġ PMIs medji hija inadegwata għax mhux se tneħħi l-effetti dannużi tad-dumping għat-tipi kollha ta' prodotti, b'mod partikolari dawk l-aktar għaljin. Kif rikonoxxut fil-premessi 632 u 655 tar-Regolament definittiv, il-Kummissjoni qieset li miżura fil-forma ta' ammont fiss għal kull tunnellata speċifiku għall-kumpanija kienet tirrifletti d-dannu kkawżat mill-produttur esportatur li nstab li kien qed iwettaq dumping b'mod aktar preċiż minn PMI. Hija tiżgura wkoll li b'differenza tal-PMI, id-dazju jneħħi d-dannu kompletament u jipproteġi immedjatament lill-industrija tal-Unjoni.

(22)

Barra minn hekk, l-aċċettazzjoni tal-offerta ma tkunx prattika. Minħabba l-istruttura globali u l-attivitajiet ta' bejgħ tal-produttur esportatur, ikun impossibbli li jiġi kkontrollat l-impenn fuq il-prezz propost b'mod effikaċi, u dan joffri bosta opportunitajiet ta' kontrokumpens. Il-produttur esportatur għandu għadd ta' kumpaniji relatati u jbigħ ukoll prodotti oħra tal-azzar fl-Unjoni. Għalhekk huwa impossibbli għall-Kummissjoni li timmonitorja dawn l-attivitajiet b'mod effettiv.

(23)

Bi tweġiba għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-produttur esportatur esprima n-nuqqas ta' qbil tiegħu mal-evalwazzjoni ta' hawn fuq, filwaqt li jenfasizza l-importanza tal-impenji addizzjonali tiegħu li juża biss mezz wieħed ta' bejgħ u li ma jbigħx prodotti oħra lill-klijenti HRF tiegħu.

(24)

F'dak li għandu x'jaqsam ma' impenji addizzjonali, il-Kummissjoni nnotat li, meta titqies l-istruttura globali tal-produttur esportatur u l-istruttura globali tal-konsumaturi, huwa impossibbli li jiġu ssorveljati l-possibilitajiet kollha disponibbli ta' kumpens trażversali. Pereżempju, jekk il-kumpaniji koperti mill-impenn ma jbigħux prodotti oħra lil klijent HRF tal-Unjoni, xejn ma jżomm lill-kumpaniji relatati tagħhom kemm fl-Unjoni kif ukoll barra li potenzjalment jidħlu fi tranżazzjonijiet ta' kumpens trażversali ma' dawn il-klijenti jew mal-entitajiet relatati tagħhom. Filwaqt li l-produttur esportatur ma qabilx mal-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-offerta tiegħu huwa ma ressaq l-ebda argument addizzjonali kontra l-konklużjoni li waslet għaliha l-Kummissjoni.

2.1.5.   Novolipetsk Steel OJSC (ir-Russja)

(25)

Il-produttur esportatur l-ewwel offra diversi PMIs għal kull tunnellata skont it-tip ta' prodott. Imbagħad emenda l-offerta tiegħu, u ppropona PMI wieħed għal kull tunnellata għat-tipi kollha ta' prodotti b'mekkaniżmu ta' aġġustament ibbażat fuq prezzijiet medji ta' HRF. Barra minn hekk, il-produttur esportatur ippropona limitu massimu annwali kwantitattiv u impenja ruħu li jbigħ biss lill-kumpanija relatata tiegħu fl-Unjoni u biss għal ipproċessar ulterjuri.

(26)

L-offerta bbażat fuq PMI medju wieħed hija inadegwata għax mhux se tneħħi l-effetti dannużi tad-dumping għat-tipi kollha ta' prodotti, b'mod partikolari dawk l-aktar għaljin. Kif rikonoxxut fil-premessi 632 u 655 tar-Regolament definittiv, il-Kummissjoni qieset li miżura fil-forma ta' ammont fiss għal kull tunnellata speċifiku għall-kumpanija kienet tirrifletti d-dannu kkawżat mill-produttur esportatur li nstab li kien qed iwettaq dumping b'mod aktar preċiż minn PMI. Hija tiżgura wkoll li b'differenza minn PMI, id-dazju jneħħi d-dannu kompletament u jipproteġi immedjatament lill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk l-offerta tkopri tranżazzjonijiet bejn entitajiet relatati. In-natura stess ta' relazzjonijiet bħal dawn tippreżenta għadd ta' possibbiltajiet għal kumpens trasversali. Kull tranżazzjoni self jew għotja oħra bejn iż-żewġ entitajiet relatati jistgħu jiġu użati biex ipaċu l-PMI. Il-Kummissjoni mhijiex f'pożizzjoni li ssegwi dawn it-tranżazzjonijiet u hija nieqsa minn valuri indikattivi xierqa li jippermettulha tivverifika jekk humiex ġenwini jew kumpensatorji.

(27)

L-aċċettazzjoni tal-offerta ma tkunx prattika. Minħabba l-istruttura globali u l-attivitajiet ta' bejgħ tal-produttur esportatur, ikun impossibbli li jiġi kkontrollat l-impenn fuq il-prezz propost b'mod effikaċi, u dan joffri bosta opportunitajiet ta' kontrokumpens. Barra minn hekk, kumpaniji relatati fl-Unjoni jipproduċu u jbigħu wkoll il-prodott simili. Għalhekk huwa impossibbli għall-Kummissjoni li timmonitorja dawn l-attivitajiet b'mod effettiv.

(28)

Bi tweġiba għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-produttur esportatur sostna li l-Kummissjoni naqset milli tqis żewġ elementi tal-offerta tiegħu, jiġifieri l-limitu massimu kwantitattiv u l-impenn ta' użu aħħari (jiġifieri aktar pproċessar biss). Skont il-produttur esportatur dawn iż-żewġ impenji jiżguraw li l-esportazzjonijiet bi prezzijiet suġġetti għal dumping ikollhom jieqfu minħabba li l-prodott ikkonċernat ma jiġix esportat lejn is-suq ħieles tal-Unjoni. Aktar tard, il-produttur esportatur sostna li fir-Regolament definittiv, il-Kummissjoni ma sabitx ħsara fis-suq magħluq. Minkejja dawn l-argumenti, fi spirtu ta' kooperazzjoni sħiħa, il-produttur esportatur emendata l-offerta tiegħu, u offra tnejn u għoxrin PMI imsejsa fuq it-tipi ta' prodotti. Fir-rigward tar-riskju ta' kumpens trażversali, il-produttur esportatur sostna li, billi ma jkunx hemm bejgħ fis-suq ħieles, huwa irrilevanti b'liema prezz minimu jinbigħ bih il-prodott ikkonċernat fi ħdan il-grupp. Minħabba li dan il-prezz minimu huwa irrelevanti, ir-riskju ta' kumpens trażversali huwa daqstant ieħor irrilevanti. Il-produttur esportatur saħaq ukoll li t-transazzjonijiet fi ħdan il-grupp huma suġġetti għall-politika tal-prezzijiet ta' trasferiment tal-grupp, u b'hekk ma jistgħux jintużaw għal kumpens trażversali.

(29)

Il-produttur esportatur ma biegħx HRF lill-entitajiet relatati tiegħu fl-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li ssuġġerixxa l-produttur esportatur, il-bejgħ fi ħdan il-grupp ta' HRF għal ipproċessar ulterjuri ma kienx eskluż mis-sejba ta' dumping dannuż fir-Regolament definittiv. Bħalissa dan il-bejgħ huwa kopert mid-dazju applikabbli u din il-konstatazzjoni ma tistax titreġġa' lura permezz ta' impenn. Meta wieħed iqis li l-argument tal-produttur esportatur għal impossibbiltà ta' kumpens trażversali intragrupp jiddependi fuq is-suppożizzjoni żbaljata li l-bejgħ intragrupp għall-ipproċessar ma jikkawżax dumping dannuż, dan l-argument ġie miċħud. Barra minn hekk, il-politika ta' trasferiment interna tal-grupp hija deċiżjoni interna tal-grupp u bħala tali mhijiex garanzija suffiċjenti kontra kumpens trażversali. Anki li kieku dan kien il-każ, kumpens trażversali fi ħdan il-grupp jista' jsir permezz ta' mezzi oħra minbarra l-bejgħ ta' oġġetti. Impenn li jkopri l-bejgħ relatat jista' jiġi aċċettat biss jekk il-prodott ikkonċernat eventwalment jinbiegħ mill-ġdid lil klijent indipendenti u l-PMI, li jiġi aġġustat kif xieraq, jista' jiġi applikat għal dawn it-tranżazzjonijiet. Dan hu impossibbli jekk il-prodott ikkonċernat jiġi trasformat fi prodott ieħor. L-offerta ta' tnejn u għoxrin PMI imsejsa fuq gruppi ta' tipi ta' prodotti ma setgħetx tiġi aċċettata peress li l-monitoraġġ effettiv mill-awtoritajiet doganali jkun impossibbli.

2.1.6.   Metinvest Group (l-Ukraina)

(30)

Il-produttur esportatur issuġġerixxa żewġ xenarji fl-offerta oriġinali tiegħu. L-ewwel xenarju huwa bbażat fuq PMI wieħed għal kull tunnellata (il-prezz medju tagħha matul il-perjodu ta' investigazzjoni, li jiżdied bit-taxxa u jiġi aġġustat għaż-żieda fil-prezz tal-materja prima wara l-perjodu ta' investigazzjoni) u bil-possibbiltà ta' bejgħ taħt dak il-PMI, bid-dazju. It-tieni xenarju huwa bbażat fuq livell iktar baxx mill-PMI għal kull tunnellata (mingħajr aġġustament għaż-żieda fil-prezz tal-materja prima wara l-perjodu ta' investigazzjoni) u mingħajr il-possibbiltà ta' bejgħ taħt dak il-PMI. Wara dan, il-produttur esportatur emenda wkoll l-offerta tiegħu billi żied limitu kwantitattiv annwali għall-bejgħ skont l-impenn.

(31)

Il-Kummissjoni ma taċċettax l-hekk imsejħa klawżola “pick-and-choose” li permezz tagħha l-produttur esportatur ikollu permess li jbigħ fi ħdan impenn u b'mod parallel taħt il-PMI did-dazju, għalhekk l-uniku xenarju miftuħ għall-konsiderazzjoni huwa t-tieni wieħed. L-aċċettazzjoni ta' din il-klawżola tippermetti għal mekkaniżmu ta' kumpens trażversali li fih it-tranżazzjonijiet fuq livell ta' PMI jkunu jistgħu jiġu kkumpensati minn tranżazzjonijiet bi prezzijiet taħt il-PMI.

(32)

Artikolu 50 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina jesprimi preferenza għall-impenji, sakemm il-Kummissjoni tirċievi offerta fattibbli li tkun adegwata u li l-aċċettazzjoni tagħha ma titqisx mhux prattika. F'dan il-każ, għar-raġunijiet spjegati hawn isfel, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda offerta ta' impenn b'mod fattibbli u għalhekk il-preferenza ma tistax tintlaqa'.

(33)

Skont il-valutazzjoni tal-Kummissjoni, hemm diversi raġunijiet li għalihom l-offerta hija inadegwata. L-offerta hija bbażata fuq PMI medju wieħed u għalhekk mhux se tneħħi l-effetti dannużi tad-dumping għat-tipi kollha ta' prodotti, b'mod partikolari dawk l-aktar għaljin. Kif rikonoxxut fil-premessi 632 u 655 tar-Regolament definittiv, il-Kummissjoni qieset li miżura fil-forma ta' ammont fiss għal kull tunnellata speċifiku għall-kumpanija kienet tirrifletti d-dannu kkawżat mill-produttur esportatur li nstab li kien qed iwettaq dumping b'mod aktar preċiż minn PMI. Hija tiżgura wkoll li b'differenza tal-PMI, id-dazju jneħħi d-dannu kompletament u jipproteġi immedjatament lill-industrija tal-Unjoni. Il-produttur esportatur ma pproponiex aġġustament fuq il-kont ta' bejgħ permezz ta' kumpaniji relatati tiegħu. Filwaqt li l-prezzijiet ta' HRF għandhom tendenza li jvarjaw b'mod sinifikanti matul iż-żmien, il-produttur esportatur ma pproponiex mekkaniżmu ta' aġġustament. Barra minn hekk, tnejn biss mit-tliet siti ta' produzzjoni li esportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni huma koperti mill-impenn. Fl-aħħar nett, il-produttur esportatur ippropona li l-bejgħ tiegħu lill-entitajiet relatati fl-Unjoni jkun kopert mill-kondizzjonijiet tal-impenn. In-natura stess ta' relazzjonijiet bħal dawn tippreżenta għadd ta' possibbiltajiet għal kumpens trasversali. Kull tranżazzjoni self jew għotja oħra bejn iż-żewġ entitajiet relatati jistgħu jiġu użati biex ipaċu l-PMI. Il-Kummissjoni mhijiex f'pożizzjoni li timmonitorja dawn it-tranżazzjonijiet u ma għandhiex il-valuri indikattivi xierqa li jippermettulha tivverifika jekk humiex ġenwini jew kumpensatorji.

(34)

L-aċċettazzjoni tal-offerta ma tkunx prattika. Minħabba l-istruttura globali u l-attivitajiet ta' bejgħ tal-produttur esportatur, ikun impossibbli li jiġi kkontrollat l-impenn fuq il-prezz propost b'mod effikaċi, u dan joffri bosta opportunitajiet ta' kontrokumpens. Il-produttur esportatur għandu bosta kumpaniji relatati f'diversi Stati Membri u barra l-Unjoni, li wħud minnhom jipproduċu u jbigħu l-prodott simili. Il-produttur esportatur ibigħ fl-Unjoni permezz ta' waħda jew aktar minn dawn il-kumpaniji. Għalhekk huwa impossibbli għall-Kummissjoni li timmonitorja dawn l-attivitajiet b'mod effettiv.

(35)

Bi tweġiba għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-produttur esportatur ippreżenta t-tielet verżjoni tal-offerta ta' impenn tiegħu. Fil-verżjoni l-ġdida tal-offerta, il-produttur esportatur ippropona erba' PMIs differenti u impenja ruħu li ma jbigħx anqas minnhom. Skont il-produttur esportatur din il-bidla saret minkejja li l-Kummissjoni kkunsidrat PMI uniku għat-tipi kollha tal-prodott aċċettabbli fi stadju tal-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tad-dazju. Barra minn hekk, il-produttur esportatur impenja ruħu li jinkludi t-tielet sit tal-produzzjoni fl-offerta ta' impenn; li ma jbigħx il-prodott ikkonċernat permezz ta' entitajiet relatati tiegħu fl-Unjoni; li jipprovdi dettalji dwar il-bejgħ tiegħu fl-Unjoni ta' prodotti oħra lil klijenti tal-HRF tiegħu tal-Unjoni; u li ma jbigħx barra l-Unjoni, il-prodott ikkonċernat u prodotti oħra lill-klijenti tal-HRF tiegħu tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, il-produttur esportatur ippropona limitu kwantitattiv annwali aktar baxx. Lil hinn minn dan il-limitu, il-produttur esportatur offra li jbigħ bid-dazju antidumping applikabbli.

(36)

Flimkien ma' dawn l-impenji, waqt il-konsultazzjonijiet, il-Gvern tal-Ukraina propona li jipprovdi lill-Kummissjoni bl-istatistika tal-esportazzjoni għall-prodott ikkonċernat u li jistabbilixxi grupp ta' esperti li jiffaċilitaw l-iskambju tal-istatistika u informazzjoni oħra.

(37)

Fil-5 ta' Frar 2018, il-produttur esportatur għamel emenda oħra fl-offerta tal-impenn tiegħu. Il-produttur esportatur sostna li l-bejgħ tiegħu kollu huwa suġġett għal politika stretta tal-istabbiliment tal-prezzijiet tal-grupp u jevita kwalunkwe kumpens trażversali. Barra minn hekk, il-produttur esportatur sostna li l-awditi regolari tal-awtoritajiet tat-taxxa, kemm fl-UE kif ukoll fl-Iżvizzera, jivverifikaw il-politiki ta' pprezzar tal-grupp b'mod strett. Minkejja dan, il-produttur esportatur intrabat li ma jbigħx HRF prodott fl-Unjoni u prodotti oħra magħmula mill-grupp tiegħu lill-klijenti HRF tiegħu li jixtru l-prodott ikkonċernat. Dan ikun japplika għall-klijenti tiegħu kollha minbarra wieħed, li jkun qed jixtri HRF mill-Ukraina, l-Unjoni u prodotti oħra magħmula mill-grupp.

(38)

Rigward il-kumment li l-Kummissjoni kkunsidrat PMI uniku għat-tipi kollha tal-prodott aċċettabbli fi stadju tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni nnotat li fl-aħħar mill-aħħar din is-soluzzjoni ġiet miċħuda. Ir-raġunijiet għal dan ir-rifjut ingħataw fost l-oħrajn fil-premessi 632 u 655 tar-Regolament definittiv, li huma miġbura fil-qosor fil-premessa 33 hawn fuq.

(39)

L-offerta tibqa' inadegwata għal diversi raġunijiet. Mill-erba' gruppi PMI proposti kien hemm ftit li xejn bejgħ f'wieħed minnhom, hemm varjant fil-prezz f'ieħor u varjanti tal-prezz sinifikanti fiż-żewġ gruppi li fadal. Il-PMIs, li huma bbażati fuq il-prezzijiet medji f'kull grupp għalhekk ma jneħħux l-effetti dannużi tad-dumping għat-tipi kollha ta' prodotti, b'mod partikolari dawk l-aktar għaljin. Barra minn hekk, il-livelli ta' erba' PMIs ġew stabbiliti b'mod kompletament arbitrarju. Ma ġiet ippreżentata ebda dejta lill-Kummissjoni li tiġġustifika d-differenza bejn il-PMIs. Fl-aħħar, filwaqt li l-przzijiet HRF għandhom tendenza li jvarjaw b'mod sinifikanti matul iż-żmien, il-produttur esportatur ma pproponiex mekkaniżmu ta' aġġustament.

(40)

L-aċċettazzjoni tal-offerta ta' impenn baqgħet mhux prattika. Il-produttur esportatur impenja ruħu li ma jbigħx prodotti lil entitajiet tal-konsumaturi tiegħu tal-Unjoni bbażati barra mill-Unjoni. Madankollu, dan l-impenn ikopri biss lit-tliet kumpaniji li jipproduċu u jħalli barra għadd kbir ta' kumpaniji relatati tiegħu inkluż l-operatur tas-suq Żvizzeru. Anki jekk dawn il-kumpanniji kollha kienu koperti mill-impenn, meta wieħed iqis id-daqs tal-grupp tal-produttur esportatur u dak tal-bażi tal-klijenti tagħhom, impenn bħal dan ikun impossibbli li jiġi mmonitorjat. Barra minn hekk, il-produttur esportatur ippropona li jiġi rappurtat il-bejgħ ta' prodotti oħra lil klijenti HRF tiegħu fl-Unjoni. Madankollu, il-Kummissjoni ma jkollhiex riferiment adegwati biex tivverifika jekk dawn it-tranżazzjonijiet humiex ta' natura kumpensatorja. Filwaqt li l-produttur esportatur impenja ruħu li ma jbigħx permezz tal-entitajiet relatati tiegħu fl-Unjoni, dawn l-entitajiet ibiegħu il-prodott simili fis-suq tal-Unjoni. Filwaqt li dawn it-tranżazzjonijiet jistgħu jikkonċernaw l-istess klijenti u b'hekk jistgħu jintużaw għal kumpens, huma kompletament barra mill-ambitu tal-impenn.

(41)

L-emenda għall-impenn proposta fil-5 ta' Frar 2018 (jiġifieri li jbigħ biss il-prodott ikkonċernat lil klijenti HRF kollha tiegħu fl-Unjoni, għajr għal wieħed), ma tneħħix it-tħassib imsemmi hawn fuq għall-klijent eskluż. Għall-klijenti l-oħra, meta wieħed iqis id-daqs tal-grupp tal-produttur esportatur, ikun impossibbli li jiġi mmonitorjat jekk il-kumpaniji relatati mal-produttur esportatur ibigħux prodotti oħra lil klijenti tal-HRF tal-Unjoni jew lill-entitajiet relatati tagħhom. Il-politiki interni tal-ipprezzar tal-produttur esportatur u l-klijent li lilu beħsiebu jbigħ, mhumiex garanzija biżżejjed kontra kumpens trażversali. Barra minn hekk, il-produttur esportatur naqas milli jispjega kif il-verifiki tal-awtoritajiet tat-taxxa fl-Unjoni u fl-Iżvizzera jistgħu jsibu prezzijiet b'kumpens trażversali. Il-qbil li jinbigħ prodott bi prezz aktar baxx minn dak li kieku jintalab mhuwiex neċessarjament reat kontra l-liġi fiskali. Huwa parti min-negozjati ta' kuljum dwar il-prezz.

(42)

Fl-aħħar nett, il-bejgħ lil hinn mil-limitu massimu annwali taħt il-liġi applikabbli ta' dazju antidumping ma jistax jiġi aċċettat peress li jistà jintuża għal kumpens. Bażikament dan huwa vvarjant tal-klawżoli “pick-and-choose” deskritti fil-premessa (31) hawn fuq, posposti fiż-żmien. Għalhekk bit-tnaqqis tal-limitu inqas sew mill-kwantitajiet storiċi annwali esportati, din l-offerta ġdida żżid ir-riskju ta' kumpens trażversali.

(43)

Minkejja l-preferenza għall-impenji espressa fl-Artikolu 50 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina, l-offerta ma tistax tiġi aċċettata peress li mhijiex adegwata. Li kieku kienet adegwat, għar-raġunijiet spjegati hawn fuq, l-aċċettazzjoni tagħha xorta ma kinitx tkun prattika. L-ebda tħassib imsemmi hawn fuq ma kien ikun indirizzat biżżejjed permezz tal-iskambju tal-istatistika u tal-ħolqien ta' grupp ta' esperti propost mill-Gvern tal-Ukraina matul il-konsultazzjoni.

2.2.   Konklużjoni

(44)

Għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq il-Kummissjoni ma tista' taċċetta l-ebda waħda minn dawn l-offerti ta' impenn.

2.3.   Il-kummenti tal-partijiet u ċ-ċaħda tal-offerti ta' impenn

(45)

Il-partijiet interessati ġew infurmati bir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata din id-deċiżjoni u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw u li jinstemgħu. Il-Gvern tal-Ukraina ġie offrut ukoll konsultazzjoni skont l-Artikolu 50 bis tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina. Saru konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet Ukreni fis-26 ta' Jannar 2018, fejn il-Gvern tal-Ukraina pprovda kummenti bil-miktub fil-31 ta' Jannar 2018. Barra minn hekk, saru għadd ta' seduti ta' smigħ mal-produtturi esportaturi kkonċernati u mal-Eurofer, li tirrappreżenta lill-industrija tal-Unjoni. Il-kummenti kollha li waslu matul dan il-proċess ġew indirizzati hawn fuq. La l-kummenti pprovduti minn partijiet interessati u lanqas il-konsultazzjonijiet mal-Gvern tal-Ukraina ma wasslu għal konklużjoni differenti miċ-ċaħda tal-offerti ta' impenn,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-impenji offruti mill-produtturi esportaturi b'rabta mal-proċediment antidumping dwar importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna, b'dan qed jiġu rrifjutati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1795 tal-5 ta' Ottubru 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mis-Serbja (ĠU L 258, 6.10.2017, p. 24).

(3)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.


Rettifika

9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/54


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 tad-29 ta' Novembru 2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta' ċerti tipi ta' skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta' movimenti intrakonfinali tal-iskart ma tapplikax

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 316 tal-4 ta' Diċembru 2007 )

Fil-paġna 6, fit-Titolu,

minflok:

“li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta' ċerti tipi ta' skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta' movimenti intrakonfinali tal-iskart ma tapplikax”,

aqra:

“li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta' ċerti tipi ta' skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta' movimenti transkonfinali tal-iskart ma tapplikax”.