ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 62

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
5 ta' Marzu 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/317 tat-2 ta' Marzu 2018 li jistabbilixxi deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 fir-rigward tad-distanza minima mill-kosta u l-fond minimu tal-baħar għat-tartaruni li jistadu għall-makku (Aphia minuta) f'ċerti ibħra territorjali tal-Italja

1

 

*

Regolament (UE) 2018/318 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Frar 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2018/7)

4

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/319 tas-27 ta' Frar 2018 dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fis-26 sessjoni tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal- Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija rigward ċerti emendi fil-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija u fl-Appendiċijiet tagħha

10

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/320 tat-28 ta' Frar 2018 dwar ċerti miżuri għall-protezzjoni tas-saħħa fil-kummerċ intra-Unjoni tas-salamandri u l-introduzzjoni ta' dawn l-annimali fl-Unjoni rigward il-fungus Batrachochytrium salamandrivorans (notifikata bid-dokument C(2018) 1208)  ( 1 )

18

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/321 tat-2 ta' Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/224 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali li jippermettu lis-servizz kummerċjali offrut mis-sistema stabbilita skont il-programm Galileo jissodisfa l-funzjoni prevista fl-Artikolu 2(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

34

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/322 tat-2 ta' Marzu 2018 dwar is-sospensjoni tal-proċedura ta' eżaminazzjoni dwar ostakli għall-kummerċ li tikkonsisti f'miżuri adottati mir-Repubblika tat-Turkija li jaffettwaw il-kummerċ ta' karta ħielsa mill-injam mhux miksija

36

 

 

LINJI GWIDA

 

*

Linja Gwida (UE) 2018/323 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Frar 2018 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2013/7 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2018/8)

38

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

5.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/317

tat-2 ta' Marzu 2018

li jistabbilixxi deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 fir-rigward tad-distanza minima mill-kosta u l-fond minimu tal-baħar għat-tartaruni li jistadu għall-makku (Aphia minuta) f'ċerti ibħra territorjali tal-Italja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 jipprojbixxi l-użu ta' tagħmir irmunkat sa tliet mili nawtiċi mill-kosta jew sa livell ta' fond ta' 50 m meta dak il-fond jintlaħaq 'il ġewwa minn dik id-distanza mill-kosta.

(2)

Meta xi Stat Membru jitlobha, il-Kummissjoni tista' tippermetti deroga mill-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, dment li jiġi sodisfatt għadd ta' kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(5) u (9).

(3)

Fl-10 ta' Jannar 2014, il-Kummissoni rċeviet mingħand l-Italja talba għal deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) ta' dak ir-Regolament, għall-użu tat-tartaruni li jistadu għall-makku (Aphia minuta) fl-ibħra territorjali tal-Italja maġenb il-kosta fil-Golf ta' Manfredonia (ir-reġjun ta' Apulia).

(4)

It-talba tikkonċerna l-bastimenti rreġistrati fid-Direttorat ta' Manfredonia b'esperjenza fis-sajd itwal minn ħames snin u li joperaw bi pjan ta' ġestjoni li jirregola s-sajd bit-tartaruni għall-makku (Aphia minuta) fid-distrett tas-sajd ta' Manfredonia.

(5)

F'Lulju 2016, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) ivvaluta d-deroga li talbet l-Italja u l-pjan ta' ġestjoni relatat. L-STECF enfasizza l-ħtieġa għal kjarifiki dwar l-isforz tas-sajd, it-tagħmir użat, il-monitoraġġ u d-dejta xjentifika. L-Italja tat il-kjarifiki adegwati lill-Kummissjoni u rrevediet kif xieraq il-pjan ta' ġestjoni tagħha billi bidlet it-tagħmir użat, naqset l-isforz tas-sajd u saħħet il-miżuri ta' monitoraġġ.

(6)

L-Italja adottat il-pjan ta' ġestjoni b'Digriet (2) skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

(7)

Id-deroga li talbet l-Italja hi konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(5) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

(8)

B'mod partikolari, hemm limitazzjonijiet ġeografiċi speċifiċi meta wieħed iqis kemm id-daqs limitat tal-blata kontinentali u kemm il-firxa spazjali tal-ispeċijiet fil-mira, li hija limitata esklussivament għal ċerti żoni kostali f'fond ta' anqas minn 50 metru. Għalhekk, il-postijiet għas-sajd huma limitati.

(9)

Is-sajd bit-tartaruni isir qrib il-kosta f'baħar baxx. In-natura ta' dan it-tip ta' sajd hija tali li ma jista jsir b'ebda tagħmir ieħor.

(10)

Is-sajd bit-tartaruni ma għandux impatt kbir fuq l-ambjent tal-baħar u huwa selettiv ħafna billi t-tartaruni jinġibdu fil-kolonna tal-ilma u ma jmissux qiegħ il-baħar. Il-ġbir tal-materjal minn qiegħ il-baħar kieku jagħmel ħsara lill-ispeċijiet fil-mira u s-sajjied ma jkunx jista' jagħżel l-ispeċijiet li jrid minħabba d-daqs żgħir ħafna tagħhom.

(11)

Id-deroga li talbet l-Italja taffettwa total ta' 100 bastiment, għalkemm kuljum se jiġu awtorizzati 30 bastiment biss, permezz ta' mekkaniżmu ta' alternanza. Għalhekk, jista' jiġi konkluż li d-deroga taffettwa għadd limitat ta' bastimenti.

(12)

Dawk il-bastimenti jinsabu f'lista li ntbagħtet lill-Kummissjoni f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 13(9) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

(13)

Il-pjan ta' ġestjoni jistabbilixxi d-definizzjonijiet rilevanti kollha fuq is-sajd ikkonċernat u l-garanziji li ma jkun hemm ebda żieda oħra tal-isforz tas-sajd peress li l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd se jinħarġu biss lill-100 bastiment speċifikat li diġà huma awtorizzati biex jistadu mill-Italja.

(14)

L-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 billi l-pjan tal-ġestjoni Taljan jipprojbixxi espliċitament is-sajd fuq dawk il-ħabitats.

(15)

Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 8(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 mhumiex applikabbli għax dawn għandhom x'jaqsmu mal-bastimenti tat-tkarkir.

(16)

Fir-rigward tar-rekwiżit għall-konformità mal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 li jistabbilixxi d-daqs minimu tal-malja, il-Kummissjoni tinnota li skont l-Artikolu 9(7) ta' dak ir-Regolament, l-Italja awtorizzat deroga mill-Artikolu 9(3) ta' dak ir-Regolament fil-pjan ta' ġestjoni tagħha, billi s-sajd ikkonċernat huwa selettiv ħafna, għandu effett negliġibbli fuq l-ambjent tal-baħar u mhux affettwat mid-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 4(5) ta' dak ir-Regolament.

(17)

L-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati jitwettqu f'distanza qasira ħafna mill-kosta u għaldaqstant ma jostakolawx l-attivitajiet ta' bastimenti oħra.

(18)

Il-pjan ta' ġestjoni jiżgura li l-qabdiet tal-ispeċijiet imsemmija fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 ikunu minimi. Barra minn hekk, skont il-Kapitolu 6.1.2 tal-pjan tal-ġestjoni Taljan, is-sajd għall-makku (Aphia minuta) huwa limitat għal staġun tas-sajd mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Marzu kull sena.

(19)

It-tartaruni ma jimmirawx iċ-ċefalopodi.

(20)

L-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-irrekordjar stipulati fl-Artikolu 14 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (3).

(21)

Il-pjan ta' ġestjoni Taljan fih miżuri għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd, kif previst fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 13(9) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

(22)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-deroga mitluba tingħata.

(23)

Jenħtieġ li l-Italja tirrapporta lill-Kummissjoni f'intervalli regolari u skont il-pjan ta' monitoraġġ previst fil-pjan ta' ġestjoni Taljan.

(24)

Jekk it-tul tad-deroga jkun limitat, ikunu jistgħu jiġu żgurati miżuri ta' ġestjoni korrettivi fil-pront, f'każ li r-rapport lill-Kummissjoni juri li l-istatus tal-konservazzjoni tal-istokk sfruttat huwa dgħajjef, filwaqt li jkun hemm l-opportunità biex il-bażi xjentifika tissaħħaħ biex ikun jista' jitfassal pjan ta' ġestjoni aħjar.

(25)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Deroga

1.   L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 ma għandux japplika fl-ibħra territorjali tal-Italja maġenb il-kosta fil-Golf ta' Manfredonia, għas-sajd għall-makku (Aphia minuta) bit-tartaruni.

2.   It-tartaruni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintużaw minn bastimenti:

(a)

irreġistrati fid-Direttorat marittimu ta' Manfredonia;

(b)

li għandhom esperjenza f'dan it-tip ta' sajd ta' aktar minn ħames snin u fil-ġejjieni mhux se jiżdied l-isforz tas-sajd eżerċitat; u

(c)

li għandhom awtorizzazzjoni tas-sajd u joperaw skont il-pjan ta' ġestjoni li adottat l-Italja skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

Artikolu 2

Pjan ta' monitoraġġ u rapportar

Fi żmien sena mindu jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, l-Italja għandha tibgħat rapport lill-Kummissjoni li jitfassal skont il-pjan ta' monitoraġġ stabbilit fil-pjan ta' ġestjoni Taljan.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u perjodu tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-8 ta' Marzu 2018 sat-8 ta' Marzu 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 409, 30.12.2006, verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(2)  “Adozione del Piano di Gestione per la pesca del rossetto (Aphia minuta) nel Compartimento marittimo di Manfredonia con l'utilizzo della sciabica da natante, in deroga alla dimensione minima della maglia della rete e della distanza dalla costa – Reg.(CE) n.1967/2006, artt.9/13-.” adottat fit-28 ta' Diċembru 2017.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).


5.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/4


REGOLAMENT (UE) 2018/318 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-22 ta' Frar 2018

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2018/7)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-iskop tad-dejta miġbura taħt ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2012/24) (2) huwa li jipprovdi lis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) b'informazzjoni statistika dwar l-esponiment ta' setturi ekonomiċi u ta' aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għal klassijiet speċifiċi ta' titoli f'livell diżaggregat ħafna. Din l-informazzjoni tiffaċilita l-analiżi fil-fond tal-mekkaniżmu ta' trażmissjoni tal-politika monetarja u l-valutazzjoni tal-esponiment tal- Eurosistema għal riskji fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja tagħha. Hija tħalli wkoll li ssir analiżi fil-fond tal-istabilità finanzjarja, inkluż l-identifikazzjoni l-monitoraġġ tar-riskji għaliha.

(2)

Fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (3), Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 (5), id-dejta miksuba hija użata wkoll għas-superviżjoni prudenzjali u għal skopijiet ta' riżoluzzjoni u tingħata lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku.

(3)

Il-kunċett ta' aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp ġie mdaħħal u ddefinit fir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) mir-Regolament (UE) 2016/1384 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/22) (6). Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ser jidentifika aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp għal ġbir ta' dejta taħt ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) billi jikkunsidra bosta kriterji, inkluż ir-relevanza tal-aġent li jirrapporta dejta ta' grupp għall-istabilità u l-funzjonament tas-sistema finanzjarja fiż-żona tal-euro u/jew Stati Membri individwali. Sabiex ikun hemm aktar ċarezza legali, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat illi l-entitajiet sinifikanti kollha taħt superviżjoni li huma tażt is-superviżjoni diretta tal-BĊE skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, għandhom jitqiesu bħala rilevanti għall-istabilità u l-funzjonament tas-sistema finanzjarja, u konsegwentement huma jistgħu jiġu identifikati wkoll bħala aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp.

(4)

Soġġetti għad-deċiżjoni tal-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) relevanti. wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2016/1384, aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp jistgħu jirrappurtaw dejta rrappurtata skont l-Artikolu 3a tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) (minn hawn 'il quddiem “dejta ta' grupp”Ħ direttament lill-BĊE. Dan jippermetti użu aktar effiċjenti tal-infrastruttura tat-teknoloġija tal-informazzjoni disponibbli tad-Database tal-Istatistika tal-Investimenti fit-Titoli [Securities Holdings Statistics Database] tas-SEBĊ u jevita l-ħtieġa li jitwaqqfu sistemi separati għall-ipproċessar ta' dejta nazzjonali f'kull BĊN.

(5)

Jekk BĊN jiddeċiedi li ma jiġborx id-dejta ta' grupp, huwa għandu jinforma lill-BĊE, f'liema każ ill-BĊE għandu jieħu f'idejh il-kompitu tal-ġbir ta' dejta direttament mill-aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp. Il-BĊE u l-BĊN ikkonċernat għandhom jagħmlu l-arranġamenti neċessarji bejniethom.

(6)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) għandu jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi

Ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) huwa emendat kif ġej:

1.

fl-Artikolu 2(4), il-punt (b) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(b)

daqs jew taħt il-limitu ta' 0,5 %, sakemm l-aġent li jirrapporta dejta ta' grupp jissodisfa ċerti kriterji kwantitattivi jew kwalitattivi li jagħmluh importanti għall-istabbiltà u l-funzjonament tas-sistema finanzjarja fiż-żona tal-euro, eż., bis-saħħa tar-rabtiet tiegħu ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn fiż-żona tal-euro, l-attività trans-ġurisdizzjonali, in-nuqqas ta' sostitwibbiltà, il-kumplessità tal-istruttura korporattiva, jew superviżjoni diretta mill-BĊE; u/jew fi Stati Membri individwali taż-żona tal-euro, eż. permezz tal-importanza relattiva tal-aġent li jirrapporta dejta ta' grupp fi ħdan settur partikolari tas-suq tas-servizzi bankarji fi Stat Membru wieħed jew iżjed taż-żona tal-euro, jew superviżjoni diretta mill-BĊE.”;

2.

L-Artikolu 3a huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa mibdul b'dan li ġej:

“3.   Il-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta' grupp hija rrappurtata lill-BĊE skont il-paragrafu 5, il-BĊE għandu jitlob li l-aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp jirrapportaw fuq bażi trimestrali, il-bandiera ‘emittent huwa parti mill-grupp ta' rapportar (ambitu prudenzjali)’, fuq il-bażi ta' titolu b'titolu, u ‘emittent huwa parti mill-grupp ta' rapportar (ambitu ta' kontabilità)’, fuq il-bażi ta' titolu b'titolu, għat-titoli b'kodiċi ISIN jew mingħajru li huma miżmuma mill-grupp tagħhom skont il-Kapitolu 2 tal-Anness I.”;

(b)

il-paragrafu 5 li ġej huwa miżjud:

“5.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp għandhom jirrapportaw dejta ta' grupp lill-BĊE jekk il-BĊN relevanti jideċiedi illi l-aġenti li jirrappurtaw dejta ta' grupp għandhom jirrappurtaw informazzjoni statistika direttament lill-BĊE skont l-Artikoli 3a u 4b tal-Linja Gwida BĊE/2013/7.”;

3.

L-Artikolu 4a huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 4a

Derogi għal aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp

1.   Il-BĊN relevanti jew, fejn id-dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE, wara li jikkonsulta lill-BĊN relevanti, jista' jagħti lil aġenti li jirrappurtaw dejta ta' grupp derogi mir-rekwiżiti ta' rappurtar stipulati fl-Artikolu 3a skont kif ġej:

(a)

Il-BĊN relevanti jew il-BĊE, skont kif applikabbli, jista' jawtorizza llil aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp li jirrapportaw informazzjoni statistika li tkopri 95 % tal-ammont ta' titoli miżmuma minnhom jew mill-grupp tagħhom, fuq bażi ta' titolu b'titolu, skont dan ir-Regolament, sakemm il-bqija tal-5 % tat-titoli miżmumin mill-grupp ma jinħarġux minn emittent wieħed;

(b)

Il-BĊN relevanti jew il-BĊE, skont kif applikabbli, jista' jitlob lil aġenti li jirrapporaw dejta ta' grupp biex jipprovdu aktar informazzjoni dwar it-tipi ta' titoli li għalihom tingħata deroga taħt il-punt (a).

2.   Il-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE, wara li jikkonsulta lill-BĊN relevanti, jista' jagħti lil aġenti li jirrappurtaw dejta ta' grupp derogi mir-rekwiżiti ta' rappurtar fir-rigward tal-bandiera ‘emittent huwa parti mill-grupp ta' rapportar (ambitu prudenzjali)’, fuq il-bażi ta' titolu b'titolu, kif stipulat fl-Artikolu 3a(3), sakemm il-BĊN jew il-BĊE relevanti, skont kif applikabbli, ikun jista' joħroġ din id-dejta mid-dejta miġbura minn sorsi oħra.

3.   Għal perijodu ta' sentejn mill-ewwel rapportar skont l-Artikolu 10b(2), il-BĊNi relevanti jew, fejn id-dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE, wara li jikkonsulta lill-BĊN relevanti, jista' jagħti lil aġenti li jirrappurtaw dejta ta' grupp derogi mir-rekwiżiti ta' rapportar fir-rigward tar-rapportar fuq bażi ta' titolu b'titolu stipulati fil-Kapitolu 2 tal-Anness I għal entitajiet residenti barra mill-Unjoni sakemm il-BĊN relevanti jew il-BĊE, skont kif applikabblt, ikun jista' jieħu l-informazzjoni fil-Kapitolu 2 tal-Anness I għall-entitajiet residenti barra mill-Unjoni kollha.”;

4.

L-Artikolu 4b huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 4b

Derogi ġenerali u qafas applikabbli għad-derogi kollha

1.   Il-BĊN relevanti jew, fejn id-dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE, wara li jikkonsulta lill-BĊN relevanti, jista' jagħti derogi mir-rekwiżiti ta' rappurtar taħt dan ir-Regolament jekk l-aġenti ta' rapportar attwali jirrapportaw l-istess dejta taħt: (a) Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (*1); (b) Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38); (c) Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40); jew (d) Regolament (UE) Nru 1374/2014 (BĊE/2014/50); jew jekk il-BĊN relevanti jew il-BĊE, skont kif applikabbli, ikunu kapaċi jidderivaw l-istess dejta b'mezzi oħrajn, skont l-istandards statistiċi minimi speċifikati fl-Anness III.

2.   Il-BĊNi relevanti jew, fejn id-dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE, wara li jikkonsulta lill-BĊN relevanti, għandu jiżgurau illi jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stipulati taħt dan l-Artikolu u fl-Artikoli 4 u 4a għall-finijiet tal-għoti, it-tiġdid jew l-irtirar, kif applikabbli u meta jkun neċessarju, ta' xi deroga b'effett mill-bidu ta' kull sena kalendarja.

3.   Il-BĊNi relevanti jew, fejn id-dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE, wara li jikkonsulta lill-BĊN relevanti, jista' jissuġġetta lill-aġenti ta' rapportar attwali li jkunu ngħataw derogi taħt dan l-Artikolu, l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 4a, suġġetti għal rekwiżiti ta' rapportar addizzjonali, fejn dettalji ulterjuri huwa meqjusa neċessarji mill-BĊN relevanti jew mill-BĊE, skont kif applikabbli. Aġenti ta' rapportar attwali għandhom jirrapportaw id-dejta mitluba fi żmien 15-il jum ta' xogħol dwar talba magħmula mill-BĊN relevanti jew mill-BĊE, skont kif applikabbli.

4.   Fejn ikunu ngħataw derogi mill-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), mill-BĊE, l-aġenti ta' rapprtar attwali jistgħu madankollu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' rapportar kollha. Aġent ta' rapportar attwali li jagħżel li ma jużax id-derogi mogħtija mill-BĊN relevanti jew mill-BĊE, skont kif applikabbli, għandu jikseb il-kunsens tal-BĊN relevanti jew tal-BĊE, skont kif applikabbli, qabel ma juża d-derogi mogħtija f'data aktar tard.

(*1)  Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).”;"

5.

L-Artikolu 6a huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 6a

Tempestività tad-dejta ta' grupp

1.   Il-BĊNi għandhom jittrasmettu lill-BĊE dejta ta' grupp trimestrali fuq bażi ta' titolu b'titolu skont l-Artikolu 3a(1) u l-Kapitolu 2 tal-Anness I sas-18:00 CET fil-55 jum tal-kalendarju wara t-tmiem tat-trimestru li għalih tirrelata d-dejta.

2.   Jekk BĊN jiddeċiedi skont l-Artikolu 3a(5) illi l-aġenti ta' rapportar għandhom jirrapportaw l-informazzjoni statistika direttament lill-BĊE, l-aġenti ta' rapportar għandhom jittrasmettu din l-informazzjoni lill-BĊE sas-18:00 CET fil-45 jum tal-kalendarju wara t-tmiem tat-trimestru li għalih tirrelata d-dejta.”

6.

L-Artikolu 7a huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 7a

Fużjonijiet, diviżjonijiet u riorganizzazzjonijiet

Fil-każ ta' fużjoni, diviżjoni jew riorganizzazzjoni li tista' taffettwa t-twettiq ta' obbligi statistiċi, l-aġenti ta' rapportar ikkonċernati għandhom jinformaw lill-BĊN relevanti, jew, fejn dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE, direttament jew permezz tal-BĊN relevanti b'konformità mal-arranġamenti ta' kooperazzjoni, ladarba l-intenzjoni biex tiġi implimentata dik l-operazzjoni tkun saret pubblika u fiż-żmien dovut qabel ma sseħħ, bil-proċeduri li huma ppjanati biex jitwettqu r-rekwiżiti ta' rapportar statistiku stipulati f'dan ir-Regolament.”;

7.

L-Artikolu 10c li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 10c

L-ewwel rapportar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2018/318 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/7)

L-ewwel rapportar ta' dejta ta' grupp skont l-Artikolu 3a wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2018/318 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/7) (*2) għandu jibda bid-dejta għall-perijodu ta' referenza Settembru 2018.

(*2)  Regolament (UE) 2018/318 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Frar 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2018/7) (ĠU L 62, 5.3.2018, p. 4).”"

8.

L-Annessi I, II u III huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta' Frar 2018.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2012/24) (ĠU L 305, 1.11.2012, p. 6).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1)

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta' Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2016/1384 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' Awwissu 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2016/22) (ĠU L 222, 17.8.2016, p. 24).


ANNESS

L-Annessi I, II u III tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) huma emendati kif ġej:

1.

Anness I, Kapitolu 2, huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(i)

is-sentenza fit-tmiem tal-Parti 1, 'il fuq mit-tabella hija sostiwita b'li ġej:

“Il-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta' grupp hija rrappurtata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE jista' jagħżel ukoll illi jitlob lill-aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp biex jirrapportaw dejta għall-oqsma 9 sa 11 u, jekk ma tkunx diġà koperta taħt il-punti (b) jew (c), 31 sa 37.”;

(ii)

it-test tan-nota ta' qiegħ il-paġna (1) fit-tabella huwa sostitwit b'li ġej:

“(1)

Fejn hija applikata d-deroga stipulata fl-Artikolu 4a(3), l-oqsma tad-dejta li jirreferu għar-rapportar entità b'entità għandhom jiġu rrapportati skont ir-regoli rispettivi kif stabbiliti mill-BĊN relevanti li jkun ta d-deroga jew, fejn id-dejta ta'grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE tiżgura li d-dejta tkun omoġenja fir-rigward tar-rendikonti mandatorji.”;

(b)

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(i)

is-sentenza fl-aħħar ta' Parti 2 'il fuq mit-tabella hija sostiwita b'li ġej:

“Il-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta' grupp hija rrappurtata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE jista' jitlob lill-aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp biex jirrapportaw ukoll dejta għall-oqsma 8 sa 10, 12 u, jekk ma tkunx diġà koperta taħt il-punti (b) jew (c), 53 sa 59.”;

(ii)

it-test tan-nota ta' qiegħ il-paġna (1) fit-tabella huwa sostitwit b'li ġej:

“(1)

Fejn hija applikata d-deroga stipulata fl-Artikolu 4a(3), l-oqsma tad-dejta li jirreferu għar-rapportar entità b'entità għandhom jiġu rrapportati skont ir-regoli rispettivi kif stabbiliti mill-BĊN relevanti li jkun ta d-deroga jew, fejn id-dejta ta'grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE tiżgura li d-dejta tkun omoġenja fir-rigward tar-rendikonti mandatorji.”;

2.

L-Anness II huwa emendat kif gej:

(a)

fil-Parti 1, l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“Din it-tabella tagħti deskrizzjoni dettaljata tal-kategoriji ta' strument li l-bank ċentrali nazzjonali relevanti (BĊN), jew fejn id-dejta ta' grupp hija rrapportata lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skont l-Artikolu 3a(5), il- BĊE jittrasponi fil-kategoriji applikabbli fil-livell nazzjonali skont dan ir-Regolament.”;

(b)

fil-Parti 2, l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“Din it-tabella tagħti deskrizzjoni tal-kategoriji ta' setturi li l-bank ċentrali nazzjonali relevanti (BĊN), jew fejn id-dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5) il-BĊE jittrasponi fil-kategoriji applikabbli fil-livell nazzjonali skont dan ir-Regolament.”;

(c)

fil-Parti 4, id-definizzjonijiet fit-tabella huma emendati skont kif ġej:

(i)

Id-definizzjoni ta' “Pożizzjonijiet bil-valur tas-suq” hija mibdula b'li ġej:

“Ammont miżmum ta' titolu bil-prezz ikkwotat fis-suq f'euro. Il-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta' grupp hija rrappurtata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE għandu bħala prinċipju jitlob li jiġi rrapportat l-imgħax akkumulat jew taħt din il-pożizzjoni jew separatament. Madankollu, il-BĊNi relevanti, jew il-BĊE, skont kif applikabbli, jistgħu fid-diskrezzjoni tagħhom jitolbu dejta li teskludi imgħax akkumulat.”;

(ii)

Id-definizzjoni ta' “Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-garanti” hija mibdula b'li ġej:

“Kodiċì standard, miftiehem mal-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta'grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), mal-BĊE, li jidentifika b'mod uniku lil garanti, u informazzjoni dwar it-tip ta' kodiċi ta' identifikazzjoni li jintuża, eż. identifikatur ta' entità legaII, identifikatur UE jew identifikatur nazzjonali.”;

(d)

fil-Parti 5, id-definizzjonijiet fit-tabella huma emendati skont kif ġej:

(i)

id-definizzjoni ta' “Identifikatur UE” hija mibdula b'li ġej:

“Identifikatur UE tfisser kodiċi ta' identifikazzjoni użat komunement, miftiehem mal-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta'grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), mal-BĊE, li jippermetti l-identifkazzjoni mhux ambigwa ta' entità fi ħdan l-UE.”;

(ii)

id-definizzjoni ta' “Identifikatur nazzjonali” hija mibdula b'li ġej:

“Identifikatur nazzjonali tfisser kodiċi ta' identifikazzjoni użat komunement, miftiehem mal-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta'grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), mal-BĊE, li jippermetti l-identifkazzjoni mhux ambigwa ta' entità fi ħdan il-pajjiż ta' residenza tiegħu.”;

(iii)

id-definizzjoni ta' “Livell ta' rapportar” hija mibdula b'li ġej:

“Livell ta' rapportar tirreferi għal jekk id-dejta tkunx irrapportata fuq bażi ta' entità b'entità jew fuq bażi ta' grupp kif iddefinit fil-punti 23 u 24 tal-Artikolu 1. Prinċipji armonizzati ta' kontabilità u ta' konsolidazzjoni għandhom jiġu applikati, bi qbil mal-BĊN relevanti jew, fejn id-dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), mal-BĊE, għad-dejta rrapportata fil-livell tal-entità, jiġifieri informazzjoni fuq livell ta' entità għandha ssegwi l-prinċipji tal-kontabilità u tal-kalkolu tar-riskju tal-grupp safejn ikun possibbli.”;

(e)

fil-Parti 6, id-definizzjonijiet fit-tabella huma emnendati skont kif ġej:

(i)

id-definizzjoni ta' “Kodiċi ta' identifikazzjoni tad-detentur” hija mibdula b'li ġej:

“Kodiċì standard, miftiehem mal-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta'grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), mal-BĊE, li jidentifika b'mod uniku lid-detentur,u informazzjoni dwar it-tip ta' kodiċi ta' identifikazzjoni li huwa użat, eż. identifikatur UE jew identifikatur nazzjonali.”;

(ii)

id-definizzjoni ta' “Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-ġenitur” immedjat tad-detentur hija mibdula b'li ġej:

“Kodiċì standard, miftiehem mal-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta'grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), mal-BĊE, li jidentifika b'mod uniku l-entità legali immedjata illi d-detentur huwa legalment parti dipendenti tagħha u informazzjoni dwar it-tip ta' kodiċi ta' identifikazzjoni li huwa użat, eż. identifikatur ta' entità legali, identifikatur UE jew identifikatur nazzjonali.”;

(f)

Fil-Parti 7, fit-tabella d-definizzjoni ta'“Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-emittent” hija mibdula b'li ġej:

“Kodiċì standard, miftiehem mal-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta'grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), mal-BĊE, li jidentifika b'mod uniku lil emittent u informazzjoni dwar it-tip ta' kodiċi ta' identifikazzjoni li huwa użat, eż. identifikatur UE jew identifikatur nazzjonali.”;

3.

L-Anness III huwa emendat kif gej:

(a)

Il-punt (1) huwa mibdul b'li ġej:

“1.

Standards minimi għat-trażmissjoni:

(a)

ir-rapportar lill-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) relevanti u, fejn dejta ta' grupp hija rapportata lill-BĊE skont l-Artikolo 3a(5), lill-BĊE, għandu jkun tempestiv u fl-iskadenzi stabbiliti mill-BĊN relevanti jew mill-BĊE, skont kif applikabbli;

(b)

Ir-rapporti statistiċi jridu jieħdu l-forma u l-format tagħhom mir-rekwiżiti ta' rapportar tekniku stabbiliti mill-BĊN relevanti jew mill-BĊE, skont kif applikabbli;

(c)

il-persuni ta' kuntatt fl-aġent ta' rapportar attwali għandhom ikunu identifikati;

(d)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni ta' dejta lill-BĊN relevanti jew lill-BĊE jridu jiġu segwiti.”;

(b)

Il-punti 2(d) u (e) huma mibdula b'li ġej:

“(d)

aġenti ta' rapportar attwali għandhom isegwu d-dimensjonijiet u d-deċimali stabbiliti mill-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), mill-BĊE għat-trażmissjoni teknika tad-dejta;

(e)

aġenti ta' rapportar attwali għandhom isegwu l-politika tal-approssimazzjoni stabbilita mill-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), mill-BĊE għat-trażmissjoni teknika tad-dejta.”.


DEĊIŻJONIJIET

5.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/319

tas-27 ta' Frar 2018

dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fis-26 sessjoni tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal- Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija rigward ċerti emendi fil-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija u fl-Appendiċijiet tagħha

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni aderiet mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999 (“il- Konvenzjoni COTIF”), f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE (1).

(2)

L-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni ta' Ċipru u Malta, japplikaw il-Konvenzjoni COTIF.

(3)

Il-Kumitat tar-Reviżjoni tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (“il-Kumitat tar-Reviżjoni”) ġie stabbilit skont il-punt (c) tal-Artikolu 13(1) tal-Konvenzjoni COTIF. Fis-26 sessjoni tiegħu, li għandha ssir mis-27 ta' Frar sal-1 ta' Marzu 2018, il-Kumitat tar-Reviżjoni mistenni jiddeċiedi dwar ċerti emendi fil-Konvenzjoni COTIF kif ukoll fl-Appendiċijiet tagħha, jiġifieri fl-Appendiċi E (Regoli Uniformi dwar il-Kuntratt tal-Użu tal-Infrastruttura fit-Traffiku Ferrovjarju Internazzjonali — CUI), fl-Appendiċi F (Regoli Uniformi li jirrigwardaw il-Validazzjoni ta' Standards Tekniċi u l-Adozzjoni ta' Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi Applikati għall-Materjal tal-Ferroviji bl-intenzjoni li jintużaw mit-Traffiku Internazzjonali — APTU) u fl-Appendiċi G (Regoli Uniformi li jirrigwardaw l-Ammissjoni Teknika ta' Materjal tal-Ferroviji użat fit-Traffiku Internazzjonali — ATMF).

(4)

Matul is-26 sessjoni tiegħu, il-Kumitat tar-Reviżjoni ser jiddeċiedi wkoll dwar l-adozzjoni ta' Appendiċi H ġdid dwar l-operat sikur tal-ferroviji fit-traffiku internazzjonali.

(5)

L-emendi tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat tar-Reviżjoni għandhom l-għan li jaġġornaw ċerti dispożizzjonijiet b'riżultat tal-adeżjoni tal-Unjoni għall-Konvenzjoni COTIF fl-2011, b'mod partikolari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw id-dritt tal-vot ta' organizzazzjoni reġjonali u l-istabbiliment ta' kworum.

(6)

L-emendi tal-Konvenzjoni COTIF għandhom l-għan li jtejbu u jiffaċilitaw il-proċedura għar-reviżjoni tal-Konvenzjoni COTIF bil-ħsieb ta' implimentazzjoni rapida u konsistenti tal-emendi tal-Konvenzjoni COTIF u tal-Appendiċijiet tagħha, u sabiex jiġu evitati effetti negattivi tal-proċedura ta' reviżjoni attwali li tieħu fit-tul, inkluż ir-riskju ta' allinjament ħażin intern bejn l-emendi adottati mill-Kumitat tar-Reviżjoni u dawk adottati mill-Assemblea Ġenerali tal-OTIF, kif ukoll allinjament ħażin estern, b'mod partikolari mal-liġi tal-Unjoni.

(7)

L-emendi fl-Appendiċi E (CUI) għandhom l-għan li jiċċaraw il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regoli Uniformi tal-CUI biex jiġi żgurat li dawk ir-regoli jiġu applikati b'mod aktar sistematiku għall-għan maħsub tagħhom, jiġifieri għat-traffiku internazzjonali bil-ferrovija bħal fil-kurituri tal-merkanzija jew fil-ferroviji internazzjonali tal-passiġġieri.

(8)

L-emendi fl-Appendiċijiet F (APTU) u G (ATMF) għandhom l-għan li jiksbu armonizzazzjoni bejn ir-regoli tal-OTIF u r-regoli tal-Unjoni, b'mod partikolari wara li l-Unjoni adottat ir-raba' pakkett ferrovjarju fl-2016.

(9)

L-Appendiċi H il-ġdid huwa maħsub biex itejjeb l-interoperabbiltà lil hinn mill-Unjoni, abbażi tal-kunċett ta' kriterji armonizzati għall-ħruġ mill-awtoritajiet Statli ta' Ċertifikati tas-Sikurezza lill-impriżi ferrovjarji bħala prova li l-impriżi ferrovjarji kapaċi joperaw il-ferroviji b'mod sikur fl-Istat ikkonċernat.

(10)

Il-maġġoranza tal-emendi proposti jaqblu mal-liġi u mal-għanijet strateġiċi tal-Unjoni, u għaldaqstant jenħtieġ li jiġu appoġġati mill-Unjoni. Ċerti emendi jenħtieġ li jkun hemm aktar diskussjoni dwarhom fl-Unjoni u għandhom jitwarrbu fis-26 sessjoni tal-Kumitat tar-Reviżjoni.

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fis-26 sessjoni tal-Kumitat tar-Reviżjoni tkun ibbażata fuq l-allegat għal din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fis-26 sessjoni tal-Kumitat tar-Reviżjoni stabbilit bil-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999, għandha tkun ibbażata fuq l-allegat għal din id-Deċiżjoni.

2.   Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat tar-Reviżjoni jistgħu jaqblu ma' tibdiliet żgħar fid-dokumenti msemmija fl-allegat għal din id-deċiżjoni mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reviżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE tas-16 ta' Ġunju 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999 (ĠU L 51, 23.2.2013, p. 1).


DOKUMENT MEHMUŻ

1.   INTRODUZZJONI

Is-Segretarjat Ġenerali (SĠ) tal-OTIF sejjaħ is-26 sessjoni tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-COTIF99 f'Bern, l-Iżvizzera, mis-27 ta' Frar sal-1 ta' Marzu 2018. Id-dokumenti dwar il-punti tal-aġenda huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-OTIF f'dan il-link: http://otif.org/en/?page_id=126

2.   KUMMENTI DWAR IL-PUNTI TAL-AĠENDA

Il-Punt 1 tal-Aġenda - Il-ftuħ tal-laqgħa u l-istabbiliment tal-kworum

Dokument(i): ebda dokument

Kompetenza: L-Unjoni (kondiviża)

Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: mhux disponibbli

Pożizzjoni: ebda pożizzjoni

Il-Punt 2 tal-Aġenda – L-elezzjoni tal-president u tal-viċi president

Dokument(i): ebda dokument

Kompetenza: L-Unjoni (kondiviża)

Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: L-Istati Membri

Pożizzjoni: ebda pożizzjoni

Il-Punt 3 tal-Aġenda – L-adozzjoni tal-aġenda

Dokument(i): LAW-17125-CR 26/3.1

Kompetenza: L-Unjoni (kondiviża u esklużiva)

Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: L-Unjoni

Pożizzjoni: Favur l-adozzjoni tal-abbozz tal-aġenda

Il-Punt 4 tal-Aġenda – Il-modifika tar-Regoli ta' Proċedura

Dokument(i): LAW-17125-CR 26/4

Kompetenza: L-Unjoni (kondiviża u esklużiva)

Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: L-Unjoni

Pożizzjoni: Appoġġ għall-abbozz ta' emendi proposti għar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF, bl-eċċezzjoni tal-punti li ġejjin:

a.

l-Artikolu 9(2) tar-Regoli ta' Proċedura għandhom jipprevedu li “Il-perijodu għandu jkun 12-il ġimgħa jekk id-dokument jiġi ppreżentat bit-tliet lingwi ta' ħidma kollha.”; u

b.

il-bidla fl-Artikolu 9(4) tar-Regoli ta' Proċedura dwar il-vot fin-nuqqas ta' verżjonijiet lingwistiċi hija rrifjutata.

Il-verżjoni attwali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat ta' Reviżjoni hija anterjuri għall-adeżjoni tal-Unjoni għall-Konvenzjoni COTIF; għalhekk, ċerti dispożizzjonijiet huma skaduti u jenħtieġ li jiġu aġġornati. B'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw id-drittijiet għall-vot tal-Unjoni u li jistabbilixxu l-kworum (l-Artikoli 4, 20 u 21) iridu jiġu modifikati sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 38 tal-COTIF u mal-Ftehim UE-OTIF.

Il-Punt 5 fuq l-Aġenda – Ir-reviżjoni parzjali tal-Konvenzjoni bażi: emenda tal-proċedura għar-reviżjoni tal-COTIF

Dokument(i): LAW-17126-CR 26/5

Kompetenza: L-Unjoni (kondiviża)

Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: L-Istati Membri

Pożizzjoni: Appoġġ għall-adozzjoni tar-reviżjoni proposta tal-Artikolu 34 tal-Konvenzjoni biex jiġi stipulat perjodu ta' żmien fiss (36 xahar) għad-dħul fis-seħħ tal-emendi tal-Appendiċijiet adottati mill-Assemblea Ġenerali, fosthom il-klawżola ta' flessibbiltà biex l-iskadenza tiġi estiża skont il-każ, fejn jiġi deċiż hekk mill-Assemblea Ġenerali bil-maġġoranza stipulata fl-Artikolu 14 § 6 tal-COTIF.

Il-proposti għandhom l-għan li jtejbu u jiffaċilitaw il-proċedura għar-reviżjoni tal-Konvenzjoni COTIF bil-ħsieb ta' implimentazzjoni rapida u konsistenti tal-emendi tal-Konvenzjoni u tal-Appendiċijiet tagħha, u sabiex jiġu evitati effetti negattivi tal-proċedura ta' reviżjoni attwali li tieħu fit-tul, inkluż ir-riskju ta' allinjament ħażin intern bejn l-emendi adottati mill-Kumitat tar-Reviżjoni u dawk adottati mill-Assemblea Ġenerali, kif ukoll allinjament ħażin estern, b'mod partikolari mad-dritt tal-Unjoni. Ir-rakkomandazzjoni tas-Segretarjat tal-OTIF irriflettiet il-fehma dominanti fi ħdan grupp ta' ħidma rilevanti li ttratta din il-materja; ġie stabbilit li l-Membri tal-OTIF għandhom ikunu kapaċi jittrasponu l-emendi adottati, fosthom permezz ta' proċeduri parlamentari, fi żmien tliet snin. Il-proposta tidher meħtieġa biex tappoġġa l-funzjonament u l-iżvilupp effiċjenti tal-OTIF.

Il-Punt 6 tal-Aġenda - Ir-reviżjoni parzjali tas-CIM UR - Ir-rapport tas-Segretarju Ġenerali

Dokument(i): LAW-17126-CR 26/6

Kompetenza: L-Unjoni (kondiviża u esklużiva)

Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: L-Unjoni (jekk jittieħed vot)

Pożizzjoni: Jitqies ir-rapport tas-Segretarju Ġenerali, tingħata xi informazzjoni dwar attivitajiet u żviluppi rilevanti li għaddejjin bħalissa, tittrawwem aktar ħidma dwar il-valutazzjoni tal-interfaċċi bejn ir-regolamenti tad-dwana u tat-trasport bil-ferrovija, u jingħata appoġġ biex jiġi stabbilit grupp ta' ħidma ta' esperti legali, jew arranġamenti alternattivi tal-koordinazzjoni fil-korpi eżistenti tal-OTIF, fir-rigward ta' kwistjonijiet tad-dwana u d-diġitalizzazzjoni tad-dokumenti tat-trasport tal-merkanzija.

Il-Punt 7 tal-Aġenda - Ir-reviżjoni parzjali tas-CUI UR

Dokument(i): LAW-17128-CR 26/7.1; LAW-17129-CR 26/7.2

Kompetenza: L-Unjoni (kondiviża)

Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: L-Istati Membri

Pożizzjoni: Appoġġ għall-proposti għall-emendi għall-Artikoli 1 § 1 u 2, 3 (l-ittra l-ġdida aa) u għall-emendi għall-ittri b), c) u g)), 5 § 1, 5bis § 1 u 2, 7 § 2, 8 § 1 u 2, 9 § 1, u 10 § 3 tas-CUI, u s-Segretarjat Ġenerali tal-OTIF jintalab jissottometti l-modifiki kollha għas-CUI UR lill-Assemblea Ġenerali għal deċiżjoni.

Il-modifika sostanzjali ewlenija għandha l-għan li tiċċara l-kamp ta' applikazzjoni tas-CUI UR bl-introduzzjoni fl-Artikolu 3 tad-definizzjoni ta' “traffiku internazzjonali bil-ferrovija” biex tfisser “traffiku li jeħtieġ l-użu ta' mogħdija ferrovjarja internazzjonali jew diversi mogħdijiet nazzjonali suċċessivi li jinsabu f'tal-anqas żewġ Stati u kkoordinat mill-maniġers tal-infrastruttura kkonċernata”, u bl-emenda tal-Artikolu 1 (Kamp ta' Applikazzjoni) kif meħtieġ, filwaqt li tinżamm ir-rabta mas-CIV u s-CIM UR.

L-objettiv huwa li jiġi żgurat li s-CUI UR jiġu applikati b'mod aktar sistematiku għall-għan maħsub tagħhom, jiġifieri għat-traffiku internazzjonali bil-ferrovija. L-abbozz tal-emenda kif propost lill-Kumitat tar-Reviżjoni jikkorrispondi għat-test ta' kompromess li jirriżulta mill-ħidma tal-grupp ta' ħidma ad hoc fi ħdan l-OTIF, li ltaqa' fl-10 ta' Diċembru 2014, fit-8 ta' Lulju 2015, fl-24 ta' Novembru 2015 u fil-31 ta' Mejju 2016. Il-Kummissjoni kkontribwiet fir-riżultat miksub li, skont il-kamp ta' applikazzjoni u l-objettiv tal-Konvenzjoni COTIF, jiġifieri t-trasport internazzjonali, jikkonferma l-applikazzjoni tas-CUI UR fit-traffiku internazzjonali bil-ferrovija, kif stabbilit fid-definizzjoni l-ġdida.

Il-Kummissjoni vvalutat li l-abbozzi ta' emendi għall-Artikolu 1 u 3, kif proposti mis-Segretarjat tal-OTIF, huwa konsistenti mad-definizzjonijiet u mad-dispożizzjonijiet tal-acquis tal-Unjoni fir-rigward tal-ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja u l-koordinazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura (eż. l-Artikoli 40, 43 u 46 tad-Direttiva 2012/34/UE (riformulazzjoni)).

Fir-rigward tal-abbozz ta' emenda propost mis-Segretarjat tal-OTIF għall-Artikolu 8 (Responsabbiltà tal-maniġer), din hija essenzjalment editorjali u ma taffettwax il-kamp ta' applikazzjoni jew is-sustanza tad-dispożizzjoni. L-abbozzi ta' emendi proposti għall-Artikolu 9 kif ukoll għall-Artikoli 3, 5, 5bis, 7 u 10 huma strettament editorjali.

Il-Punt 8 tal-Aġenda - Appendiċi H Ġdid rigward l-operat sikur tal-ferroviji fit-traffiku internazzjonali

Dokument(i): LAW-17130-CR26/8/9/10; LAW-17131-CR26/8.1; LAW-17132-CR 26/8.2

Kompetenza: L-Unjoni (esklużiva)

Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: L-Unjoni

Pożizzjoni:

Appoġġ (LAW-17131-CR26/8.1) għall-inklużjoni ta' Appendiċi H ġdid fil-COTIF rigward l-operat sikur tal-ferroviji fit-traffiku internazzjonali għad-deċiżjoni tal-Assemblea Ġenerali, soġġett għal dan li ġej (tħassir – ingassat; żieda – sottolineat, fejn xieraq):

Fl-Artikolu (2)(b): “Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni” tinbidel b'“Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni tas-Sikurezza”. Jenħtieġ li din is-sostituzzjoni tiġi implimentata konsegwentement fit-test kollu. Bil-Ġermaniż: “Sicherheitsbescheinigungsbehörde” minflok “Zertifizierungsbehörde”. Bil-Franċiż: “autorité de certification de sécurité” minflok “autorité de certification”.

Artikolu 4(1): Tiżdied is-sentenza “L-Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni tas-Sikurezza u l-Awtorità tas-Superviżjoni msemmija fl-Artikolu 6(1) jistgħu jkunu żewġ entitajiet separati jew jistgħu jiġu inkorporati fl-istess organizzazzjoni.”

Artikolu 6(1): Tiżdied is-sentenza “L-Awtorità tas-Superviżjoni u l-Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni tas-Sikurezza msemmija fl-Artikolu 4(1) jistgħu jkunu żewġ entitajiet separati jew jistgħu jiġu inkorporati fl-istess organizzazzjoni.”

Fl-Artikolu 8(3): Modifika fit-test biex jaqra kif ġej: “Sabiex jiġu implimentati r-rekwiżiti ta' dawn ir-Regoli Uniformi b'mod armonizzat, l-Annessi għal dawn ir-Regoli Uniformi għandhom jinkludu:

(…)

[…]a)

Metodu Komuni tas-Sikurezza għall-ħtiġijiet tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza li għandu jiġi applikat mill-Awtoritajiet taċ-Ċertifikazzjoni tas-Sikurezza meta jinħarġu Ċertifikati tas-Sikurezza u minn impriżi ferrovjarji u maniġers tal-infrastruttura meta jiżviluppaw, jimplimentaw, iżommu u jtejbu s-sistemi ta' ġestjoni tas-sikurezza tagħhom;

[…]b)

Metodu Komuni tas-Sikurezza għall-monitoraġġ li għandu jiġi applikat mill-impriżi ferrovjarji […], il-maniġers tal-infrastruttura u l-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni;

(c)

Ir-rabtiet neċessarji mal-Metodu Komuni tas-Sikurezza rigward l-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskju li għandhom jiġu applikati mill-impriżi ferrovjarji, il-maniġers tal-infrastruttura u l-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni meta ssir kwalunkwe bidla teknika, operazzjonali jew organizzattiva għas-sistema ferrovjarja;

(d)

Metodu Komuni tas-Sikurezza dwar is-superviżjoni għandu jiġi applikat mill-Awtoritajiet tas-Superviżjoni.

Fl-Artikolu 2(f), titjib editorjali, allinjament mat-terminoloġija tal-Unjoni (verżjoni bil-Ġermaniż): ““Eisenbahnsystem” das Schienennetz in jedem Vertragsstaat, bestehend aus […]Strecken , Bahnhöfen, Drehscheiben und Terminals”.

Fl-Artikolu 7(4), titjib editorjali (verżjoni bil-Ġermaniż): “Die am Betrieb von Zügen im internationalen Verkehr beteiligten Infrastrukturbetreiber und Eisenbahnunternehmen haben […]ein Sicherheitsmanagementsystem einzurichten und dessen korrekte Anwendung in Übereinstimmung mit diesen Einheitlichen Rechtsvorschriften zu kontrollieren.”

Qbil li s-Segretarju Ġenerali jintalab jemenda r-Rapport ta' Spjegazzjoni b'appoġġ għall-Appendiċi H il-ġdid u jissottomettih lill-Assemblea Ġenerali għall-approvazzjoni.

Appoġġ (LAW-17131-CR26/8.2), bl-għan li l-Appendiċi H il-ġdid jiġi inkluż fil-COTIF, għall-modifiki fl-Artikoli 2, 6, 20, 33 u 35 tal-COTIF, u qbil li s-Segretarju Ġenerali jintalab jissottomettihom lill-Assemblea Ġenerali għal deċiżjoni.

L-abbozz tal-Appendiċi H il-ġdid jistabbilixxi dispożizzjonijiet li jirregolaw l-operat sikur tal-ferroviji fit-traffiku internazzjonali bl-objettiv li l-COTIF tiġi armonizzata mal-acquis tal-Unjoni u biex jingħata appoġġ lill-interoperabbiltà lil hinn mill-Unjoni Ewropea. It-test propost huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2016/798 il-ġdida dwar is-sikurezza u l-leġislazzjoni sekondarja relatata, għajr għal kwistjonijiet minuri li għandhom jiġu indirizzati skont il-proposti msemmija hawn fuq. Kif indikat, jenħtieġ ukoll li ċerti dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni COTIF jiġu modifikati bl-għan tal-inklużjoni ta' dan l-Appendiċi H il-ġdid.

Il-Punt 9 tal-Aġenda - Ir-Reviżjoni parzjali tal-ATMF UR

Dokument(i): LAW-17130-CR26/8/9/10; LAW-17133-CR26/9; LAW-17134-CR26/09-10

Kompetenza: L-Unjoni (esklużiva)

Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: L-Unjoni

Pożizzjoni: Appoġġ lir-reviżjoni parzjali tal-ATMF UR kif proposta mis-Segretarjat tal-OTIF, soġġett għal dan li ġej (tħassir – ingassat; żieda – sottolineat, fejn xieraq):

Fl-Artikolu 7(1a) modifika fit-test biex jaqra kif ġej: “Il-vetturi għandhom jikkonformaw mal-UTPs applikabbli fiż-żmien tat-talba għall-ammissjoni, għall-aġġornament jew għat-tiġdid, f'konformità ma' dawn ir-Regoli Uniformi u filwaqt li titqies l-istrateġija tal-migrazzjoni għall-applikazzjoni tal-UTPs kif stabbiliti fl-Artikoli 8(2a) u 8(4)(f) tal-APTU, u l-possibbiltajiet għal derogi stabbiliti fl-Artikolu 7a tal-ATMF ; din il-konformità għandha tinżamm b'mod permanenti sakemm kull vettura tkun qed tintuża.

Is-CTE għandu jqis il-ħtieġa li jiġi żviluppat Anness ta' dawn ir-Regoli Uniformi inklużi d-dispożizzjonijiet li jippermettu li l-applikanti jkollhom aktar ċertezza tad-dritt dwar il-preskrizzjonijiet li għandhom jiġu applikati, qabel ma jissottomettu t-talba tagħhom għall-ammissjoni, għall-aġġornament jew għat-tiġdid tal-vetturi.

Fl-Artikolu 2(w), modifika fid-definizzjoni u użu tat-terminu “vetturi” b'mod konsistenti fit-test kollu (il-lingwi kollha). Id-definizzjoni jenħtieġ li tinqara: “vetturi” tfisser vettura ferrovjarja adatta biex tiġri fuq ir-roti tagħha fuq linji ferrovjarji, b'ġibda jew mingħajr. It-terminu “vettura/i” għandu jintuża fit-test kollu, u mhux it-terminu “vettura/i ferrovjarja/i”, li jidher f'xi postijiet.

Fl-Artikolu 5, titjib editorjali (verżjoni bil-Ġermaniż): “Notifikation” tiġi sostitwita bi “Notifizierung” fi “Jeder Vertragsstaat hat durch […] Notifizierung […] .” u fi “Die […] Notifizierungen können durch regionale Organisationen, die dem COTIF beigetreten sind, im Namen von Vertragsstaaten, die Mitglied der betreffenden Organisation sind, vorgenommen werden.”

Fl-Artikolu 10, titjib editorjali (verżjoni bil-Ġermaniż): “Verzeichnis” minflok “Dossier” fi “Wenn eine neue Betriebszulassung erforderlich ist, hat der Antragsteller dem betreffenden Vertragsstaat ein das Vorhaben beschreibendes […] Dossier zu übersenden.” kif ukoll fi “Der Vertragsstaat hat seine Entscheidung spätestens vier Monate nach der Vorlage des voll-ständigen […] Dossiers durch den Antragsteller zu treffen”.

Fl-Artikolu 13(1)(a), titjib editorjali (verżjonijiet bl-Ingliż u bil-Ġermaniż): CTE tiġi sostitwita bl-isem sħiħ tal-Kumitat fi “jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet adottati mill-[…]Kumitat ta' Esperti Tekniċi ;” u “mit den vom […]Fachausschuss für technische Fragen angenommenen Spezifikationen übereinstimmen;”.

Żieda tal-Artikolu 14 li ġej: “Artikolu 14 - Annessi u rakkomandazzjonijiet

§ 1

Il-Kumitat tal-Esperti Tekniċi għandu jiddeċiedi jekk jadottax Anness jew dispożizzjoni li temendah f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 16, 20 u 33 § 6 tal-Konvenzjoni. Id-deċiżjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ skont l-Artikolu 35 § § 3 u 4 tal-Konvenzjoni.

§ 2

Applikazzjoni għall-adozzjoni ta' Anness jew ta' dispożizzjoni li temenda tista' ssir minn: a) kwalunkwe Stat Kontraenti; b) kwalunkwe organizzazzjoni reġjonali kif definit fl-Artikolu 2 x) tal-ATMF; c) kwalunkwe assoċjazzjoni internazzjonali rappreżentanti li għall-membri tagħha l-eżistenza ta' Anness hija indispensabbli għal raġunijiet ta' sikurezza u ta' ekonomija fl-eżerċizzju tal-attività tagħhom.

§ 3

It-tħejjija tal-Annessi għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Kumitat tal-Esperti Tekniċi bl-assistenza ta' gruppi ta' ħidma xierqa u tas-Segretarju Ġenerali abbażi tal-applikazzjonijiet li jkunu saru skont il-paragrafu 2.

§ 4

Il-Kumitat tal-Esperti Tekniċi jista' jirrakkomanda metodi u prattiki dwar l-ammissjoni teknika tal-materjal ferrovjarju użat fit-traffiku internazzjonali.”

Id-dispożizzjonijiet tal-ATMF UR huma kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/57/KE dwar l-Interoperabilità tal-Unjoni Ewropea u ma' parti mid-Direttiva 2009/49/KE dwar is-Sikurezza. Mal-adozzjoni tar-raba' pakkett ferrovjarju, l-Unjoni bidlet diversi dispożizzjonijiet ta' dan l-acquis. Abbażi ta' analiżi tal-Kummissjoni, is-Segretarjat tal-OTIF u l-grupp ta' ħidma rilevanti ħejjew il-modifiki li jikkonċernaw l-Artikoli 2, 3a, 5, 6, 7, 10, 10b, 11 u 13 fl-ATMF UR. Dawn il-modifiki huma meħtieġa sabiex ċerta terminoloġija tiġi armonizzata ma' xi dispożizzjonijiet ġodda tal-UE u biex jitqiesu xi bidliet proċedurali fl-UE, b'mod partikolari l-fatt li Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji ser tkun kompetenti biex toħroġ l-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi. Il-kunċett bażiku tal-ATMF mhuwiex affettwat bit-tibdil propost.

Il-Punt 10 tal-Aġenda - Ir-Reviżjoni parzjali tal-APTU UR

Dokument(i): LAW-17130-CR26/8/9/10; LAW-17135-CR26/10; LAW-17134-CR26/09-10

Kompetenza: L-Unjoni (esklużiva)

Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: L-Unjoni

Pożizzjoni: Appoġġ għall-adozzjoni tal-modifiki fl-Artikolu 8 tal-Appendiċi F tal-Konvenzjoni COTIF u approvazzjoni tal-modifiki rilevanti tar-Rapport ta' Spjegazzjoni.

Id-dispożizzjonijiet tal-ATMF UR huma kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/57/KE dwar l-Interoperabilità, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-kontenut tal-Preskrizzjonijiet tekniċi Uniformi (UTPs) u l-ekwivalenza tagħhom mal-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi għall-Interoperabbiltà (TSIs) tal-Unjoni Ewropea. Mal-adozzjoni tar-raba' pakkett ferrovjarju u b'mod partikolari tar-riformulazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/797 dwar l-Interoperabbiltà, l-Unjoni bidlet diversi dispożizzjonijiet ta' dan l-acquis. Abbażi tal-analiżi mill-Kummissjoni, is-Segretarjat tal-OTIF u l-grupp ta' ħidma ħejjew modifiki fl-APTU UR biex tkun żgurata armonizzazzjoni kontinwa mad-dritt tal-Unjoni. Il-modifiki jikkonċernaw l-Artikolu 8 tal-APTU UR u jikkonsistu fiż-żieda ta' żewġ taqsimiet fil-kontenut tal-UTPs ekwivalenti għat-TSIs tal-UE. Dawn il-bidliet huma meħtieġa biex ikun żgurat li l-kontenut tat-TSIs futuri tal-Unjoni Ewropea u l-UTPs tal-COTIF jibqa' ekwivalenti. Il-kunċett bażiku tal-APTU mhuwiex affettwat bit-tibdil propost.

Il-Punt 11 tal-Aġenda - Diskussjoni ġenerali dwar il-ħtieġa li jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet tal-aċċess

Dokument(i): LAW-17130-CR26/11

Kompetenza: L-Unjoni (kondiviża)

Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: mhux applikabbli

Pożizzjoni: ebda pożizzjoni

Il-Punt 12 tal-Aġenda - Ħwejjeġ oħra

Dokument(i): LAW-17130-CR26/12

Kompetenza: L-Unjoni (kondiviża)

Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: L-Istati Membri

Pożizzjoni: Ma topponix l-istabbiliment ta' grupp ta' ħidma ta' esperti legali biex jiffaċilita l-funzjonament tal-korpi eżistenti tal-OTIF fil-qasam legali u biex jiżgura l-ġestjoni effettiva tal-Konvenzjoni.

Il-Punt 13 tal-Aġenda - Ir-reviżjoni parzjali tas-CUV UR

Dokument(i): LAW-17144-CR 26/13 (Proposta sottomessa mill-Iżvizzera)

Kompetenza: L-Unjoni (kondiviża)

Eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot: L-Istati Membri

Pożizzjoni: Oppożizzjoni għall-proposta għall-kunsiderazzjoni tal-emenda tal-Artikolu 7 tas-CUV UR sottomessa mill-Iżvizzera.

Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 7 tas-CUV UR jindirizza r-responsabbiltà tas-sidien tal-vetturi u tal-utent tal-vettura (impriżi ferrovjarji) f'każ ta' ħsara kkawżata mill-vettura u li toriġina minn difett tal-vettura. Dan l-abbozz ta' emenda jżid kriterju ġdid li jipprovdi prova tar-responsabbiltà tas-sidien għal danni kkawżati minn difett fil-vettura. Skont l-Artikolu 7 attwali tas-CUV UR, jekk jiġi applikat mill-partijiet kontraenti, id-detentur tal-vettura huwa responsabbli biss jekk jiġi ppruvat li d-danni kkawżati mill-vettura ġejja minn ħsara li huwa responsabbli għaliha. Jidher li l-emenda proposta żżid it-tieni kriterju li jista' jkun li d-detentur ikollu jipprova li mhuwiex responsabbli għad-difett li huwa fl-oriġini tad-dannu.

Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 7 attwali tas-CUV jispeċifika li “l-partijiet għall-kuntratt jistgħu jaqblu dwar dispożizzjonijiet li jidderogaw mill-paragrafu 1”. Fuq dik il-bażi, in-negozjati bejn il-kumpaniji li saru bejn l-2013 u l-2016 wasslu għal ftehim approvat minn 600 kumpanija ferrovjarja u ppermettew li jiġu ċċarati aħjar ir-responsabbiltajiet tas-sidien tal-vaguni bl-emendi meħtieġa għall-Kuntratt ġenerali uniku tal-Użu tal-vaguni (GCU). Il-ftehim iffirmat introduċa Artikolu (27) ġdid fil-GCU li jikkonċerna l-prinċipju tar-responsabbiltà fil-każ ta' danni kkawżati minn vagun, sabiex jintlaħaq bilanċ aħjar u tingħata aktar ċarezza għas-settur kollu f'każ ta' danni kkawżati minn vagun. Jintroduċi l-kunċett ta' “preżunzjoni ta' ħtija” li jippermetti li s-sid jinżamm responsabbli għall-ħsara fil-vettura kkawżata minn ksur tal-obbligu tal-manutenzjoni tagħha. Din l-emenda ilha tapplika mill-1 ta' Jannar 2017. Illum, il-biċċa l-kbira tas-sidien u tal-impriżi ferrovjarji li joperaw fl-Unjoni japplikaw il-GCU. Għalhekk il-proposta Żvizzera mhix meħtieġa għax il-qbil milħuq bejn il-kumpaniji fis-settur huwa suffiċjenti biex jiddefinixxi b'mod ċar ir-responsabbiltajiet tas-sid u tal-impriżi ferrovjarji f'każ ta' danni kkawżati minn vettura taħt kuntratt ta' bejgħ. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li dan il-ftehim ma jirrispettax bilanċ xieraq bejn l-interessi tal-partijiet rispettivi. Barra minn hekk, il-proposta Żvizzera ma tipprovdix raġuni soda u ġustifikazzjoni biżżejjed għall-emendi proposti.


5.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/18


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/320

tat-28 ta' Frar 2018

dwar ċerti miżuri għall-protezzjoni tas-saħħa fil-kummerċ intra-Unjoni tas-salamandri u l-introduzzjoni ta' dawn l-annimali fl-Unjoni rigward il-fungus Batrachochytrium salamandrivorans

(notifikata bid-dokument C(2018) 1208)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(1) tagħha,

Billi:

(1)

Mill-2013, il-Batrachochytrium salamandrivorans (Bsal), li hu fungus patoġenu ġdid tas-salamandri, beda jokkorri fil-Belġju, fil-Ġermanja, fin-Netherlands u fir-Renju Unit. Dan jaffettwa l-popolazzjonijiet tas-salamandri miżmumin u selvaġġi, u jista' jikkawża morbidità u mortalità sinifikanti f'dawk il-popolazzjonijiet. Il-Bsal huwa letali għal ċerti speċijiet ta' salamandri, filwaqt li speċijiet oħrajn huma kompletament jew parzjalment reżistenti għalih, iżda jistgħu jġorruh fuq il-ġilda, u għaldaqstant ikunu fond u sors ta' infezzjoni jew kontaminazzjoni għal speċijiet oħrajn ta' salamandri.

(2)

Skont l-għarfien xjentifiku attwali dwar il-Bsal, miġbur f'opinjoni xjentifika (3) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) dwar il-Bsal fil-Valutazzjoni tal-elenkar u l-kategorizzazzjoni tal-mard tal-annimali fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), jidher li, għallinqas fil-Ġappun, fit-Tajlandja u fil-Vjetnam, il-Bsal huwa endemiku, b'rata ta' prevalenza ta' madwar 3 % fil-popolazzjonijiet selvaġġi tas-salamandri. Huwa maħsub li l-Bsal oriġina mill-Asja tal-Lvant, fejn huwa endemiku u mifrux ħafna. Fl-istess ħin, hemm nuqqas ta' informazzjoni dwar kemm hu mifrux f'partijiet oħra tad-dinja. Huwa maħsub b'mod ġenerali wkoll li l-kummerċ tas-salamandri infettati jew portaturi jikkontribwixxi għat-tixrid tal-Bsal.

(3)

Skont id-dejta disponibbli, jeżisti l-kummerċ ta' speċijiet ta' salamandri reżistenti, iżda wkoll ta' salamandri suxxettibbli. Id-Direttiva 92/65/KEE (5) tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fl-Unjoni ta' annimali, semen, ova u embrijuni li mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali stabbiliti fl-atti speċifiċi tal-Unjoni msemmija fl-Anness F tagħha. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali, u d-Direttiva 92/65/KEE fost dawn, fil-preżent ma tistabbilixxix rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali speċifiċi għall-kummerċ tas-salamandri jew għall-importazzjoni ta'dawn fl-Unjoni, li jkunu effettivi biex jipproteġu s-saħħa tal-annimali kontra t-tifrix tal-Bsal fl-Unjoni.

(4)

Fl-assistenza xjentifika u teknika tagħha dwar is-sopravvivenza, l-istabbiliment u t-tifrix tal-Batrachochytrium salamandrivorans (il-Bsal) fl-UE (6) (l-Assistenza EFSA), l-EFSA vvalutat il-potenzjal tal-Bsal li jaffettwa s-saħħa ta' salamandri selvaġġi u miżmumin fl-Unjoni, l-effikaċja u l-fattibbiltà ta' projbizzjoni fuq il-moviment ta' salamandri kkummerċjalizzati, il-validità, l-affidabbiltà u r-robustezza tal-metodi dijanjostiċi disponibbli għad-detezzjoni tal-Bsal, u metodi possibbli alternattivi u miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju fattibbli biex ikun żgurat il-kummerċ sikur internazzjonali u intra-Unjoni tas-salamandri.

(5)

Skont l-Assistenza EFSA, il-kwarantina tas-salamandri, l-ittestjar tas-salamandri biex jintwera li jkunu ħielsa mill-infezzjoni bil-Bsal, ir-restrizzjoni tal-moviment tas-salamandri, proċeduri iġjeniċi u miżuri ta' bijosigurtà jew it-trattament tas-salamandri kontra l-Bsal huma miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju importanti li jipprevjenu t-tixrid ta' dik il-marda.

(6)

L-Assistenza EFSA enfasizzat ukoll ħafna lakuni u inċertezzi fl-għarfien attwali dwar il-Bsal. B'mod partikolari, hi kkonkludiet li minħabba l-kumplessità tat-tassonomija, u minħabba n-nuqqas ta' evidenza attwali dwar liema speċijiet huma suxxettibbli għall-Bsal, ir-regoli fil-livell tal-ordni tassonomika x'aktarx li jkunu aktar effikaċi u aktar fattibbli minn regoli speċifiċi għal kull speċi.

(7)

Għalhekk jixraq li jiġu stabbiliti miżuri għall-protezzjoni tas-saħħa fuq il-kummerċ intra-Unjoni ta' konsenji ta' salamandri u fuq l-introduzzjoni ta' dawn il-konsenji fl-Unjoni għall-ordni tassonomika Caudata, biex ikun żgurat li l-Bsal ma jinxteridx mill-kummerċ intra-Unjoni ta' dawn l-annimali u mill-introduzzjoni ta' dawn l-annimali fl-Unjoni. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jqisu l-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju msemmijin fl-Assistenza EFSA, u b'mod partikolari jipprevedu l-kwarantina xierqa, l-ittestjar dijanjostiku u t-trattament tas-salamandri, u ċ-ċertifikazzjoni tal-istatus ta' saħħa tagħhom biex jiġu kkummerċjati fl-Unjoni u biex jiddaħħlu fl-Unjoni. Dawn il-miżuri huma ta' emerġenza, u mhumiex meqjusa bħala miżuri speċifiċi fit-tifsira tal-Artikolu 18(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE.

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa li japplikaw għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi elenkati fl-Anness I tiegħu, u l-amfibji qegħdin imniżżlin fost l-annimali elenkati f'dak l-Anness. Jenħtieġ li l-miżuri għall-protezzjoni tas-saħħa tal-annimali stipulati f'din id-Deċiżjoni ma japplikawx għall-movimenti mhux kummerċjali ta' salamandri domestiċi li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, minħabba l-ispeċifiċitajiet ta' dawk il-movimenti u minħabba n-nuqqas ta' informazzjoni dwar dawk il-movimenti.

(9)

Jenħtieġ li dawn il-miżuri japplikaw minkejja regoli oħrajn tal-Unjoni li huma potenzjalment rilevanti għall-kummerċ u għall-introduzzjoni tas-salamandri, b'mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 (8).

(10)

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) daħħlet l-infezzjoni bil-Bsal fil-Kodiċi tagħha dwar is-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi waqt il-85 Laqgħa Ġenerali tagħha bejn il-21 u s-26 ta' Mejju 2017. Iżda għad ma hemmx standards internazzjonali dettaljati, u hemm nuqqas ta' informazzjoni dwar il-kapaċitajiet tekniċi tas-servizzi veterinarji u tal-laboratorji madwar id-dinja biex jittestjaw għall-Bsal, filwaqt li partijiet ikkonċernati fl-Unjoni Ewropea qegħdin fuq quddiem fil-progress tad-dijanjożi u tat-trattament tal-Bsal u fil-manuvrar sikur ta' salamandri kkummerċjati. Għalhekk jixraq li l-parti l-kbira tal-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju, b'mod partikolari l-kwarantina fi stabbiliment xieraq, l-ittestjar u t-trattament ta' salamandri negozjati u mdaħħlin fl-UE jenħtieġ li jsiru minn awtoritajiet veterinarji kompetenti, minn operaturi u minn laboratorji fl-Unjoni.

(11)

Skont l-Assistenza EFSA, jista' jkun li l-Bsal jiġi trażmess minn speċi ta' salamandri għal oħra li jkunu nattivi ta' żoni differenti, u jista' jkun hemm kontaminazzjoni inkroċjata f'diversi stabbilimenti li jrabbu, li jiġbru jew li jiddistribwixxu s-salamandri. Minħabba f'hekk, jeżisti r-riskju li s-salamandri kkummerċjati jaqbadhom il-Bsal, jiġu minn fejn jiġu, u tkun xi tkun il-qagħda tal-ispeċi fin-natura. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-konsenji kollha ta' salamandri maħsubin għall-kummerċ intra-Unjoni, jew maħsubin biex jiddaħħlu fl-Unjoni jiġu suġġetti għall-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju.

(12)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet minimi għall-istabbilimenti xierqa biex jintużaw għall-kwarantina tas-salamandri biex tkun żgurata l-bijosigurtà tagħhom, u l-immaniġġar tas-salamandri li jmutu f'dawk l-istabbilimenti jenħtieġ li jsir skont ir-regoli speċifiċi eżistenti stabbiliti fir-Regolament dwar il-prodotti sekondarji tal-Annimali (9).

(13)

Rigward id-daqs tal-unitajiet epidemjoloġiċi fil-kwarantina, għandu jiġi speċifikat daqs minimu li jkun eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni ta' riżultati negattivi tal-ittestjar dijanjostiku minħabba s-sensittività limitata tal-aħjar assaġġ ta' traskriptażi inversa u reazzjoni katina bil-polimerażi f'ħin reali disponibbli, li jkun affidabbli biżżejjed biex jintuża biss jekk l-unitajiet epidemjoloġiċi jkun fihom għallinqas 62 salamandra.

(14)

Is-salamandri li jkunu għaddew mill-kwarantina u l-ittestjar b'riżultati negattivi, jew bi trattament sodisfaċenti fl-Unjoni jenħtieġ li ma jerġgħux jiġu soġġetti għall-kwarantina jew għall-ittestjar għal darba oħra, dejjem jekk ikunu nżammu iżolati minn salamandri bi status ta' saħħa differenti minn tagħhom fi stabbiliment xieraq.

(15)

Rigward it-trattamenti, dawn jenħtieġ li jiġu speċifikati u jkunu jaqblu mal-protokolli li diġà huma deskritti fil-litteratura evalwata bejn il-pari enfasizzata mill-Assistenza EFSA jew ma' oħrajn komparabbli.

(16)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita lista ta' pajjiżi terzi approvati biex joħorġu ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' konsenji ta' salamandri, u din trid tkun limitata għal dawk il-pajjiżi li diġà taw biżżejjed garanziji li ma jippermettux ċertifikazzjoni qarrieqa u frodulenti fil-ħruġ taċ-ċertifikati, li għallinqas ikunu ekwivalenti għad-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE (10). Għalhekk jixraq li nirreferu għal-listi li diġà jeżistu fil-kuntest tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti oħra. Dawn il-pajjiżi terzi qegħdin elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE (11), fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (12), fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (13), fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2009 (14), fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (15), jew fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 (16), rispettivament.

(17)

Jenħtieġ li l-konsenji tas-salamandri jiddaħħlu fl-Unjoni biss jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha u jekk l-awtorità veterinarja kompetenti tal-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul tista' taċċerta li l-konsenji se jiġu aċċettati minn operatur li jkun responsabbli minn stabbiliment xieraq tad-destinazzjoni li se jdaħħalhom fil-kwarantina kif jenħtieġ.

(18)

Il-wasla reali fil-post ta' kwarantina tal-konsenji ta' salamandri ġejjin minn pajjiżi terzi li jiddaħlu fl-Unjoni jenħtieġ li tiġi rreġistrata fil-verżjoni elettronika tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul stabbilit fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2004 (17) u ġestit mis-sistema tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti veterinarji magħrufa bħala TRACES, biex l-awtorità kompetenti veterinarja tal-post ta' spezzjoni fil-punt tad-dħul tkun infurmata bil-wasla tagħhom b'mod affidabbli.

(19)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tipprevedi perjodu ta' tranżizzjoni biex l-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi jkollhom iż-żmien li jistabbilixxu l-proċeduri meħtieġa biex ikunu f'pożizzjoni li jikkonformaw mar-regoli stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. Dan il-perjodu jrid jiġi limitat għal ftit xhur. Sadattant jenħtieġ li jkunu qed japplikaw diġà l-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju bbażati fuq il-livell ta' protezzjoni meħtieġ mill-Istati Membri ta' destinazzjoni.

(20)

Huwa mistenni li fis-snin li ġejjin ikun hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar il-Bsal minn sorsi xjentifiċi u mir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali li jitwettqu mill-Istati Membri, li tissupplimenta l-għarfien attwali dwar dik il-marda. Għalhekk jenħtieġ li l-miżuri ta' protezzjoni tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f'din id-Deċiżjoni jkunu temporanji. Madankollu jenħtieġ li dawn japplikaw għallinqas sal-31 ta' Diċembru 2019 biex ikun hemm biżżejjed żmien li l-Istati Membri jimplimentawhom u sussegwentement jirrappurtaw dwarhom u jiġu kkunsidrati, filwaqt li jistgħu jiġu stabbiliti regoli permanenti tal-UE dwar is-saħħa tal-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali, li japplikaw mid-data tal-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament.

(21)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-miżuri ta' protezzjoni tas-saħħa tal-annimali għall-kummerċ intra-Unjoni ta' konsenji ta' salamandri u għall-introduzzjoni ta' dawn il-konsenji fl-Unjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“salamandri” huma l-amfibji kollha tal-ordni Caudata;

(b)

“Bsal” huwa l-fungus Batrachochytrium salamandrivorans (kingdom fungi, Phylum Chytridiomycota, ordni Rhizophydiales);

(c)

“unità epidemjoloġika” hija grupp ta' salamandri li għandhom l-istess possibbiltà li jkunu esposti għall-Bsal;

(d)

“kwarantina” hija ż-żamma tas-salamandri fl-iżolament mingħajr kuntatt dirett jew indirett ma' salamandri minn barra l-unità epidemjoloġika, bil-għan li jkun żgurat li ma jkunx hemm tixrid tal-Bsal waqt li l-annimali fl-iżolament ikunu qed jiġu osservati għal tul ta' żmien speċifikat u, jekk hemm bżonn, jiġu ttestjati u ttrattati;

(e)

“operatur” huwa kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun responsabbli mis-salamandri, anki jekk għal żmien limitat, iżda li ma tinkludix nies li jżommu s-salamandri bħala annimali ta' kumpanija;

(f)

“stabbiliment xieraq” huwa bini:

(i)

fejn is-salamandri jinżammu fil-kwarantina qabel ma jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor jew wara li jiddaħħlu fl-Unjoni; u

(ii)

irreġistrat mill-awtorità kompetenti qabel id-data tal-bidu ta' kwalunkwe kwarantina;

(g)

“test dijanjostiku xieraq” huwa assaġġ ta' traskriptażi inversa u reazzjoni katina bil-polimerażi f'ħin reali li fih primers STerF u STerR speċifiċi skont l-ispeċi biex jamplifikaw framment ta' DNA tal-Bsal ta' 119-il nukleotida;

(h)

“dokument veterinarju komuni għad-dħul” jew “CVED” huwa d-dokument li jinnotifika l-wasla tal-annimali fl-Unjoni kif previst fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 282/2004 u li hu mfassal skont il-mudell stabbilit fl-Anness I tiegħu, u ġestit mis-sistema tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti veterinarji magħrufa bħala TRACES.

(i)

“każ ikkonfermat ta' Bsal” ifisser il-konferma tal-preżenza tal-Bsal jew tal-materjal ġenetiku tiegħu fuq it-tessut jew fit-tessut tas-salamandri mit-test dijanjostiku rilevanti;

Artikolu 3

Kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-kummerċ intra-Unjoni tas-salamandri

1.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu li jintbagħtu konsenji ta' salamandri lil Stat Membru ieħor ħlief meta dawn il-konsenji jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li ġejjin:

(a)

ikollhom magħhom ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jikkonforma mal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali stabbilit fil-Parti A tal-Anness I;

(b)

jeħtieġ li s-salamandri ma jurux sinjali kliniċi ta' Bsal, b'mod partikolari ma għandux ikollhom selħiet jew ulċeri jidhru fuq il-ġilda meta jiġu eżaminati mill-veterinarju uffiċjali; dik l-eżaminazzjoni trid issir waqt l-aħħar 24 siegħa qabel il-ħin li tintbagħat il-konsenja lejn l-Istat Membru tad-destinazzjoni;

(c)

is-salamandri jridu jkunu ġejjin minn popolazzjoni li fiha ma kienx hemm mortalitajiet ikkawżati mill-Bsal, u li ma fihiex sinjali tal-Bsal, b'mod partikolari huwa importanti li l-operatur ma jkunx osserva selħiet u ulċeri fuq il-ġilda tal-annimali f'din il-popolazzjoni;

(d)

il-konsenja jenħtieġ li tkun tikkonsisti minn:

(i)

mill-inqas 62 salamandri li jkunu għaddew mill-kwarantina bħala unità epidemjoloġika waħda fi stabbiliment xieraq li jikkonforma mal-kundizzjonijiet minimi stabbiliti fl-Anness II għal perjodu ta' mill-inqas sitt ġimgħat eżatt qabel id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali stabbilit fil-Parti A tal-Anness I, u l-kampjuni fuq tampuni, mill-ġilda tas-salamandri fil-konsenja jeħtieġ li jkunu ġew ittestjati bit-test dijanjostiku rilevanti u taw riżultati negattivi waqt il-ħames ġimgħa tal-perjodu tal-kwarantina, bi qbil mad-daqsijiet tal-kampjuni stabbiliti fil-punt 1(a) tal-Anness III; jew

(ii)

is-salamandri li jkunu ngħataw trattament kontra l-Bsal li jissodisfa lill-awtorità kompetenti bi qbil mal-punt 1(b) tal-Anness III.

2.   Meta l-konsenji tas-salamandri jkunu ddaħħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz u jkunu diġà għaddew mill-kwarantina fi stabbiliment xieraq tad-destinazzjoni, bi qbil mal-Artikolu 6, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw li jintbagħtu fi Stat Membru ieħor biss meta dawn il-konsenji jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fil-paragrafu 1(a), (b) u (c);

(b)

is-salamandri jkunu nżammu fil-kwarantina fl-istabbiliment xieraq li jikkonforma mal-kundizzjonijiet minimi stabbiliti fl-Anness II, bejn tmiem il-perjodu tal-kwarantina wara li jkunu ddaħħlu fl-Unjoni u l-ħruġ taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali stabbilit fil-Parti A tal-Anness I.

Artikolu 4

Il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-introduzzjoni ta' konsenji ta' salamandri fl-Unjoni

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu li jiddaħħlu konsenji ta' salamandri fl-Unjoni minn pajjiż terz ħlief meta dawn il-konsenji jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li li ġejjin:

(a)

ikunu ġejjin minn pajjiżi terzi elenkati f'wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE,

(ii)

il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE,

(iii)

l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008,

(iv)

il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009,

(v)

il-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010,

jew

(vi)

l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010.

(b)

ikollhom magħhom ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jikkonforma mal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali stabbilit fil-Parti B tal-Anness I;

(c)

jenħtieġ li s-salamandri ma jurux sinjali kliniċi ta' Bsal, b'mod partikolari ma għandux ikollhom selħiet jew ulċeri jidhru fuq il-ġilda meta jiġu eżaminati mill-veterinarju uffiċjali; u dik l-eżaminazzjoni trid tkun saret waqt l-aħħar 24 siegħa qabel il-ħin li tintbagħat il-konsenja lejn l-Unjoni;

(d)

qabel ma jinħareġ iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fil-punt (b), l-unità epidemjoloġika tas-salamandri fil-konsenja jeħtieġ li tkun ġiet iżolata minn salamandri oħrajn mhux aktar tard mill-ħin tal-eżaminazzjoni biex jinħareġ iċ-ċertifikat, u minn dak iż-żmien ma jridux ikunu ġew f'kuntatt ma' salamandri oħrajn.

Artikolu 5

Attestazzjoni dwar l-istabbiliment xieraq tad-destinazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera ma jaċċettawx li jiddaħħlu fl-Unjoni konsenji ta' salamandri mingħajr ma tingħata attestazzjoni bil-miktub mill-importaturi jew mill-aġenti tagħhom, miktuba b'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni, li tkun iffirmata mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-istabbiliment xieraq tad-destinazzjoni, li tiddikjara:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment xieraq tad-destinazzjoni;

(b)

li l-istabbiliment xieraq tad-destinazzjoni jikkonforma mal-kundizzjonijiet minimi stabbiliti fl-Anness II;

(c)

li l-konsenja tas-salamandri tkun aċċettata għall-kwarantina.

Artikolu 6

Ir-regoli tal-kwarantina għall-konsenji ta' salamandri li jiddaħħlu fl-Unjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

1.

Il-veterinarju uffiċjali jew approvat responsabbli mill-istabbiliment xieraq tad-destinazzjoni jirreġistra l-wasla tal-konsenja ta' salamandri li ddaħħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz fil-Kaxxa 45 tal-Parti 3 fil-verżjoni elettronika tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul.

2.

Il-veterinarju uffiċjali jew approvat jiżgura li l-operatur iżomm il-konsenja ta' salamandri fil-kwarantina fl-istabbiliment xieraq tad-destinazzjoni bħala unità epidemjoloġika waħda.

3.

Il-veterinarju uffiċjali jew approvat jispezzjona l-kundizzjonijiet tal-kwarantina għal kull konsenja ta' salamandri, u jeżamina r-rekords tal-mortalità u jagħmel spezzjoni klinika tas-salamandri fl-istabbiliment xieraq tad-destinazzjoni, u joqgħod attent b'mod partikolari għal selħiet jew ulċeri fuq il-ġilda.

4.

Meta konsenja fiha 62 salamandra jew aktar, il-veterinarju uffiċjali jew approvat iwettaq il-proċeduri tal-eżaminazzjoni, tal-kampjunar, tal-ittestjar u tat-trattament tal-Bsal bi qbil mal-proċeduri msemmijin fil-punti 1 u 2 tal-Anness III, wara l-wasla tal-konsenja ta' salamandri fl-istabbiliment xieraq tad-destinazzjoni.

5.

Meta l-konsenja jkun fiha inqas minn 62 salamandri, il-veterinarju uffiċjali jew approvat jiżgura li l-konsenja tiġi ttrattata kontra l-Bsal skont il-punt 3 tal-Anness III, b'mod li jissodisfa l-awtorità kompetenti.

6.

Il-veterinarju uffiċjali jew approvat jirrilaxxa l-konsenja ta' salamandri mill-istabbiliment xieraq tad-destinazzjoni permezz ta' awtorizzazzjoni bil-miktub:

(a)

fil-każ tal-ittestjar kif imsemmi fil-punt 1(a) tal-Anness III, dejjem jekk ikunu għaddew mill-inqas sitt ġimgħat mid-data tal-bidu tal-perjodu ta' kwarantina u mhux qabel ma jaslu r-riżultati negattivi tat-testijiet, skont liema jiġi l-aħħar, jew

(b)

fil-każ tat-trattament kif imsemmi fil-punt 1(b) tal-Anness III, wara li t-trattament ikun tlesta b'mod sodisfaċenti.

Artikolu 7

Il-miżuri li jridu jittieħdu jekk ikun hemm każ ikkonfermat tal-Bsal fi stabbiliment xieraq tad-destinazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk waqt il-kwarantina jiġi kkonfermat li jkun hemm mill-inqas salamandra waħda minn unità epidemjoloġika li tkun infettata bil-Bsal, jittieħdu l-miżuri li ġejjin mill-istabbiliment xieraq tad-destinazzjoni:

(a)

is-salamandri kollha fl-istess unità epidemjoloġika:

(i)

jew jingħataw trattament kontra l-Bsal li jissodisfa lill-awtorità kompetenti bi qbil mal-punt 3 tal-Anness III; inkella

(ii)

jinqatlu u jiġu skartati bħala prodotti sekondarji tal-annimali bi qbil mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

(b)

wara li jitlestew il-miżuri msemmijin fil-punt (a), il-post fl-istabbiliment xieraq tad-destinazzjoni fejn tkun inżammet l-unità epidemjoloġika jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat b'mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti.

2.   L-awtorità kompetenti tista' teħtieġ l-ittestjar tas-salamandri ttrattati biex tiġi vverifikata l-effikaċja tat-trattament imsemmi fil-punt 1(a)(i) u tista' teħtieġ trattamenti ripetuti, skont il-bżonn, biex tipprevjenti t-tifrix tal-Bsal.

Artikolu 8

Spejjeż

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispejjeż kollha tal-kwarantina, tal-ittestjar, u fejn hemm bżonn, tal-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju u tat-trattamenti jitħallsu mill-operatur jew mill-importatur.

Artikolu 9

Ir-rekwiżiti tar-rappurtar annwali

Mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju ta' kull sena, mill-2019 'il quddiem, dawk l-Istati Membri li kellhom konsenji ta' salamandri fis-sena preċedenti, għandhom jippreżentaw l-informazzjoni għas-sena preċedenti lill-Kummissjoni u jiddistingwu bejn l-informazzjoni marbuta mal-kummerċ intra-Unjoni u l-introduzzjoni ta' konsenji ta' salamandri fl-Unjoni:

(a)

l-għadd ta' unitajiet epidemjoloġiċi li kien fihom mill-inqas każ wieħed ta' Bsal ikkonfermat;

(b)

l-għadd ta' unitajiet epidemjoloġiċi ttrattati mingħajr ma kien fihom każ ikkonfermat;

(c)

kull informazzjoni oħra li jqisu li tkun rilevanti dwar l-ittestjar, it-trattament jew l-immaniġġjar tal-konsenji u dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 10

Miżuri tranżizzjonali

1.   Għal perjodu tranżizzjonali sas-6 ta' Settembru 2018, l-Istati Membri tad-destinazzjoni jistgħu jaċċettaw fit-territorju tagħhom konsenji ta' salamandri minn Stati Membri oħra li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-Annimali stabbiliti fl-Artikolu 3, f'kundizzjonijiet xierqa tal-mitigazzjoni tar-riskju li jiġu ddeterminati mill-awtorità kompetenti wara konsultazzjoni mal-operaturi, u jekk ikun hemm bżonn, mal-Istat Membru tal-oriġini.

2.   Għal perjodu tranżizzjonali sas-6 ta' Settembru 2018, daħħal id-data ta' 6 xhur wara l-pubblikazzjoni], l-Istati Membri tad-destinazzjoni jistgħu jaċċettaw fit-territorju tagħhom konsenji ta' salamandri li jiddaħħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fl-Artikolu 4, dejjem jekk jiġu ttrattati bi qbil mal-Artikoli 5 sa 7.

Artikolu 11

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2019.

Artikolu 12

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(3)  EFSA Journal (2017); 15(11):5071

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Il-liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).

(6)  EFSA Journal 2017;15(2):4739.

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE tas-17 ta' Diċembru 1996 dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali, (ĠU L 13, tas-16.1.1997, p. 28).

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 93/195/KEE u 94/63/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).

(13)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(14)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2009 tad-9 ta' Frar 2009 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom, għall-importazzjoni fil-Komunità, jew għat-tranżitu minnha, ta' laħam ta' leporidae selvaġġi, ta' ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta' fniek imrobbija fl-irziezet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 39, 10.2.2009, p. 12).

(15)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).

(16)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta' Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (KE) Nru 282/2004 tal-Kummissjoni tat-18 ta' Frar 2004 li jintroduċi dokument għad-dikjarazzjoni, u kontroll veterinarju, fuq annimali minn pajjiżi terzi li deħlin fil-Komunità (ĠU L 49, 19.2.2004, p. 11);


ANNESS I

PARTI A

ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI

għall-kummerċ intra-Unjoni tas-salamandri

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PARTI B

ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI

għall-introduzzjoni ta' konsenji ta' salamandri fl-Unjoni Ewropea

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

KUNDIZZJONIJIET MINIMI GĦALL-ISTABBILIMENTI XIERQA TAD-DESTINAZZJONI

(1)

L-istabbiliment xieraq tad-destinazzjoni:

(a)

għandu sistema li tiżgura s-sorveljanza adegwata tas-salamandri;

(b)

huwa taħt il-kontroll ta' veterinarju uffiċjali jew approvat;

(c)

tnaddaf u ġie ddiżinfettat skont l-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti.

(2)

L-operatur tal-istabbiliment xieraq jiżgura li:

(a)

isir tindif u diżinfezzjoni tal-akkwarji, taċ-ċestuni jew ta' oġġetti oħra li jistgħu jferrxu l-fungus li ntużaw għat-trasportazzjoni tas-salamandri, jekk dawn l-oġġetti ma jinqerdux, b'mod li jipprevjeni t-tifrix tal-Bsal.

(b)

il-materjal ta' skart u l-ilma skartat jinġabar b'mod regolari, jinħażen, imbagħad jiġi ttrattat b'mod li jipprevjeni t-tifrix tal-Bsal;

(c)

il-karkassi ta' salamandri fil-kwarantina jiġu eżaminati f'laboratorju li jkun indikat mill-awtorità kompetenti;

(d)

it-testijiet u t-trattamenti tas-salamandri meħtieġa jsiru b'konsultazzjoni mal-veterinarju uffiċjali jew approvat jew taħt il-kontroll tiegħu.

(3)

L-operatur tal-istabbiliment xieraq tad-destinazzjoni jinforma lill-veterinarju uffiċjali jew approvat dwar il-mard u l-imwiet tas-salamandri waqt il-kwarantina.

(4)

L-operatur tal-istabbiliment xieraq tad-destinazzjoni jżomm rekord:

(a)

tad-data, tal-għadd u tal-ispeċijiet tas-salamandri li jidħlu u joħorġu f'kull konsenja;

(b)

tal-kopji taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u tad-dokumenti veterinarji komuni għad-dħul li jakkumpanjaw il-konsenja ta' salamandri;

(c)

tal-każijiet ta' mard u tal-għadd ta' mwiet kuljum;

(d)

id-dati u r-riżultati tal-ittestjar;

(e)

tat-tipi ta' trattament u d-dati tagħhom, u tal-għadd ta' annimali li sar fuqhom.


ANNESS III

IL-PROĊEDURI TAL-EŻAMINAZZJONI, TAL-KAMPJUNAR, TAL-ITTESTJAR U TAT-TRATTAMENT GĦALL-BSAL

(1)

Waqt il-kwarantina s-salamandri jiġu soġġetti għall-proċeduri li ġejjin:

(a)

Jekk id-daqs tal-unità epidemjoloġika huwa ta' 62 jew iżjed, il-kampjuni meħudin b'tampun minn fuq il-ġilda tas-salamandri fil-kwarantina jridu jiġu eżaminati bit-test dijanjostiku rilevanti taħt il-kontroll tal-veterinarju uffiċjali jew approvat waqt il-ħames ġimgħa ta' wara d-dħul tagħhom fl-istabbiliment xieraq, skont id-daqsijiet tal-kampjuni stipulati fit-tabella ta' referenza, dejjem jekk l-operatur ma jagħżilx li jsegwi t-trattament skont il-punt (b).

Tabella ta' Referenza (1):

Id-daqs tal-unità epidemjoloġika

62

186

200

250

300

350

400

450

Id-daqs tal-kampjun

62

96

98

102

106

108

110

111

(b)

Jekk l-operatur jagħżel wieħed mit-trattamenti elenkati fil-punt (3) jew f'kull każ meta d-daqs tal-unità epidemjoloġika tkun inqas minn 62, jenħtieġ li s-salamandri kollha fil-konsenja jiġu ttrattati kontra l-Bsal mill-operatur taħt il-kontroll tal-veterinarju uffiċjali jew approvat, b'mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti.

(c)

Fil-każijiet imsemmijin fil-punt (b) il-veterinarju uffiċjali jew approvat jista' jitlob l-ittestjar rappreżentattiv tal-unità epidemjoloġika bit-test dijanjostiku rilevanti qabel ma jsir it-trattament, biex jissorvelja għall-preżenza tal-Bsal, jew, wara t-trattament, biex jivverifika li m'hemmx Bsal.

(d)

Il-kampjuni meħudin b'tampun minn fuq il-ġilda tas-salamandri l-mejtin kollha jew dawk kollha li huma morda klinikament, b'mod partikolari dawk li għandhom selħiet fuq il-ġilda, jenħtieġ li jiġu eżaminati taħt il-kontroll tal-veterinarju uffiċjali jew approvat, bit-test dijanjostiku rilevanti fil-ħin li jidhru s-selħiet fil-ġilda jew xi sinjali kliniċi oħra, jew fil-ħin li jmutu s-salamandri, liema minn dawn jiġri l-ewwel.

(e)

Is-salamandri kollha li jmutu fl-istabbiliment xieraq iridu jiġu soġġetti għal eżaminazzjoni post-mortem taħt il-kontroll tal-veterinarju uffiċjali jew approvat, b'mod partikolari għall-ittestjar għas-sinjali tal-Bsal, jew biex sa fejn hu possibbli, il-Bsal jiġi kkonfermat bħala l-kawża tal-mewt jew jiġi eskluż.

(2)

L-ittestjar kollu tal-kampjuni u l-eżaminazzjoni post-mortem li jsiru waqt il-kwarantina jridu jsiru fil-laboratorji indikati mill-veterinarju uffiċjali jew approvat.

(3)

It-trattamenti li ġejjin huma meqjusa li huma sodisfaċenti:

(a)

is-salamandri jinżammu f'temperatura ta' mill-inqas 25 °C għal mill-inqas 12-il jum;

(b)

is-salamandri jinżammu f'temperatura ta' mill-inqas 20 °C għal mill-inqas 10 ijiem flimkien ma' trattament f'banjijiet ta' sommersjoni fil-polimajżin E (2 000 IU/ml) darbtejn kuljum għal 10 minuti u wara jiġu sprejjati bil-vorikonażol (12,5 μg/ml);

(c)

kwalunkwe trattament ieħor li jkun irrappurtat f'artiklu evalwat bejn il-pari u ppubblikat f'ġurnal xjentifiku li jagħti riżultati kumparabbli ta' eliminazzjoni tal-Bsal.


(1)  B'assunzjoni ta' prevalenza tal-Bsal ta' 3 % fl-unità epidemjoloġika, u bi żgurar ta'rata ta' affidabbiltà ta' 95 % u s-sensittività tat-test dijanjostiku rilevanti kkalkolata li hi 80 %.


5.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/34


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/321

tat-2 ta' Marzu 2018

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/224 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali li jippermettu lis-servizz kummerċjali offrut mis-sistema stabbilita skont il-programm Galileo jissodisfa l-funzjoni prevista fl-Artikolu 2(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3)(d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/224 (2) jipprevedu li l-ispeċifikazzjonijiet ġenerali tas-servizz “preċiżjoni għolja SK” ipprovdut mis-servizz kummerċjali jinkludu żball ta' pożizzjonament ta' inqas minn deċimetru u li l-aċċess għal dan is-servizz “preċiżjoni għolja SK”, ikkontrollat minn fornitur ta' servizzi wieħed jew aktar, isir bi ħlas skont il-politika tal-ipprezzar fis-seħħ.

(2)

Madankollu jidher li aċċess bi ħlas għas-servizz ta' preċiżjoni għolja tas-servizz kummerċjali huwa ta' natura li jostakola l-iżvilupp tal-applikazzjonijiet li jużaw dan is-servizz u li jfixkel, b'mod partikolari fi ħdan l-Unjoni, it-tkabbir promettenti tal-attivitajiet ekonomiċi bbażati fuq it-teknoloġija tar-radjunavigazzjoni bis-satellita. Jista' jkun ukoll ta' ostakolu għall-introduzzjoni tas-sistema stabbilita skont il-programm Galileo fis-swieq dinjija, meta jitqies li s-sistemi kompetituri jipproponu li joffru s-servizzi ta' preċiżjoni għolja bla ħlas.

(3)

Barra minn hekk, l-intrapriżi tas-setturi li qegħdin jiżviluppaw, li probabbilment huma dawk li se jużaw l-aktar is-servizz kummerċjali ta' preċiżjoni għolja, bħalma huma dawk attivi fil-qasam tal-vetturi awtonomi, tar-robotika jew tad-drones, ma għandhomx bżonn preċiżjoni ta' pożizzjonament daqshekk għolja bħal dik prevista inizjalment għas-servizz kummerċjali. Għal dawn l-intrapriżi hija biżżejjed preċiżjoni ta' inqas minn żewġ deċimetri, u huwa aktar interessanti għalihom li minflok jitnaqqas il-ħin meħtieġ biex tinkiseb din il-preċiżjoni. Għaldaqstant, teżisti korrelazzjoni pożittiva bejn il-preċiżjoni tal-pożizzjonament u l-ħin meħtieġ biex tinkiseb din il-preċiżjoni. Għalhekk it-tnaqqis tal-preċiżjoni minima minn deċimetru wieħed għal żewġ deċimetri, se jiġi akkumpanjat minn tnaqqis tal-ħin meħtieġ biex tinkiseb il-preċiżjoni, varjabbli skont it-teknoloġija użata u l-ambjent u l-lokalizzazzjoni tal-utent.

(4)

Barra minn hekk, l-utenti li għandhom bżonn servizz li jkollu żball ta' pożizzjonament inqas minn dak li jista' joffri s-servizz “preċiżjoni għolja SK”, dejjem jistgħu jiksbuh mingħand intrapriżi li, diġà jipproponu servizzi kummerċjali li għandhom preċiżjoni bħal din b'mod lokalizzat.

(5)

Jeħtieġ li jiġi speċifikat ukoll li l-għotja tas-servizz ta' preċiżjoni tas-servizz kummerċjali bla ħlas ma tippreġudikax il-fatt li servizzi oħrajn ipprovduti mis-sistema stabbilita skont il-programm Galileo jkunu bi ħlas.

(6)

Għalhekk, huwa xieraq li jiġi previst b'mod korrelattiv, minn naħa, li l-aċċess għas-servizz “preċiżjoni għolja SK” ipprovdut mis-servizz kummerċjali jkun bla ħlas u, min-naħa l-oħra, li l-ispeċifikazzjonijiet ġenerali ta' dan is-servizz “preċiżjoni għolja SK” jinkludu żball ta' pożizzjonament ta' inqas minn żewġ deċimetri.

(7)

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-użu tas-servizz “preċiżjoni għolja SK”, huwa importanti li jsiru xi emendi żgħar fl-isem taż-żewġ fażijiet previsti sabiex jirriflettu aħjar ir-realtà.

(8)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/224 tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/224 huwa emendat kif ġej:

1)

Fir-ringiela bit-titlu “L-ispeċifikazzjonijiet ġenerali” u fil-kolonna bit-titlu “Preċiżjoni għolja SK”, it-test huwa sostitwit bit-test li ġej: “Il-forniment ta' dejta ta' preċiżjoni għolja sabiex jinkiseb żball tal-pożizzjonament ta' inqas minn żewġ deċimetri f'kundizzjonijiet normali ta' użu”;

2)

Fir-ringiela bit-titlu “L-aċċess għas-servizz” u fil-kolonna bit-titlu “Preċiżjoni għolja SK”, it-test huwa sostitwit bit-test li ġej: “- Aċċess bla ħlas”;

3)

Fir-ringiela bit-titlu “It-tnedija tas-servizz” u fil-kolonna bit-titlu “Preċiżjoni għolja SK”, il-kliem “Il-fażi tal-operazzjoni kummerċjali inizjali bejn l-2018 u l-2020 – Il-fażi tal-operazzjoni kummerċjali sħiħa mill-2020” huma sostiwiti bil-kliem “Il-fażi tal-forniment tas-sinjali inizjali bejn l-2018 u l-2020 - Il-fażi tal-prestazzjoni sħiħa tas-servizzi mill-2020”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/224 tat-8 ta' Frar 2017 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali li jippermettu lis-servizz kummerċjali offrut mis-sistema stabbilita skont il-programm Galileo jissodisfa l-funzjoni prevista fl-Artikolu 2(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 34, 9.2.2017, p. 36).


5.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/36


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/322

tat-2 ta' Marzu 2018

dwar is-sospensjoni tal-proċedura ta' eżaminazzjoni dwar ostakli għall-kummerċ li tikkonsisti f'miżuri adottati mir-Repubblika tat-Turkija li jaffettwaw il-kummerċ ta' karta ħielsa mill-injam mhux miksija

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) 2015/1843 tas-6 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (1) (ir-Regolament dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(2) tiegħu,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar l-Ostakli għall-Kummerċ,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' April 2017, il-Konfederazzjoni tal-Industriji tal-Karta Ewropej (“CEPI”) ippreżentaw ilment f'isem l-industrija tal-karta tal-Unjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament dwar l-Ostakli għall-Kummerċ.

(2)

CEPI sostniet li r-Repubblika tat-Turkija introduċiet fit-28 ta' Settembru 2015 sistema ta' sorveljanza tal-importazzjoni għal karta ħielsa mill-injam mhux miksija, li tinkludi rekwiżit ta' liċenzja ta' importazzjoni speċifika, trendi impossibbli l-importazzjoni taħt ċertu valur ta' limitu u toħloq ostakli għall-kummerċ tal-importazzjoni 'l fuq minn dak il-valur ta' limitu.

(3)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li l-ilment kien fih biżżejjed evidenza sabiex jiġġustifika l-bidu ta' proċedura ta' eżami. Avviż ta' Ftuħ ta' proċedura ta' eżami kien għalhekk ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-7 ta' Lulju 2017 (2).

(4)

Matul l-investigazzjoni, ir-Repubblika tat-Turkija rrevokat l-applikazzjoni tas-sistema ta' sorveljanza tal-importazzjoni fir-rigward ta' karta ħielsa mill-injam mhux miksija.

(5)

Minkejja r-revokazzjoni tal-miżura li tissuġġetta karta ħielsa mill-injam mhux miksija għas-sistema ta' sorveljanza, is-sistema ta' sorveljanza tkompli teżisti u tista' terġa' tiġi introdotta għal karta ħielsa mill-injam mhux miksija. Il-Kummissjoni tqis, għalhekk, li huwa xieraq li l-proċedura ma tiġix terminata iżda sospiża.

(6)

Il-Kummissjoni se ssegwi s-sitwazzjoni.

(7)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Ostakoli Kummerċjali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċedura ta' eżaminazzjoni li tikkonċerna l-ostakli għall-kummerċ, li tikkonsisti f'miżuri adottati mir-Repubblika tat-Turkija li jaffettwaw karta ħielsa mill-injam mhux miksija, hija b'dan sospiża.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 272, 16.10.2015, p. 1.

(2)  ĠU C 218, 7.7.2017, p. 20.


LINJI GWIDA

5.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/38


LINJA GWIDA (UE) 2018/323 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-22 ta' Frar 2018

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2013/7 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2018/8)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 5.1, 12.1 u 14.3 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2012/24) (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) ġie emendat biex: (i) jiċċara l-ambitu tal-aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp li jistgħu jiġu identitikati bħala parti mill-popolazzjoni attwali ta' rapportar mill-Kunsill Governattiv għall-finijiet ta' dak ir-Regolament, u (ii) biex jinkorpora l-possibilità illi dejta ta' grupp skont l-Artikolu 3a tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) tista' tiġi rrapportata direttament lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Linja Gwida BĊE/2013/7, tal-Bank Ċentrali Ewropew (3) teħtieġ li tiġi emendata biex tieħu kont ta' dawn il-bidliet peress illi tistabbilixxi l-proċeduri li jridu jiġu segwiti mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) meta jirrapportaw lill-BĊE taħt ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24).

(2)

B'mod partikolari, l-Anness II li fih l-ittra tan-notifika tal-klassifikazzjoni bħala aġent li jirrapporta dejta ta' grupp bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) teħtieġ li tirrifletti l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-kriterji użati mill-Kunsill Governattiv biex jikklassifika l-aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp.

(3)

Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2013/7 għandha tiġi emendata f'dan is-sens,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida BĊE/2013/7 hija emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 3a, huwa miżjud il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Minkejja r-rekwiżit ta' rapportar speċifikat fil-paragrafu 1, BĊN jista' jiddeċiedi illi l-aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp.skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) għandhom jirrapportaw l-informazzjoni statistika speċifikata fil-Kapitolu 2 ta' Anness I ta' dak ir-Regolament lill-BĊE. F'dak il-każ, il-BĊN għandu jinforma lill-BĊE u lill-aġenti li jirrapportaw skont il-każ, u l-BĊE għandu jiddefinixxi u jimplimenta l-arranġamenti tar-rapportar li jridu jiġu segwiti mill-aġenti li jirrapportaw u jieħu f'idejh il-kompitu li jiġbor id-dejta meħtieġa direttament mill-aġenti li jirrapportaw.”;

2.

fl-Artikolu 4b, huwa miżjud il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Minkejja r-rekwiżit ta' rapportar speċifikat fil-paragrafu 1, BĊN jista' jiddeċiedi illi l-aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp.skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) għandhom jirrapportaw l-informazzjoni statistika speċifikata fil-Kapitolu 2 ta' Anness I ta' dak ir-Regolament lill-BĊE. F'dak il-każ, il-BĊN għandu jinforma lill-BĊE u lill-aġenti li jirrapportaw skont il-każ, u l-BĊE għandu jiddefinixxi u jimplimenta l-arranġamenti tar-rapportar li jridu jiġu segwiti mill-aġenti li jirrapportaw u jieħu f'idejh il-kompitu li jiġbor id-dejta meħtieġa direttament mill-aġenti li jirrapportaw.”;

3.

L-Anness II huwa sostitwit bl-Anness ta' din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

Din il-Linja Gwida għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida mill-1 ta' Ottubru 2018.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta' Frar 2018.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  ĠU L 305, 1.11.2012, p. 6.

(3)  Linja Gwida BĊE/2013/7 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Marzu 2013 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (ĠU L 125, 7.5.2013, p. 17).


ANNESS

L-Anness II għal-Linja Gwida BĊE/2013/7 huwa sostitwit minn dan li ġej:

ANNESS II

ITTRA TA' NOTIFIKA LILL-AĠENTI LI JIRRAPPORTAW DEJTA TA' GRUPP

Notifika tal-klassifikazzjoni bħala aġent li jirrapporta dejta ta' grupp skont ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24).

[Għażiż/a Sinjur/Sinjura]

Permezz tal-preżenti qegħdin ninnotifikawk, f'isem il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), li [isem legali tal-aġenti li jirrapportaw tad-dejta] ġie kklassifikat mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE bħala aġent li jirrapporta dejta ta' grupp għall-finijiet ta' statistika, skont l-Artikoli 2(1)(b) u 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24).

L-obbligi tar-rapportar ta' [isem legali tal-aġent li jirrapporta tad-dejta tal-grupp] bħala l-aġent li jirrapporta dejta ta' grupp huma stabbiliti fl-Artikolu 3a tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24).

Raġunijiet għall-klassifikazzjoni bħala “aġenti li jirrapporta dejta ta' grupp”

Il-Kunsill Governattiv iddetermina li [isem legali tal-aġent li jirrapporta dejta ta' grupp] jikkwalifika bħala l-aġent li jirrapporta dejta ta' grupp skont il-kriterji li ġejjin, taħt ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24):

(a)

[isem legali tal-aġent li jirrapporta dejta ta' grupp] huwa kap ta' grupp bankarju, kif iddefinit fl-Artikolu 1(10), u msemmi fl-Artikolu 2(1)(b)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) jew huwa istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja stabbilita fi Stat Membru parteċipanti li ma hijiex parti minn grupp bankarju (iktar 'il quddiem “entità”), skont l-Artikolu 2(1)(b)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24);

(b)

[isem legali tal-aġent li jirrapporta dejta ta' grupp] jilhaq il-kriterji li ġejjin [daħħal il-kriterji rilevanti li l-kap tal-grupp bankarju jew entità notifikati jissodisfaw biex jikkwalifikaw bħala aġent li jirrapoorta dejta ta' grupp, kif deċiż mill-Kunsill Governattiv]:

(i)

il-valur tal-assi totali tal-karta tal-bilanċ tal-grupp bankarju ta' [l-isem legali tal-aġent tar-rapportar ta' dejta ta' grupp]; jew l-assi totali tal-karta tal-bilanċ ta' [l-isem legali tal-aġent tar-rapportar ta' dejta ta' grupp] huma aktar minn 0,5 % tal-assi totali tal-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tal-gruppi bankarji tal-Unjoni Ewropea, skont id-dejta l-iktar riċenti disponibbli għall-BĊE, jiġifieri (a) dejta b'referenza għall-aħħar ta' Diċembru tas-sena kalendarja li tippreċedi meta ntbagħtet din l-ittra ta' notifika; jew (b) jekk id-dejta taħt (a) mhijiex disponibbli, dejta b'referenza għall-aħħar ta' Diċembru tas-sena preċedenti];

(ii)

[il-grupp bankarju jew entità huwa importanti għall-istabbiltà u l-funzjonament tas-sistema finanzjarja fiż-żona tal-euro għar-raġuni li ġejja: [żid hawnhekk il-ġustifikazzjoni li tagħmel il-grupp bankarju jew entità importanti għall-istabbiltà u l-funzjonament tas-sistema finanzjarja fiż-żona tal-euro, eż.:

il-grupp bankarju jew entità huma interkonnessi mill-qrib u b'mod estensiv ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħra fiż-żona tal-euro;

il-grupp bankarju jew entità għandhom attività transkonfinali qawwija u estensiva;

l-attività tal-grupp bankarju jew entità hija fil-parti l-kbira tagħha kkonċentrata fuq settur wieħed tan-negozju bankarju taż-żona tal-euro, li għalih tirrappreżenta parteċipant ewlieni;

il-grupp bankarju jew entità għandhom struttura korporattiva kumplessa li tmur lil hinn mit-territorju domestiku;

il-grupp bankarju jew entità huwa superviżjonat direttament mill-BĊE;]

(iii)

[il-grupp bankarju jew entità huma importanti għall-istabbiltà u l-funzjonament tas-sistema finanzjarja fi [Stati Membri relevanti fiż-żona tal-euro] għar-raġuni li ġejja: [żid hawnhekk il-ġustifikazzjoni li tagħmel lill-grupp bankarju jew lill-entità importanti għall-istabbiltà u l-funzjonament tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri relevanti taż-żona tal-euro, eż:

il-grupp bankarju jew entità huma interkonnessi mill-qrib u b'mod estensiv ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħra fit-territorju domestiku;

l-attività tal-grupp bankarju jew entità hija fil-parti l-kbira kkonċentrata fi [speċifika s-settur tan-negozju bankarju], li fih huma parteċipanti ewlenin domestiċi;

il-grupp bankarju jew entità huma superviżjonati direttament mill-BĊE.]

Sors ta' informazzjoni li jappoġġja l-klassifikazzjoni bħala “aġent li jirrapporta dejta ta' grupp”

Il-BĊE jjikkalkula l-assi totali tal-karta tal-bilanċ tal-entitajiet jew gruppi bankarji tal-Unjoni Ewropea fuq il-bażi ta' informazzjoni miġbura mill-banek ċentrali nazzjonali fuq il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tal-gruppi bankarji fl-Istat Membru rilevanti, ikkalkulat skont l-Artikoli 18(1), 18(4), 18(8), 19(1), 19(3) u l-Artikolu 23 of Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

[Fejn meħtieġ, għandhom jiġu inklużi hawnhekk iktar spjegazzjonijiet tal-metodoloġija applikata għal kwalunkwe kriterji ta' inklużjoni addizzjonali miftiehma mill-Kunsill Governattiv.]

Oġġezzjonijiet u Rieżami mill-Kunsill Governattiv

Kwalunkwe talba għal rieżami mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE tal-klassifikazzjoni ta' [isem legali tal-aġent li jirrapporta dejta ta' grupp] bħala aġent li jirrapporta dejta ta' grupp bħala riżultat tal-ġustifikazzjonijiet msemmijin iktar 'il fuq għandha tiġi indirizzata lil [daħħal l-isem u l-indirizz tal-BĊN] fi żmien 15-il jum tax-xogħol tal-BĊE minn meta tiġi rċevuta din l-ittra. [Isem legali tal-aġent li jirrapporta dejta ta' grupp] għandu jinkludi r-raġunijiet għal din it-talba u kull informazzjoni ta' sostenn.

Data tal-bidu tal-obbligi ta' rapportar

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe oġġezzjoni, [isem legali tal-aġent li jirrapporta dejta ta' grupp] għandu jirrapporta informazzjoni statistika skont l-Artikolu 3a tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) sa [daħħal id-data tal-bidu tar-rapportar, jiġifieri mhux iktar tard minn sitt xhur wara li tintbagħat l-ittra].

Tibdil fl-istatus tal-entità nnotifikata

Inti mitlub tinforma lil [isem il-BĊN li qed jinnotifika] bi kwalunkwe bidla fl-isem jew forma legali, fużjoni, ristrutturar u kwalunkwe avvemiment jew ċirkustanza oħra f' [isem legali tal-aġent li jirrapporta dejta ta' grupp] li jistgħu jaffettwaw l-obbligi ta' rapportar ta' [isem legali tal-aġent li jirrapporta dejta ta' grupp], fi żmien 10 ijiem tax-xogħol tal-BĊE minn dak l-avveniment.

Minkejja li jkun seħħ dak l-avveniment, [isem legali tal-aġent li jirrapporta dejta ta' grupp] jibqa' suġġett għall-obbligi ta' rapportar stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) sakemm ninnotifikawk mod ieħor f'isem il-BĊE.

Dejjem tiegħek

[firma]


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).