ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 39

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
13 ta' Frar 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/207 tad-9 ta' Frar 2018 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Laguiole (DOP))

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/208 tat-12 ta' Frar 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 389/2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni ( 1 )

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/209 tat-8 ta' Frar 2018 dwar l-għoti ta' deroga mitluba mill-Irlanda skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (notifikata bid-dokument C(2018) 624)

5

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/210 tat-12 ta' Frar 2018 dwar l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma pluriennali LIFE għall-perjodu 2018-2020 ( 1 )

11

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

13.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/207

tad-9 ta' Frar 2018

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Laguiole” (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-Ispeċifikazzjoni tad-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta “Laguiole”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1770 (3).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għal emenda, permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4).

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Laguiole” (DOP) huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta' Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1770 tad-29 ta' Settembru 2015 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Laguiole (DOP)) (ĠU L 258, 3.10.2015, p. 1).

(4)  ĠU C 361, 25.10.2017, p. 42.


13.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/208

tat-12 ta' Frar 2018

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 389/2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 12 u 19 tagħha,

Billi:

(1)

Is-sistema ta' reġistri tiżgura l-kontabbiltà preċiża tat-tranżazzjonijiet skont l-iskema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (EU ETS) imwaqqfa bid-Direttiva 2003/87/KE, bil-Protokoll ta' Kjoto u bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Ir-reġistri huma bażijiet tad-dejta elettroniċi standardizzati u siguri li fihom elementi tad-dejta komuni sabiex jiġu segwiti l-ħruġ, iż-żamma, it-trasferiment u t-tħassir tal-unitajiet rilevanti, biex jipprovdu għall-aċċess pubbliku u l-kunfidenzjalità kif xieraq, u biex jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda trasferiment mhux kompatibbli mal-obbligi.

(2)

Fejn ikun neċessarju u sakemm ikun hemm bżonn sabiex tkun protetta l-integrità ambjentali tal-EU ETS, l-operaturi tal-avjazzjoni u operaturi oħrajn fl-EU ETS ma jistgħux jużaw il-kwoti maħruġa minn Stat Membru li jkun innotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”). Fid-dawl tan-negozjati skont l-Artikolu 50 tat-TUE, u skont l-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta regolarment jekk tkunx għadha neċessarja l-projbizzjoni fuq l-użu tal-kwoti, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet fejn id-dritt tal-Unjoni għadu ma waqafx japplika f'dak l-Istat Membru jew fejn huwa ggarantit suffiċjentement li l-kwoti jiġu ċeduti f'manjiera legalment inforzabbli qabel ma t-Trattati jieqfu japplikaw.

(3)

Jenħtieġ li mill-1 ta' Jannar 2018 dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta' urġenza sabiex isiru effettivi l-miżuri biex il-kwoti, riċevuti bi skambju ma' krediti internazzjonali jew irkantati fl-2018, jiġu allokati mingħajr ħlas. Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim fil-futur ma' tali Stat Membru.

(4)

Jenħtieġ li jkunu stabbiliti miżuri tekniċi xierqa biex tkun żgurata l-effettività ta' dan ir-Regolament fil-mument tal-applikazzjoni tiegħu.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 (3) huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 41, jiddaħħal il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Il-kwoti li jinħolqu mill-1 ta' Jannar 2018 skont it-Tabella ta' Allokazzjonijiet Nazzjonali jew it-tabella ta' intitolamenti ta' kreditu internazzjonali ta' Stat Membru li jkun innotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jew li jkunu se jiġu rkantati minn Pjattaforma tal-Irkant maħtura minn tali Stat Membru, għandhom ikunu identifikati permezz ta' kodiċi tal-pajjiż u għandhom ikunu jistgħu jintgħarfu skont is-sena tal-ħolqien tal-kwoti. Il-kwoti maħluqa għall-2018 ma għandhomx ikunu identifikati b'kodiċi tal-pajjiż fejn id-dritt tal-Unjoni għadu ma waqfx japplika f'dak l-Istat Membru sat-30 ta' April 2019 jew fejn huwa ggarantit suffiċjentement li l-kwoti jridu jiġu ċeduti sa mhux aktar tard mill-15 ta' Marzu 2019 f'manjiera legalment inforzabbli qabel ma t-Trattati jieqfu japplikaw f'dak l-Istat Membru. Wara l-15 ta' Marzu 2019 l-Istat Membru konċernat għandu minnufih jirrapporta dwar il-konformità lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni.”

2.

Fl-Artikolu 67, jiddaħħal il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Il-kwoti li jkollhom kodiċi tal-pajjiż skont l-Artikolu 41(4) ma jistgħux jiġu ċeduti.”

3.

Fl-Artikolu 99, jiddaħħlu l-paragrafi 4 u 5 li ġejjin:

“4.   Il-Kummissjoni tista' tagħti struzzjoni lill-amministratur ċentrali biex temporanjament jissospendi l-aċċettazzjoni mill-EUTL tal-proċessi rilevanti tal-ETS mill-1 ta' Jannar 2018, sakemm ikunu ġew implimentati il-miżuri previsti fl-Artikolu 41(4), fl-Artikolu 67(4) u fil-punti 4(c) u 5(a) tal-Anness XIV.

5.   Il-Kummissjoni tista', anki wara talba ta' Stat Membru li jkun innotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-TUE, tagħti struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex jissospendi temporanjament l-aċċettazzjoni mill-EUTL tal-proċessi rilevanti għal dak l-Istat Membru b'rabta mal-allokazzjoni mingħajr ħlas, mal-irkantar u mal-iskambju ta' krediti internazzjonali.”.

4.

Fl-Anness XIV, il-punt 4(c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

l-ammont ta' kwoti jew ta' unitajiet ta' Kjoto involuti fit-tranżazzjoni, bil-kodiċi tal-pajjiż iżda mingħajr il-kodiċi uniku tal-identifikazzjoni tal-unità tal-kwoti u l-valur numeriku uniku tan-numru tas-serje tal-unitajiet ta' Kjoto;”.

5.

Fl-Anness XIV, il-punt 5(a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

l-ammonti attwalment miżmuma ta' kwoti jew ta' unitajiet ta' Kjoto bil-kodiċi tal-pajjiż iżda mingħajr il-kodiċi uniku tal-identifikazzjoni tal-unità tal-kwoti u l-valur numeriku uniku tan-numru tas-serje tal-unitajiet ta' Kjoto;”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 u (UE) Nru 1193/2011 (ĠU L 122, 3.5.2013, p. 1).


DEĊIŻJONIJIET

13.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/5


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/209

tat-8 ta' Frar 2018

dwar l-għoti ta' deroga mitluba mill-Irlanda skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli

(notifikata bid-dokument C(2018) 624)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tistipula regoli dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli. Jekk l-ammont ta' demel li Stat Membru jkun beħsiebu japplika għal kull ettaru fis-sena jkun differenti minn dak speċifikat fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tad-Direttiva msemmija, dak l-ammont ta' demel għandu jiġi stabbilit b'mod li ma jippreġudikax il-kisba tal-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 91/676/KEE, u għandu jkun iġġustifikat abbażi ta' kriterji oġġettivi, bħal staġuni twal tat-tkabbir jew għelejjel b'rata għolja ta' assorbiment tan-nitroġenu.

(2)

Fit-22 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2007/697/KE (2) li tagħti deroga mitluba mill-Irlanda skont id-Direttiva 91/676/KEE biex tippermetti l-applikazzjoni ta' demel tal-bhejjem sa limitu ta' 250 kg ta' nitroġenu għal kull ettaru fis-sena, skont ċerti kundizzjonijiet, f'azjendi agrikoli b'tal-anqas 80 % ta' bwar, fil-kuntest tal-Programm ta' Azzjoni Irlandiż kif implimentat fir-Regolamenti tal-Komunitajiet Ewropej (Metodi ta' Biedja Għaqlija għall-Ħarsien tal-Ilmijiet) tal-2006 (Strument Statutorju Nru 378 tal-2006).

(3)

Fl-24 ta' Frar 2011, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2011/127/UE (3), li temenda d-Deċiżjoni 2007/697/KE u li testendi d-deroga sal-31 ta' Diċembru 2013, fil-kuntest tal-Programm ta' Azzjoni Irlandiż kif implimentat fir-Regolamenti tal-Komunitajiet Ewropej (Metodi ta' Biedja Għaqlija għall-Ħarsien tal-Ilmijiet) tal-2010 (Strument Statutorju Nru 610 tal-2010).

(4)

Fis-27 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2014/112/UE (4) li tagħti deroga mitluba mill-Irlanda skont id-Direttiva 91/676/KEE biex tippermetti l-applikazzjoni ta' demel tal-bhejjem sa limitu ta' 250 kg ta' nitroġenu għal kull ettaru fis-sena, skont ċerti kundizzjonijiet, f'azjendi b'tal-anqas 80 % ta' bwar, fil-kuntest tal-Programm ta' Azzjoni Irlandiż kif implimentat fir-Regolamenti tal-Komunitajiet Ewropej (Metodi ta' Biedja Għaqlija għall-Ħarsien tal-Ilmijiet) tal-2014 (Strument Statutorju Nru 31 tal-2014). Id-Deċiżjoni 2014/112/UE skadiet fil-31 ta' Diċembru 2017.

(5)

Id-deroga mogħtija bid-Deċiżjoni 2014/112/UE kienet tikkonċerna 6 802 azjenda agrikola fl-2016, li jikkorrispondu għal madwar 5,4 % tal-għadd totali ta' azjendi b'annimali li jirgħu, 20,2 % tal-għadd totali ta' unitajiet ta' bhejjem u 9,3 % tat-total nett ta' żoni agrikoli fl-Irlanda.

(6)

Fis-7 ta' Marzu 2017, l-Irlanda ressqet talba lill-Kummissjoni għal estensjoni tad-deroga skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE.

(7)

F'konformità mal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 91/676/KEE, l-Irlanda timplimenta programm ta' azzjoni fit-territorju kollu tagħha.

(8)

Id-dejta pprovduta mill-Irlanda fil-kuntest tal-obbligu ta' rappurtar kif rikjest mill-Artikolu 10 tad-Direttiva 91/676/KEE turi li, għall-perjodu 2012-2015, l-ilmijiet huma ġeneralment ta' kwalità tajba. L-istazzjonijiet ta' monitoraġġ kollha għall-ilma tal-pjan fl-Irlanda kellhom konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati taħt il-50 mg/l, u 87 % minn dawk l-istazzjonijiet ta' monitoraġġ kellhom konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati taħt il-25 mg/l. L-istazzjonijiet ta' monitoraġġ kollha għall-ilma tal-wiċċ fl-Irlanda kellhom konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati taħt l-40 mg/l, u 99,5 % minn dawk l-istazzjonijiet ta' monitoraġġ kellhom konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati taħt il-25 mg/l.

(9)

F'dawn l-aħħar snin l-għadd ta' bhejjem fl-Irlanda żdied. L-għadd ta' bhejjem tal-ifrat, ħnieżer u nagħaġ żdied rispettivament b'3,8 %, 3,7 % u 5,1 % mill-perjodu 2008-2011 sal-perjodu 2012-2015; dawn iż-żidiet ireġġgħu lura t-tnaqqis li ġie osservat fil-perjodu ta' rappurtar preċedenti. Il-piż medju ta' nitroġenu mid-demel tal-bhejjem fil-perjodu 2012-2015 kien ta' 104 kg/ha, simili għal dak tal-perjodu 2008-2011. Il-piż medju ta' fosforu mid-demel tal-bhejjem fil-perjodu 2012-2015 kien ta' 15 kg/ha, simili għal dak tal-perjodu 2008-2011 ukoll. L-użu medju tal-fertilizzant kimiku N naqas b'5 % fil-perjodu 2012-2015 meta mqabbel mal-perjodu 2008-2011. L-użu medju tal-fertilizzant kimiku P naqas b'32,7 % fil-perjodu 2012-2015 meta mqabbel mal-perjodu 2008-2011. Madankollu, l-użu medju tal-fertilizzant kimiku P fil-perjodu 2012-2015 kien għadu 9,5 % inqas meta mqabbel mal-użu medju tal-istess fertilizzant fil-perjodu 2004-2008 (5).

(10)

Fl-Irlanda, 92 % tal-art agrikola hija ddedikata għall-bwar. B'mod ġenerali, fl-azjendi tal-bwar, 50 % tal-art hija maħduma b'mod estensiv u għaldaqstant għandha densità tal-għelejjel u użu ta' fertilizzanti relattivament baxxi, 21 % tinħadem skont il-programmi agroambjentali, u 9,3 % biss tinħadem b'mod intensiv. 8 % tintuża bħala raba' maħdum. L-użu medju ta' fertilizzant kimiku fil-bwar huwa ta' 80 kg/ha ta' nitroġenu u 8 kg/ha ta' fosforu (5).

(11)

Il-klima Irlandiża, li hija kkaratterizzata minn kwantità annwali ta' xita mqassma b'mod indaqs matul is-sena u varjazzjoni relattivament żgħira fit-temperatura annwali, tiffavorixxi staġun twil ta' tkabbir tal-bwar li jvarja minn 330 jum fis-sena fil-parti tal-Lbiċ sa madwar 250 jum fis-sena fil-parti tal-Grigal (6).

(12)

Wara li eżaminat it-talba mill-Irlanda skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE, u fid-dawl tal-Programm ta' Azzjoni Irlandiż u tal-esperjenza miksuba mid-deroga prevista fid-Deċiżjonijiet 2007/697/KE u 2014/112/UE, il-Kummissjoni tqis li l-ammont ta' demel propost mill-Irlanda, li jikkorrispondi għal 250 kg ta' nitroġenu għal kull ettaru fis-sena, mhux se jkun ta' ħsara għall-kisba tal-għanijiet tad-Direttiva 91/676/KEE, sakemm ikunu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet individwali stretti li għandhom japplikaw għall-bdiewa koperti mill-awtorizzazzjoni.

(13)

It-tagħrif ta' sostenn ippreżentat mill-Irlanda juri li l-ammont propost ta' 250 kg ta' nitroġenu għal kull ettaru fis-sena għal azjendi b'tal-anqas 80 % ta' bwar huwa ġġustifikat abbażi ta' kriterji oġġettivi, bħal staġuni twal ta' tkabbir jew il-produttività għolja ta' ħaxix b'assorbiment għoli tan-nitroġenu.

(14)

Id-Deċiżjoni 2014/112/UE se tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017. Sabiex jiġi żgurat li l-bdiewa kkonċernati jkunu jistgħu jibqgħu jibbenefikaw mid-deroga, jixraq li din id-Direttiva tiġi adottata.

(15)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nitrati mwaqqaf skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/676/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Deroga

Id-deroga mitluba mill-Irlanda bl-ittra tas-7 ta' Marzu 2017, bil-għan li jiġi awtorizzat l-użu fuq l-art ta' ammont ta' demel tal-bhejjem ogħla minn dak previst fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE, hija mogħtija, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“azjendi tal-bwar” tfisser azjendi agrikoli fejn 80 % jew aktar taż-żoni agrikoli disponibbli għall-applikazzjoni tad-demel tkun ħaxix

(b)

“bhejjem li jirgħu” tfisser bhejjem tal-ifrat (għajr għall-għoġġiela tal-vitella), nagħaġ, ċriev, mogħoż u żwiemel

(c)

“ħaxix” tfisser bwar permanenti jew bwar temporanji (“temporanji” timplika art li tkun miżrugħa bil-ħaxix għal anqas minn erba' snin)

(d)

“roqgħa” tfisser għalqa individwali jew grupp ta' għelieqi, li huma omoġenji fir-rigward tal-kultivazzjoni, it-tip ta' ħamrija u l-prattiki ta' fertilizzazzjoni

(e)

“pjan ta' fertilizzazzjoni” tfisser kalkolu minn qabel dwar l-użu ppjanat u d-disponibbiltà tan-nutrijenti

(f)

“kont tal-fertilizzazzjoni” tfisser il-bilanċ tan-nutrijenti abbażi tal-użu reali u l-assorbiment tan-nutrijenti.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

Din id-deroga tapplika għall-azjendi tal-bwar li għalihom ingħatat awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 4.

Artikolu 4

Applikazzjoni u impenn annwali

1.   Il-bdiewa tal-azjendi tal-bwar jistgħu jressqu lill-awtoritajiet kompetenti applikazzjoni għal awtorizzazzjoni annwali sabiex japplikaw demel tal-bhejjem li fih sa 250 kg nitroġenu għal kull ettaru fis-sena. L-applikazzjoni għandha tinkludi dikjarazzjoni li tistqarr li l-bidwi tal-azjenda tal-bwar jissottometti ruħu għall-kontrolli kollha previsti fl-Artikolu 9.

2.   Fl-applikazzjoni annwali msemmija fil-paragrafu 1, l-applikant għandu jintrabat bil-miktub li jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 6 u 7.

Artikolu 5

L-għoti ta' awtorizzazzjonijiet

L-awtorizzazzjonijiet li japplikaw għal ammont ta' demel tal-bhejjem li fih sa 250 kg ta' nitroġenu għal kull ettaru fis-sena għandhom jingħataw, soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 6 u 7.

Artikolu 6

L-applikazzjoni tad-demel u fertilizzanti oħra

1.   L-ammont ta' demel tal-bhejjem li jirgħu li jiġi applikat fl-art kull sena fl-azjendi tal-bwar, inkluż dak mill-bhejjem stess, ma għandux jaqbeż l-ammont ta' demel li jkun fih 250 kg ta' nitroġenu għal kull ettaru, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 8.

2.   Il-kontributi totali ta' nitroġenu la għandhom jaqbżu d-domanda prevedibbli ta' nutrijenti tal-għalla kkonċernata, u lanqas ma għandhom jaqbżu r-rata massima ta' fertilizzazzjoni applikabbli għall-azjenda tal-bwar, kif stabbilit fil-Programm ta' Azzjoni dwar in-Nitrati, u għandhom iqisu l-provvista mill-ħamrija. L-applikazzjoni totali tan-nitroġenu għandha tkun differenzjata abbażi tar-rata tal-irjus u l-produttività tal-bwar.

3.   Għal kull azjenda tal-bwar, għandu jitħejja u jinżamm pjan ta' fertilizzazzjoni b'deskrizzjoni tan-newba tal-għelejjel tal-art agrikola, kif ukoll tal-applikazzjoni ppjanata ta' demel u fertilizzanti oħra. Dan il-pjan ta' fertilizzazzjoni għandu jkun disponibbli fl-azjenda tal-bwar għal kull sena kalendarja qabel l-1 ta' Marzu tas-sena li tkun. Il-pjan ta' fertilizzazzjoni għandu jinkludi tal-anqas dan li ġej:

(a)

il-pjan tan-newba tal-għelejjel, li għandu jispeċifika d-daqs tal-irqajja' bil-ħaxix u tal-irqajja' b'għelejjel oħra, inkluż skizz ta' mappa li tindika l-lok tal-irqajja' individwali

(b)

l-għadd ta' bhejjem fl-azjenda tal-bwar, u deskrizzjoni tal-post fejn jinżammu u tas-sistema tal-ħżin tad-demel, inkluż il-volum ta' ħżin ta' demel disponibbli

(c)

kalkolu tan-nitroġenu u tal-fosforu fid-demel prodotti fuq l-azjenda tal-bwar

(d)

l-ammont, it-tip u l-karatteristiki tad-demel imwassal barra jew lejn l-azjenda tal-bwar

(e)

ir-rekwiżiti prevedibbli għall-għelejjel tan-nitroġenu u l-fosforu għal kull roqgħa

(f)

ir-riżultati tal-analiżi tal-ħamrija b'rabta mal-istatus tan-nitroġenu u tal-fosforu fil-ħamrija, jekk ikunu disponibbli

(g)

in-natura tal-fertilizzant li jkun se jintuża

(h)

kalkolu tal-użu tan-nitroġenu u tal-fosforu mid-demel għal kull roqgħa

(i)

kalkolu tal-użu tan-nitroġenu u tal-fosforu minn fertilizzanti kimiċi u fertilizzanti oħrajn għal kull roqgħa.

Il-pjan ta' fertilizzazzjoni għandu jiġi rivedut mhux aktar tard minn sebat ijiem wara kwalunkwe bidla fil-prattiki agrikoli fl-azjenda tal-bwar.

4.   Għal kull azjenda tal-bwar, għandhom jitħejjew u jinżammu kontijiet tal-fertilizzazzjoni, li jinkludu informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-kontributi tan-nitroġenu u tal-fosforu u dwar il-ġestjoni tal-ilma maħmuġ. Dawn il-kontijiet tal-fertilizzazzjoni għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti għal kull sena kalendarja sal-31 ta' Marzu tas-sena kalendarja sussegwenti.

5.   Għal kull azjenda tal-bwar, għandha ssir analiżi perjodika tan-nitroġenu u tal-fosforu fil-ħamrija.

Il-kampjunar u l-analiżi għandhom isiru tal-inqas darba kull erba' snin għal kull żona omoġenja tal-azjenda tal-bwar, fir-rigward tan-newba tal-għelejjel u l-karatteristiki tal-ħamrija.

Għandha ssir tal-anqas analiżi waħda għal kull ħames ettari ta' art agrikola.

Ir-riżultati tal-analiżi tan-nitroġenu u tal-fosforu fil-ħamrija għandhom ikunu disponibbli fl-azjenda tal-bwar.

6.   Id-demel tal-bhejjem ma għandux jitferrex fil-ħarifa, qabel il-kultivazzjoni tal-ħaxix.

7.   Tal-inqas 50 % tad-demel likwidu prodott fl-azjenda għandu jiġi applikat sal-15 ta' Ġunju. Wara l-15 ta' Ġunju, għandu jintuża tagħmir għat-tifrix tad-demel likwidu b'emissjonijiet baxxi għal kull applikazzjoni tad-demel likwidu.

Artikolu 7

Il-ġestjoni tal-art

1.   Il-bwar temporanji għandhom jinħartu fir-rebbiegħa.

2.   Il-ħaxix maħrut fuq it-tipi kollha ta' ħamrija għandu jiġi segwit minnufih b'għelejjel b'domanda għolja ta' nitroġenu.

3.   In-newba tal-għelejjel ma għandhiex tinkludi pjanti leguminużi jew pjanti oħra li jiffissaw in-nitroġenu atmosferiku. Madankollu, dan ma għandux japplika għas-silla fil-bwar b'anqas minn 50 % ta' silla, jew għal pjanti leguminużi oħra li jinżergħu flimkien mal-ħaxix.

Artikolu 8

Monitoraġġ

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kull sena jitħejjew u jiġu aġġornati mapep li juru l-perċentwal ta' azjendi tal-bwar, il-perċentwal ta' bhejjem u l-perċentwal tal-art agrikola koperta b'awtorizzazzjonijiet f'kull County (kontea), kif ukoll mapep tal-użu lokali tal-art.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw il-ħamrija, l-ilma tal-wiċċ u l-ilma tal-pjan, u għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni dejta dwar il-konċentrazzjonijiet tan-nitroġenu u tal-fosforu fl-ilma tal-ħamrija, dwar in-nitroġenu minerali fil-profil tal-ħamrija u dwar il-konċentrazzjonijiet tan-nitrati fl-ilma tal-pjan u fl-ilma tal-wiċċ, kemm taħt kundizzjonijiet ta' deroga u kemm mingħajr kundizzjonijiet ta' deroga. Il-monitoraġġ għandu jitwettaq fuq l-iskala tal-għalqa tal-azjenda, u f'żoni ta' qbid agrikoli għall-monitoraġġ. Is-siti ta' monitoraġġ għandhom ikunu rappreżentattivi tat-tipi ta' ħamrija u l-livelli ta' intensità ewlenin, tal-prattiki l-iktar komuni ta' fertilizzazzjoni, u tal-għelejjel ewlenin.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu monitoraġġ imsaħħaħ tal-ilma fiż-żoni ta' qbid li jinsabu qrib l-iktar korpi tal-ilma vulnerabbli.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu stħarriġ tal-użu lokali tal-art, tan-newba tal-għelejjel u tal-prattiki agrikoli għall-azjendi tal-bwar koperti mill-awtorizzazzjonijiet.

5.   L-informazzjoni u d-dejta miġbura mill-analiżi tan-nutrijenti msemmija fl-Artikolu 6(5) u mill-monitoraġġ kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jintużaw għal kalkoli ibbażati fuq mudelli ta' kemm hu kbir it-telf tan-nitrati u l-fosforu minn azjendi tal-bwar li jibbenefikaw minn awtorizzazzjonijiet.

Artikolu 9

Kontrolli

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-applikazzjonijiet kollha għal awtorizzazzjoni jiġu sottomessi għal kontroll amministrattiv. Meta dan il-kontroll juri li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 6 u 7 mhux se jiġu ssodisfati, l-applikazzjonijiet għandhom jiġu miċħuda, u l-applikant għandu jiġi mgħarraf bir-raġunijiet għal dan.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu programm ta' spezzjonijiet fuq il-post tal-azjendi tal-bwar, abbażi ta' analiżi tar-riskji, ir-riżultati tal-kontrolli tas-snin ta' qabel u r-riżultati tal-kontrolli każwali ġenerali tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Irlandiża li timplimenta d-Direttiva 91/676/KEE. L-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jivverifikaw il-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 6 u 7 ta' din id-Deċiżjoni, u għandhom ikopru tal-inqas 5 % tal-azjendi li jibbenifikaw minn awtorizzazzjonijiet.

3.   Fejn il-verifika tindika nuqqas ta' konformità ma' din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-azzjoni meħtieġa ta' rimedju. Il-bdiewa li ma jikkonformawx mal-Artikoli 6 u 7 għandhom jingħataw multa skont ir-regoli nazzjonali, u jistgħu jiġu esklużi minn awtorizzazzjoni s-sena ta' wara.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat u l-mezzi meħtieġa biex jivverifikaw il-konformità mal-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni mogħtija skont din id-Deċiżjoni.

Artikolu 10

Rappurtar

Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iressqu rapport lill-Kummissjoni li jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

mapep li juru l-perċentwal ta' azjendi tal-bwar, il-perċentwal ta' bhejjem u l-perċentwal ta' art agrikola koperta minn awtorizzazzjonijiet għal kull County (kontea), kif ukoll mapep dwar l-użu lokali tal-art, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1)

(b)

ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-ilma tal-pjan u tal-wiċċ, fir-rigward tal-konċentrazzjonijiet tan-nitrati, inkluż informazzjoni dwar ix-xejriet fil-kwalità tal-ilma, kemm taħt kundizzjonijiet ta' deroga u kemm mingħajr kundizzjonijiet ta' deroga, flimkien mal-impatt tad-deroga mogħtija f'din id-Deċiżjoni fuq il-kwalità tal-ilma, kif imsemmi fl-Artikolu 8(2)

(c)

ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-ħamrija fir-rigward tal-konċentrazzjonijiet tan-nitroġenu u tal-fosforu fl-ilma tal-ħamrija u fir-rigward tan-nitroġenu minerali fil-profil tal-ħamrija, kemm taħt kundizzjonijiet ta' deroga u kemm mingħajr kundizzjonijiet ta' deroga, kif imsemmi fl-Artikolu 8(2);

(d)

sommarju u valutazzjoni tad-dejta miksuba mill-monitoraġġ imsaħħaħ tal-ilma, kif imsemmi fl-Artikolu 8(3)

(e)

ir-riżultati tal-istħarriġ dwar l-użu lokali tal-art, in-newba tal-għelejjel u l-prattiki agrikoli, kif imsemmi fl-Artikolu 8(4)

(f)

ir-riżultati tal-kalkoli abbażi ta' mudelli ta' kemm hu kbir it-telf tan-nitroġenu u tal-fosforu, kif imsemmi fl-Artikolu 8(5)

(g)

valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni abbażi tar-riżultati tal-kontrolli amministrattivi u l-ispezzjonijiet fuq il-post, kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) u (2)

(h)

analiżi komparattiva tal-kontrolli tal-azjendi tal-bwar fl-Irlanda koperti minn awtorizzazzjonijiet, kif ukoll dawk mhux koperti minn awtorizzazzjonijiet. L-analiżi għandha tinkludi dejta dwar l-ispezzjonijiet annwali, il-verifiki amministrattivi, l-ispezzjonijiet agrikoli fil-kuntest tal-arranġamenti ta' kundizzjonalità, u statistika dwar in-nuqqas ta' konformità.

Artikolu 11

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika fil-kuntest tal-Programm ta' Azzjoni Irlandiż kif implimentat fir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea (Metodi ta' Biedja Għaqlija għall-Ħarsien tal-Ilmijiet) tal-2017 (Strument Statutorju Nru 605 tal-2017).

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2021.

Artikolu 12

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/697/KE tat-22 ta' Ottubru 2007 li tagħti deroga mitluba mill-Irlanda skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 27).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/127/UE tal-24 ta' Frar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2007/697/KE li tagħti deroga mitluba mill-Irlanda skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 51, 25.2.2011, p. 19).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/112/UE tas-27 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' deroga mitluba mill-Irlanda skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 61, 1.3.2014, p. 7).

(5)  Department of Agriculture, Food and the Marine, l-Irlanda.

(6)  Teagasc – the Agriculture and Food Development Authority, l-Irlanda.


13.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/11


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/210

tat-12 ta' Frar 2018

dwar l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma pluriennali LIFE għall-perjodu 2018-2020

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 84(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat LIFE għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-Programm LIFE, jeħtieġ li jiġi adottat programm ta' ħidma pluriennali għall-perjodu 2018-2020.

(2)

Sabiex jiġi stabbilit qafas għall-implimentazzjoni taż-żewġ sottoprogrammi LIFE, il-programm ta' ħidma pluriennali għall-perjodu 2018-2020 jenħtieġ li jispeċifika l-allokazzjoni indikattiva tal-fondi bejn l-oqsma prijoritarji u t-tipi ta' finanzjament, is-suġġetti tal-proġetti li jimplimentaw il-prijoritajiet tematiċi stipulati fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013, il-metodoloġija teknika għall-proċedura tal-għażla, il-kriterji għall-attribuzzjoni tal-għotjiet u l-iskedi indikattivi tas-sejħiet għal proposti.

(3)

Il-programm ta' ħidma pluriennali għall-perjodu 2018-2020 jenħtieġ li jinkludi wkoll l-eżiti kwalitattivi u kwantitattivi, l-indikaturi u l-miri għal kull qasam prijoritarju u tip ta' proġett, skont l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-objettivi speċifiċi għal kull qasam prijoritarju, bil-għan li tiġi ffaċilitata l-evalwazzjoni tar-riżultati u tal-impatt tal-programm.

(4)

Iż-żewġ strumenti finanzjarji innovattivi identifikati bħala l-għodod xierqa għall-proġetti ta' finanzjament skont l-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013 u ttestjati matul il-programm ta' ħidma pluriennali LIFE għall-perjodu 2014-2017 urew il-potenzjal tagħhom ta' ingranaġġ tal-finanzjament minn investituri fil-qasam tal-bijodiversità u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, biex b'hekk jiġu indirizzati l-ostakli finanzjarji attwali għall-adozzjoni tal-proġetti f'dawk l-oqsma. Għalhekk, dawn il-proġetti pilota jenħtieġ li jitkomplew.

(5)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), kif ukoll il-firxa ġeografika tal-BEI, li tippermetti li dan jilħaq lill-benefiċjarji potenzjali fl-Unjoni kollha, l-implimentazzjoni tal-Faċilità ta' Finanzjament tal-Kapital Naturali u tal-Finanzjament Privat għall-Istrument tal-Effiċjenza Enerġetika, iffinanzjati permezz ta' kontribuzzjonijiet mill-programm LIFE, jenħtieġ li tibqa' f'idejn dik l-istituzzjoni.

(6)

Sabiex jiġi żgurat li r-Regolament (UE) Nru 1293/2013 jiġi implimentat mingħajr xkiel, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mill-jum ta' wara dak li fih tintemm l-applikabbiltà tal-programm ta' ħidma pluriennali LIFE għall-perjodu 2014-2017.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Programm ta' ħidma pluriennali

Il-programm ta' ħidma pluriennali LIFE għall-perjodu 2018-2020, kif stipulat fl-Anness, ġie adottat.

Artikolu 2

Kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programm ta' ħidma pluriennali

Il-kontribuzzjoni massima għall-programm ta' ħidma pluriennali LIFE għall-perjodu 2018-2020 huwa stabbilit għal EUR 1 657 063 000 u għandha tintuża biex tiffinanzja s-sottoprogrammi u l-oqsma prijoritarji rilevanti kif ġej:

(1)

Ammont totali ta' EUR 1 243 817 750 għas-sottoprogramm għall-Ambjent li għandu jinqasam kif ġej:

(a)

EUR 444 808 200 għall-qasam prijoritarju “Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi”;

(b)

EUR 632 556 250 għall-qasam prijoritarju “Natura u Bijodiversità”;

(c)

EUR 143 377 300 għall-qasam prijoritarju “Governanza Ambjentali u Informazzjoni”;

(d)

EUR 3 000 000 għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà – Kontribuzzjoni mis-sottoprogramm għall-Ambjent LIFE

(e)

EUR 20 076 000 għan-nefqa relatata mal-appoġġ (inkluż l-ammont ta' EUR 2 332 160 tal-kontribuzzjoni għall-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva mis-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika).

(2)

Ammont totali ta' EUR 413 245 250 għas-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika li għandu jinqasam kif ġej:

(a)

EUR 230 500 000 għall-qasam prijoritarju “Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima”;

(b)

EUR 123 850 000 għall-qasam prijoritarju “Adattament għat-Tibdil fil-Klima”;

(c)

EUR 47 549 250 għall-qasam prijoritarju “Governanza Klimatika u Informazzjoni”;

(d)

EUR 1 500 000 għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà – Kontribuzzjoni mis-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika LIFE

(e)

EUR 9 846 000 għan-nefqa relatata mal-appoġġ.

Artikolu 3

Strumenti finanzjarji

1.   L-istrument finanzjarju li ġej, kif deskritt fl-Anness, għandu jirċievi l-kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013:

il-Finanzjament Privat għall-Istrument tal-Effiċjenza Enerġetika.

2.   L-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni lill-Finanzjament Privat għall-Istrument tal-Effiċjenza Enerġetika u l-Faċilità ta' Finanzjament tal-Kapital Naturali għandha tiġi fdata f'idejn il-Bank Ewropew tal-Investiment.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185.

(2)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


ANNESS

1.   INTRODUZZJONI

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013 (minn hawn 'il quddiem ir-“Regolament LIFE”), il-Programm LIFE għandu l-objettivi ġenerali li ġejjin:

li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għall-klima, għall-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u biex it-telf tal-bijodiversità jitwaqqaf u jitreġġa' lura, inklużi l-appoġġ tan-netwerk Natura 2000 u l-indirizzar tad-degradazzjoni tal-ekosistemi;

li jtejjeb l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-klima, u li jixpruna u jippromwovi l-integrazzjoni u l-assimilazzjoni tal-objettivi ambjentali u klimatiċi fil-politiki l-oħra tal-Unjoni u fil-prattiki tas-settur pubbliku u dak privat, inkluż billi jżid il-kapaċità tas-settur pubbliku u privat;

li jappoġġja aktar il-governanza ambjentali u klimatika fil-livelli kollha, inkluż aktar involviment tas-soċjetà ċivili, l-NGOs u l-atturi lokali; u

li jappoġġja l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali.

It-tieni programm ta' ħidma pluriennali LIFE (MAWP) attwali jikkunsidra l-esperjenza li nkisbet fil-perjodu bejn l-2014 u l-2017 u, b'mod partikolari, ir-rakkomandazzjonijiet li saru fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu (1), li primarjament huma relatati ma'

1.

is-simplifikazzjoni tal-proċessi tal-applikazzjoni u tar-rapportar;

2.

ir-replikazzjoni tar-riżultati tal-proġett;

3.

it-titjib tal-istrateġija ta' komunikazzjoni.

Il-miżuri ta' simplifikazzjoni relatati mal-proċess tal-applikazzjoni huma parti integrali tal-kontenuti tal-MAWP LIFE attwali (ara t-Taqsima 5.1.1.1 hawn taħt). Il-ħtieġa għall-kontinwazzjoni, għar-replikazzjoni u/jew għat-trasferiment tar-riżultati tal-proġetti tingħata aktar enfasi fil-fażi tal-Għoti (ara t-Taqsima 5.1.1.2 hawn taħt) u se tirċievi aktar appoġġ permezz tal-akkwist. Is-simplifikazzjoni tar-rapportar se tkun fil-mira permezz ta' proċeduri ta' ġestjoni tal-proġetti u billi l-benefiċjarji jingħataw aċċess għall-bażi tad-dejta online, li tiffaċilita l-ġbir tad-dejta relatata mal-indikaturi ewlenin tal-proġetti. It-titjib tal-istrateġija tal-komunikazzjoni jinkiseb permezz tal-akkwist. Għalhekk, dawn il-miżuri mhumiex indirizzati fid-dettall fl-MAWP LIFE attwali.

L-MAWP LIFE attwali ta' jadotta wkoll żviluppi riċenti fil-politika tal-UE, bħall-pjan ta' azzjoni għal ekonomija ċirkolari (2) u l-Pjan ta' azzjoni dwar in-natura, iċ-ċittadini u l-ekonomija (3), u għandu jservi bħala pont għall-finanzjament futur tas-“sostenibbiltà”, kif deskritt fid-Dokument ta' riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE (4). Ġew inklużi l-bidliet li ġejjin:

Fir-rigward tas-sottoprogramm għall-Ambjent:

tnaqqis fl-għadd ta' suġġetti tal-proġetti (minn 87 għal 42) u attenzjoni akbar biex l-applikanti jiġu orjentati aktar lejn il-prijoritajiet tal-politika tal-UE filwaqt li jiżdiedu l-possibbiltajiet għall-proġetti f'ċerti sottosetturi bħall-bijodiversità u l-ekonomija ċirkolari, iżda anki għal proġetti b'impatt qawwi u dirett fuq is-saħħa tal-maġġoranza taċ-ċittadini Ewropej;

orjentazzjoni mill-ġdid tas-suġġetti tal-governanza u tal-informazzjoni tal-proġetti biex ikun hemm aktar attenzjoni fuq is-sensibilizzazzjoni speċifika u fuq il-kwistjonijiet relatati mal-governanza;

Fir-rigward taż-żewġ sottoprogrammi:

titjib ulterjuri tal-orjentazzjoni tar-riżultati permezz tal-introduzzjoni tar-rekwiżit li jiġu prodotti effetti li jistgħu jitkejlu fuq l-ambjent jew it-tibdil fil-klima fl-oqsma prijoritarji kollha;

jitħeġġeġ aktar l-involviment tal-entitajiet privati billi jiġu enfasizzati l-vantaġġi ta' approċċi qrib is-suq bħala għodod li jiżguraw is-sostenibbiltà tar-riżultati tal-proġett. Azzjonijiet ta' appoġġ li jgħinu fl-iżvilupp ta' proġetti lesti għall-investiment li jkunu ekonomikament u ambjentalment vijabbli u li jimmobilizzaw riżorsi finanzjarji privati u pubbliċi addizzjonali biex ir-riżultati jiġu żviluppati u replikati;

is-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' ġestjoni tal-għotjiet, b'mod partikolari bl-ittestjar ta' proċedura ta' applikazzjoni f'żewġ stadji għall-proġetti pilota, dimostrattivi, tal-aħjar prattiki u ta' informazzjoni, ta' sensibilizzazzjoni u ta' disseminazzjoni, kif issuġġerit fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm LIFE.

L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm LIFE u l-Parlament Ewropew (fir-rigward tal-infiq tal-UE) (5) ikkonfermaw il-ħtieġa u l-importanza ta' effetti li jistgħu jitkejlu tal-proġetti fil-prattika. Il-Programm LIFE fih indikaturi tal-prestazzjoni u l-programmi ta' ħidma pluriennali fihom indikaturi tal-eżiti kwantitattivi (jiġifieri l-output) u kwalitattivi li huma konformi ma' dawn. Sabiex ikunu jistgħu jirrapportaw dwar dawn l-indikaturi fil-livell tal-programm, il-benefiċjarji jeħtieġ li jipprevedu u jkejlu l-effetti ambjentali, klimatiċi u tal-governanza u tal-informazzjoni, jiġifieri soċjetali, fil-livell tal-proġett fir-rigward ta' indikaturi speċifiċi tal-output u tal-eżiti (6). Sabiex ikun żgurat li dawn l-effetti jdumu, jiġifieri jkunu sostenibbli maż-żmien, dawn għandhom jistabbilixxu wkoll mekkaniżmi robusti biex ikun żgurat li l-proġetti jkollhom effetti li jmorru lil hinn mill-qasam oriġinali tal-proġett permezz tal-estensjoni u r-replikazzjoni. Għalhekk, spjegazzjoni ċara u koerenti ta' kif se jiġu żgurati l-kontinwazzjoni, ir-replikazzjoni u/jew it-trasferiment tal-attivitajiet u tal-effetti tal-proġetti ssir l-aktar kriterju tal-għoti deċiżiv fl-evalwazzjoni ta' proposti ta' proġetti. Min-natura tagħhom, is-soluzzjonijiet qrib is-suq li wrew li huma effettivi għall-isfidi ambjentali u tat-tibdil fil-klima għandhom probabbiltà partikolarment għolja li jitkomplew, jiġu rreplikati jew jiġu ttrasferiti. Għalhekk, il-prosposti li b'mod kredibbli u koerenti jippreżentaw strateġija biex sat-tmiem tal-proġett jintlaħaq il-potenzjal fis-suq se jkollhom punteġġ għoli f'dan il-kriterju.

L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu, f'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament LIFE, analizzat u kkonfermat il-kapaċità li l-Programm LIFE għandu biex jippromwovi s-sinerġiji fi ħdan il-programm. Id-dokumenti ta' riflessjoni dwar il-futur tal-Finanzi tal-UE (7) jenfasizzaw l-importanza tad-dimensjoni soċjali fil-politiki Ewropej. Għall-programm LIFE, din għandha tagħti spinta biex jinstabu aktar sinerġiji bejn id-dimensjonijiet ambjentali, ekonomiċi u soċjali tal-iżvilupp sostenibbli. Għalhekk, l-approċċi b'diversi skopijiet maħsubin sew, li jsegwu pereżempju l-integrazzjoni soċjali jew it-tkabbir ekonomiku, minbarra l-objettivi ambjentali jew ta' azzjoni klimatika primarji tagħhom, se jirċievu bonus (8). Pereżempju, l-attivitajiet ta' protezzjoni tan-natura u tal-bijodiversità u l-attivitajiet immirati biex titjieb l-ekonomija ċirkolari għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-komunità u għall-integrazzjoni soċjali. L-ekonomija ċirkolari tista' taffronta xi sfidi biex turi l-vijabbiltà ekonomika, u f'ħafna każijiet hu importanti li tiġi kkunsidrata d-dimensjoni soċjali (pereżempju l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' individwi żvantaġġati).

Il-Programm LIFE jippermetti “proġetti oħrajn” u “attivitajiet oħrajn”. Din il-flessibbiltà tista' tintuża biex jiġu sperimentati approċċi ġodda, tipi ta' proġetti ġodda u servizzi ta' appoġġ għall-proġetti eżistenti, u/jew partijiet ikkonċernati li mhumiex attirati mill-formats tradizzjonali tal-proġetti. Pereżempju, id-distakk bejn l-applikazzjoni ta' suċċess ta' soluzzjonijiet għall-ambjent jew għall-azzjoni klimatika fil-proġetti LIFE u l-aċċess reali tagħhom għas-suq spiss jista' jitnaqqas jekk l-aktar proġetti LIFE promettenti jirċievu appoġġ speċifiku biex ikollhom l-aċċess għas-suq u għal investituri potenzjali. Dan jista' jikkonsisti minn proġett kumplimentari li jikkonċentra fuq l-appoġġ għall-aċċess għas-suq, il-ġestjoni tan-negozju speċifiku għall-proġett u l-ikkowċjar dwar l-akkwist tal-fondi, l-appoġġ għat-tisħiħ u/jew għall-kollaborazzjoni f'raggruppamenti tal-ekonomija ċirkolari jew premji annwali għall-proġetti b'valur miżjud tal-UE partikolarment għoli. Jekk ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid jippermetti aktar flessibbiltà rigward l-attribuzzjoni ta' somom f'daqqa għal eżiti speċifiċi, dan jista' jintuża wkoll għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet favur il-“bankabbiltà” tal-proġetti ta' investiment u l-aċċess għas-suq.

Il-programm LIFE huwa ġestit mis-servizzi tal-Kummissjoni stess u mill-Aġenzija Eżekuttiva (AE) li lilha dan il-kompitu jkun ġie ddelegat f'ġestjoni diretta. L-AE taġixxi fil-limiti tad-delegazzjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013)9414 jew kwalunkwe Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissostitwixxiha u taħt is-superviżjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni. Ir-responsabbiltà ġenerali tal-programm tibqa' f'idejn il-Kummissjoni. Jistgħu jiġu kkuntattjati esperti esterni biex jappoġġjaw lis-servizzi tal-Kummissjoni u/jew lill-AE fil-ħidma tagħhom.

Meta jiġi applikat il-prinċipju tal-kumplimentarjetà ma' programmi Ewropej oħra ta' finanzjament stabbiliti fil-premessi 5, 11 u 13 u l-Artikolu 8 tar-Regolament LIFE, l-implimentazzjoni tal-MAWP se tiżgura konsistenza u sinerġiji, u, sa fejn ikun possibbli, se tevita trikkib ma' politiki u ma' strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, filwaqt li tfittex il-kumplimentarjetà mal-Orizzont 2020 (9), mal-programm ta' riċerka u ta' innovazzjoni tal-Unjoni għall-perjodu 2014-2020, u mal-programmi ta' ħidma tagħha (10). Dan se jinkiseb prinċipalment permezz tal-kriterji ta' eliġibbiltà għat-tipi ta' proġetti u għall-orjentazzjonijiet differenti fil-linji gwida tal-applikazzjoni li jakkumpanjaw is-sejħiet, (11) li jfittxu l-kumplimentarjetà mal-Orizzont 2020. Il-finanzjament doppju se jiġi evitat permezz ta' kontroverifiki matul il-fażi tal-għażla u matul il-kontrolli ex post. Il-proġetti li jiffukaw fuq ir-riċerka jew il-kostruzzjoni ta' infrastruttura kbira, li jiġu koperti minn programmi oħra tal-UE, huma esklużi mill-finanzjament permezz tal-Programm LIFE.

L-istruttura tal-MAWP hi bbażata fuq l-istruttura stipulata fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament LIFE u tindirizza biss is-sottoprogrammi tal-Azzjoni Ambjentali u Klimatika separatament, fejn meħtieġ.

Din tkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2020.

1.1.   Is-sottoprogramm għall-Ambjent

Is-sottoprogramm għall-Ambjent ikopri l-oqsma prijoritarji tal-Ambjent u l-Effiċjenza fir-Riżorsi, in-Natura u l-Bijodiversità, u l-Governanza Ambjentali u l-Informazzjoni (l-Artikoli 9 sa 12 tar-Regolament LIFE). Kull wieħed mill-oqsma prijoritarji jkopri diversi prijoritajiet tematiċi, elenkati fl-Anness III tar-Regolament LIFE.

L-MAWP attwali għall-perjodu 2018-2020 jiddefinixxi s-suġġetti tal-proġett li jimplimentaw il-prijoritajiet tematiċi.

1.2.   Is-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika

Is-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika jkopri l-oqsma prijoritarji tal-mitigazzjoni, l-adattament u l-governanza u l-informazzjoni relatati mat-tibdil fil-klima (l-Artikoli 13 sa 16 tar-Regolament LIFE). Kull qasam prijoritarju fih għadd ta' oqsma ta' politika stabbiliti fit-Taqsima 4 hawn taħt, li huma meqjusa ta' interess partikolari matul il-perjodu kopert mill-programm ta' ħidma pluriennali attwali.

2.   L-ALLOKAZZJONI TA' FONDI BEJN OQSMA PRIJORITARJI U BEJN TIPI DIFFERENTI TA' FINANZJAMENT - L-ARTIKOLU 24(2)(a)

Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament LIFE, il-pakkett baġitarju globali għall-programm LIFE għall-perjodu ta' bejn l-2014 u l-2020 huwa ta' EUR 3 456 655 000, li 75 % minnhom huma attribwiti għas-sottoprogramm għall-Ambjent (EUR 2 592 491 250), u 25 % huma attribwiti għas-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika (EUR 864 163 750).

Fis-snin ta' bejn l-2014 u l-2017, ġew allokati EUR 1 349 miljun għas-Sottoprogramm għall-Ambjent u EUR 446 miljun għas-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika. Għas-snin bejn l-2018 u l-2020 hemm disponibbli EUR 1 657 miljun.

Ir-Regolament LIFE jistabbilixxi wkoll il-perċentwal minimu tal-baġit totali li għandu jiġi rriżervat għal proġetti (81 %, l-Artikolu 17(4) tar-Regolament LIFE) u l-perċentwal massimu tar-riżorsi baġitarji allokati għal proġetti appoġġjati permezz ta' għotjiet ta' azzjoni li jistgħu jiġu allokati għal proġetti integrati (30 %, l-Artikolu 17(5) tar-Regolament LIFE).

L-Artikolu 4 tar-Regolament LIFE jinsab taħt reviżjoni biex tiġi inkluża kontribuzzjoni ta' EUR 4 500 000 lill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għal proġetti li jinvolvu lil voluntiera żgħażagħ madwar l-UE fil-protezzjoni ambjentali u fl-azzjoni klimatika (12).

Il-proġetti LIFE għandhom jiġu ffinanzjati minn għotjiet ta' azzjoni jew, fejn ikun xieraq, minn strumenti finanzjarji (l-Artikolu 17(4) tar-Regolament LIFE).

Skont l-Artikolu 24(2)(a) tar-Regolament LIFE, dan l-MAWP jispeċifika l-ammonti li għandhom jiġu allokati għal kull qasam prijoritarju u tip ta' finanzjament.

L-allokazzjoni globali skont it-tip ta' finanzjament għaż-żewġ sottoprogrammi

Baġit 2018-2020

f'miljuni ta' EUR

Proġetti u għotjiet operattivi

 

Għotjiet ta' azzjoni

1 263,44

Għotjiet operattivi

36,00

Strumenti finanzjarji

75,00

Akkwist pubbliku

252,70

Nefqa ta' appoġġ

29,92

Total globali

1 657,06


Allokazzjoni globali għal kull qasam prijoritarju għall-perjodu 2018-2020

Oqsma prijoritarji

Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi

Natura u Bijodiversità

Governanza Ambjentali u Informazzjoni

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà

Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima

Adattament għat-Tibdil fil-Klima

Governanza Klimatika u Informazzjoni

Total għal kull qasam (f'miljuni ta' EUR)

444,81

632,55

143,38

4,50

230,50

123,85

47,55

Sottototal

1 627,14

Nefqa ta' appoġġ (ATA)

29,92

Total globali

1 657,06

L-allokazzjonijiet għal kull qasam prijoritarju u t-tip ta' finanzjament huma ta' natura indikattiva. Għall-għotjiet ta' azzjoni, l-allokazzjoni finali se tiddependi fuq l-għadd attwali ta' proposti għal proġetti li jistgħu jiġu ffinanzjati taħt kull qasam prijoritarju. L-allokazzjonijiet baġitarji għall-istrumenti finanzjarji u bejniethom jistgħu jiġu adattati tul il-programm LIFE b'rispons għall-użu attwali. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, (13), fi ħdan il-livelli limiti stabbiliti bir-Regolament LIFE, ir-riallokazzjonijiet bejn l-oqsma prijoritarji ma jistgħux jaqbżu l-5 % tal-allokazzjoni totali għall-oqsma prijoritarji kkonċernati.

2.1.   Is-sottoprogramm għall-Ambjent

Għat-tul ta' żmien tal-MAWP attwali, għas-sottoprogramm għall-Ambjent hemm allokat baġit ta' EUR 1 243,81 miljun (14).

Perċentwal speċifiku tar-riżorsi baġitarji allokati għal proġetti appoġġjati permezz ta' għotjiet ta' azzjoni fis-sottoprogramm għall-Ambjent huwa allokat għal proġetti li jappoġġjaw il-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità, inklużi proġetti relatati ta' informazzjoni u governanza, ta' assistenza teknika u preparatorji (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament LIFE) (15). Il-bqija tal-baġit allokat għall-proġetti se jiġi allokat għall-proġetti fl-oqsma prijoritarji tal-ambjent u l-effiċjenza fir-riżorsi u tal-governanza ambjentali u l-informazzjoni.

Allokazzjoni indikattiva skont it-tip ta' finanzjament fis-sottoprogramm għall-Ambjent

Baġit 2018-2020

 

f'miljuni ta' EUR

Għotjiet ta' azzjoni (*1)

Proġetti għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet

 

7,75

Proġetti ta' assistenza teknika

 

2,95

Għotjiet ta' azzjoni oħrajn

 

992,37

Strument Finanzjarju (*2)

Il-Faċilità ta' Finanzjament tal-Kapital Naturali

(NCFF)

 

p.m.

Għotjiet operattivi

 

27,00

Akkwist pubbliku

 

193,67

Nefqa ta' appoġġ (*3)

 

20,07

Total globali

 

1 243,81

L-allokazzjonijiet għal kull qasam prijoritarju u t-tip ta' finanzjament huma ta' natura indikattiva.

L-allokazzjonijiet baġitarji għall-istrumenti finanzjarji u bejniethom jistgħu jiġu adattati tul il-programm LIFE b'rispons għall-użu attwali. Fi ħdan il-livelli limiti stabbiliti bir-Regolament LIFE, ir-riallokazzjonijiet bejn l-oqsma prijoritarji ma jistgħux jaqbżu l-5 % tal-allokazzjoni totali għall-oqsma prijoritarji kkonċernati.

2.2.   Is-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika

Għal dan il-programm ta' ħidma pluriennali l-baġit għas-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika huwa ta' EUR 413,25 miljun. L-allokazzjoni għall-oqsma prijoritarji hija indikattiva u soġġetta għall-għadd reali ta' proposti relatati ma' għotjiet ta' azzjoni taħt kull qasam prijoritarju, kif ukoll l-adozzjoni mis-suq relatata skont il-Finanzjament Privat għall-Effiċjenza fl-Enerġija (uniku għal dan is-sottoprogramm) u l-istrumenti finanzjarji tal-Faċilità ta' Finanzjament tal-Kapital Naturali.

Allokazzjoni indikattiva skont it-tip ta' finanzjament taħt is-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika

Baġit 2018-2020

 

f'miljuni ta' EUR

Għotjiet ta' azzjoni (*4)

Proġetti għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet

 

3,00

Proġetti ta' assistenza teknika

 

0,78

Għotjiet ta' azzjoni oħrajn

 

256,59

Strumenti finanzjarji (*5)

Finanzjament Privat għall-Effiċjenza fl-Enerġija

(PF4EE)

 

75,0

Il-Faċilità ta' Finanzjament tal-Kapital Naturali

(NCFF)

 

p.m.

Għotjiet operattivi

 

9,00

Akkwist pubbliku

 

59,03

Nefqa ta' appoġġ (*6)

 

9,85

Total globali

 

413,25

3.   IS-SUĠĠETTI TAL-PROĠETTI LI JIMPLIMENTAW IL-PRIJORITAJIET TEMATIĊI STABBILITI FL-ANNESS III GĦAS-SOTTOPROGRAMM GĦALL-AMBJENT (L-ARTIKOLU 24(2)(b) TAR-REGOLAMENT LIFE)

Skont il-premessa 36 u l-Artikolu 24 tar-Regolament LIFE, l-MAWP jinkludi lista mhux eżawrjenti ta' suġġetti ta' proġetti li jimplimentaw il-prijoritajiet tematiċi, filwaqt li jiffukaw l-isforzi fuq prijoritajiet politiċi ambjentali konkreti u fuq il-prijoritajiet politiċi ta' governanza u ta' informazzjoni relatati u fuq l-oqsma ta' azzjoni taħt is-sottoprogramm għall-Ambjent. Skont il-premessa 22 tar-Regolament LIFE, fl-evalwazzjoni tal-valur miżjud tal-Unjoni tal-proġetti taħt is-sottoprogramm għall-Ambjent, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni lill-kontribuzzjoni tagħhom għall-prijoritajiet tematiċi permezz tas-suġġetti tal-proġetti. Għaldaqstant, is-suġġetti tal-proġetti huma għodda li tippremja lill-proġetti li jindirizzaw oqsma ta' politika strateġikament importanti, mingħajr ma jiġu esklużi proposti sodi f'oqsma oħrajn u l-inkorporazzjoni ta' ideat ġodda li jwieġbu għal sfidi ġodda.

Perċentwal speċifiku tar-riżorsi allokati għal proġetti appoġġjati minn għotjiet ta' azzjoni se jiġi allokat għal proġetti li jappoġġjaw il-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità (16). L-allokazzjoni miżjuda, meta mqabbla mar-Regolament LIFE+, tillimita l-baġit disponibbli għal proġetti fi prijoritajiet tematiċi oħrajn taħt is-sottoprogramm għall-Ambjent u, għaldaqstant, hi raġuni oħra biex l-użu tal-fondi jiġi ffukat aħjar fuq dawn l-oqsma.

Jenħtieġ li jiġi nnutat li l-finanzjament ta' proġetti dwar suġġetti li ma jkunux inklużi f'din il-lista mhuwiex eskluż. Proġetti ta' kwalità għolja li jissodisfaw l-eliġibbiltà applikabbli u l-kriterji tal-għażla, jistgħu jingħataw il-finanzjament xorta waħda. Għaldaqstant, l-istabbiliment ta' din il-lista għal tul l-MAWP jiżgura kemm il-flessibbiltà neċessarja sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm LIFE u kemm l-istabbiltà neċessarja biex l-applikanti potenzjali jippjanaw, jippreparaw u jissottomettu l-proposti.

3.1.   Qasam prijoritarju Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi

Skont l-Artikolu 10(a) tar-Regolament LIFE, is-suġġetti tal-proġetti li jikkorrispondu għal dan il-qasam prijoritarju u l-prijoritajiet tematiċi relatati elenkati fl-Anness III tar-Regolament LIFE, b'mod partikolari għandu jkollhom fil-mira l-objettiv speċifiku “li jiġu żviluppati, ittestjati u jintwerew approċċi għall-politiki jew għall-ġestjoni, l-aħjar prattiki u soluzzjonijiet, inklużi l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi, għall-isfidi ambjentali, adattati biex jiġu replikati, ittrasferiti jew assimilati, inkluż fir-rigward tar-rabta bejn l-ambjent u s-saħħa, u b'sostenn għal politika u leġiżlazzjoni b'rabta mal-effiċjenza fir-riżorsi, inkluż il-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi”. Approċċi innovattivi ta' ġestjoni jinkludu, b'mod partikolari, l-esperimentazzjoni konġunta ta' atturi pubbliċi, privati u tas-soċjetà ċivili tul il-ktajjen tal-valur li mistennija jiksbu impatti ambjentali pożittivi diretti u li jistgħu jitkejlu. Għalhekk, il-proġetti kollha f'dan il-qasam prijoritarju għandhom ikunu jew proġetti pilota jew dimostrattivi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(a) u (b) tar-Regolament LIFE, iżda m'għandhomx jiffukaw fuq ir-riċerka. Bħala parti mill-azzjonijiet ta' tħejjija u/jew ta' monitoraġġ hija permessa r-riċerka applikata limitata. Fir-rigward tal-proġetti dimostrattivi taħt dan il-qasam prijoritarju u li huma koperti minn wieħed mis-suġġetti tal-proġetti elenkati hawn taħt għandha tingħata prijorità lill-proġetti li jimplimentaw fil-prattika, jittestjaw u jevalwaw u jxerrdu azzjonijiet, metodoloġiji jew approċċi li jkunu ġodda jew li ma jkunux magħrufin fl-Unjoni.

Il-prestazzjoni tal-Programm LIFE fir-rigward tal-objettivi tiegħu f'dan il-qasam prijoritarju relatat ma' proġetti pilota u dimostrattivi, u b'mod partikolari l-kontribuzzjoni tiegħu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u għall-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, titkejjel mat-titjib ambjentali attribwibbli għall-proġetti LIFE. Għaldaqstant, il-proġetti kollha tal-programm LIFE f'dan il-qasam prijoritarju għandhom jinkludu azzjonijiet li jirriżultaw f'effetti diretti u li jistgħu jitkejlu fuq l-ambjent matul id-durata tal-proġett.

L-Anness III tar-Regolament LIFE

(a)

Prijoritajiet tematiċi għall-Ilma, inkluż l-ambjent tal-baħar: attivitajiet għall-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi għall-ilma stabbiliti fil-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi u s-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali, b'mod partikolari:

(i)

approċċi integrati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (17);

(ii)

attivitajiet għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (18);

(iii)

attivitajiet għall-implimentazzjoni tal-programm ta' miżuri tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (19) bil-ħsieb li jinkiseb status ambjentali tajjeb tal-ilma tal-baħar;

(iv)

attivitajiet għall-iżgurar tal-użu sikur u effiċjenti tar-riżorsi tal-ilma, it-titjib tal-ġestjoni tal-ilma kwantitattiva, iż-żamma ta' livell għoli tal-kwalità tal-ilma u l-evitar tal-użu ħażin u d-deterjorazzjoni tar-riżorsi tal-ilma

L-indirizzar tal-kwalità tal-ilma u l-ġestjoni tal-għargħar u n-nixfa b'mod kosteffiċjenti huma sfidi serji fl-UE. Ir-rispons għall-isfidi u l-opportunitajiet fis-settur tal-ilma jirrikjedi rispons olistiku minn għadd ta' atturi. F'konformità mal-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva dwar l-Għargħar u l-prijoritajiet tas-Sħubija ta' Innovazzjoni Ewropea dwar l-ilma, il-proġetti jenħtieġ li jiffukaw fuq l-iżvilupp u, b'mod speċjali, fuq l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet li jkunu jistgħu jgħinu lill-Istati Membri sabiex jagħmlu t-tranżizzjoni lejn ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma li tkun ġenwinament integrata, filwaqt li jippromwovu approċċi li jkunu bbażati fuq l-ekosistemi fejn rilevanti. Fil-kuntest ta' azzjonijiet immirati lejn l-implimentazzjoni tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, jenħtieġ li ssir enfasi partikolari fuq il-pressjonijiet u l-impatti emerġenti, kif ukoll fuq it-trawwim ta' ġestjoni integrata tal-kosti u ppjanar spazjali marittimu aħjar. Fir-rigward tal-industrija tal-ilma, it-teknoloġiji u l-proċessi użati biex tkun żgurata d-disponibbiltà tas-servizzi tal-ilma (il-produzzjoni tal-ilma għax-xorb jew it-trattament tal-ilma mormi) qed jilħqu l-maturità tagħhom. F'konformità mal-oqsma prijoritarji tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar l-Ilma, hemm żewġ sfidi attwali: (i) l-iżgurar ta' implimentazzjoni xierqa b'tali mod li tagħti riżultati kosteffiċjenti, effiċjenti fir-riżorsi u riżultati li jkunu legalment konformi, u (ii) l-iżgurar tal-kapaċità fl-indirizzar ta' kwistjonijiet emerġenti fil-qasam jiġu indirizzati.

Għaldaqstant, se tingħata prijorità lis-suġġetti tal-proġetti li ġejjin:

Ilma, għargħar u nixfa — l-Anness III, it-taqsima A, il-punti (a)(i)-(ii)

1.

L-implimentazzjoni ta' azzjonijiet għall-ġestjoni tar-riskju tal-għargħar u/jew tan-nixfiet bl-applikazzjoni ta' mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

Soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura li jikkonsistu f'miżuri għaż-żamma naturali tal-ilma li jżidu l-infiltrazzjoni u l-ħżin tal-ilma u jneħħu l-inkwinanti permezz ta' proċessi naturali jew “li jixbhu lil dawk naturali”, inkluża n-naturalizzazzjoni mill-ġdid tal-morfoloġija tax-xmajjar, tal-lagi, tal-estwarji u tal-kosta u/jew il-ħolqien mill-ġdid ta' ħabitats assoċjati, inklużi pjanuri tal-għargħar u tal-bwar;

għodod u tekniki ta' prevenzjoni u ta' protezzjoni biex jiġu appoġġjati l-politika, l-ippjanar dwar l-użu tal-art, it-tnaqqis tar-riskju, ir-reżiljenza ta' wara l-avveniment u l-ġestjoni ta' emerġenza u/jew

approċċi integrati għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji li jikkunsidraw il-vulnerabbiltà soċjali u li jimmiraw biex titjieb ir-reżiljenza filwaqt li tiġi żgurata l-aċċettazzjoni soċjali.

2.

Proġetti li jindirizzaw il-pressjonijiet idromorfoloġiċi identifikati f'Pjanijiet tal-Immaniġġjar tal-Baċin tax-Xmara u li joriġinaw mill-użu tal-art jew tal-ilma sabiex jinkiseb status jew potenzjal tajjeb tal-ilma, kif meħtieġ mill-objettivi tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma.

3.

Ġestjoni integrata tan-nutrijenti u tat-tniġġis organiku li joriġinaw mill-bnedmin jew mill-agrikoltura bit-tneħħija diretta tat-tniġġis. Jenħtieġ li l-azzjonijiet previsti jiġu identifikati bħala riżultat ta' analiżi komprensiva tan-nuqqasijiet (20) li tiddefinixxi l-miżuri meħtieġa fuq skala ta' baċir idrografiku jew ta' magħqad tal-ilma biex ikunu jistgħu jinkisbu r-rekwiżiti tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, filwaqt li jiġi kkunsidrat dak li nkiseb permezz tar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (21), tad-Direttiva dwar in-Nitrati (22), tad-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm (23) u tad-Direttiva tal-Ilma ta' Taħt l-Art (24).

4.

It-tnaqqis ta' pressjonijiet minn inkwinanti kimiċi fl-ambjent tal-ilma bit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' sustanzi prijoritarji u sustanzi kimiċi oħra identifikati bħala inkwinanti speċifiċi tal-baċiri idrografiċi mis-sors, permezz tal-użu ta' sostituti (25) xierqa jew ta' teknoloġiji alternattivi.

5.

L-implimentazzjoni ta' miżuri għall-iffrankar tal-ilma sabiex jitnaqqsu l-pressjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi fuq il-korpi tal-ilma f'baċiri bi stress tal-ilma, kif identifikat fil-Pjan ta' Mmaniġġjar tal-Baċin tax-Xmara rilevanti.

Ġestjoni tal-ibħra u tal-kosti — l-Anness III, it-taqsima A, il-punt (a)(iii)

1.

L-applikazzjoni ta' għodod, teknoloġiji jew prattiki biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-attivitajiet tal-bnedmin relatati mal-ambjent tal-baħar, inklużi billi titnaqqas il-pressjoni tal-attivitajiet tal-bnedmin fuq l-ambjent tal-baħar, u billi jiġi indirizzat mill-inqas wieħed mis-suġġetti li ġejjin ta' tħassib kbir:

l-istorbju ta' taħt l-ilma,

id-disturb ta' qiegħ il-baħar,

l-estrazzjoni minerarja minn fond il-baħar,

is-sajd,

l-agrikoltura u/jew

in-navigazzjoni.

2.

Il-proġetti li għandhom l-objettiv li jipprevjenu u jnaqqsu l-iskart jew il-kontaminanti fil-baħar, billi jindirizzawhom mis-sors fuq l-art u/jew fl-ibħra.

L-Industrija tal-Ilma — l-Anness III, it-taqsima A, punt (a)(iv)

1.

L-applikazzjoni ta' teknoloġiji għas-sistemi tat-trattament tal-ilma tax-xorb u tal-ilma urban mormi, permezz tal-użu ta' proċessi effiċjenti fir-riżorsi għall-provvista ta' servizzi tal-ilma (26), għall-proċeduri fuq il-post u/jew għall-proċeduri ta' kontroll, biex jitnaqqsu jew jiġu eliminati r-rilaxxi ta' inkwinanti u/jew ta' patoġeni emerġenti, bħala parti mill-effluwenti tat-trattament tal-ilma mormi.

2.

L-applikazzjoni ta' għodod li jiżguraw il-provvista ta' servizzi tal-ilma effiċjenti fir-riżorsi, f'konformità mad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb u d-Direttiva dwar l-Ilma Urban Mormi għall-popolazzjoni li tgħix f'żoni rurali  (27).

3.

It-titjib tal-effiċjenza u tal-effikaċja ta' soluzzjonijiet u/jew ta' għażliet ta' trattament li jirrigwardaw l-ilma riċiklat/riġenerat, li jimplimentaw waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

Kunċetti għal provvista (alternattiva) tal-ilma, trattament tal-ilma mormi, l-użu mill-ġdid, l-irkupru u r-riċiklaġġ tar-riżorsi (28);

Metodi ta' kontroll mis-sors u teknoloġiji kosteffiċjenti fuq il-post għar-rilaxxi ta' inkwinanti u ta' patoġeni emerġenti fis-sistema tat-trattament tal-ilma mormi;

Ċentri innovattivi għat-trattament tal-ilma, f'reġjuni li attwalment ma għandhomx sistemi ta' drenaġġ u faċilitajiet ta' trattament u sanitarji xierqa, li japplikaw teknoloġiji intelliġenti u sistemi deċentralizzati b'enfasi fuq sorsi alternattivi tal-ilma;

Approċċi sistematiċi biex jiġi evitat it-telf tal-ilma, tal-enerġija u tar-riżorsi fil-produzzjoni industrijali u/jew fl-infrastruttura tal-ilma u l-ilma mormi.

L-Anness III tar-Regolament LIFE

(b)

Prijoritajiet tematiċi għall-Iskart: attivitajiet għall-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi għall-iskart stabbiliti fil-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi u s-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali, b'mod partikolari:

(i)

approċċi integrati għall-implimentazzjoni ta' pjanijiet u programmi tal-iskart;

(ii)

attivitajiet għall-implimentazzjoni u għall-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iskart, b'enfasi partikolari fuq l-ewwel passi tal-ġerarkija tal-Unjoni għall-iskart (prevenzjoni, użu mill-ġdid u riċiklaġġ);

(iii)

attivitajiet għall-użu effiċjenti tar-riżorsi u impatt taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti, tendenzi ta' konsum u dematerjalizzazzjoni tal-ekonomija.

Fir-rigward tal-iskart, il-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi u s-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali jimmiraw li jintlaħqu l-miri ġenerali li ġejjin sal-2020:

li jitnaqqas l-iskart iġġenerat;

li jiġi massimizzat ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid;

li tiġi limitata l-inċinerazzjoni għal materjali mhux riċiklabbli; u

li jiġi llimitat ir-rimi f'miżbliet ta' skart mhux riċiklabbli jew li ma jistax jiġi rkuprat.

Għaldaqstant, se tingħata prijorità lis-suġġetti tal-proġetti li ġejjin:

Implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart - l-Anness III, it-taqsima A, il-punti (b)(i)-(ii)

1.

L-implimentazzjoni ta' metodi għall-ġestjoni (il-ġbir separat, is-separazzjoni u r-riċiklaġġ) tal-iskart fir-Reġjuni Ultraperiferiċi tal-UE (29) jew fuq gżejjer (30) b'popolazzjoni residenti ta' inqas minn 250 000 abitant (31).

2.

Implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi li jimmiraw għal waħda minn dawn li ġejjin:

Il-ġbir separat u r-riċiklaġġ ta' skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) u/jew ta' batteriji u akkumulaturi jew ir-riċiklaġġ ta' WEEE u/jew ta' batteriji u akkumulaturi;

Iż-żarmar u r-riċiklaġġ ta' vetturi li m'għadhomx jintużaw (ELVs)

Id-dekostruzzjoni selettiva ta' xogħlijiet ta' kostruzzjoni jew ta' bini li jirriżulta f'materjali jew fi prodotti riċiklati (32) b'valur miżjud;

Separazzjoni u riċiklaġġ ta' valur miżjud tal-plastik  (33);

Il-ġbir separat u r-riċiklaġġ tal-bijoskart u/jew

Ir-riċiklaġġ ta' materjali kompożiti għall-irkupru ta' materja prima kritika.

Nota ta' spjegazzjoni:

B'mod kumplimentari għal dawn is-soluzzjonijiet innovattivi u għall-proġett LIFE, l-operazzjonijiet l-oħra ta' ġestjoni tal-iskart f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart ukoll jenħtieġ li jiġu segwiti waqt u wara l-perjodu tal-proġett.

3.

L-identifikazzjoni  (34) u s-separazzjoni ta' sustanzi perikolużi li jinsabu fl-iskart, biex ikun jista' jsir riċiklaġġ (35) ta' valur miżjud tal-iskart ittrattat u r-rimi sikur tas-sustanzi perikolużi fi ħdan il-qafas tal-proġett.

Effiċjenza fl-Iskart u fir-Riżorsi — l-Anness III, it-taqsima A, il-punt (b)(iii)

1.

L-implimentazzjoni ta' mudelli u/jew ta' approċċi kummerċjali u/jew ta' konsum ġodda biex tiġi appoġġjata l-effiċjenza fir-riżorsi, fl-oqsma industrijali prijoritarji kif stabbilit fil-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi (36) u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari (37), li jiffokaw fuq id-durabbiltà, l-użu mill-ġdid, it-tiswija u r-riċiklaġġ tal-prodotti u proċessi alternattivi għall-bejgħ tal-prodotti. Diġà matul il-proġett, l-implimentazzjoni ta' mudelli u ta' approċċi kummerċjali ġodda jenħtieġ li

tirriżulta fi tnaqqis fl-użu tar-riżorsi (jiġifieri l-użu tal-materjal, l-użu tal-enerġija u/jew tal-ilma, skont l-effetti ewlenin) u

tappoġġja t-trasformazzjoni f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) (38) u/jew

tintegra d-dimensjoni soċjali fil-mudell kummerċjali.

Nota ta' spjegazzjoni:

Proċessi alternattivi jinkludu iżda mhumiex limitat għall-kondiviżjoni jew il-lokazzjoni, il-manifattura mill-ġdid, is-simbjożi industrijali, l-ottimizzazzjoni tal-katini alimentari, it-trasporti u l-mobbiltà, il-bini u l-kostruzzjoni/it-twaqqigħ sostenibbli.

L-Anness III tar-Regolament LIFE

(c)

Prijoritajiet tematiċi għall-Effiċjenza fir-Riżorsi, inklużi l-ħamrija u l-foresti, u l-ekonomija ekoloġika u ċirkolari: attivitajiet għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi u s-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali li mhumiex koperti minn prioritajiet tematiċi oħrajn imsemmijin f'dan l-Anness, b'mod partikolari:

(i)

attivitajiet għas-simbjożi industrijali u t-trasferiment ta' għarfien, u l-iżvilupp ta' mudelli ġodda għal tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u ekoloġika;

(ii)

attivitajiet għall-Istrateġija Tematika għall-Ħamrija (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Settembru 2006 bit-titolu “L-Istrateġija Tematika għall-Ħarsien tal-Ħamrija”) b'enfasi partikolari fuq il-mitigazzjoni u l-kumpens għas-siġillar tal-ħamrija, u użu mtejjeb tal-art;

(iii)

attivitajiet għal sistemi ta' monitoraġġ u informazzjoni dwar il-foresti, u għall-prevenzjoni tan-nirien forestali.

Il-proġetti taħt il-prijoritajiet tematiċi għall-Effiċjenza fir-Riżorsi, inklużi l-ħamrija u l-foresti, u l-ekonomija ekoloġika u ċirkolari se jiffukaw fuq l-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali lejn Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi, il-pjan ta' azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari (39), l-Istrateġija Tematika għall-Ħarsien tal-Ħamrija (40) u l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti tal-2013 (41).

Fir-rigward tas-simbjożi industrijali, it-trasferiment tal-għarfien u t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u ekoloġika, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-prestazzjoni ċirkolari/effiċjenti fir-riżorsi u ambjentalment soda tan-negozji, l-politika tal-konsumaturi, l-mudelli kummerċjali u ta' konsum ġodda, u l-ktajjen tal-valur. L-appoġġ pubbliku għal ekonomija ċirkolari s'issa kien iffokat fuq ir-“riċiklaġġ”, filwaqt li proġetti għall-użu mill-ġdid, għat-tiswija u għall-manifattura mill-ġdid mhumiex irrappreżentati biżżejjed (42). Jekk tiġi implimentata tul il-ktajjen tal-valur (lokali), l-ekonomija ċirkolari għandha potenzjal kbir li toħloq effetti soċjali pożittivi, pereżempju fir-rigward tal-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' individwi inqas privileġġati u l-formalizzazzjoni tal-attivitajiet fl-ekonomija sewda. Il-proġetti li jindirizzaw l-ekonomija ċirkolari huma mistiedna li jikkunsidraw dawn l-aspetti flimkien mal-impatt ambjentali dirett li jista' jitkejjel. Dawn il-ktajjen tal-valur se jindirizzaw l-oqsma prijoritarji, u għalhekk se jippromwovu wkoll l-implimentazzjoni tal-“Istrateġija dwar il-Plastik fl-Ekonomija Ċirkolari” (43) li ġejja.

Fir-rigward tal-protezzjoni tal-ħamrija, jeħtieġ li titjieb il-ġestjoni tal-ħamrija u, b'mod partikolari, li jiġi limitat u jitnaqqas l-issiġillar tal-ħamrija. Id-dejta relatata mal-ħamrija li tinġabar fil-proġett jenħtieġ li tingħata lill-bażijiet tad-dejta reġjonali, nazzjonali u/jew tal-UE rilevanti.

Il-proġetti mmirati lejn il-foresti mistennija li jikkontribwixxu għall-monitoraġġ tal-foresti billi jipprovdu kull dejta rilevanti li jistgħu jiġġeneraw lis-sistemi Ewropej ta' informazzjoni attwali jew futuri dwar il-foresti. Min-naħa l-oħra, hemm il-ħtieġa li jinstabu approċċi ta' silvikulturali kosteffiċjenti u qrib in-natura jew approċċi simili alternattivi relatati ma' siġar miżrugħa tal-istess età u ta' speċi waħda sabiex tingħata spinta lill-bijodiversità u lir-reżiljenza. Jenħtieġ li jsiru sforzi partikolari biex jiġu evitati l-okkorrenzi ta' nirien tal-foresti, biex jitnaqqsu l-kundizzjonijiet biex dawn ikomplu jinfrixu, u biex tiżdied ir-reżiljenza ġenerali tal-foresti, speċjalment f'żoni protetti bħas-siti ta' Natura 2000, li fihom proporzjoni kbir ta' foresti u jirrappreżentaw il-pedament tal-azzjoni għall-protezzjoni tan-natura tal-UE.

Għaldaqstant, se tingħata prijorità lis-suġġetti tal-proġetti li ġejjin:

Effiċjenza fir-Riżorsi, ekonomija ekoloġika u ċirkolari — l-Anness III, it-taqsima A, il-punt (c)(i)

L-implimentazzjoni tal-kunċett ta' ekonomija ċirkolari huwa mmirat lejn mill-inqas wieħed mis-setturi prijoritarji tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari (44) u li jiżgura l-użu ta' riżorsi sekondarji, ta' fdal ta' materjali u/jew ta' skart ta' kwalità għolja f'katina tal-valur jew fi ktajjen tal-valur differenti. Diġà matul id-durata tal-proġett, l-implimentazzjoni tal-ekonomija ċirkolari għandha:

l-appoġġ għat-trasformazzjoni f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u/jew

L-integrazzjoni tad-dimensjoni soċjali fil-katina(ktajjen) tal-valur.

Ħamrija — l-Anness III, it-taqsima A, il-punt (c)(ii)

1.

L-implimentazzjoni tal-azzjonijiet f'konformità mal-Linji Gwida dwar l-Issiġillar tal-Ħamrija (45), b'aktar effiċjenza meta mqabbla mas-soluzzjonijiet tas-suq bl-għan li jinkiseb żvilupp spazjali reġjonali jew fil-pajjiż kollu mingħajr aktar teħid tal-art jew issiġillar tal-ħamrija. Dawn l-azzjonijiet għandhom jikkonsistu f'mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

il-limitazzjoni u/jew l-azzjonijiet ta' rimedju l-oħra ffukati fuq siti kkontaminati;

il-mitigazzjoni tas-siġillar tal-ħamrija u/jew;

il-kumpens għas-siġillar tal-ħamrija.

2.

L-implimentazzjoni ta' prattiki integrati u sostenibbli għall-ġestjoni tal-ħamrija f'konformità mal-Linji Gwida Volontarji għall-Ġestjoni Sostenibbli tal-Ħamrija (46) permezz ta' netwerks jew organizzazzjonijiet reġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali.

Foresti — l-Anness III, it-taqsima A, il-punt (c)(iii)

Minbarra d-dejta indikattiva relatata mal-ħabitats u mal-ekosistemi tal-foresti u mas-servizzi tagħhom, il-proġetti LIFE mmirati lejn il-foresti jenħtieġ li jipprovdu wkoll id-dejta dwar l-indikaturi rilevanti skont il-kriterji 1, 2, 4 u 5 tal-Indikaturi Pan-Ewropej Aġġornati għall-Ġestjoni Sostenibbli tal-Foresti (47).

1.

L-applikazzjoni effettiva u effiċjenti ta' għodod, metodoloġiji, tekniki, teknoloġiji u tagħmir għall-implimentazzjoni ta' approċċi ta' ġestjoni tal-foresti qrib in-natura u approċċi ta' silvikultura simili alternattivi  (48) għal ġestjoni aktar intensiva tal-foresti  (49) u/jew ta' approċċi ta' ġestjoni bbażati fuq siġar miżrugħa tal-istess età u ta' speċi waħda, b'kosteffettività li tista' titqabbel ma' dik ta' operazzjonijiet fuq skala medja jew kbira użati f'kuntest ekwivalenti ta' ġestjoni tal-foresti aktar intensiva u/jew f'kuntest ta' ġestjoni tal-foresti tal-istess età u ta' speċi waħda (50).

Nota ta' spjegazzjoni:

“Ġestjoni tal-foresti qrib in-natura” (xi drabi msejħa wkoll bħala “forestrija ekoloġikament tajba” jew “forestrija ta' kopertura kontinwa”) hi kkaratterizzata minn prattiki li jippruvaw jimitaw proċessi naturali u li għandhom l-objettiv li jgħaqqdu l-użu ekonomiku tal-foresti mal-konservazzjoni tan-natura. Ir-riżultati huma ġestiti b'mod attiv, ħlief għall-foresti b'diversi saffi u mħallta sew li jkunu relattivament qrib il-foresti naturali. Il-kunċett jinkludi l-ġestjoni attiva tal-foresti bil-ħsad tal-injam u għalhekk m'għandux jitfixkel ma' approċċi li għandhom l-objettiv espliċitu li jippreservaw il-proċessi naturali, eż. f'żoni fi stat naturali. Il-prattiki li tipikament jintużaw jistgħu jvarjaw ftit minn pajjiż għal ieħor iżda jkunu mistennija li jinkludu l-elementi li ġejjin; l-użu ta' speċi tas-siġar indiġeni jew adattati għas-sit, ir-riġenerazzjoni naturali, it-tħaddim limitat tal-magni, l-inklużjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni tan-natura, l-esklużjoni tal-fertilizzazzjoni jew l-użu ta' pestiċidi, perjodu twil tan-newba, il-ħsad individwali taz-zkuk jew fi grupp (51).

2.

Metodi ta' ttestjar u ta' implimentazzjoni (52) għall-konverżjoni ta' foresti eżistenti suxxettibbli ħafna għan-nirien għal popolamenti aktar reżiljenti b'inqas riskju li jinġemal-fjuwil u li jinxtered in-nar, li jiddependu fuq prattiki silvikulturali u ta' ġestjoni tal-art li jiffavorixxu foresti seminaturali mħallta jew dawk bil-weraq wesgħin, li jeskludu l-isfruttament żejjed ta' korpi tal-ilma relatati u/jew li jiżguraw l-użu sostenibbli tal-art biex jitnaqqas ir-riskju ta' nirien u/jew l-intensità tan-nirien.

L-Anness III tar-Regolament LIFE

(d)

Prijoritajiet tematiċi għall-Ambjent u s-Saħħa, inklużi s-sustanzi kimiċi u l-istorbju: attivitajiet ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi għall-ambjent u s-saħħa stabbiliti fis-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali, b'mod partikolari:

(i)

attivitajiet ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (53) (REACH) u r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (54) (Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali) għall-iżgurar ta' użu iktar sikur, sostenibbli jew ekonomiku ta' sustanzi kimiċi (inklużi n-nanomaterjali);

(ii)

attivitajiet ta' appoġġ biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (55) (Direttiva dwar l-Istorbju) sabiex jinkisbu livelli ta' storbju li ma jirriżultawx f'impatti negattivi sinifikanti u riskji għas-saħħa tal-bniedem;

(iii)

attivitajiet ta' appoġġ biex jiġu evitati inċidenti serji b'mod partikolari biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (56) (Direttiva Seveso III).

Fir-rigward tal-ambjent u s-saħħa, għandhom jiġu esplorati metodi ġodda biex jitnaqqas l-impatt tas-sustanzi kimiċi, l-istorbju u l-aċċidenti industrijali fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.

Għaldaqstant, se tingħata prijorità lis-suġġetti tal-proġetti li ġejjin:

Sustanzi kimiċi — l-Anness III, it-taqsima A, il-punt (d)(i)

It-tnaqqis tal-impatt fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem, ta' mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

Is-sustanzi identifikati bħala ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent skont ir-Regolament dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (CLP)  (57);

it-taħlita tal-effetti tas-sustanzi kimiċi, inklużi interferenti endokrinali;

nanomaterjali;

il-prodotti bijoċidali u/jew il-pestiċidi.

Dan se jintlaħaq permezz ta' waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:

l-użu aktar sikur u aktar sostenibbli,

it-tnaqqis tal-esponiment għal sustanzi kimiċi tossiċi fil-prodotti jew fl-ambjent, u/jew

is-sostituzzjoni ma' sustanzi aktar sikuri jew ma' soluzzjonijiet mhux kimiċi.

L-istorbju — l-Anness III, it-taqsima A, il-punt (d)(ii)

Taħt din l-intestatura, se tingħata prijorità lill-proġetti f'żoni urbani biex titjieb is-sitwazzjoni għal għadd massimu ta' persuni.

It-tnaqqis tal-istorbju mit-toroq f'żoni urbani b'popolazzjoni densa permezz tal-użu ta' superfiċji u/jew ta' tajers bi storbju baxx bi spejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja komparabbli ma' dawk ta' superfiċji u/jew ta' tajers standard, filwaqt li jinkiseb tnaqqis sostanzjali fl-istorbju.

Aċċidenti industrijali — l-Anness III, it-taqsima A, il-punt (e)(iii)

Il-faċilitazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva Seveso III (id-Direttiva 2012/18/UE) dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi permezz tal-użu ta' għodod metodoloġiċi partikolarment kosteffiċjenti biex isir immappjar tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, u biex jiġu indirizzati l-effetti domino. Il-proġetti għandhom jipprevedu l-applikazzjoni dimostrattiva ta' dawn l-għodod minn detenturi differenti tal-kompiti u jimplimentaw miżuri ta' prevenzjoni jew ta' tnaqqis tar-riskju abbażi tagħhom.

L-Anness III tar-Regolament LIFE

(e)

Prijoritajiet tematiċi għall-Kwalità tal-Arja u l-emissjonijiet, inkluż l-ambjent urban: attivitajiet ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi għall-arja u l-emissjonijiet fil-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi u s-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali, b'mod partikolari:

(i)

approċċi integrati għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja;

(ii)

attivitajiet ta' appoġġ favur il-faċilitazzjoni tal-konformità mal-kwalità tal-arja tal-Unjoni u l-istandards tal-emissjonijiet fl-arja relatati, inkluża d-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (58) (Direttiva dwar il-Livelli Nazzjonali Massimi tal-Emissjonijiet);

(iii)

attivitajiet ta' appoġġ għat-titjib tal-implimentazzjoni mtejba tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (59) (Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali) b'enfasi partikolari fuq it-titjib tal-proċess ta' definizzjoni u ta' implimentazzjoni tal-aqwa tekniki disponibbli, bl-iżgurar ta' aċċess faċli tal-pubbliku għall-informazzjoni u t-titjib tal-kontribut tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali għall-innovazzjoni.

Il-prijorità tematika “kwalità tal-arja u l-emissjonijiet inkluż l-ambjent urban” tiffoka fuq l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja u fuq approċċ komprensiv lejn il-problemi ambjentali urbani. It-tniġġis tal-arja jibqa' l-aktar problema serja għas-saħħa ambjentali fl-Ewropa, b'rata ta' mortalità li hi aktar minn għaxar darbiet ogħla minn dik tal-aċċidenti tat-traffiku, u li għandha impatt sinifikanti anki fuq l-ekosistemi (eż., 70 % tas-siti ta' Natura 2000 jiġu affettwati mill-ewtrofikazzjoni b'riżultat tat-tniġġis tal-arja). Dan għandu jiġi indirizzat f'konformità mal-Istrateġija tal-Kwalità tal-Arja tal-UE li jmiss għall-perjodu li jwassal sal-2030. Il-proġetti jenħtieġ li jirreferu għall-PM u/jew in-NO2, mhux għas-CO2. Jekk it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 jkun l-objettiv primarju, il-proġett jenħtieġ li jiġi ppreżentat taħt is-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika.

Id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (IED) hija l-istrument prinċipali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis minn punti ta' sorsi kbar. L-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tal-IED (u l-preċedessur tagħha, id-Direttiva dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis IPPC) ippermettiet li jiġu identifikati l-bżonnijiet addizzjonali f'termini ta' informazzjoni pubblika u l-introduzzjoni ta' tekniki emerġenti

Għaldaqstant, se tingħata prijorità lis-suġġetti tal-proġetti li ġejjin:

Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja u d-Direttiva NEC — l-Anness III, it-taqsima A, il-punti (e)(i)-(ii)

Sakemm ma jiġix dikjarat mod ieħor b'mod espliċitu, il-proġetti tal-kwalità tal-arja jenħtieġ li jiffukaw b'mod ġenerali fuq iż-żoni urbani sabiex jiġi kopert l-akbar ammont ta' nies possibbli.

1.

It-titjib tal-kwalità tal-arja u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-materja partikolata (PM) f'żoni b'użu kbir ta' fjuwil solidu bħall-bijomassa, il-faħam, u l-pit għat-tisħin domestiku. Dawn il-proġetti għandhom jimplimentaw waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:

soluzzjonijiet tekniċi (60),

ta' ġestjoni,

regolatorji u/jew

ibbażati fuq l-inċentivi (61).

2.

Mobbiltà sostenibbli għat-trasport bit-triq li timmira lejn l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja, li t-tnaqqis tagħhom huwa essenzjali biex jiġu ssodisfati aħjar l-istandards tal-kwalità tal-arja, b'attenzjoni għal waħda jew aktar minn dawn li ġejjn:

Sewqan fid-dinja reali aktar nadif;

vetturi b'żewġ jew bi tliet roti aktar nodfa jew tal-elettriku u/jew l-analiżi u l-implimentazzjoni fuq skala tal-ittestjar tal-ħtiġijiet infrastrutturali relatati;

l-użu ta' vetturi elettriċi jew b'emissjonijiet tassew baxxi (62);

l-użu ta' fjuwils alternattivi;

programmi retroattivi innovattivi għall-vetturi (63);

teknoloġija alternattiva tal-mototrażmissjoni (64);

sistemi ta' aċċess għat-traffiku b'impatt għoli (bħal Żoni b'Emissjoni Baxxa u skemi ta' pedaġġi tat-triq) permezz ta' kriterji ta' aċċess avvanzati u/jew tikketti; u/jew

l-użu ta' pjattaformi loġistiċi innovattivi (65).

3.

L-avjazzjoni sostenibbli u l-mobbiltà ta' Makkinarju Mobbli Mhux tat-Triq (NRMM) għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, b'mod partikolari minn NRMM eżistenti li (għad) mhumiex koperti mir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (66).

4.

Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka, tal-metan u tal-PM mill-agrikoltura b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi aġġornat għall-Prattiki Tajbin tan-NU/KEE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-agrikoltura (67).

Id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali — l-Anness III, it-taqsima A, il-punti (e)(iii)

L-applikazzjoni ta' tekniki ta' prevenzjoni u ta' tnaqqis tat-tniġġis imsemmija fid-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali bħala tekniki emerġenti.

L-ambjent urban — l-Anness III, it-taqsima A, il-punt (e)

L-implimentazzjoni ta' politiki urbani u approċċi regolatorji integrati għal ippjanar u tfassil sostenibbli u/jew biex jiġu appoġġjati soluzzjonijiet tekniċi innovattivi biex jitjieb mill-inqas wieħed mill-aspetti li ġejjin:

it-trasport u l-mobbiltà pubblika urbana,

l-effiċjenza fl-enerġija jew fir-riżorsi jew l-enerġija rinnovabbli (68) mingħajr emissjonijiet/b'emissjonijiet baxxi jew soluzzjonijiet materjali (69).

il-produzzjoni tal-ikel lokali u/jew

il-kundizzjoni ta' ekosistemi urbani u s-servizzi tagħhom (70).

3.2.   Qasam prijoritarju Natura u Bijodiversità

Skont l-Artikolu 11(a) tar-Regolament LIFE, is-suġġetti tal-proġetti li jikkorrispondu għal dan il-qasam prijoritarju u l-prijoritajiet tematiċi relatati elenkati fl-Anness III tar-Regolament LIFE għandhom isegwu l-objettiv speċifiku li “jingħata kontribut għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tan-natura u l-bijodiversità, inkluż l-Istrateġija tal-Unjoni għall-Bijodiversità sal-2020, u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (71) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (72), partikolarment bl-applikazzjoni, l-iżvilupp, l-ittestjar u d-dimostrazzjoni ta' approċċi, l-aħjar prattiki u soluzzjonijiet”.

LIFE ilu jservi ta' għodda prinċipali fl-appoġġ tal-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar l-Għasafar u dwar il-Ħabitats għal dawn l-aħħar 25 sena u kien strumentali u f'ċerti każijiet kruċjali biex jiġi żgurat l-istabbiliment tan-netwerk Natura 2000. Il-kontroll tal-idoneità tad-Direttivi dwar in-Natura (73) u l-Pjan ta' azzjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija (74) jenfasizza l-ħtieġa li jiżdied il-finanzjament f'dan il-qasam prijoritarju, li huwa kopert mir-Regolament Delegat li jemenda l-Artikolu 9, il-paragrafu 4 tar-Regolament LIFE. LIFE Natura u Bijodiversità se jkompli jiffoka r-riżorsi finanzjarji fuq Natura 2000 biex ikun żgurat li jitwettqu bis-sħiħ l-impenji rigward il-mira 1 tal-istrateġija għall-Bijodiversità, u, fl-istess waqt, jiġu promossi l-proġetti li jindirizzaw il-miri 2, 3, 4 u 5 tal-Istrateġija għall-Bijodiversità sal-2020.

Il-proġetti LIFE Natura u LIFE Bijodiversità huma maħsuba biex jikkomplementaw lil xulxin u, fejn ikun rilevanti, il-prijoritajiet tematiċi oħra relatati man-natura u mal-bijodiversità, eż. meta proġett ikun immirat lejn Natura 2000, fejn rilevanti, jenħtieġ li jindirizza wkoll speċijiet aljeni invażivi. Għalhekk, biex jiġu evitati l-inkonsistenzi, il-prinċipji li japplikaw taħt waħda mill-prijoritajiet tematiċi japplikaw ukoll taħt il-prijorità kumplementari. Jekk il-proġetti li jimplimentaw il-Miri 2, 3, 4 u/jew 5 tal-Istrateġija għall-Bijodiversità sal-2020 isiru (anke parzjalment) f'siti ta' Natura 2000, il-miżuri proposti jeħtieġ li jkunu konformi mal-objettivi ta' konservazzjoni tas-sit, mal-pjan ta' ġestjoni tas-sit jew ma' strumenti ekwivalenti u/jew mal-att ta' deżinjazzjoni taż-Żoni Speċjali ta' Konservazzjoni (ŻSK). Barra minn hekk, il-proġetti LIFE li għandhom fil-mira l-foresti jenħtieġ li jipprovdu wkoll id-dejta dwar l-indikaturi rilevanti skont il-kriterji 1, 2, 4 u 5 tal-Indikaturi Pan-Ewropej Aġġornati għall-Ġestjoni Sostenibbli tal-Foresti (75).

L-Anness III tar-Regolament LIFE

(a)

Prijoritajiet tematiċi għan-Natura: attivitajiet għall-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE, b'mod partikolari:

(i)

Attivitajiet immirati lejn it-titjib tal-istatus ta' konservazzjoni tal-ħabitats u l-ispeċi, inklużi l-ħabitats u l-ispeċi tal-baħar, u l-ispeċi tal-għasafar, fl-interess tal-Unjoni;

(ii)

Attivitajiet b'appoġġ għas-seminars bijoġeografiċi tan-netwerk Natura 2000;

(iii)

Approċċi integrati għall-implimentazzjoni tal-oqfsa ta' azzjoni prijoritizzata.

Jingħataw prijorità s-suġġetti tal-proġetti li ġejjin li jikkontribwixxu għall-Mira 1 tal-Istrateġija għall-Bijodiversità sal-2020 biex jiġu implimentati bis-sħiħ id-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats:

1.

Titjib fl-istatus tal-konservazzjoni tat-tipi ta' ħabitats jew tal-ispeċijiet ta' Interess Komunitarju (76) skont id-Direttivi Dwar l-Għasafar u dwar il-Ħabitats tal-UE, li huma mmirati lejn is-siti ta' Natura 2000 proposti jew imfassla għal dawn it-tipi ta' ħabitats jew speċijiet  (77).

2.

Proġetti mmirati lejn it-titjib tal-istatus ta' konservazzjoni tat-tipi ta' ħabitats jew ta' speċijiet li jkunu ta' Interess Komunitarju, dment li l-istatus tagħhom ma jkunx wieħed “favorevoli/sikur u ma jkunx qed jonqos fil-kwalità” jew “mhux magħruf” skont l-aktar valutazzjonijiet ġenerali reċenti li l-Istati Membri jkunu pprovdew fil-livell ġeografiku relevanti skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats jew l-aktar valutazzjonijiet reċenti skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva dwar l-Għasafar u l-valutazzjonijiet tal-għasafar fil-livell tal-UE.

3.

L-implimentazzjoni tal-komponent tal-baħar tad-Direttivi dwar il-Ħabitats u dwar l-Għasafar u d-dispożizzjonijiet relatati skont id-deskrittur 1 tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, fejn it-tali proġetti jiffukaw fuq waħda mill-azzjonijiet li ġejjin jew fuq diversi azzjonijiet:

l-ikkompletar u l-iffinalizzar tal-inventarji nazzjonali għall-istabbiliment tan-netwerk ta' siti marini lil hinn mill-kosta ta' Natura 2000;

ir-restawr u l-ġestjoni tas-siti marini ta' Natura 2000, inklużi t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-ġestjoni tas-siti;

azzjonijiet li jindirizzaw kunflitti relatati mal-ispeċijiet, il-ħabitats jew is-siti bejn il-konservazzjoni tal-baħar u s-sajjieda jew “utenti tal-baħar” oħrajn, kif ukoll azzjonijiet li jlaqqgħu l-miżuri ta' konservazzjoni ma' użu sostenibbli tas-siti ta' Natura 2000; u/jew

approċċi dimostrattivi jew innovattivi biex jivvalutaw jew jimmonitorjaw l-impatt tal-attivitajiet tal-bniedem fuq il-ħabitats u l-ispeċijiet tal-baħar kritiċi u l-applikazzjoni tagħhom bħala għodda li tiggwida l-miżuri konkreti tal-konservazzjoni.

L-Anness III tar-Regolament LIFE

(b)

Prijoritajiet tematiċi għall-Bijodiversità: attivitajiet għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Bijodiversità tal-Unjoni sal-2020, b'mod partikolari:

(i)

Attivitajiet maħsuba biex jikkontribwixxu għall-kisba tal-Mira 2;

(ii)

Attivitajiet maħsuba biex jikkontribwixxu għall-kisba tal-Miri 3, 4 u 5.

Is-suġġetti tal-proġetti li ġejjin jiffukaw fuq l-implimentazzjoni tal-Miri 2, 3, 4 u 5 tal-Istrateġija għall-Bijodiversità sal-2020, sakemm dawn primarjament jimmiraw lejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi skont l-Artikoli 3 u 11 tar-Regolament LIFE u b'hekk ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati taħt il-programm LIFE.

Se tingħata prijorità lis-suġġetti tal-proġetti elenkati hawn taħt:

1.

L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' Infrastruttura Ekoloġika  (78) u azzjonijiet li jtejbu l-kundizzjoni tal-ekosistemi u s-servizzi li jipprovdu  (79) u/jew il-konnettività bejn is-siti ta' Natura 2000 u/jew żoni protetti oħra.

L-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' metodi u/jew ta' tekniki replikabbli b'mod mifrux relatati mal-Infrastruttura Ekoloġika li jnaqqsu b'mod effettiv l-impatti negattivi tal-infrastruttura tal-enerġija jew tat-trasport fuq il-bijodiversità billi jsaħħu l-konnettività. Jenħtieġ li dawn it-tekniki u/jew il-metodi jkunu aktar kosteffikaċi minn soluzzjonijiet kwalitattivi ekwivalenti li diġà jiġu offruti fis-suq, u, fejn ikun rilevanti, għandhom iwasslu għal soluzzjonijiet li jiġu kondiviżi mingħajr ħlas jew għall-iżvilupp ta' standards tekniċi.

2.

L-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' għodod li huma mmirati lejn l-integrazzjoni tal-bijodiversità f'deċiżjonijiet finanzjarji u tan-negozju sabiex ikun żgurat li, permezz tal-konservazzjoni u r-restawr tal-bijodiversità li twettqu matul il-proġett, ma jkun hemm l-ebda telf nett tal-bijodiversità u/jew li l-introjtu fil-provvediment ta' servizzi tal-ekosistema jiġi mtejjeb  (80).

3.

L-immirar lejn speċijiet jew ħabitats mhedda li mhumiex inklużi fl-Annessi tad-Direttiva dwar il-Ħabitats iżda li għandhom stat ta' “fil-periklu” jew agħar fil-Listi Ħomor Ewropej tal-ispeċijiet (81) jew tal-ħabitats (82) jew, għal dawk l-ispeċijiet li mhumiex koperti mil-Listi Ħomor Ewropej, fil-Lista Ħamra tal-IUCN (83).

4.

L-indirizzar ta' Speċijiet Aljeni Invażivi  (84) permezz tal-ittestjar u tal-implimentazzjoni tat-tliet passi li ġejjin fuq skala spazjali xierqa fi ħdan qafas komprensiv:

il-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-ispeċijiet aljeni invażivi, partikolarment, bl-indirizzar tad-direzzjonijiet prijoritarji tal-introduzzjoni tagħhom,

l-istabbiliment ta' sistema ta' identifikazzjoni bikrija u ta' eradikazzjoni rapida, u

l-eradikazzjoni, il-kontroll jew iż-żamma ta' speċijiet aljeni invażivi stabbiliti.

Il-proġetti jenħtieġ li jiġu stabbiliti biex jitjiebu oqfsa tekniċi, amministrattivi u/jew legali, jew jiġu żviluppati oħrajn ġodda, fil-livell rilevanti, b'mod partikolari fir-rigward, iżda mhux biss, tal-ispeċijiet inklużi fil-lista ta' speċijiet aljeni invażivi ta' tħassib għall-Unjoni skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (85).

Nota ta' spjegazzjoni: Fejn pass ikun diġà ġie indirizzat independentement mill-proġett jew ma jkunx jista' jiġi indirizzat fil-kuntest tal-proġett, l-azzjonijiet tal-proġett għandhom mill-inqas jitqiegħdu b'mod ċar f'qafas usa' li jgħaqqad it-tliet passi kollha.

3.3.   Qasam prijoritarju Governanza Ambjentali u Informazzjoni

Skont l-Artikolu 12(a) tar-Regolament LIFE, is-suġġetti tal-proġetti li jikkorrispondu għal dan il-qasam prijoritarju u l-prijoritajiet tematiċi relatati elenkati fl-Anness III tar-Regolament LIFE, għandu jkollhom fil-mira l-objettiv speċifiku “li tiġi promossa s-sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet ambjentali, inkluż il-ġenerazzjoni tal-appoġġ pubbliku u tal-partijiet ikkonċernati għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent, u li jiġi promoss l-għarfien dwar l-iżvilupp sostenibbli u tendenzi ġodda għall-konsum sostenibbli.”

L-Anness III tar-Regolament LIFE

Qasam prijoritarju Governanza Ambjentali u Informazzjoni:

(a)

kampanji ta' informazzjoni, komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni b'konformità mal-prijoritajiet tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali;

(b)

attivitajiet b'appoġġ ta' proċess ta' kontroll effettiv kif ukoll miżuri għall-promozzjoni tal-konformità b'rabta mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, u b'appoġġ ta' sistemi ta' informazzjoni u għodda ta' informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni.

Kampanji ta' informazzjoni, ta' komunikazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni — l-Anness III, it-taqsima C, il-punt (a)

L-ambitu ġeografiku tal-kampanji ta' informazzjoni, ta' komunikazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni se jiġi kkunsidrat fil-valutazzjoni tal-valur miżjud Ewropew tal-proġetti proposti.

Sensibilizzazzjoni dwar il-problemi ambjentali, il-politiki ambjentali tal-UE, l-għodod u/jew il-leġiżlazzjoni fost l-udjenza fil-mira rilevanti, bl-għan li jinbidlu l-perċezzjonijiet tagħhom u titrawwem l-adozzjoni ta' mġiba u ta' prattiki favur l-ambjent u/jew l-involviment dirett taċ-ċittadini. L-applikanti jeħtieġ li jipprovdu evidenza sostanzjali li bidla fil-livelli ta' sensibilizzazzjoni (86) fil-qasam(fl-oqsma) indirizzat(i) mill-proġett hija fattur kruċjali li jappoġġja l-implimentazzjoni korretta u/jew l-iżvilupp tal-ġejjieni tal-għodod u/jew il-leġiżlazzjoni tal-politiki ambjentali tal-UE. L-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni jenħtieġ li jkollhom l-aktar kopertura wiesgħa rilevanti għall-kwistjoni speċifika fil-mira (87). Il-problemi ambjentali, il-politiki, l-għodod u/jew il-leġiżlazzjoni ambjentali mmirati jenħtieġ li jkunu marbutin direttament ma' waħda mit-temi jew aktar li huma elenkati hawn taħt it-tliet prijoritajiet li ġejjin (88):

 

Tkabbir ekoloġiku:

Il-konsum sostenibbli b'attenzjoni fuq il-prevenzjoni tal-iskart, b'mod partikolari l-iskart tal-plastik, l-iskart tal-ikel u l-iskart fil-baħar;

It-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, b'mod partikolari l-implimentazzjoni ta' mudelli ta' negozju sostenibbli, produzzjoni, prodotti u servizzi sostenibbli (89);

 

Kuntatt maċ-ċittadini:

Natura 2000 u l-benefiċċji tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar in-natura, f'konformità mal-Pjan ta' azzjoni dwar in-natura, iċ-ċittadini u l-ekonomija (90);

Speċi aljena invażiva;

L-użu sikur ta' sustanzi kimiċi;

Il-benefiċċji tan-natura inkluż infrastruttura ekoloġika u servizzi relatati tal-ekosistema;

 

Kif nagħmluha realtà:

Il-kwalità tal-arja f'żoni urbani u l-benefiċċji tagħha fuq is-saħħa; u/jew

Il-benefiċċji tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-ilma.

Attivitajiet b'appoġġ ta' proċess ta' kontroll effettiv kif ukoll miżuri għall-promozzjoni tal-konformità — l-Anness III, it-taqsima C, il-punt (b)

Is-sistemi ta' informazzjoni, il-kwalità tal-amministrazzjoni pubblika u l-approċċi volontarji

1.

It-titjib tas-sistemi ta' informazzjoni ambjentali użati mill-awtoritajiet pubbliċi għall-ġbir, l-ipproċessar, il-ħżin u l-qsim elettroniku ta' informazzjoni ambjentali, bl-iżvilupp u bil-provvediment ta' sistemi ġodda jew, fejn ikun disponibbli, bit-titjib ta' sistemi eżistenti. Jenħtieġ li l-proġetti jtejbu l-implimentazzjoni tal-politika ambjentali tal-UE u jkunu konformi mal-obbligu ta' rapportar tal-UE

Nota ta' spjegazzjoni:

It-titjib jista' jieħu l-forma ta' piż amministrattiv imnaqqas, ta' qsim aħjar tal-informazzjoni fi ħdan u bejn l-awtoritajiet, ta' użi finali mtejba tal-informazzjoni ambjentali, inkluż ir-rapportar, u servizz aħjar lill-utenti aħħarin, inkluż il-pubbliku.

Fir-rigward tad-dejta tal-monitoraġġ tas-sustanzi kimiċi, jenħtieġ li l-proġetti jtejbu d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tad-dejta tal-monitoraġġ tas-sustanzi kimiċi għall-proċessi regolatorji permezz tal-użu tal-Pjattaforma ta' Informazzjoni għall-Monitoraġġ tas-Sustanzi Kimiċi (IPCHEM), billi jgħaqqdu u jikkorrelataw id-dejta tal-monitoraġġ tas-sustanzi kimiċi mad-dejta dwar is-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent.

2.

It-titjib tal-kapaċità u tal-kwalità tal-amministrazzjoni pubblika fir-rigward ta' pjanijiet, programmi, analiżijiet, reviżjonijiet u valutazzjonijiet u/jew permessi, derogi, u deċiżjonijiet oħrajn dwar attivitajiet speċifiċi, fejn xieraq anki fi sħubija ma' entitajiet privati, bl-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv filwaqt li jiġu ottimizzati l-eżiti ambjentali u, fejn ikun xieraq, tiġi integrata l-konservazzjoni tan-natura.

Waħda jew aktar minn dawn li ġejjin għandhom ikunu fil-mira:

 

Pjanijiet, programmi, analiżijiet, reviżjonijiet u valutazzjonijiet

Il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja  (91);

Programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja  (92);

Pjanijiet tal-immaniġġjar tal-baċini tax-xmara  (93) u programmi assoċjati ta' miżuri, analiżijiet u reviżjonijiet;

Pjanijiet spazjali tal-baħar, u programmi assoċjati ta' miżuri, u strateġiji tal-baħar bl-għan li jiġu żgurati sinerġiji ma' Natura 2000 u ma' pjanijiet tal-immaniġġjar tal-baċini tax-xmara;

Pjan ta' ġestjoni tar-riskju tal-għargħar  (94);

Pjanijiet ta' azzjoni dwar in-nitrati  (95);

Pjanijiet għall-ġestjoni tal-iskart  (96);

Pjanijiet ta' ġestjoni ta' Natura 2000  (97);

Pjanijiet għall-ġestjoni tal-foresti meħtieġa skont ir-Regolament dwar l-Iżvilupp Rurali, biex tiġi żgurata aktar bijodiversità fil-foresti;

Pjanijiet għall-użu tal-art u pjanijiet oħra li jeħtieġu valutazzjoni ambjentali strateġika  (98) bl-għan li titjieb il-kunsiderazzjoni tal-ekosistemi (99) u s-servizzi tagħhom (100);

Valutazzjonijiet tas-sistemi tal-ekosistema u l-ħidma relatata  (101); u/jew

 

Deċiżjonijiet relatati ma':

l-emissjonijiet industrijali;

il-ġestjoni tal-iskart;

it-tniġġis tal-ilma u l-astrazzjoni tal-ilma  (102);

protezzjoni tan-natura  (103).

Nota ta' spjegazzjoni:

Għall-pjanijiet jew il-programmi jew miżuri oħra fil-mira, it-titjib tal-kapaċità u tal-kwalità tal-amministrazzjoni pubblika jista' jkun relatat ma' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin: l-involviment u l-appoġġ tal-partijiet ikkonċernati; il-konsultazzjoni tal-pubbliku; l-ottimizzar tal-kontenut tad-dokumenti; il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-miżura fil-mira u tal-konformità magħha; il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki; l-użu ta' metodi effettivi għat-tħejjija, għar-reviżjoni u għall-valutazzjoni ambjentali tal-miżuri fil-mira. Aktar kapaċità ta' monitoraġġ permezz ta' eż. tekniki ta' monitoraġġ mifruxin u f'ħin reali stabbiliti b'mod koerenti f'diversi lokalitajiet, iżżid l-opportunitajiet u l-bażi tal-informazzjoni mhux biss għall-valutazzjoni tal-pjanijiet iżda anki għall-ħolqien ta' pjanijiet ġodda u dinamiċi.

Fir-rigward tal-pjanijiet ta' ġestjoni ta' Natura 2000 u d-deċiżjonijiet relatati mal-protezzjoni tan-natura, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet mis-seminars bijoġeografiċi ta' Natura 2000. Fir-rigward tad-deċiżjonijiet relatati mal-protezzjoni tan-natura, dan jirrigwarda l-permess ta' rekwiżiti skont l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats u regoli dwar il-ħarsien tal-ispeċi skont l-Artikoli 12 u 16 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats u l-Artikoli 5 u 9 tad-Direttiva dwar l-Għasafar.

Il-valutazzjoni tinkludi l-kejl u l-immudellar, kif ukoll l-istabbiliment u/jew it-titjib ta' inventarji tal-emissjonijiet.

Id-deċiżjonijiet huma deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti bl-għan li tiġi rispettata l-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE.

3.

L-iżvilupp, il-promozzjoni, l-implimentazzjoni u/jew l-armonizzazzjoni ta' wieħed jew aktar mill-approċċi volontarji li ġejjin u l-użu tagħhom minn entitajiet bl-għan li jnaqqsu l-impatt fuq l-ambjent tal-attivitajiet, tal-prodotti u tas-servizzi tagħhom:

Verifika minn parti terza tal-prestazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi meta dawn ikunu lesti għas-suq, bħall-Verifika tat-Teknoloġija Ambjentali (ETV) (104);

regoli tal-kategorija dwar l-impronta ambjentali (PEFCR) u/jew regoli settorjali dwar l-impronta ambjentali tal-organizzazzjonijiet (OEFSR) fil-livell Ewropew għall-prodotti u s-setturi li għadhom mhumiex koperti mill-PEFCRs/OEFSRs eżistenti u l-bażijiet tad-dejta relatati ta' kwalità għolja, abbażi tal-metodoloġija Ewropea tal-impronta ambjentali  (105) u l-aktar gwida riċenti disponibbli (106);

Azzjonijiet, servizzi, netwerks u mudelli ta' negozju ġodda biex jitrawwem l-użu ta' prodotti mmanifatturati mill-ġdid, imsewwija, rinnovati u/jew użati mill-ġdid marbutin ukoll mad-durabbiltà u mal-obsolexxenza programmata tal-prodott, u/jew biex jitrawwem l-użu ta' ekotikketti uffiċjalment rikonoxxuti bħall-Ekotikketta tal-UE;

Speċifikazzjonijiet komuni u/jew għodod ta' monitoraġġ dwar l-adozzjoni għal awtoritajiet pubbliċi bi ħtiġijiet simili ta' akkwist, biex titrawwem l-adozzjoni ta' Akkwist Pubbliku Ekoloġiku u Ċirkolari;

L-għaqda ta' inċentivi regolatorji, finanzjarji jew reputazzjonali mal-prestazzjoni ambjentali bl-użu ta' EMAS;

Il-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-bini bl-użu tal-qafas dwar il-bini b'indikaturi ewlenin (107).

Assigurazzjoni tal-konformità ambjentali u aċċess għall-ġustizzja

1.

Appoġġ għall-assigurazzjoni tal-konformità ambjentali bl-iżvilupp u bl-implimentazzjoni jew bl-implimentazzjoni ta' strateġiji transkonfinali, nazzjonali jew reġjonali eżistenti bbażati fuq ir-riskju għall-promozzjoni, l-kontroll u l-infurzar tal-konformità permezz tal-użu ta' taħlita ta' liġi amministrattiva, liġi kriminali u responsabbiltà ambjentali rigward waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

Kriminalità u reati marbuta mal-iskart;

Traffikar ta' organiżmi selvaġġi;

Kriminalità u reati marbuta mal-organiżmi selvaġġi u man-natura, inkluż il-qtugħ illegali ta' siġar għall-injam;

Tniġġis tal-ilma minn sorsi lokalizzati jew diffużi u/jew astrazzjoni illegali tal-ilma;

Sorsi lokalizzati u mobbli tat-tniġġis tal-arja.

Nota ta' spjegazzjoni:

“Ibbażati fuq ir-riskju” tirreferi, l-ewwel nett, għal valutazzjoni tal-probabbiltà li ċerti kategoriji ta' persuni jwettqu reati u, it-tieni, kemm l-impatt mistenni li jkun serju fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Aktar ma tkun għolja l-probabbiltà ta' reat u aktar ma jkun kbir l-impatt mistenni, aktar għandha tkun urġenti l-ħtieġa li jsir intervent. L-għażla tal-intervent jenħtieġ li tirrifletti n-natura tar-riskji u tkun immirata biex tnaqqashom kemm jista' jkun.

2.

Appoġġ lill-assigurazzjoni tal-konformità ambjentali bl-istabbiliment ta' netwerks transkonfinali, nazzjonali jew reġjonali ġodda, jew meta jkunu fis-seħħ, it-titjib ta' dawk eżistenti, tal-prattikanti jew tal-esperti tal-assigurazzjoni tal-konformità ambjentali u/jew bl-istabbiliment ta', jew jekk ikun hemm fis-seħħ, bit-titjib ta' kwalifiki u ta' taħriġ professjonali  (108) biex titjieb il-konformità mal-istrumenti ambjentali vinkolanti tal-UE, permezz tal-promozzjoni, l-kontroll u l-infurzar tal-konformità bl-użu ta' taħlita ta' liġi amministrattiva, liġi kriminali u responsabbiltà ambjentali.

Nota ta' spjegazzjoni:

Il-prattikanti tal-assigurazzjoni tal-konformitá ambjentali jistgħu jinkludu dawk li jaħdmu għal awtoritajiet u għal korpi b'responsabbiltajiet ta' assigurazzjoni tal-konformità, bħal awtoritajiet lokali, reġjonali, tal-pulizija u doganali, aġenziji u spettorati għall-ambjent, korpi pubbliċi supremi tal-awditjar u l-ġudikatura. Jistgħu jinkludu wkoll organizzazzjonijiet mhux governattivi u akkademiċi u riċerkaturi speċjalizzati f'aspett wieħed jew aktar tal-assigurazzjoni tal-kwalità. Fir-rigward tal-kwalifiki u tat-taħriġ professjonali, jenħtieġ li l-proġetti jassiguraw kredenzjali akkademiċi u jimmassimizzaw il-potenzjal tat-teknoloġija tal-informazzjoni b'mezzi bħal webinars u korsijiet online miftuħa massivi (MOOCs) biex it-tagħlim mill-bogħod ikun jista' jilħaq kemm jista' jkun prattikanti bl-aktar mod kosteffiċjenti possibbli.

3.

L-iżvilupp u l-użu ta' għodod u ta' azzjonijiet innovattivi għall-promozzjoni, għall-monitoraġġ u għall-infurzar tal-konformità permezz tal-istabbiliment u tal-użu ta' għodod u ta' azzjonijiet ġodda jew, fejn ikun hemm fis-seħħ, permezz tat-titjib ta' dawk eżistenti, li jappartjenu għal kategorija waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

sistemi u tekniki bbażati fuq ir-riskju li jippromwovu l-konformità;

sistemi u tekniki bbażati fuq ir-riskju għall-monitoraġġ effettiv tal-konformità mal-istrumenti vinkolanti tal-UE relatati mal-ambjent u l-kisba ta' evidenza tal-problemi relatati mal-konformità u l-analiżi tagħhom li fuqhom b'mod affidabbli tista' tibbaża l-azzjoni ta' segwitu;

sistemi u tekniki bbażati fuq ir-riskju għal segwitu u infurzar effettivi li jwieġbu għan-nuqqas ta' konformità mal-istrumenti vinkolanti tal-UE relatati mal-ambjent jew mar-responsabbiltajiet relatati magħhom u li jkopru l-użu tal-liġi amministrattiva, tad-dritt kriminali u tar-responsabbiltà għall-ħsara ambjentali.

Nota ta' spjegazzjoni

Is-sistemi u t-tekniki bbażati fuq ir-riskju għandhom l-objettiv li jifhmu kemm is-sidien ta' artijiet, l-industrija, l-SMEs, l-utilitajiet pubbliċi u oħrajn (“detenturi tad-dmirijiet”) jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont l-istrumenti ambjentali vinkolanti tal-UE u x'se jkunu l-impatti tan-nuqqas ta' konformità fuq is-saħħa tal-ambjent u tal-bniedem. Abbażi ta' dan il-fehim, dawn is-sistemi u t-tekniki jfittxu li jħeġġu l-konformità u jiskoraġġixxu n-nuqqas ta' konformità permezz tal-promozzjoni, tal-monitoraġġ u tal-infurzar.

Is-sistemi u t-tekniki ta' promozzjoni jistgħu jinvolvu l-użu ta' gwida, servizzi ta' konsulenza, kampanji ta' sensibilizzazzjoni, ftehimiet ta' sħubija, jew sistemi ta' awtomonitoraġġ li jgħinu lid-detenturi tad-dmirijiet sabiex ikunu konformi. Is-sistemi u t-tekniki tal-monitoraġġ jistgħu jkunu relatati ma' spezzjonijiet fuq il-post, sorveljanza (inkluż permezz ta' satelliti u drones), verifiki għal għarrieda, ġbir ta' informazzjoni, analiżi tal-industrija, investigazzjoni tal-pulizija, analiżi tad-dejta u awditjar ambjentali. It-tekniki ta' segwitu u ta' infurzar jista' jkollhom kopertura wiesgħa simili.

4.

It-titjib tal-ġestjoni mill-awtoritajiet pubbliċi ta' lmenti u ta' sottomissjonijiet mill-pubbliku relatati mal-ambjent, fejn xieraq anki fi sħubija ma' entitajiet privati, permezz tal-iżvilupp u tal-għoti ta' sistemi u ta' tekniki ġodda għall-ġestjoni ta' lmenti u ta' sottomissjonijiet mill-pubbliku, jew it-titjib ta' dawk eżistenti, bl-għan li tiġi ottimizzata l-affidabbiltà tal-informazzjoni li tkun ngħatat, tiġi ffaċilitata l-interazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-pubbliku, jitnaqqas il-piż amministrattiv, u ssir kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni ta' suċċess tal-istrumenti ambjentali vinkolanti tal-UE.

Nota ta' spjegazzjoni:

Is-sistemi u t-tekniki għall-ġestjoni ta' lmenti u ta' sottomissjonijiet jistgħu jinkludu sistemi elettroniċi għat-trattament tal-ilmenti, linji telefoniċi, osservatorji taċ-ċittadini u pjattaforma xjentifiċi oħra taċ-ċittadini. Il-pjattaformi xjentifiċi jistgħu, fost affarijiet oħra, jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, reġjonali u lokali biex jinvolvu liċ-ċittadini fil-monitoraġġ tal-istat tal-ambjent u f'forom oħra ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġġeneraw ukoll dejta li tkun aktar armonizzata u li tista' tintuża.

5.

Il-promozzjoni tal-aċċess għall-ġustizzja f'kwistjonijiet ambjentali u/jew ta' medjazzjoni bejn il-pubbliku, l-NGOs, l-avukati, il-ġudikatura, l-amministrazzjonijiet pubbliċi jew il-partijiet ikkonċernati l-oħra bl-għan li jitjiebu l-għarfien, il-fehim u l-applikazzjoni ta' dawn il-mezzi ta' kif jiġi trattat it-tilwim ambjentali, b'attenzjoni partikolari fuq:

il-protezzjoni tas-saħħa u tal-benesseri tan-nies permezz tar-rekwiżiti tal-istrumenti tal-arja, tal-ilma u tal-iskart tal-UE koperti mill-prijoritajiet tematiċi tal-programm LIFE;

il-ħarsien tan-natura, tal-bijodiversità u tal-kwalità tal-ilma permezz tal-istrumenti tan-natura, tal-bijodiversità u tal-ilma koperti mill-prijoritajiet tematiċi tal-programm LIFE;

l-applikazzjoni effettiva tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali  (109).

Jenħtieġ li l-proġetti jkunu bbażati fuq il-moduli eżistenti u fuq l-għarfien espert fil-qasam tat-taħriġ tal-liġi ambjentali żviluppati mill-Kummissjoni. (110)

4.   RABTA BEJN L-OBJETTIVI ĠENERALI U L-GĦOTJIET TA' AZZJONI SKONT IS-SOTTOPROGRAMM GĦALL-AZZJONI KLIMATIKA

F'konformità mal-objettivi ġenerali tar-Regolament LIFE, u biex jiġi żgurat il-valur miżjud meħtieġ tal-UE, l-implimentazzjoni tal-għotjiet ta' azzjoni se tkun marbuta mat-tliet oqsma prijoritarji tal-Azzjoni Klimatika msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament LIFE: il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-governanza klimatika u informazzjoni, kif ukoll l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 14, 15 u 16 tar-Regolament LIFE. Il-prijoritajiet tematiċi u s-suġġetti tal-proġetti mhumiex previsti għall-għotjiet ta' azzjoni implimentati taħt is-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika; madankollu, l-oqsma ta' politika rilevanti tal-Azzjoni Klimatika huma elenkati hawn taħt u s-sejħiet annwali għal proposti fihom oqsma tax-xogħol aktar dettaljati marbutin mal-oqsma ta' politika t'hawn taħt.

Il-Programm LIFE se jikkontribwixxi wkoll għat-trasformazzjoni tal-Unjoni f'soċjetà b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, billi jappoġġja l-implimentazzjoni tal-politika dwar il-klima tal-UE u jħejji lill-UE għall-isfidi tat-tibdil fil-klima fis-snin u fid-deċennji li ġejjin. F'dan ir-rigward, il-prijoritajiet huma: l-implimentazzjoni tal-qafas ta' politika għall-klima u għall-enerġija għall-2030 u l-miri tal-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050, kif ukoll il-Ftehim ta' Pariġi u l-politika ta' adattament. It-teknoloġija emerġenti tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima se tiġi ffaċilitata permezz tal-aħjar prattika, permezz ta' proġetti ta' dimostrazzjoni u ta' proġetti pilota bl-għan ta' finanzjament suċċessiv f'każijiet xierqa. Il-politika dwar il-klima tal-UE se tkun marbuta sew mal-aqwa prattiki u mal-inizjattivi u se turi eżempji ta' approċċi ġodda u aħjar lejn l-implimentazzjoni ta' tranżizzjoni lejn soċjetà b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Biex jirnexxu, it-teknoloġiji/is-soluzzjonijiet eżistenti li jipproduċu emissjonijiet baxxi ta' karbonju jenħtieġ li jiġu eżaminati wkoll fir-rigward ta' ostakli mhux teknoloġiċi li jipprevjenu l-penetrazzjoni fis-suq. LIFE se jappoġġja wkoll l-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-adattament tat-tibdil fil-klima tal-UE biex ikun hemm kontribuzzjoni favur Unjoni li tkun aktar reżistenti għall-klima (111).

Rigward il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, jenħtieġ li l-proġetti juru l-implimentazzjoni ta' strateġiji b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju jew pjanijiet ta' ġestjoni dwar l-użu tal-art fil-livell nazzjonali, reġjonali jew sottoreġjonali. Dawn ikunu jinkludu l-integrazzjoni ta' miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u għall-użu tar-riżorsi b'mod effiċjenti fis-setturi kollha u l-promozzjoni ta' għodod li jagħtu inċentiv għal bidla fl-imġiba. Se jingħata wkoll appoġġ għall-iżvilupp ta' approċċi ġodda (bliet u reġjuni ta' mudell), fejn rilevanti, permezz tal-Patt Globali tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija (112), għall-produzzjoni, il-konsum u l-governanza b'impatt ta' trasformazzjoni.

Fir-rigward tal-qasam prijoritarju tal-adattament, għandu jingħata appoġġ għall-implimentazzjoni ta' strateġiji ta' adattament, li jiffokaw fuq għadd ta' oqsma ewlenin b'valur miżjud tal-UE, inklużi proġetti fil-livell reġjonali jew transkonfinali, u permezz ta' adattament ibbażat fuq l-ekosistema, fejn ikun rilevanti. Il-proġetti se jkollhom potenzjal ta' dimostrazzjoni u ta' trasferibbiltà u jenħtieġ li jindirizzaw il-promozzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi ta' adattament, b'mod partikolari permezz tal-mobilizzazzjoni tas-settur privat, u, fejn ikun rilevanti, permezz tal-Patt Globali tas-Sindki. Jenħtieġ li l-proġetti jippromwovu wkoll sinerġiji bejn l-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, kif ukoll il-politiki għat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri.

Il-politika attwali u futura tal-UE dwar il-klima tista' tiġi appoġġjata minn applikazzjonijiet fl-oqsma ta' politika tal-Azzjoni Klimatika li ġejjin:

(a)

Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima

L-isforzi tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u dawk reġjonali/lokali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi mhux koperti fis-Sistema għall-Iskambju ta' Kwoti ta' Emissjonijiet (“EU ETS”, Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (113)) u fid-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (Deċiżjoni 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (114)): it-trasport u l-fjuwils, l-agrikoltura, il-kostruzzjoni (eż. l-effiċjenza fl-enerġija fil-bini), l-użu tal-art, il-bidla fl-użu tal-art u l-forestrija;

L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-kontabilità tal-gassijiet serra u l-mitigazzjoni tat-tibdil klimatiku fis-settur tal-użu tal-art;

L-iżvilupp ta' prattiki tal-użu tal-art li jkollhom impatt fuq l-emissjonijiet u t-tneħħija tal-emissjonijiet, eż. bħala miżuri supplimentari għal dawk appoġġjati mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE); Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (115);

Azzjonijiet li jtejbu l-funzjonament tas-sistema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet u li għandhom impatt fuq il-produzzjoni industrijali intensiva fl-enerġija u fil-gassijiet serra;

Gassijiet fluworurati u sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, b'mod partikolari proġetti li jgħinu fl-implimentazzjoni tal-Protokoll ta' Montreal u l-emenda tiegħu ta' Kigali u r-Regolament tal-UE dwar il-gassijiet serra fluworurati; u/jew

Il-monitoraġġ u r-rapportar tal-gassijiet serra mill-awtoritajiet.

(b)

Adattament għat-Tibdil fil-Klima

L-adattment urban u l-ippjanar dwar l-użu tal-art li jillimitaw l-impatti tat-tibdil fil-klima;

Ir-reżiljenza tal-infrastruttura, inkluża l-applikazzjoni ta' infrastruttura ekoloġika blu u approċċi għal adattament ibbażati fuq l-ekosistema;

Il-ġestjoni sostenibbli tal-ilma f'żoni suxxettibbli għan-nixfa, il-ġestjoni tal-għargħar u ta' żoni kostali;

Ir-reżiljenza tas-setturi tal-agrikoltura, tal-forestrija u tat-turiżmu, inkluż f'żoni ta' gżejjer u ta' muntanji; u/jew

L-appoġġ għar-Reġjuni Ultraperiferiċi tal-UE: tħejjija għal avvenimenti ta' temp estrem, b'mod partikolari f'żoni kostali.

(c)

Governanza Klimatika u Informazzjoni

L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji nazzjonali għall-klima u l-enerġija għall-2030 u/jew strateġiji sa nofs is-seklu;

L-għoti ta' inċentivi għal bidla fl-imġiba, l-integrazzjoni ta' azzjonijiet ta' tnaqqis tal-emissjonijiet u ta' effiċjenza fir-riżorsi fis-setturi;

Il-valutazzjoni mill-awtoritajiet tal-funzjonament tal-EU ETS;

It-tisħiħ tal-kapaċitajiet, is-sensibilizzazzjoni fost l-utenti finali u l-katina tad-distribuzzjoni ta' tagħmir tal-gassijiet fluworurati;

Il-monitoraġġ, il-valutazzjoni u l-evalwazzjoni ex post tal-politika dwar il-klima; u/jew

L-aħjar prattiki u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-adattament.

5.   IL-METODOLOĠIJA TEKNIKA GĦALL-PROĊEDURA TAL-GĦAŻLA TAL-PROĠETTI U L-KRITERJI GĦALL-GĦAŻLA U GĦALL-AĠĠUDIKAZZJONI TAL-GĦOTJIET (L-ARTIKOLU 24(2)(d) TAR-REGOLAMENT LIFE)

Fil-paragrafi li ġejjin, se jiġu deskritti l-metodoloġija teknika għall-proċedura tal-għażla tal-proġetti u, għall-għotjiet, l-eliġibbiltà speċifika prinċipali (116) u l-kriterji tal-għoti skont l-Artikoli 2 u 19 tar-Regolament LIFE. Billi l-metodoloġija u l-kriterji huma essenzjalment l-istess għall-istess tipi ta' proġetti taħt iż-żewġ sottoprogrammi, fejn ikun hemm differenza jsiru referenzi espliċiti għal wieħed mis-sottoprogrammi biss.

Għat-tipi kollha ta' għotjiet, il-kumplimentarjetà u l-aħjar użu tal-fondi tal-UE, inklużi fondi għall-attivitajiet kumplimentari minn strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni, kif stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament LIFE, se jiġu evalwati u kkunsidrati fil-kriterju tal-għoti “Valur miżjud tal-UE: sinerġiji”. Biex ma jkunx hemm ripetizzjonijiet mhux mixtieqa, l-applikanti għandhom jiġġustifikaw għaliex għażlu li japplikaw għall-fondi taħt il-programm LIFE u mhux minn fondi oħra tal-Unjoni f'każ li dawn ikunu jistgħu jappoġġjaw proġetti u azzjonijiet simili.

Il-proġetti ffinanzjati f'qasam prijoritarju partikolari għandhom jevitaw li jipperikolaw l-objettivi ambjentali jew klimatiċi ta' qasam prijoritarju ieħor dment li dan l-impatt jiġi spjegat u ġġustifikat b'mod ċar fil-proposta u l-alternattivi potenzjali u l-miżuri ta' mitigazzjoni u ta' adattament ikunu ġew ppjanati b'mod korrett kif xieraq.

Se jingħataw aktar dettalji fil-linji gwida dwar l-applikazzjoni u l-evalwazzjoni, li se jiġu ppubblikati flimkien mas-sejħiet għal proposti relatati. Fi ħdan il-qafas tal-MAPW attwali u tar-Regolament LIFE, l-għażla tal-proġetti tista' tkun soġġetta għal adattament u għal simplifikazzjoni f'kull sejħa annwali għall-proposti.

5.1.   Għotjiet ta' azzjoni

Il-proposti minn applikanti li jkunu se jiġu esklużi jew li ma jissodisfawx il-kriterji tal-eliġibbiltà ġenerali skont l-Artikolu 131 tar-Regolament Finanzjarju mhux se jinżammu.

Barra minn hekk, il-proposti jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà (eż. għal ċerti proġetti s-sottomissjoni tal-applikazzjoni ssir b'mod diġitali biss) u l-kriterji ta' eliġibbiltà (eż. l-konformità mal-Linji gwida dwar l-eliġibbiltà tal-entitajiet tal-Iżrael u l-attivitajiet tagħhom fit-territorji okkupati mill-Iżrael minn Ġunju 1967 għal għotjiet, premji u strumenti finanzjarji ffinanzjati mill-UE mill-2014 'il quddiem (117)) applikabbli għall-għotjiet ta' azzjoni kollha taħt il-programm LIFE, li se jiġu wkoll espliċitament indikati fil-linji gwida tal-applikazzjoni rispettivi.

Isir riferiment għall-kriterji tal-eliġibbiltà applikabbli għat-tipi differenti ta' proġetti taħt l-intestatura relevanti hawn taħt. Il-kriterji li japplikaw bl-istess mod għal tipi differenti ta' proġetti jissemmew fit-taqsima 5.1.1 (Proġetti skont l-Artikolu 18(a), (b), (c) u (h) tar-Regolament LIFE).

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament LIFE, persuni ġuridiċi stabbiliti barra l-Unjoni jistgħu jieħdu sehem fil-proġetti msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament LIFE, dment li l-benefiċjarju li jikkoordina l-proġett ikun ibbażat fl-Unjoni u kull attività li tkun se titwettaq barra mill-Unjoni tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament LIFE. Għalhekk, dawn l-attivitajiet iridu jkunu neċessarji biex jinkisbu l-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni u biex tiġi żgurata l-effettività tal-azzjonijiet tal-proġetti (“interventi”) imwettqa fit-territorji tal-Istati Membri li għalihom japplikaw it-Trattati.

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament LIFE, il-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti, mal-istituzzjonijiet u mal-korpi tagħhom, għandha tkun possibbli matul l-implimentazzjoni tal-Programm LIFE fejn din tkun meħtieġa sabiex jinkisbu l-objettivi ġenerali stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament LIFE.

Barra minn hekk, il-proposti se jintgħażlu biss jekk, abbażi ta' dokumenti ta' sostenn speċifiċi relatati mal-prestazzjoni tal-applikant tagħhom tul is-snin preċedenti, dawn ikun jistgħu juru

kapaċità operazzjonali — l-applikant jeħtieġ li jkollu l-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa biex jiġi ffinalizzat il-proġett u

kapaċità finanzjarja — l-applikant jeħtieġ li jkollu sorsi stabbli u suffiċjenti ta' finanzjament għaż-żamma tal-attività matul il-perjodu tal-proġett u biex jipparteċipa fil-finanzjament tagħha.

L-Artikolu 131 tar-Regolament Finanzjarju se japplika għall-għażla tal-korpi pubbliċi u għall-organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward tal-kapaċità finanzjarja tagħhom.

5.1.1.   Proġetti skont l-Artikolu 18(a), (b), (c) u (h) tar-Regolament LIFE

L-għażla ta' proġetti pilota, ta' dimostrazzjoni, tal-aħjar prattika, ta' informazzjoni, ta' sensibilizzazzjoni u ta' disseminazzjoni fi ħdan l-Artikolu 18(a), (b), (c) u (h) tar-Regolament LIFE ssegwi l-istess metodoloġija teknika bħal dik tal-għażla tal-proġetti u hija soġġetta għall-kriterji ta' eliġibbiltà u ta' għoti simili, kif spjegat f'dan li ġej.

5.1.1.1.   Metodoloġija teknika għas-sottomissjoni tal-proġetti u l-proċedura tal-għażla

Fid-dawl tal-proposta li saret fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u tal-esperjenza pożittiva li li nkisbet permezz tal-approċċi b'żewġ stadji f'xi programmi oħra tal-UE, l-MAWP LIFE attwali jintroduċi approċċ b'żewġ stadji għal dawk l-oqsma prijoritarji fejn s'issa l-applikanti potenzjali b'ideat ta' proġetti b'valur miżjud għoli tal-UE u mingħajr ebda esperjenza fil-programm LIFE, deher li kienu skoraġġuti mil-livell ta' dettall meħtieġ għall-evalwazzjoni ta' proposta għal proġett sħiħ fid-dawl tal-probabbiltà ta' suċċess relattivament baxxa. Fl-approċċ b'żewġ stadji, l-applikanti bi proposti li għandhom probabbiltà kbira li jintgħażu biss se jkunu meħtieġa li jissottomettu proposta sħiħa (ara 5.1.1.2(b))

Għalhekk, skont il-programm LIFE attwali, huma previsti żewġ proċeduri:

Approċċ b'żewġ stadji bbażat fuq dokument kunċettwali segwit minn proposta sħiħa;

Approċċ bi stadju wieħed ibbażat biss fuq proposta sħiħa.

L-għażla bejn dawn iż-żewġ approċċi se ssir mill-AE fi ftehim mal-Kummissjoni (id-Direttorati Ġenerali għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika) fid-dawl tar-restrizzjonijiet organizzazzjonali u operattivi għal kull sejħa għal proposti.

Għas-sejħa tal-2018, l-approċċ b'żewġ stadji se jintuża għas-sottoprogramm għall-Ambjent. Abbażi tal-feedback mill-benefiċjarji, l-approċċ jista' jiġi estiż għas-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika fis-snin li ġejjin

L-evalwazzjoni tal-proposti sħaħ bl-approċċ bi stadju wieħed hija deskritta fit-taqsimiet 5.1.1.2 u 5.1.1.3.

L-approċċ b'żewġ stadji se jiġi organizzat kif ġej:

(a)   L-approċċ b'żewġ stadji

Stadju 1:

Sejħa għal proposti

Sottomissjoni ta' dokument kunċettwali

L-applikant jissottometti dokument kunċettwali ta' massimu ta' 10 paġni li jinkludi dan li ġej:

formoli amministrattivi li jirrigwardaw il-benefiċjarji li jieħdu sehem fil-proġett;

spjegazzjoni ġenerali tal-kontenut tal-proġett, inkluża deskrizzjoni tal-fokus ambjentali ewlieni tal-proġett, is-sħubija prevista, ir-restrizzjonijiet li jistgħu jirriżultaw u l-pjan ta' kontinġenza biex dawn jiġu indirizzati, kif ukoll l-istrateġija magħżula biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tar-riżultati tal-proġett lil hinn mid-durata tal-proġett; u

il-baġit tal-proġett fil-livell tal-kategoriji tal-ispejjeż.

Evalwazzjoni u klassifikazzjoni tad-dokument kunċettwali

Kriterji ta' eliġibbiltà tad-dokument kunċettwali

Abbażi tad-dokument kunċettwali, l-AE tidentifika l-proposti li jikkonformaw mal-kriterji ta' eliġibbiltà (ara 5.1.1.2(a)).

Kriterji tal-għoti tad-dokument kunċettwali

Il-proposti se jiġu kklassifikati skont il-mertu, jiġifieri l-punti riċevuti abbażi tal-kriterji tal-għoti “Kwalità ġenerali tal-proposta” u “Valur miżjud ġenerali tal-UE”.

Il-proposti li ma jkunux laħqu l-livell minimu rigward kriterju wieħed jew iż-żewġ kriterji se jiġu esklużi.

Fil-każ ta' proposti li jkollhom l-istess punteġġ għall-kriterju tal-għotja “Kwalità ġenerali tal-proposta”, se tingħata prijorità lil dawk b'punteġġ ogħla għall-“Valur miżjud ġenerali tal-UE”. F'każ li jkun hemm proposti bl-istess punteġġ għaż-żewġ kriterji, il-klassifikazzjoni finali se tiġi deċiża mill-kumitat ta' evalwazzjoni.

Lista ta' proġetti miżmuma

Il-lista twila ta' proposti ta' dokumenti kunċettwali mistiedna biex jissottomettu proposta sħiħa se tinkludi l-proposti bl-ogħla klassifikazzjoni, li għalihom is-somma tal-kontribuzzjonijiet mitluba mill-UE tirrappreżenta darbtejn sa darbtejn u nofs tal-baġit disponibbli. L-AE se tistabbilixxi l-fattur abbażi tar-riżultati tal-klassifikazzjoni, filwaqt li tikkunsidra d-daqs tal-proposti u l-esperjenza miksuba rigward l-approċċ b'żewġ stadji. Il-lista twila se tinkludi sottolisti għal kull qasam prijoritarju. F'każ li d-domanda f'qasam prijoritarju ma tkunx biżżejjed, jistgħu jiġu estiżi l-listi li jikkorrispondu għall-oqsma prijoritarji l-oħra.

Stadju 2:

Sottomissjoni tal-proposta sħiħa:

L-applikanti tad-dokumenti kunċettwali eliġibbli li jiġu kklassifikati bħala proposti li jistgħu jiġu kkunsidrati għall-finanzjament huma mistiedna jissottomettu proposta sħiħa. Hija permessa flessibbiltà limitata bejn id-dokument kunċettwali u l-proposta sħiħa rigward l-azzjonijiet, is-sħubija u l-baġit. Madankollu, il-flessibbiltà ma tistax twassal għal bidla fin-natura tal-proposta tad-dokument kunċettwali. Il-baġit jista' jiddevja minn dak li jinsab fid-dokument kunċettwali b'massimu ta' 10 %.

Evalwazzjoni u klassifikazzjoni tal-proposta sħiħa

Il-proposti se jiġu evalwati u kklassifikati abbażi tal-eliġibbiltà u tal-kriterji tal-għoti kif deskritt f'5.1.1.2.

Tħejjija tal-lista finali ta' proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati u tal-lista ta' riżerva

Wara l-fażi tar-reviżjoni l-proġetti aċċettati se jiġu proposti għall-finanzjament, fi ħdan il-baġit disponibbli. Il-lista ta' riżerva se tinkludi l-proġetti bl-ogħla punti li ma jkunux jistgħu jiġu ffinanzjati fid-dawl tal-baġit disponibbli. Il-lista ta' riżerva se tinkludi 20 % addizzjonali tal-baġit disponibbli għall-programm LIFE.

Iffirmar tal-ftehim tal-għotja

(b)   L-approċċ bi stadju wieħed

Sejħa għal proposti

Sottomissjoni tal-proposta sħiħa

L-applikanti jissottomettu proposta sħiħa.

Evalwazzjoni u klassifikazzjoni tal-proposta sħiħa

Il-proposti se jiġu evalwati abbażi tal-eliġibbiltà u tal-kriterji tal-għoti u klassifikati kif deskritt f'5.1.1.2.

Tħejjija tal-lista finali ta' proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati u tal-lista ta' riżerva

Wara l-fażi tar-reviżjoni l-proġetti aċċettati se jiġu proposti għall-finanzjament, fi ħdan il-baġit disponibbli. Il-lista ta' riżerva se tinkludi l-proġetti bl-ogħla punti li ma jkunux jistgħu jiġu ffinanzjati fid-dawl tal-baġit disponibbli. Il-lista ta' riżerva se tinkludi 20 % addizzjonali tal-baġit disponibbli għall-programm LIFE.

Iffirmar tal-ftehim tal-għotja

5.1.1.2.   Il-kriterji ta' eliġibbiltà u tal-għoti

Il-kriterji ta' eliġibbiltà (a) se jiġu applikati għad-dokument kunċettwali, fil-każ tal-approċċ b'żewġ stadji, u għall-proposti sħaħ, fil-każ tal-approċċ bi stadju wieħed.

Il-kriterji tal-għoti (b) se jiġu applikati kif deskritt f'5.1.1.1 hawn fuq:

(a)   Kriterji ta' eliġibbiltà

Kemm id-dokument kunċettwali kif ukoll il-proposta sħiħa għal proġett fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(a), (b), (c), jew (h) tar-Regolament LIFE mhix se tinżamm għal evalwazzjoni tal-mertu tagħha, jekk il-proposta għal proġett ma turix li l-proġett:

jikkontribwixxi għal wieħed jew aktar mill-objettivi ġenerali stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament LIFE u mill-objettivi speċifiċi applikabbli fl-Artikoli 10, 11, 12 u 14, 15 u 16 tar-Regolament LIFE,

jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-qasam prijoritarju tas-sottoprogramm LIFE, kif stabbilit fl-Artikoli 9 u 13 tar-Regolament LIFE skont taħt liema tkun ġiet sottomessa l-proposta għall-proġett, u

jikkorrispondi għal wieħed mit-tipi ta' proġetti li ġejjin kif huwa definit fl-Artikolu 2(a), (b), (c) u (h) tar-Regolament LIFE:

“Proġetti pilota” tfisser proġetti li japplikaw teknika jew metodu li ma jkunux ġew applikati jew ittestjati qabel, jew xi mkien ieħor, li joffru vantaġġi potenzjali ambjentali jew klimatiċi meta mqabbla mal-aħjar prattiki kurrenti u li sussegwentement jistgħu jiġu applikati fuq skala akbar għal sitwazzjonijiet simili.

“Proġetti dimostrattivi” tfisser proġetti li jpoġġu fil-prattika, jittestjaw, jevalwaw u jxerrdu azzjonijiet, metodoloġiji jew approċċi li jkunu ġodda jew mhux magħrufa fil-kuntest speċifiku tal-proġett, bħall-kuntest ġeografiku, ekoloġiku, soċjoekonomiku, u li jistgħu jiġu applikati bnadi oħra f'ċirkostanzi simili.

“Proġetti tal-aħjar prattiki” tfisser proġetti li japplikaw tekniki, metodi u approċċi xierqa, kosteffikaċi u dawk l-aktar avvanzati filwaqt li jitqies il-kuntest speċifiku tal-proġett.

“proġetti ta' informazzjoni, ta' sensibilizzazzjoni u ta' disseminazzjoni” tfisser proġetti mmirati lejn l-appoġġ tal-komunikazzjoni, id-disseminazzjoni tal-informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni fl-oqsma tas-sottoprogrammi għall-Ambjent u għall-Azzjoni Klimatika.

Il-proġetti pilota u dimostrattivi taħt il-qasam prijoritarju Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi , u l-proġetti pilota, dimostrattivi u tal-aħjar prattiki taħt l-oqsma prijoritarji Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima u Adattament għat-Tibdil fil-Klima , jeħtieġ li jkun fihom azzjonijiet li jwasslu għal effetti diretti sostanzjali u li jistgħu jitkejlu fuq il-kwistjoni(jiet) ambjentali u/jew tal-azzjoni klimatika fil-mira.

Il-proġetti pilota, dimostrattivi u tal-aħjar prattiki fil-qasam prijoritarju Natura u Bijodiversità , jeħtieġ li jiddedikaw tal-anqas 25 % tal-baġit għal azzjonijiet konkreti ta' konservazzjoni (se jkunu possibbli eċċezzjonijiet limitati fid-dawl tal-bżonnijiet politiċi speċifiċi u dawn se jiġu identifikati b'mod espliċitu fil-linji gwida għall-applikazzjonijiet). Azzjonijiet konkreti ta' konservazzjoni huma dawk li jkollhom effetti diretti sostanzjali u li jistgħu jitkejlu fuq il-kwistjoni(jiet) ambjentali u klimatika/ċi fil-mira, li f'dan il-każ iwasslu għat-titjib jew għad-dewmien/għat-twaqqif/għar-riverżjoni tad-degradazzjoni tal-istat tal-koservazzjoni jew tal-kundizzjoni ekoloġika tal-ispeċijiet, tal-ħabitats, tal-ekosistemi jew tas-servizzi tal-ekosistemi fil-mira (għal aktar dettalji rreferi għal-linji gwida għall-applikazzjoni).

Il-proġetti pilota, dimostrattivi, tal-aħjar prattiki jew ta' informazzjoni, ta' sensibilizzazzjoni u ta' disseminazzjoni taħt l-oqsma prijoritarji Governanza u Informazzjoni Ambjentali jew għall-Azzjoni Klimatika jeħtieġ li jkun fihom azzjonijiet li jwasslu għal effetti diretti jew indiretti sostanzjali jew li jistgħu jitkejlu fuq il-kwistjoni(jiet) ambjentali u/jew ta' azzjoni klimatika mmirata(i) billi jikkawżaw effetti diretti sostanzjali u li jistgħu jitkejlu fuq il-kwistjoni(jiet) ta' governanza, ta' informazzjoni u/jew ta' sensibilizzazzjoni u ta' disseminazzjoni ambjentali jew relatata(i) mal-klima mmirata(i).

L-effetti ambjentali, ta' azzjoni klimatika u/jew dawk relatati mal-governanza u mal-informazzjoni mmirati jenħtieġ li diġà jkunu jistgħu jitkejlu u li jkunu tkejlu jew ġew immudellati abbażi tal-kejl li sar matul il-perjodu.

Bħala miżura biex jiġi evitat trikkib ma' programmi oħra tal-UE (118), il-proġetti li jiffukaw fuq ir-riċerka  (119) jew li huma dedikati għall-bini ta' infrastruttura kbira ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-programm LIFE u għalhekk mhumiex eliġibbli.

Il-proġetti LIFE ma għandhomx jintużaw għall-finanzjament ta' miżuri ta' kumpens li ġejjin minn obbligi stabbiliti fil-liġi nazzjonali jew tal-UE.

(b)   Kriterji tal-għoti

Il-kriterji tal-għoti japplikaw għall-oqsma prijoritarji kollha, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-proġetti jikkompetu biss ma' xulxin fl-istess Qasam Prijoritarju.

Kriterji tal-għoti partikolari għal dokumenti kunċettwali

Id-dokumenti kunċettwali kollha fl-istadju 1 tal-approċċ b'żewġ stadji għandhom mill-inqas jiksbu l-punteġġ meħtieġ għall-kriterji tal-għoti segwenti, sabiex ikunu jistgħu jitqiesu għall-klassifikazzjoni:

1.

Il-kwalità ġenerali tal-proposta: dan il-kriterju se jiffoka fuq iċ-ċarezza tal-proposti (inkluża d-deskrizzjoni tal-kuntest ta' qabel l-operazzjoni) il-fattibbiltà tagħhom u l-valur indikattiv għall-flus. Punti massimi 20 (fejn il-punteġġ minimu meħtieġ huwa 5).

2.

Il-valur miżjud ġenerali tal-UE: dan il-kriterju se jiffoka fuq il-kontribut tal-proġett għall-prijoritajiet tal-programm LIFE, l-impatt mistenni tiegħu u s-sostenibbiltà tar-riżultati tal-proġett. Punti massimi 30 (fejn il-minimu biex wieħed jgħaddi huwa 10).

Kriterji tal-għoti għal proposti sħaħ

Kemm għall-approċċi b'żewġ stadji kif ukoll għal dawk bi stadju wieħed, il-proposti sħaħ se jiġu evalwati u jingħataw punteġġ abbażi tal-mertu tagħhom skont il-kriterji tal-għoti u s-sistema ta' punteġġ segwenti:

—   Koerenza u kwalità tekniċi

Koerenza teknika tfisser li l-azzjonijiet tal-proġett propost jenħtieġ li jkunu miżuri xierqa u fattibbli għall-kisba tal-outputs u tal-eżiti previsti tal-proġett. La l-azzjonijiet u lanqas l-outputs u l-eżiti previsti m'għandhom jikkontradixxu xi wieħed mill-objettivi segwiti mill-programm LIFE. Kwalità teknika tfisser li l-azzjonijiet tal-proġett jenħtieġ li jkollhom l-objettiv li jimmassimizzaw l-effettività u l-effiċjenza tagħhom fir-rigward tal-outputs u tal-eżiti segwiti. L-azzjonijiet tal-proġett jenħtieġ li jkunu ppjanati sew u deskritti b'mod ċar.

—   Koerenza u kwalità finanzjarji

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-benefiċjarji u tal-kofinanzjaturi, il-baġit propost u l-konsistenza tiegħu mal-azzjonijiet proposti u mar-regoli applikabbli, kif ukoll il-kosteffettività u l-valur għall-flus tal-approċċ propost se jiġu evalwati skont dan il-kriterju fir-rigward tal-eżiti mistennija tal-azzjonijiet li jitqiesu biżżejjed koerenti teknikament u ta' kwalità teknika aċċettabbli. Il-baġit irid ikun trasparenti, jiġifieri jenħtieġ li l-elementi tal-ispejjeż jiġu deskritti b'mod suffiċjenti.

—   Valur miżjud tal-UE: il-grad u l-kwalità tal-kontribut għall-objettivi speċifiċi tal-oqsma prijoritarji taż-żewġ sottoprogrammi LIFE

Se jiġu evalwati kemm kull proposta, dment li din titqies koerenti biżżejjed teknikament u finanzjarjament u ta' kwalità aċċettabbli, tkun mistennija tikkontribwixxi għal objettiv speċifiku wieħed jew aktar tal-oqsma prijoritarji taż-żewġ sottoprogrammi LIFE kif stipulat fl-Artikoli 10, 11 u 12 tar-Regolament LIFE (tas-sottoprogramm għall-Ambjent) u l-Artikoli 14, 15 u 16 (tas-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika) u l-kwalità tal-kontribut. Il-valutazzjoni ta' dan il-kriterju tkopri, b'mod partikolari, il-grad u l-kwalità tal-kontribut għall-objettivi speċifiċi mmirati (impatt); il-kobor tal-effetti ambjentali u/jew klimatiċi mistennija minħabba l-azzjonijiet tal-proġett fit-tmiem tal-proġett, meta mqabbla mas-sitwazzjoni attwali stmata jew imkejla fil-bidu tal-proġett. Din se tikkunsidra wkoll ir-rilevanza tal-kuntesti territorjali, soċjali u tal-politika (120), li l-azzjonijiet tal-proġett mistennija li jinfluwenzaw.

Jenħtieġ li l-effetti mistennija jiġu espressi filwaqt li jitqiesu l-indikaturi u l-unitajiet tal-kejl applikabbli fil-livell tal-proġett, li l-proġetti se jkollhom jirrapportaw dwarhom fil-bażi tad-dejta għall-indikaturi ewlieni fil-livell tal-proġett LIFE maħluqa għal dan l-għan (121). Għalhekk, eż. il-proposti Natura u Bijodiversità tal-programm LIFE se jiġu vvalutati abbażi tal-effetti mistennija tagħhom fuq l-istrutturi u l-funzjonijiet tal-ħabitats u l-istatus tal-ispeċijiet u/jew l-istatus ekoloġiku tal-ekosistemi u l-kundizzjoni tas-servizzi tagħhom. Din il-valutazzjoni tikkunsidra biss l-azzjonijiet li jitqiesu fattibbli abbażi tal-evalwazzjoni tal-koerenza teknika u finanzjarja.

—   Valur miżjud tal-UE: sostenibbiltà (potenzjal ta' kontinwazzjoni, ta' replikazzjoni, ta' trasferiment)

Is-sostenibbiltà tar-riżultati tal-proġett fit-terminu medju u fit-tul hija l-kapaċità li dawn jinżammu anki wara l-implimentazzjoni tiegħu, sew jekk permezz tal-kontinwazzjoni, tar-replikazzjoni jew tat-trasferiment.

Kontinwazzjoni tfisser l-użu kontinwu, wara t-tmiem tal-perjodu tal-proġett, tas-soluzzjonijiet implimentati fil-proġett limitati għall-entitajiet involuti fil-proġett, iżda jistgħu jinfirxu aktar ġeografikament. Il-kontinwazzjoni u ż-żamma tar-riżultati tal-proġett se jkunu biżżejjed biex dan iġib il-punteġġi meħtieġa, filwaqt li l-firxa ġeografika ulterjuri se tiġi ġġudikata abbażi tal-kamp ta' applikazzjoni mistenni tiegħu, li jagħmilha paragunabbli għar-replikazzjoni jew għat-trasferiment.

Replikazzjoni tfisser li s-soluzzjonijiet applikati fil-proġett jerġgħu jintużaw bl-istess mod u għall-istess skopijiet minn entitajiet/setturi oħra waqt jew wara t-tmiem tal-proġett.

Trasferiment tfisser li s-soluzzjonijiet applikati fil-proġett jintużaw b'mod differenti jew għal skop ambjentali, ta' azzjoni klimatika jew skop relatat mal-governanza u l-informazzjoni differenti mill-istess entitajiet/setturi jew mill-istess entitajiet/setturi jew oħrajn matul jew wara t-tmiem tal-proġett.

Jenħtieġ li fil-proposti tagħhom l-applikanti juru li s-soluzzjonijiet (jiġifieri t-tekniki, il-metodi, il-metodoloġiji, l-approċċi, u/jew l-azzjonijiet jew l-attivitajiet ta' appoġġ għall-komunikazzjoni, għad-disseminazzjoni tal-informazzjoni u għas-sensibilizzazzjoni) li jimmiraw lejn effetti pożittivi diretti u/jew indiretti fir-rigward tal-objettivi relatati tar-Regolament LIFE ikollhom il-potenzjal li jitkomplew, jiġu replikati u/jew trasferiti.

Biex il-kontinwazzjoni, ir-replikazzjoni u t-trasferiment jirnexxu hi meħtieġa strateġija li tinkludi kompiti li jimmultiplikaw l-impatti tas-soluzzjonijiet tal-proġetti u jimmobilizzaw adozzjoni usa', li tilħaq massa kritika waqt il-proġett u/jew fil-perspettiva ta' terminu qasir u/jew medju wara li jintemm il-proġett LIFE. Din tmur lil hinn mit-trasferiment tal-għarfien u mill-bini ta' netwerks, u tinvolvi l-implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet żviluppati u/jew applikati fil-proġett lil hinn mill-perjodu ta' rapportar, f'postijiet oħrajn jew għal skop differenti.

L-applikanti jeħtiġilhom jipprovdu deskrizzjoni ċara u kredibbli tal-istrateġija u l-miżuri previsti biex jiżguraw dan, inkluża spjegazzjoni li tirrigwarda dan li ġej:

kif is-soluzzjonijiet jistgħu jkunu mistennija li jkunu sostnuti fil-livell tal-proġett wara t-tmiem tal-proġett, inklużi l-effetti soċjali u ekonomiċi relatati fuq terminu twil li jirriżultaw;

sa fejn ikun neċessarju jew utli l-appoġġ pubbliku, fil-forma, fost oħrajn, ta' self permezz ta' strumenti finanzjarji innovattivi, għall-espansjoni, għar-replikazzjoni jew għat-trasferiment tas-soluzzjonijiet; kif ukoll,

b'mod partikolari għall-proġetti b'atturi kummerċjali u b'atturi tul il-ktajjen tal-valur, il-punt sa fejn ikun mistenni li tinkiseb jew tinżamm il-“maturità finanzjarja” (“tħejjija għall-investiment”/“bankabbiltà”) ta' dawn is-soluzzjonijiet matul il-perjodu tal-proġett.

—   Valur miżjud tal-UE: sinerġiji u transnazzjonalità

—   Sinerġiji (inklużi b'diversi skopijiet, tal-integrazzjoni/komplimentarjetà, tal-akkwist pubbliku ekoloġiku, tal-ekotikketta, u tal-adozzjoni ta' riżultati fir-riċerka ffinanzjati mill-UE):

Is-sinerġiji jistgħu jintlaħqu permezz ta' approċċi b'diversi skopijiet u integrazzjoni u/jew kumplimentarjetà ma' politiki u mekkaniżmi ta' finanzjament oħra tal-UE. Il-proposti se jirċievu punti addizzjonali għas-sinerġiji, skont il-grad u l-kwalità tagħhom.

Mekkaniżmu eżekuttiv b'diversi skopijiet jfisser li l-proposta mhux biss għandha l-ħsieb li tikseb l-objettivi ambjentali u/jew ta' azzjoni klimatika ewlenin speċifiċi, iżda, fl-istess waqt, għandha l-għan li tikseb skopijiet oħrajn (eż. timmira lejn it-titijib tal-ġestjoni tal-iskart u tal-integrazzjoni soċjali). Barra minn hekk, l-istrateġiji għall-kisba ta' sostenibbiltà soċjali u ekonomika flimkien mad-dimensjoni ekoloġika u/jew tal-azzjoni klimatika tas-sostenibbiltà huma inkorporati f'dan il-kunċett (eż., fl-Ekonomija ċirkolari, matul il-katina tal-valur atturi differenti jiksbu l-estensjoni taċ-ċikli tal-prodotti u jintegraw lill-persuni li jkunu qiegħda fit-tul fis-suq tax-xogħol).

Proposti ta' proġetti li, filwaqt li jiffukaw fuq kwistjoni ambjentali jew ta' azzjoni klimatika speċifika, itejbu l-integrazzjoni ta' dawn l-objettivi ambjentali jew ta' azzjoni klimatika speċifiċi f'oqsma oħrajn tal-politika u/jew jiksbu kumplimentarjetà ma' dawn, u b'hekk joħolqu sinerġiji mal-objettivi ta' politiki oħrajn tal-Unjoni, se jiġu vvalutati b'mod favorevoli. Jistgħu jingħataw sa tmien punti addizzjonali għal mekkaniżmi b'diversi skopijiet, integrazzjoni jew kumplimentarjetà jew taħlita ta' kwalunkwe minn dawn.

Is-sinerġiji jistgħu jintlaħqu wkoll permezz ta' akkwist pubbliku ekoloġiku u bl-użu tal-iskema tal-ekotikkettar fir-rigward tal-integrazzjoni tal-objettivi tal-produzzjoni ekoloġika u tal-forniment tas-servizzi, u bl-adozzjoni tar-riżultati fir-riċerka skont Orizzont 2020 jew il-programmi li ġew qablu. Għalhekk, l-impenn biex jiġu applikati l-akkwist pubbliku ekoloġiku  (122) u/jew, il-preferenza lejn prodotti u/jew servizzi ta' skemi ta' ekotikkettar uffiċjalment rikonoxxuti, bħall-Ekotikketta tal-UE (123), permezz ta' mekkaniżmu eżekuttiv ċar ħaqqhom punt addizzjonali kull wieħed.

Barra minn hekk, l-adozzjoni tar-riżultati tal-proġetti ta' riċerka u innovazzjoni relatati mal-ambjent u l-klima ffinanzjati minn Orizzont 2020 jew minn Programmi ta' Qafas preċedenti se twassal għal punt ieħor addizzjonali, jekk ikun hemm biżżejjed evidenza għall-valur miżjud tal-adozzjoni ta' dan il-proġett.

—   Transnazzjonalità

Il-proposti transnazzjonali għandhom jingħataw preferenza, jekk il-kooperazzjoni transnazzjonali bejn l-Istati Membri tkun essenzjali biex tiggarantixxi li jintlaħqu l-objettivi tal-proġett. Abbażi ta' dan il-kriterju, jistgħu jingħataw sa erba' punti addizzjonali jekk ikun hemm biżżejjed evidenza ta' valur miżjud tal-approċċ transnazzjonali (124).

—   Kriterji speċifiċi u sistema ta' punteġġ għal proġetti taħt is-sottoprogramm għall-Ambjent

Il-kriterji speċifiċi u s-sistema ta' punteġġ taħt is-sottoprogramm għall-Ambjent jirriflettu l-fatt li l-prijoritajiet tematiċi (l-Anness III mar-Regolament LIFE) u s-suġġetti tal-proġetti relatati (l-Intestatura 3 hawn fuq) jiġu ddefiniti biss skont is-sottoprogramm għall-Ambjent.

—   Valur miżjud tal-UE: kontribut lejn is-suġġetti tal-proġetti

Il-proposti LIFE li jaqgħu b'mod ċar taħt is-suġġetti tal-proġetti li jimplimentaw il-prijoritajiet tematiċi stabbiliti fl-Anness III tas-sottoprogramm għall-Ambjent, kif iddefinit fil-programm ta' ħidma pluriennali, se jirċievu punti addizzjonali skont dan il-kriterju.

Il-proposti ta' proġetti taħt il-qasam prijoritarju Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi se jirċievu 5 punti, jekk jikkonformaw bis-sħiħ ma' wieħed mis-suġġetti tal-proġetti elenkati fit-taqsima 3 taħt dan il-qasam prijoritarju. Barra minn dan, jekk is-soluzzjoni(jiet) (jiġifieri t-tekniki, il-metodi, l-azzjonijiet, il-metodoloġiji, jew l-approċċi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament LIFE) għall-kwistjoni ambjentali mmirata tkun (ikunu) ġdida (ġodda) jew mhux magħrufa fl-Unjoni Ewropea, il-proġett jirċievi 5 punti oħra.

Il-proposti tal-proġett taħt il-qasam prijoritarju Natura u Bijodiversità u taħt il-qasam prijoritarju Governanza Ambjentali u Informazzjoni se jirċievu 10 punti, jekk jikkonformaw bis-sħiħ ma' wieħed mis-suġġetti tal-proġetti taħt dan il-qasam prijoritarju.

 

Kriterji tal-għoti

Punteġġ minimu meħtieġ (*7)

Punteġġ massimu

Koerenza u kwalità Tekniċi u Finanzjarji

1

Koerenza u kwalità tekniċi

10

20

2

Koerenza u kwalità finanzjarji (inkluż il-valur għall-flus)

10

20

Valur miżjud tal-UE:

3

Il-grad u l-kwalità tal-kontribut għall-objettivi speċifiċi tal-oqsma prijoritarji tas-sottoprogramm għall-Ambjent ta' LIFE

10

20

4

Sostenibbiltà (kontinwazzjoni, replikazzjoni, trasferiment)

8

15

 

Punteġġi (meħtieġa) globali

50 (*7)

 

 

Bonus

5

Kontribut lejn is-suġġetti tal-proġetti

0 jew 5 jew 10

6

Sinerġiji (inklużi b'diversi skopijiet u ta' integrazzjoni/kumplimentarjetà (mass. 8 punti), Akkwist Pubbliku Ekoloġiku (mass. punt 1), Ekotikketta (mass. punt 1), u adozzjoni tar-riżultati fir-riċerka tal-UE (mass. punt 1))

Transnazzjonali (mass. 4 punti)

15

 

Punteġġ massimu

 

100

—   Kriterji speċifiċi u sistema ta' punti għall-proġetti ta' Azzjoni Klimatika

Il-kriterji speċifiċi u s-sistema ta' punteġġ taħt is-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika jirriflettu l-ħtieġa li tingħata attenzjoni lill-oqsma prijoritarji tal-Azzjoni Klimatika kif ukoll lill-oqsma ta' politika tal-Azzjoni Klimatika li jinsabu fit-taqsima 4. Barra minn hekk, sejħiet annwali għal proposti se jkun fihom oqsma ta' ħidma aktar dettaljati relatati mal-oqsma ta' politika biex jiġu riflessi l-isfidi u l-iżviluppi l-ġodda fil-politiki dwar il-klima.

—   Valur miżjud tal-UE: relevanza tal-proposti għall-oqsma ta' politika tal-Azzjoni Klimatika u l-oqsma ta' ħidma dettaljati fis-sejħiet annwali għal proposti

Il-proposti li jindirizzaw l-oqsma ta' politika tal-Azzjoni Klimatika u l-oqsma ta' ħidma dettaljati fis-sejħiet annwali għal proposti jistgħu jirċievu punti addizzjonali (kif stipulat fit-taqsima 5 tat-tabella li ġejja) taħt dan il-kriterju.

 

Kriterji tal-għoti

Punteġġ minimu meħtieġ (*8)

Punteġġ massimu

Koerenza u kwalità Tekniċi u Finanzjarji

1

Koerenza u kwalità tekniċi

10

20

2

Koerenza u kwalità finanzjarji

(inkluż il-valur għall-flus)

10

20

Valur miżjud tal-UE

3

Il-livell u l-grad tal-kwalità tal-kontribut għas-sottoprogramm ta' LIFE għall-oqsma prijoritarji tal-Azzjoni Klimatika u l-objettivi speċifiċi relatati li jinsabu fl-Artikoli 14, 15 u 16 tar-Regolament LIFE

10

20

4

Sostenibbiltà (kontinwazzjoni, replikazzjoni, trasferiment)

8

15

 

Punteġġi (meħtieġa) globali

50 (*8)

 

Bonus

Valur miżjud tal-UE: kontribut għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi

5

Kontribut għall-oqsma ta' politika tal-Azzjoni Klimatika stipulati fit-Taqsima 4

0 jew 5

Kontribut għall-oqsma ta' ħidma dettaljati li jinsabu fis-sejħa annwali għal proposti dwar l-Azzjoni Klimatika ta' LIFE

0 jew 5

6

Sinerġiji (inklużi b'diversi skopijiet u ta' integrazzjoni/kumplimentarjetà (mass. 8 punti), Akkwist Pubbliku Ekoloġiku (mass. punt 1), Ekotikketta (mass. punt 1), u adozzjoni tar-riżultati fir-riċerka tal-UE (mass. punt 1))

Transnazzjonali (mass. 4 punti)

15

 

Punteġġ massimu

 

100

5.1.2.   Proġetti Integrati skont l-Artikoli 2(d) u 18(d) tar-Regolament LIFE

Skont l-Artikolu 2(d) tar-Regolament LIFE, “proġetti integrati” tfisser proġetti li jimplimentaw fuq skala territorjali kbira, partikolarment, fuq skala reġjonali, multireġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali, strateġiji jew pjanijiet ambjentali jew klimatiċi meħtieġa skont leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni dwar l-ambjent jew il-klima, żviluppati skont atti oħra tal-Unjoni jew żviluppati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, prinċipalment fl-oqsma tan-natura, inklużi, fost l-oħrajn, il-ġestjoni tan-netwerk Natura 2000, l-ilma, l-iskart, l-arja u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, waqt li jiġi żgurat l-involviment tal-partijiet ikkonċernati u jiġu promossi l-koordinazzjoni ma' u l-mobilizzazzjoni ta' mill-inqas sors ieħor rilevanti ta' finanzjament tal-Unjoni, nazzjonali jew privat.

Il-proċess ta' sottomissjoni u għażla tal-Proġetti Integrati (minn hawn 'il quddiem “PI”) hu bbażat fuq proċedura b'żewġ stadji kif previst fir-Regolament LIFE. Dan għandu jiffaċilita l-ħidma tal-applikanti potenzjali u jiżgura li dawn jirċievu l-aħjar gwida possibbli mill-AE matul il-proċess. Il-fluss tal-ħidma huwa strutturat b'tali mod li jakkumpanja l-iżvilupp progressiv ta' kull proposta u l-irfinar tagħhom. Fi ħdan il-limiti permessi mill-allokazzjoni tematika u r-regoli dwar id-distribuzzjoni ġeografika tar-Regolament LIFE, il-prinċipju tat-trattament ugwali tal-proposti kollha se jiġi applikat b'mod strett tul il-fażijiet kollha tal-proċess tal-evalwazzjoni.

5.1.2.1.   Metodoloġija teknika għas-sottomissjoni tal-proġetti u l-proċedura tal-għażla

Stadju 1:

Sejħa għal proposti

Sottomissjoni ta' dokument kunċettwali

L-applikant jissottometti dokument kunċettwali qasir li jispjega fil-qosor il-kontenut tal-proġett, il-pjan jew l-istrateġija li dan mistenni jimplimenta u pjan finanzjarju għall-implimentazzjoni globali tal-pjan jew tal-istrateġija.

Evalwazzjoni tad-dokument kunċettwali u fażi ta' mistoqsijiet u tweġibiet

Abbażi tad-dokument kunċettwali, l-AE tidentifika u telenka l-proposti li jikkonformaw mal-kriterji tal-eliġibbiltà. L-applikanti tal-proposti li jikkonformaw ma' dawn il-kriterji se jiġu mistiedna biex jipparteċipaw f'fażi ta' mistoqsijiet u tweġibiet bil-miktub, u matul din il-fażi se jkunu jistgħu jissottomettu mistoqsijiet relatati mal-preparazzjoni tal-proposta sħiħa. Fi tmiem din il-fażi, l-AE se tippubblika l-mistoqsijiet u t-tweġibiet b'mod anonimu biex tgħin bl-istess mod lill-applikanti fit-tħejjija tal-proposta sħiħa tagħhom. Fejn ikun xieraq, l-AE se tissupplixxi l-mistoqsijiet u t-tweġibiet bi gwida dwar id-diffikultajiet tipiċi li l-applikanti jista' jkun li ltaqgħu magħhom u li jkunu saru evidenti fin-noti kunċettwali.

Stadju 2:

Sottomissjoni tal-proposta sħiħa:

L-applikanti tan-noti kunċettwali eleġibbli jiġu mistiedna jissottomettu proposta sħiħa.

Evalwazzjoni tal-proposta sħiħa

Wara evalwazzjoni fil-fond, l-AE tipprepara “lista preliminari twila” tal-proposti klassifikati li jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati għall-finanzjament. Il-klassifikazzjoni tkun ibbażata fuq il-mertu, jiġifieri l-punti riċevuti, u, skont is-sottoprogramm għall-Ambjent, kif ukoll skont ir-regola li perċentwal speċifiku tar-riżorsi allokati għall-għotjiet ta' azzjoni għandu jkun allokat għall-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità, u mal-kriterji ta' distribuzzjoni ġeografika stipulati fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament LIFE. Il-Kummissjoni tivverifika wkoll l-kapaċità finanzjarja u operazzjonali tal-applikanti li jwettqu l-proġett.

Tħejjija tal-lista finali ta' proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati u tal-lista ta' riżerva

Wara l-fażi tar-reviżjoni, il-proġetti aċċettati se jiġu proposti għall-finanzjament, fi ħdan il-baġit disponibbli. Il-lista ta' riżerva se tinkludi l-proġetti bl-ogħla punti li ma jkunux jistgħu jiġu ffinanzjati fid-dawl tal-baġit disponibbli. Il-lista ta' riżerva se tinkludi 20 % addizzjonali tal-baġit disponibbli għall-programm LIFE.

Iffirmar tal-ftehim tal-għotja

Filwaqt li l-approċċ b'żewġ stadji se jkun applikabbli matul il-perjodu tal-programm ta' ħidma pluriennali, il-Kummissjoni tista' tadatta l-proċess deskritt hawn fuq fid-dawl tal-esperjenza miksuba.

Fil-klassifikazzjoni tal-PI, l-AE għandha tiżgura li jintlaħaq bilanċ ġeografiku billi talloka b'mod indikattiv mill-inqas tliet PI għal kull Stat Membru sabiex tiżgura li matul il-perjodu ta' finanzjament kollu mill-2014 sal-2020 l-Artikolu 19(4) tar-Regolament LIFE jiġi osservat.

5.1.2.2.   Il-kriterji ta' eliġibbiltà u tal-għoti

Il-kriterji ta' eliġibbiltà li ġejjin se jiġu applikati kemm għad-dokument kunċettwali kif ukoll għall-proposta sħiħa.

(a)   Kriterji ta' eliġibbiltà

Proposta tiġi rrifjutata, jekk din ma tikkonformax ma' wieħed jew aktar minn dawn il-kriterji:

1.

Kopertura territorjali vasta: L-implimentazzjoni tal-pjan jew tal-istrateġija fil-mira tal-Unjoni se tkopri żona territorjali vasta, partikolarment dik reġjonali, mulitireġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali. Approċċ b'ħafna bliet jista' jkun aċċettabbli wkoll għall-PI li jittrattaw il-ġestjoni tal-kwalità tal-arja, kif ukoll għall-PI fis-sottoprogramm tal-klima.

2.

Mobilizzazzjoni ta' sorsi oħra ta' finanzjament: B'mod kumplimentari għall-PI nnifishom u għall-kofinanzjament speċifiku previst skont ir-Regolament LIFE (l-Artikolu 20(1)(a) u (c)), se jiġi mmobilizzat mill-inqas sors wieħed ta' finanzjament tal-Unjoni, nazzjonali jew privat ieħor għall-implimentazzjoni tal-pjan jew l-istrateġija fil-mira tal-Unjoni.

3.

Involviment tal-partijiet ikkonċernati ewlenin: Il-partijiet ikkonċernati ewlenin se jkunu involuti fl-implimentazzjoni tal-pjan jew l-istrateġija mmirati tal-Unjoni.

(i)   Kriterju ta' eliġibbiltà speċifiku għal proġetti taħt is-sottoprogramm għall-Ambjent

Il-PI ma jkunux eleġibbli jekk dawn ma jimmirawx lejn l-implimentazzjoni ta' wieħed jew waħda mill-pjanijiet jew mill-istrateġiji ambjentali li ġejjin stipulati fil-leġiżlazzjoni ambjentali speċifika tal-Unjoni, żviluppati skont atti oħrajn tal-Unjoni jew żviluppati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri:

(a)

Oqfsa ta' Azzjoni Prijoritizzata skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats li jistgħu jinkludu azzjonijiet ta' Infrastruttura Ekoloġika li jikkontribwixxu għall-koerenza tan-netwerk ta' Natura 2000 f'kuntest transkonfinali;

(b)

Pjanijiet tal-Immaniġġjar tal-Iskart skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart;

(c)

Pjanijiet tal-immaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar skont l-Anness VII tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma; jew

(d)

Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja skont id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja jew il-Programmi Nazzjonali għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja skont id-Direttiva dwar il-Limiti Nazzjonali tal-Emissjonijiet.

(ii)   Kriterju ta' eliġibbiltà speċifiku għall-proġetti taħt is-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika

Il-PI għandhom jimmiraw li jimplimentaw wieħed jew waħda mill-pjanijiet jew l-istrateġiji klimatiċi li ġejjin kif stipulat fil-leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni dwar il-klima, żviluppati skont atti oħra tal-Unjoni jew żviluppati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri f'wieħed minn dawn l-oqsma li ġejjin:

(a)

Strateġija jew pjan ta' azzjoni speċifiċi nazzjonali, reġjonali jew lokali

(b)

Pjan ta' azzjoni urban jew ibbażat fil-komunità li jniedi t-tranżizzjoni lejn soċjetà li tipproduċi emissjonijiet baxxi tal-karbonju u/jew li tkun reżiljenti għall-klima

(c)

Strateġija ta' mitigazzjoni tal-gassijiet serra jew pjan direzzjonali dwar ekonomija b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju li jkunu nazzjonali, reġjonali jew speċifiċi għall-industrija/is-settur.

(b)   Kriterji tal-għoti

Il-kriterji tal-għoti li ġejjin se jiġu applikati biss għall-proposti sħaħ. Il-proposti kollha li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà (u tal-għażla) issirilhom evalwazzjoni bir-reqqa tal-kwalità tagħhom fil-fażi tal-għotja. Proposta li tasal sa din il-fażi se tingħata punti abbażi tal-kriterji tal-għoti li ġejjin:

Kriterji tal-għoti

Punteġġ minimu meħtieġ (*9)

Punteġġ massimu

1.

Koerenza u kwalità tekniċi

10

20

2.

Koerenza u kwalità finanzjarji (inkluż il-valur għall-flus)

10

20

Valur miżjud tal-UE

Kriterji ta' ammissjoni/ta' rifjut

3.

Il-grad u l-kwalità tal-kontribut għall-objettivi

10

20

4.

Sostenibbiltà (kontinwazzjoni, replikazzjoni u/jew trasferiment)

8

15

Addizzjonali:

5.

Il-grad u l-kwalità tal-mobilizzazzjoni ta' fondi oħra, b'mod partikolari fondi tal-Unjoni

10

6.

Sinerġiji (inklużi b'diversi skopijiet u ta' integrazzjoni/kumplimentarjetà (mass. 8 punti), Akkwist Pubbliku Ekoloġiku (mass. punt 1), Ekotikketta (mass. punt 1), u adozzjoni tar-riżultati fir-riċerka tal-UE (mass. punt 1))

Transnazzjonali (mass. 4 punti)

15

Punteġġi (meħtieġa) globali

50  (*9)

100

Il-kriterji tal-għoti li ġejjin huma speċifiċi jew jinkludu elementi li huma speċifiċi għall-proġetti integrati:

—   Valur miżjud tal-UE: il-grad u l-kwalità tal-kontribut għall-objettivi

Se jiġi evalwat il-grad sa fejn kull proposta tikkontribwixxi għal wieħed jew aktar mill-objettivi ġenerali jew speċifiċi tal-programm LIFE kif stabbiliti fl-Artikoli 3, 10, 11 u 12 (LIFE Ambjent) u fl-Artikolu 3, 14, 15 u 16 (LIFE-Azzjoni Klimatika) tar-Regolament LIFE l-ġdid.

L-aspetti speċifiċi li ġejjin se jiġu vverifikati skont l-oqsma prijoritarji li taħthom jaqa' l-proġett:

—   Kriterji speċifiċi għal proġetti taħt is-sottoprogramm għall-Ambjent

PI li jittrattaw l-implimentazzjoni ta' Programmi ta' Qafas Prijoritizzati (PAF) għal NATURA 2000:

Il-valur miżjud tal-UE jrid jiġi diskuss fir-rigward tal-kontribut tal-proġett għall-ilħuq tal-mira 1 tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità u l-objettivi Ġenerali tad-Direttivi tal-Ħabitats u tal-Għasafar, u b'mod partikolari fir-rigward tal-kontribuzzjoni lejn it-titjib tal-istatus ta' konservazzjoni tal-ispeċijiet u t-tipi ta' ħabitats ta' Interess Komunitarju (id-Direttiva tal-Ħabitats) u/jew l-istatus tal-ispeċijiet tal-għasafar (id-Direttiva dwar l-Għasafar) u bl-għan speċjali li, fejn ikun rilevanti, tiġi integrata Infrastruttura Ekoloġika.

PI li jimplimentaw pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar:

Il-valur miżjud tal-UE se jkollu jiġi diskuss fir-rigward tal-kontribut tagħhom lejn il-kisba tal-objettivi tad-WFD. Jenħtieġ li l-azzjonijiet proposti jkollhom fil-mira l-pressjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-kapaċità tal-ambjent li jżomm l-ilma u l-użu ta' miżuri li jħallu impatt baxx (eż. l-infrastrutturi ekoloġiċi) għat-tindif mit-tniġġis. Pressjonijiet bħal dawn kellhom jiġu identifikati fil-valutazzjonijiet imwettqin mill-Istati Membri għall-preparazzjoni tal-implimentazzjoni ta' pjanijiet għal-leġiżlazzjoni u l-politiki relevanti tal-UE (eż. id-WFD, l-MSFD, l-UWWTD, id-DWD, id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, id-Direttiva dwar l-Għargħar u/jew il-Pjanijiet għan-Nixfa).

Jenħtieġ li l-proġetti jiffukaw fuq l-ippjanar (eż. sottożona ta' qbid jew baċin tax-xmara) u l-istabbiliment ta' miżuri (eż. soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura) fuq skala kbira biex tiżdied iż-żamma tal-ilma f'żoni urbani u rurali, titjieb l-infiltrazzjoni, tiżdied il-kapaċità għall-ħżin tal-ilma u jitneħħew l-inkwinanti permezz ta' proċessi naturali jew “li jixbhu lil dawk naturali”. Dawn jenħtieġ li jfittxu sinerġiji li jimplimentaw azzjonijiet li jirrimedjaw il-pressjonijiet eżistenti idromorfoloġiċi u jtejbu l-bijodiversità u l-valur tal-kumdità.

PI li jittrattaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-iskart:

Il-PI huma mfassla biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta' Mmaniġġjar tal-Iskart (WMP) kif mitlub mill-Artikolu 28 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart 2008/98/KE (WFD) u/jew tal-Programmi ta' Prevenzjoni tal-Iskart (WPP) kif mitlub mill-Artikolu 29 tad-WFD.

Il-valur miżjud tal-UE tagħhom se jiġi vvalutat fir-rigward tal-kontribut tagħhom għall-implimentazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart (l-Artikolu 4 tad-WFD), il-kisba tal-miri tar-riċiklaġġ kif previst fl-Artikolu 11 tad-WFD u l-miri addizzjonali inklużi fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiġu appoġġjati dawn l-objettivi.

PI li jittrattaw l-implimentazzjoni ta' pjanijiet u ta' programmi dwar il-kwalità tal-arja jew l-implimentazzjoni ta' Programmi Nazzjonali għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja:

Il-PI huma mfassla biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' pjanijiet lokali u reġjonali dwar il-kwalità tal-arja, kif iddefinit mid-Direttiva 2008/50/KE. Jekk ikunu bbażati fuq pjanijiet lokali dwar il-Kwalità tal-Arja, jenħtieġ li l-proġetti jinkludu koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn mill-inqas ħamest ibliet b'tali pjanijiet; jekk ikunu bbażati fuq Pjan għall-Kwalità tal-Arja reġjonali, jenħtieġ li l-proġetti jinkludu koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet lokali u l-amministrazzjoni reġjonali. Proġetti fuq skala kbira u/jew il-proġetti li jiżguraw il-koerenza ma' Programmi Nazzjonali għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja skont id-Direttiva (UE) 2016/2284 se jingħataw preferenza.

Il-proġetti jistgħu jiġu stabbiliti wkoll biex primarjament jimplimentaw il-Programmi Nazzjonali għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja (minn hawn 'il quddiem imsejħa “NAPCP”) skont id-Direttiva (UE) 2016/2284. Il-PI huwa mfassal biex jappoġġja l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Programmi Nazzjonali għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja kif iddefinit fl-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/2284.

Il-valur miżjud ta' PI relatat ma' NAPCP se jiġi vvalutat abbażi ta' (a) sa liema grad is-sorsi tal-emissjonijiet nazzjonali aktarx ikollhom impatt fuq il-kwalità tal-arja fit-territorji tagħhom u fl-Istati Membri ġirien li, fejn ikun xieraq, jużaw dejta u metodoloġiji żviluppati mill-Programm Ewropew ta' Monitoraġġ u ta' Evalwazzjoni (EMEP) skont il-Protokoll għall-Konvenzjoni LRTAP dwar il-finanzjament fit-tul tal-programm kooperattiv għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tat-trażmissjoni fuq medda twila ta' sustanzi li jniġġsu l-arja fl-Ewropa; (b) NAPCP li jikkunsidra l-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja biex tintlaħaq il-konformità mal-objettivi relatati mal-kwalità tal-arja fit-territorji tagħhom u, fejn xieraq, fl-Istati Membri ġirien; (c) il-prijorità mogħtija lil miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju iswed fit-teħid ta' miżuri mmirati sabiex jinkisbu l-impenji nazzjonali tagħhom għat-tnaqqis ta' materja partikolata fina; (d) l-iżgurar tal-koerenza ma' pjanijiet u ma' programmi oħra rilevanti stabbiliti bis-saħħa tar-rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja skont id-Direttiva 2008/50/KE.

—   Kriterji speċifiċi għall-proġetti ta' Azzjoni Klimatika

PI li jittrattaw l-implimentazzjoni tal-istrateġiji, il-pjanijiet u l-pjanijiet direzzjonali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima:

Dawn it-tipi ta' PI jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta' mitigazzjoni tal-gassijiet serra, il-pjanijiet jew il-pjanijiet direzzjonali għall-ekonomija b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u jikkonċernaw muniċipalitajiet jew reġjuni speċifiċi (eż. kif jitħabbar fil-Patt tas-Sindki), is-setturi industrijali jew agrikoli (bl-analiżi tal-użu tal-art fuq skala reġjonali, f'kuntest soċjali u ekonomiku), jew setturi ekonomiċi oħra bl-introduzzjoni ta' approċċi teknoloġiċi u bbażati fuq is-servizzi b'mod sostenibbli u innovattiv. Il-kontribut tal-PI għall-implimentazzjoni u għall-iżvilupp tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima tista' tinkludi l-EU ETS, id-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi għas-setturi li ma jkunux koperti mill-EU ETS, id-Direttiva dwar is-Sorsi ta' Enerġija Rinnovabbli (RES) jew ir-Regolament dwar gassijiet serra fluworurati. Il-PI jistgħu jiġu kkumplimentati bl-investimenti neċessarji fl-infrastruttura jew bl-iżvilupp u bl-implimentazzjoni ta' teknoloġiji u ta' servizzi innovattivi fl-ibliet, fir-reġjuni u/jew fil-komunitajiet appoġġjati permezz ta' programmi ta' finanzjament relevanti oħra tal-Unjoni, speċifikati wkoll fl-istrateġija/fil-pjan/fil-pjan direzzjonali. Il-valur miżjud tal-UE tagħhom se jiġi vvalutat fir-rigward tal-kontribut tal-PI għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, fir-rigward tal-livell ta' integrazzjoni fil-politiki differenti, tal-involviment dirett ta' firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati, u tal-grad sa fejn il-PI jkunu parti operattiva mill-istrateġija/mill-pjan/mill-pjan direzzjonali.

PI li jittrattaw l-implimentazzjoni tal-istrateġiji, tal-pjanijiet u tal-pjanijiet direzzjonali għall-adattament għat-tibdil fil-klima:

Dawn it-tipi ta' PI huma mfassla biex jimplimentaw strateġiji jew pjanijiet ta' adattament għat-tibdil fil-klima li jindirizzaw vulnerabbiltajiet speċifiċi tat-tibdil fil-klima (eż. żoni kostali, żoni suxxettibbli għan-nixfiet jew għall-għargħar) jew setturi vulnerabbli (eż. l-ilma, l-agrikoltura/il-forestrija, is-saħħa pubblika), bl-użu ta' approċċi bbażati fuq l-ekosistemi, fejn ikun rilevanti. Is-sinerġiji ma' politiki oħra dwar l-ambjent u l-klima jenħtieġ li jkunu tema ċentrali tal-proġetti ta' adattament, eż. fejn relevanti, jenħtieġ li jiġu promossi bejn l-adattament għat-tibdil fil-klima, it-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, il-bijodiversità u l-politika dwar l-ilma. Il-valur miżjud tal-UE se jiġi vvalutat ukoll fir-rigward tal-kontribut tal-PI biex jintlaħqu l-objettivi tar-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, il-livell ta' integrazzjoni fis-setturi differenti u l-involviment ta' firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati.

PI li jittrattaw l-implimentazzjoni ta' pjanijiet urbani ta' azzjoni klimatika:

Dawn it-tipi ta' PI huma mfassla biex jimplimentaw pjanijiet urbani ta' azzjoni għal tranżizzjoni lejn soċjetà b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, bħal fil-qafas tal-“Patt Globali tas-Sindki għall-Klima u għall-Enerġija”. Il-kontributi għat-titjib tal-governanza, is-sensibilizzazzjoni u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-integrazzjoni ta' azzjoni dwar it-tibdil fil-klima f'oqsma ta' politika differenti huma rilevanti. Għandhom jitħeġġu proġetti fuq skala kbira li jkopru diversi bliet.

—   Valur miżjud tal-UE: Il-grad u l-kwalità tal-mobilizzazzjoni ta' fondi oħra, b'mod partikolari fondi tal-Unjoni: Il-kwalità tal-koordinazzjoni ma' mekkaniżmi oħra ta' finanzjament u l-livell ta' mobilizzazzjoni ta' fondi oħra kumplimentari għall-programm LIFE (lil hinn mill-minimu neċessarju għall-eliġibbiltà), kif ukoll il-probabbiltà tal-mobilizzazzjoni reali tagħhom u r-rabta funzjonali tagħhom mal-pjan li għandu jiġi implimentat se jiddeterminaw jekk il-PI jieħdux punti addizzjonali għal dan il-kriterju. PI li aktarx ikunu se jimmobilizzaw il-fondi tal-Unjoni b'rabta funzjonali mal-pjan li għandu jiġi implimentat u li jipprevedi mekkaniżmu ta' koordinazzjoni sodisfaċenti jirċievu punti ogħla.

—   Valur miżjud tal-UE: sinerġiji (inklużi b'diversi skopijiet, kumplimentarjetà, integrazzjoni, akkwist pubbliku ekoloġiku, ekotikketta, adozzjoni): Il-proposti tal-PI se jkollhom jippreżentaw mekkaniżmi eżekuttivi b'diversi skopijiet ta' kwalità partikolarment għolja (eż. li jimmiraw lejn il-benefiċċji u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ambjentali u klimatiċi) li jippermettu l-kisba tar-riżultati f'oqsma oħra ta' politika (125). Jenħtieġ li dawn isaħħu wkoll il-kumplimentarjetà ma' dawn il-politiki u jintegraw fihom l-objettivi ambjentali u ta' azzjoni klimatika. Fir-rigward ta' proġetti “tradizzjonali”, l-impenn biex jiġu applikati l-akkwist pubbliku ekoloġiku (126) u/jew il-preferenza lejn prodotti u/jew servizi ta' skemi ta' ekotikkettar rikonoxxuti bħall-Ekotikketta tal-UE (127) permezz ta' mekkaniżmu eżekuttiv ċar ħaqqhom punt addizzjonali kull wieħed.

Barra minn hekk, l-adozzjoni tar-riżultati tal-proġetti ta' riċerka u innovazzjoni relatati mal-ambjent u l-klima ffinanzjati minn Orizzont 2020 jew minn Programmi ta' Qafas preċedenti se jkun jistħoqqilha punt ieħor addizzjonali, jekk ikun hemm biżżejjed evidenza għall-valur miżjud ta' din l-adozzjoni tal-proġett.

5.1.3.   Proġetti ta' Assistenza Teknika skont l-Artikolu 18(e) tar-Regolament LIFE)

Proġetti ta' assistenza teknika jipprovdu, permezz ta' għotjiet ta' azzjoni, appoġġ finanzjarju biex l-applikanti jiġu megħjuna jippreparaw proġetti integrati. Massimu ta' 1 % tal-baġit annwali allokat għall-PI jista' jsir disponibbli għall-proġetti ta' assistenza teknika. Il-kontribuzzjoni massima tal-UE għal kull proġett ta' assistenza teknika hi stabbilita għal EUR 100 000.

5.1.3.1.   Metodoloġija teknika għall-proċedura tal-għażla tal-proġetti

L-għażla tal-proġetti ta' assistenza teknika se ssegwi l-istess metodoloġija li tintuża għall-għażla tal-proġetti taħt iż-żewġ sottoprogrammi. Se jiġi applikat approċċ rapidu.

Il-proċedura tal-għażla tal-proġetti se tiġi organizzata kif ġej:

Evalwazzjoni tal-proposti

L-AE se tivverifika l-konformità ta' kull proposta mal-kriterji ta' eliġibbiltà u ta' għażla u se tevalwahom skont il-kriterji tal-għoti.

Tħejjija tal-lista finali ta' proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati u tal-lista ta' riżerva

Wara l-fażi tar-reviżjoni, il-proġetti aċċettati se jiġu proposti għall-finanzjament, fi ħdan il-baġit disponibbli. Il-lista ta' riżerva se tinkludi l-proġetti bl-ogħla punti li ma jkunux jistgħu jiġu ffinanzjati fid-dawl tal-baġit disponibbli. Il-lista ta' riżerva se tinkludi 20 % addizzjonali tal-baġit disponibbli għall-programm LIFE.

Iffirmar tal-ftehim tal-għotja

5.1.3.2.   Il-kriterji ta' eliġibbiltà u tal-għoti

Se jiġu applikati l-kriterji speċifiċi prinċipali ta' eliġibbiltà u tal-għoti li ġejjin:

(a)   Kriterji ta' eliġibbiltà

Proposta għal proġett ta' assistenza teknika tinżamm biss għal evalwazzjoni skont il-kriterji tal-għoti, jekk:

il-proposta tal-proġett tkun immirata lejn it-tħejjija ta' proposta futura ta' PI.

(b)   Kriterji tal-għoti

Il-mertu tal-proposti eliġibbli kollha se jiġi evalwat u ggradat skont il-kriterji tal-għoti li ġejjin u s-sistema tal-għoti tal-punti:

Kriterji tal-għoti

Punteġġ minimu meħtieġ (*10)

Punteġġ massimu

1.

Koerenza u kwalità tekniċi

30

60

2.

Koerenza u kwalità finanzjarji (inkluż il-valur għall-flus)

20

40

Punteġġi (meħtieġa) globali

55

100

—   Koerenza u kwalità tekniċi

Iċ-ċarezza, il-koerenza u l-fattibbiltà tal-proposta se jiġu evalwati fid-dawl tal-objettivi tal-proġett u r-riżultati mistennija minnu. In-natura u l-kamp ta' applikazzjoni tal-PI futur se jiġu kkunsidrati.

—   Koerenza u kwalità finanzjarji

Il-baġit propost u l-konsistenza tiegħu mal-azzjonijiet proposti u mar-regoli applikabbli, kif ukoll il-kosteffettività tal-approċċ propost se jiġu evalwati. Il-valur għall-flus tal-proposta se jiġi vvalutat.

5.1.4.   Proġetti għat-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet skont l-Artikolu 18(f) tar-Regolament LIFE

Il-proġetti għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet meħtieġa għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri, inklużi l-punti ta' kuntatt nazzjonali jew reġjonali tal-programm LIFE, bil-ħsieb li l-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu sehem b'mod aktar effettiv fil-Programm LIFE.

Dawn l-interventi jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

ir-reklutaġġ ta' persunal ġdid u t-taħriġ għal punti ta' kuntatt nazzjonali jew reġjonali tal-Programm LIFE;

l-iffaċilitar tal-iskambju tal-esperjenzi u tal-aħjar prattiki u l-promozzjoni tad-disseminazzjoni u tal-użu tar-riżultati tal-proġetti taħt il-programm LIFE;

l-approċċi ta' “taħriġ għal min iħarreġ”;

il-programmi ta' skambju u ta' sekondar bejn l-awtoritajiet pubbliċi fl-Istati Membri, b'mod partikolari attivitajiet ta' skambju ta' dawk l-aktar kompetenti.

L-interventi koperti mill-pjan għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet jistgħu jinkludu l-akkwist ta' esperti biex jindirizzaw il-lakuni ad hoc fil-kapaċitajiet tekniċi u proċesswali, iżda ma jistgħux jinkludu l-akkwist ta' esperti li l-funzjoni primarja tagħhom hija t-tfassil ta' proposti bl-għan li jiġu ppreżentati f'sejħiet għall-proposti annwali.

5.1.4.1.   Metodoloġija teknika għall-proċedura tal-għażla tal-proġetti

L-applikazzjonijiet għal proġetti għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet se jsegwu proċedura ta' għoti rapida. Meta jitqies il-fatt li skont l-Artikolu 19(8) il-proġetti għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet jistgħu jiġu allokati biss għal għadd predefinit ta' Stati Membri u li proġett wieħed għal kull Stat Membru biss jista' jiġi ssussidjat, l-applikazzjonijiet li jaslu ma jkunux f'kompetizzjoni bejniethom. Għaldaqstant, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati fuq bażi kontinwa mid-data tal-pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti tal-2018 għal għotjiet ta' azzjoni tal-programm LIFE, li se jinkludu l-pakkett ta' applikazzjoni għall-proġetti għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet. L-applikazzjonijiet iridu jiġu sottomessi qabel it-tmiem tat-ewwel trimestru tal-2019 sabiex jiġu kkunsidrati għall-perjodu ta' finanzjament ta' bejn l-2018 u l-2020.

L-applikazzjonijiet se jiġu vvalutati biex tiġi żgurata l-konformità mal-kriterji ta' eliġibbiltà u l-livelli limiti għall-għoti msemmija hawn taħt.

L-għotjiet se jiġu ffirmati ladarba jiġi konkluż b'suċċess il-proċess ta' evalwazzjoni u ta' reviżjoni.

5.1.4.2.   Il-kriterji ta' eliġibbiltà u tal-għoti

Se jiġu applikati il-kriterji ta' eliġibbiltà u tal-għoti li ġejjin:

(a)   Kriterji ta' eliġibbiltà

L-applikazzjoni għandha tissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà li ġejjin:

L-applikant huwa Stat Membru li

Il-PDG per capita tiegħu fl-2012 ma kienx aktar minn 105 % tal-medja tal-Unjoni,

il-livell medju ta' assorbiment mill-Istat Membru tal-allokazzjoni nazzjonali indikattiva għas-snin 2014, 2015 u 2016, imsemmija fl-Artikolu 19, il-paragrafu 5 tar-Regolament LIFE, ikun anqas minn 70 %; u

il-livell medju ta' assorbiment mill-Istat Membru tal-allokazzjoni nazzjonali indikattiva tiegħu għas-snin 2014, 2015 u 2016 ikun żdied meta mqabbel mal-livell medju ta' assorbiment għas-snin 2010, 2011 u 2012.

Jekk Stat Membru kien ingħata proġett għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-programm ta' ħidma pluriennali għall-perjodu 2014-2017, dan il-proġett għandu jitlesta qabel id-data tal-bidu tat-tieni proġett għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet.

L-applikazzjoni tinkludi pjan għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet, fejn l-Istat Membru jimpenja ruħu li:

iżomm riżorsi ddedikati għall-Programm LIFE, inklużi livelli tal-persunal, f'livelli li ma jkunux aktar baxxi minn dawk fis-seħħ fl-2012, għat-tul tal-MAWP attwali;

Jekk l-Istat Membru kien ingħata proġett għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-programm ta' ħidma pluriennali għall-perjodu 2014-2017, sabiex iżomm ir-riżorsi, inklużi l-livelli tal-persunal, allokati għall-proġett għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet preċedenti għad-durata tal-programm ta' ħidma pluriennali għall-perjodu 2018-2020.

(b)   Kriterji tal-għoti

Il-koerenza u l-kwalità tekniċi fil-proġetti għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet jirreferu għall-interventi proposti sabiex tiġi żviluppata l-kapaċità tal-Istat Membru biex jissottometti applikazzjonijiet li jiġu aċċettati għall-finanzjament ta' proġetti taħt is-sottoprogrammi għall-Ambjent u għall-Azzjoni Klimatika.

Il-mertu tal-proposti eliġibbli kollha se jiġi evalwat u ggradat skont il-kriterji tal-għoti li ġejjin u s-sistema tal-għoti tal-punti:

Kriterji tal-għoti

Punteġġ minimu meħtieġ (*11)

Punteġġ massimu

Koerenza u kwalità tekniċi

15

30

Koerenza u kwalità finanzjarji (inkluż il-valur għall-flus)

10

20

Il-komprensività tal-approċċ b'rabta mad-dgħufijiet identifikati li wasslu għall-parteċipazzjoni baxxa tal-Istati Membri fis-Sejħiet tal-programm LIFE għall-perjodu 2014-2016

15

30

Preżentazzjoni tat-titjib mistenni tal-abbiltà li jiġu promossi l-integrazzjoni, il-kumplimentarjetà, is-sinerġiji u r-replikabbiltà tal-programm LIFE f'politiki, f'attivitajiet ekonomiċi u fi programmi oħrajn

10

20

Punteġġi (meħtieġa) globali

55

100

5.1.5.   Proġetti preparatorji skont l-Artikolu 18(g) tar-Regolament LIFE

Il-proġetti preparatorji jindirizzaw ħtiġijiet speċifiċi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni dwar l-ambjent jew il-klima tal-Unjoni.

5.1.5.1.   Metodoloġija teknika għall-proċedura tal-għażla tal-proġetti

Darba fis-sena l-Kummissjoni tagħmel inventarju tal-ħtiġijiet speċifiċi relatati mal-iżvilupp u mal-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni dwar l-ambjent jew il-klima tal-Unjoni, li jeħtieġ li jiġu indirizzati matul is-snin li ġejjin u minnhom tidentifika l-ħtiġijiet li jistgħu jiġu indirizzati mill-proġetti preparatorji.

Qabel it-tnedija tas-sejħa annwali għall-proposti, l-Istati Membri jirċievu abbozz ta' lista tal-ħtiġijiet speċifiċi li jistgħu jiġu indirizzati mill-proġetti preparatorji u se jintalbu jikkummentaw. Abbażi ta' dawn il-kummenti, tiġi stabbilita l-lista finali.

Il-Kummissjoni tiddefinixxi l-kriterji speċifiċi ta' għażla u ta' għoti għall-proġetti definiti b'dan il-mod, it-tul tal-proġett, u l-baġit indikattiv li għandu jiġi allokat għal kull proġett.

Il-proċedura tal-għażla tal-proġetti se tiġi organizzata kif ġej:

Evalwazzjoni tal-proposti

Il-Kummissjoni se tivverifika l-konformità ta' kull proposta mal-kriterji ta' eliġibbiltà u tal-għażla u se tevalwahom skont il-kriterji tal-għoti.

Tħejjija tal-lista finali ta' proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati u tal-lista ta' riżerva

Wara l-fażi tar-reviżjoni, il-proġetti aċċettati se jiġu proposti għall-finanzjament, fi ħdan il-baġit disponibbli. Tista' ssir lista ta' riżerva, jekk ikun xieraq.

Iffirmar tal-ftehim tal-għotja

5.1.5.2.   Il-kriterji ta' eliġibbiltà u tal-għoti

Se jiġu applikati il-kriterji ta' eliġibbiltà u tal-għoti li ġejjin:

(a)   Kriterji ta' eliġibbiltà

Il-kriterji speċifiċi ta' eliġibbiltà u tal-għażla se jiġu ddefiniti f'kull sejħa. Dawn se jkunu bbażati fuq il-ħtiġijiet speċifiċi li għandhom jiġu indirizzati mill-proġetti preparatorji, iddefiniti mill-Kummissjoni f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri.

(b)   Kriterji tal-għoti

Il-proġetti preparatorji se jingħataw lill-entità/ijiet legali li tissottometti/jissottomettu proposta li taqbeż il-punteġġ minimu meħtieġ u li jilħqu l-ogħla punti fir-rigward tal-kriterji li ġejjin:

Kriterji

Punteġġ minimu meħtieġ (*12)

Punteġġ massimu

Il-koerenza u l-kwalità tekniċi tal-proposta fir-rigward tal-bżonn speċifiku indirizzat

22

45

Il-komprensività tal-approċċ fir-rigward tal-bżonn speċifiku indirizzat

15

30

Koerenza u kwalità finanzjarji (inkluż il-valur għall-flus)

12

25

Punteġġi (meħtieġa) globali

55

100

5.1.6.   Il-proġetti meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali deskritti fl-Artikolu 3 tar-Regolament LIFE

Proġetti oħra (pilota, dimostrattivi jew oħrajn) jistgħu jiġu ffinanzjati skont l-Artikolu 190 tar-Regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament finanzjarju (minn hawn 'il quddiem “RAF”) jew it-tnedija ta' sejħa speċifika għal proposti abbażi tal-kriterji deskritti hawn taħt. Pereżempju, għotjiet li huma mmirati lejn proġetti kumplessi li jimplimentaw ekonomija ċirkolari tul il-ktajjen tal-valur jew permezz ta' simbjożi industrijali jistgħu jiġu ffinanzjati wara sejħa speċifika bbażata fuq il-baġit destinat għal għotjiet ta' azzjoni fil-qasam tal-ambjent u l-effiċjenza fir-riżorsi (128) jew biex jiġu appoġġjati proġetti bankabbli li jwasslu għall-finanzjament tal-NCFF jew li jikkumplimentawh. L-appoġġ jista' jingħata wkoll biex jitressqu proposti għal proġetti b'maturità biżżejjed biex jattiraw kapital ta' investiment pubbliku u privat. B'mod partikolari, l-appoġġ jista' jingħata lil proposti ta' investiment innovattivi, tal-ewwel tat-tip tagħhom jew mhux regolari fi kwalunkwe wieħed mill-oqsma prijoritarji tar-Regolament LIFE.

5.1.6.1.   Metodoloġija teknika għall-proċedura tal-għażla tal-proġetti

Jekk il-Kummissjoni tidentifika l-ħtieġa ta' proġett ad hoc speċifiku meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament LIFE, hija tista' tippubblika sejħa għal proposti.

5.1.6.2.   Il-kriterji ta' eliġibbiltà u tal-għoti

(a)   Kriterji ta' eliġibbiltà

Proġetti oħra għandhom:

jikkontribwixxu għal wieħed jew aktar mill-objettiv ġenerali stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament LIFE u mill-objettivi speċifiċi applikabbli fl-Artikoli 10 sa 12 u 14 sa 16 tar-Regolament LIFE,

jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-qasam prijoritarju tas-sottoprogramm LIFE, kif stipulat fl-Artikoli 9 u 13 tar-Regolament LIFE skont taħt liema tkun ġiet sottomessa l-proposta. Dan jinkludi proġetti li huma mmirati lejn azzjonijiet kumplessi li jimplimentaw ekonomija ċirkolari tul il-ktajjen tal-valur jew permezz ta' simbjożi industrijali. Sejħa speċifika għal proġetti TA bi tħejjija għall-ekonomija ċirkolari se tiġi ppubblikata abbażi tal-baġit tal-għotjiet ta' azzjoni għall-ambjent u għall-effiċjenza fir-riżorsi b'massimu ta' EUR 1,0 mio p.a.

(b)   Kriterji tal-għoti

Proġetti oħra se jingħataw lill-entità/ijiet legali li tissottometti/jissottomettu proposta li taqbeż il-punteġġ minimu meħtieġ u li tilħaq l-ogħla punti fir-rigward tal-kriterji li ġejjin:

Kriterji

Punteġġ minimu meħtieġ (*13)

Punteġġ massimu

Il-koerenza u l-kwalità tekniċi tal-proposta fir-rigward tal-bżonn speċifiku indirizzat

30

50

Koerenza u kwalità finanzjarji (inkluż il-valur għall-flus)

20

30

Il-komprensività tal-approċċ fir-rigward tal-bżonn speċifiku indirizzat

10

Sinerġiji (ara proġetti tradizzjonali)

10

Punteġġi (meħtieġa) globali

55

100

5.2.   Għotjiet operattivi

L-Artikolu 21 tar-Regolament LIFE jipprevedi l-appoġġ għal ċerti spejjeż operattivi u amministrattivi għal entitajiet mingħajr skop ta' qligħ li jsegwu għan ta' interess ġenerali tal-Unjoni, li huma primarjament attivi fil-qasam tal-ambjent u/jew tal-azzjoni klimatika u involuti fl-iżvilupp, fl-implimentazzjoni u fl-infurzar tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Is-sistema ta' ftehimiet qafas ta' sħubija biennali għal għotjiet operattivi, stabbilita skont l-MAWP għall-perjodu 2014-2017, se tinżamm sabiex jinżamm il-bilanċ bejn il-ħtieġa għaċ-ċertezza u għall-istabbiltà tal-benefiċjarji u ċertu livell ta' kompetizzjoni bejn l-entitajiet mingħajr skop ta' qligħ. F'dan il-qafas, fl-2018 se tiġi organizzata sejħa ristretta għal proposti. Din se tindirizza biss lil dawk l-NGOs li kienu ntgħażlu għall-iffirmar ta' FPA fis-Sejħa tal-FPA fl-2017 (identifikatur tas-sejħa: LIFE-NGO-FPA-EASME-2017).

Fl-2019 se titnieda sejħa ġdida għal proposti għal FPAs biex jintgħażlu l-NGOs għal għotja operattiva li tkopri s-snin finanzjari 2020 u 2021 tagħhom. Din se tiġi segwita minn żewġ sejħiet ristretti bl-għan li jiġu ffirmati ftehimiet ta' għotja speċifiċi mas-sħab tal-FPA.

L-għotjiet operattivi barra mis-sejħiet għall-proposti jistgħu jingħataw f'każijiet eċċezzjonali ġġustifikati kif xieraq kif stipulat fl-Artikolu 190 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (129), b'mod partikolari fejn il-karatteristiċi tal-benefiċjarju ma jħallux għażla oħra jew fejn il-benefiċjarju jiġi identifikat b'dan il-mod f'bażi ġuridika.

Il-proposti se jiġu kkontrollati għall-konformità tagħhom mal-kriterji ta' eliġibbiltà u tal-għażla. Għall-proposti li jikkonformaw ma' dawn il-kriterji, ir-relevanza u l-kwalità ġenerali se jiġu evalwati fir-rigward tal-kriterji tal-għoti. Il-punti se jingħataw skont dawn il-kriterji u se jkun meħtieġ livell minimu ta' kwalità. Id-deċiżjoni finali tal-għoti se tittieħed abbażi tar-riżultati tal-proċess ta' evalwazzjoni.

5.2.1.   Kriterji tal-għażla għall-għotjiet operattivi

Il-kriterji tal-għażla għandhom jivvalutaw il-kapaċità finanzjarja u operazzjonali tal-applikant biex ilesti l-programm ta' ħidma propost.

L-applikanti se jintgħażlu biss jekk, abbażi tad-dokumenti ta' sostenn speċifiċi relatati mal-prestazzjoni tagħhom tul is-sentejn ta' qabel, ikunu jistgħu juru

kapaċità operazzjonali — l-applikant jeħtieġ li jkollu l-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa biex ilesti l-programm ta' ħidma propost, u

kapaċità finanzjarja — l-applikant jeħtieġ li jkollu sorsi stabbli u suffiċjenti ta' finanzjament għaż-żamma tal-attività tiegħu tul il-proġett li għalih tingħata l-għotja u għandu jipparteċipa fil-finanzjament tagħha.

F'ċerti ċirkostanzi eċċezzjonali, b'mod partikolari fil-każ ta' netwerk ġdid maħluq minn organizzazzjonijiet b'esperjenza, l-AE tista' tagħti deroga mir-rekwiżit li jiġu ppreżentati d-dokumenti ta' sostenn li jkopru s-sentejn ta' qabel.

5.2.2.   Kriterji tal-għoti għall-għotjiet operattivi

5.2.2.1.   Għotjiet operattivi annwali/Ftehimiet qafas ta' sħubija għall-Organizzazzjonijiet mhux Governattivi (NGO)

L-Artikoli 12(d) u 16(d) tar-Regolament LIFE jelenkaw bħala objettiv speċifiku għall-oqsma prijoritarji rispettivi tagħhom “Governanza u Informazzjoni” il-promozzjoni tal-governanza ambjentali u klimatika aħjar billi jiżdied l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-NGOs, fil-konsultazzjoni dwar il-politiki u fl-implimentazzjoni ta' dawn.

Il-kriterji tal-għoti li ġejjin se japplikaw għall-għażla tal-benefiċjarji tal-ftehimiet qafas tas-sħab:

1.

Rilevanza Politika: Rilevanza tal-pjan strateġiku tal-NGOs għall-politiki ambjentali u ta' azzjoni klimatika tal-Unjoni.

2.

Tfassil tal-Politiki tal-UE: Il-kontribut tal-NGO biex jitfasslu, jiġu żviluppati jew jiġu aġġornati l-politiki ambjentali u/jew ta' azzjoni klimatika tal-Unjoni.

3.

Implimentazzjoni tal-politika tal-UE: Il-kontribut tal-NGO biex jiġu implimentati u infurzati l-politiki ambjentali u/jew ta' azzjoni klimatika tal-Unjoni.

4.

Il-funzjoni ta' sensur: Ir-rilevanza biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ambjentali u dawk relatati mal-klima ġodda jew emerġenti.

5.

L-iżvilupp organizzazzjonali: il-potenzjal ta' żvilupp sabiex isir parti ikkonċernata aktar effiċjenti fil-proċess politiku tal-Unjoni.

L-organizzazzjonijiet magħżulin bħala sħab ta' qafas se jiġu mistiedna biex kull sena jissottomettu l-programm ta' ħidma tagħhom, li se jiġi analizzat fid-dawl tal-għoti ta' għotja operattiva speċifika annwali.

Għall-għoti ta' għotjiet operattivi speċifiċi annwali skont il-ftehimiet qafas ta' sħubija, se japplikaw il-kriterji li ġejjin:

1.

Il-konformità tal-programm ta' ħidma mal-objettivi u n-natura tal-attivitajiet speċifikati fil-ftehim qafas ta' sħubija

2.

Il-koerenza u l-kwalità tekniċi tal-programm ta' ħidma

3.

Il-koerenza bejn il-programm ta' ħidma u l-baġit propost, inkluż l-użu effiċjenti tar-riżorsi

5.2.2.2.   Għotjiet operattivi oħrajn

L-għoti ta' għotjiet operattivi oħrajn, inkluż wara l-firma tal-ftehimiet qafas ta' sħubija, lil entitajiet mingħajr skop ta' qligħ li jsegwu għan ta' interess ġenerali tal-Unjoni jew li jkollhom objettiv li jagħmel parti mill-politika ambjentali u/jew ta' azzjoni klimatika u li jappoġġjaha, se jsir abbażi tal-kriterji tal-għoti li ġejjin:

1.

Ir-relevanza tal-programm ta' ħidma dwar l-objettivi tar-Regolament LIFE u, jekk ikun relevanti, il-prijoritajiet tematiċi u s-suġġetti tal-proġetti;

2.

Il-fattibbiltà u l-koerenza interna tal-programm ta' ħidma

3.

Il-kosteffiċjenza tal-attivitajiet proposti.

5.3.   Strumenti Finanzjarji

Il-finanzjament, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 17(4) tar-Regolament LIFE, huwa previst għaż-żewġ strumenti finanzjarji li ġejjin biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament LIFE:

Il-Faċilità ta' Finanzjament tal-Kapital Naturali (NCFF) — strument finanzjarju li qiegħed fil-fażi pilota taħt iż-żewġ sottoprogrammi biex jiġu ttestjati u jintwerew approċċi innovattivi għall-finanzjament għall-proġetti li jippromwovu l-preżervazzjoni tal-kapital naturali fl-oqsma prijoritarji tan-Natura u l-Bijodiversità u l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima.

L-istrument ta' Finanzjament Privat għall-Effiċjenza fl-Enerġija (PF4EE) – strument finanzjarju pilota taħt is-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika. Kif intwera matul il-perjodu bejn l-2014 u l-2017, il-PF4EE jagħti approċċ ġdid u effettiv biex jiġi indirizzat l-aċċess limitat għal finanzjament kummerċjali adegwat u affordabbli għal investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija fil-mira tal-prijoritajiet nazzjonali.

Id-dispożizzjonijiet dwar l-istrumenti finanzjarji skont ir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari l-Artikolu 139 u 140 tiegħu, jiġu ssodisfati kif deskritt fil-paragrafi li ġejjin.

L-istrumenti finanzjarji li jappoġġjaw il-proġetti jistgħu jieħdu kwalunkwe waħda mill-forom imsemmija u għandhom ikunu implimentati skont it-Titolu VIII tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u jistgħu jiġu kkombinati flimkien u ma' għotjiet iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni.

Skont l-Artikolu 140(6) ir-ripagamenti annwali, inklużi r-ripagamenti kapitali, il-garanziji rilaxxati, u r-ripagamenti tal-kapital tas-self, għandhom jikkostitwixxu dħul intern assenjat u għandhom jintużaw għall-istess strument finanzjarju għal perjodu li ma jaqbiżx il-perjodu tal-impenn tal-approprjazzjonijiet, u għal sentejn oħra.

L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu seħħet wara inqas minn sentejn ta' implimentazzjoni effettiva taż-żewġ strumenti finanzjarji u minnhom setgħu jittieħdu biss konklużjonijiet preliminari għall-istrumenti finanzjarji, għaliex huma jirrappreżentaw mod ġdid ta' finanzjament taħt il-programm LIFE. Dawn il-konklużjonijiet ġew ikkunsidrati għall-implimentazzjoni taż-żewġ strumenti finanzjarji fis-snin 2018-2020. B'mod partikolari:

fir-rigward tal-NCFF qed isir sforz sabiex titjieb l-għajnuna li għandha tingħata lil riċevituri potenzjali sabiex iwettqu l-każijiet tan-negozju tagħhom filwaqt li jikkunsidraw li l-fondi assenjati matul l-ewwel MAWP huma suffiċjenti għall-perjodu tal-MAWP għall-perjodu 2018-2020,

fil-każ tal-PF4EE, ġie deċiż li titkompla l-fażi pilota u li l-fondi disponibbli jiżdiedu b'EUR 75 miljun, filwaqt li tiġi kkunsidrata d-domanda kbira rreġistrata. Il-Kummissjoni se tirraporta tal-anqas fuq bażi annwali lill-Kumitat LIFE, filwaqt li jissejħu laqgħat ad hoc jekk ikun meħtieġ.

5.3.1.   Faċilità ta' Finanzjament tal-Kapital Naturali (NCFF)

5.3.1.1.   Kontribut għall-objettivi tal-programm LIFE

L-istrument finanzjarju jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi LIFE, partikolarment għall-oqsma prijoritarji “natura u bijodiversità” taħt LIFE Ambjent u “adattament għat-tibdil fil-klima” taħt LIFE Azzjoni Klimatika permezz tal-finanzjament ta' investimenti bil-quddiem u spejjeż operattivi għal proġetti pilota li jiġġeneraw id-dħul jew li jiffrankaw l-ispejjeż u li jippromwovu l-konservazzjoni, ir-restawr, il-ġestjoni u t-titjib tal-kapital naturali għall-bijodiversità u l-benefiċċji tal-adattament, inklużi soluzzjonijiet ibbażati fuq l-ekosistemi għall-isfidi relatati mal-art, il-ħamrija, il-forestrija, l-agrikoltura, l-ilma u l-iskart. L-NCFF, li tnieda fl-2015, huwa strument politiku għall-proġetti pilota innovattivi. Kif deskritt fl-MAWP għall-perjodu 2014-2017, dan joffri l-potenzjal li tiġi mtejba l-kosteffettività tal-Programm LIFE permezz ta' ingranaġġ u ta' kumplimentarjetà. Dan jikkontribwixxi għat-tisħiħ aktar fit-tul tal-kapaċità f'attività finanzjarja innovattiva, sostenibbli u kummerċjali. L-NCFF jikkumplimenta u jappoġġja l-objettivi politiċi tal-Istati Membri fil-qasam tal-bijodiversità u tal-adattament għat-tibdil fil-klima.

B'mod iktar speċifiku:

Fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità, l-NCFF jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam l-bijodiversità, inkluża l-Istrateġija tal-Unjoni għall-Bijodiversità sal-2020, id-Direttivi 2009/147/KE u 92/43/KEE, partikolarment bl-applikazzjoni, bl-iżvilupp, bl-ittestjar tal-proġetti u bid-dimostrazzjoni tal-vijabbiltà tagħhom. Jappoġġja wkoll l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-ġestjoni addizzjonali tan-netwerk Natura 2000 stabbilit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/43/KEE, u jżid ir-reżiljenza tiegħu permezz tal-protezzjoni u tar-restawr tal-ekosistemi li jinsabu barra min-netwerk. Madankollu, ċerti tipi ta' proġetti jista' jkun li ma japplikawx fiż-żoni ta' Natura 2000 (130).

Fir-rigward tal-adattament għat-tibdil fil-klima, l-NCFF jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar l-adattament, partikolarment, bl-iżvilupp, l-ittestjar u d-dimostrazzjoni ta' approċċi bbażati fuq l-ekosistemi għall-adattament għat-tibdil fil-klima. Jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji, sistemi, metodi u strumenti innovattivi tal-adattament li jkunu tajbin biex jiġu rreplikati, ittrasferiti jew integrati.

5.3.1.2.   Is-Sitwazzjoni Attwali tal-NCFF

L-NCFF huwa implimentat mill-Bank Ewropew tal-Investiment skont Ftehim ta' Delega konkluż mal-Kummissjoni. Matul il-fażi pilota li bdiet taħt l-MAWP LIFE tal-perjodu 2014-2017 u li se tkompli sal-2020, l-NCFF mistenni li jwettaq bejn 9 u 12-il operazzjoni. Il-fondi impenjati għall-NCFF bejn l-2014-2017 huma stmati li jkunu biżżejjed għall-perjodu kollu tal-Programm LIFE. Il-Kummissjoni qablet mal-BEI dwar estensjoni tal-perjodu ta' implimentazzjoni sat-tmiem tal-2021.

Fi Frar 2017, intemmu n-negozjati permezz ta' operazzjoni li ġiet iffirmata, u din is-sena mistennija wkoll li tiġi konkluża oħra. Il-Bank Ewropew tal-Investiment qed ikompli jiżviluppa sensiela ta' operazzjonijiet eliġibbli.

5.3.1.3.   L-istruttura tal-istrument finanzjarju

L-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju hi fdata lill-Bank Ewropew tal-Investimenti (BEI) permezz ta' ġestjoni indiretta.

L-NCFF jgħaqqad il-finanzjament dirett u indirett tal-proġetti permezz tad-dejn, tal-ekwità, u ta' perjodu ta' garanzija. Faċilità teknika hija pprovduta biex jiġi żgurat li l-proġetti jilħqu stadju suffiċjenti ta' maturità għall-finanzjament.

Il-Kummissjoni Ewropea pprovdiet EUR 50 miljun għall-mekkaniżmu ta' kondiviżjoni tar-riskju u EUR 10 miljun għall-faċilità tal-appoġġ tekniku. Fuq din il-bażi, il-BEI se jinvesti sa EUR 125 miljun permezz ta' self, ta' garanziji għal self u ta' investimenti ta' ekwità. Is-self jista' jingħata jew direttament lill-benefiċjarji finali għal investimenti finanzjarji u spejjeż operattivi, jew indirettament permezz ta' intermedjarji li mbagħad jiffinanzjaw portafoll ta' self. Il-garanziji għal self jistgħu jingħataw lil intermedjarji. L-investimenti ta' ekwità jistgħu jintużaw għal investiment fil-fondi mmaniġġjati mill-intermedjarji. Dawn l-għażliet jistgħu jitħalltu ma' għotjiet ta' azzjoni taħt il-prijoritajiet tematiċi jew ma' appoġġ minn sorsi oħra.

Il-faċilità se tinkludi mekkaniżmu ta' kondiviżjoni tar-riskji mal-BEI minħabba li l-proġetti appoġġjati mill-NCFF se jkunu proġetti li normalment il-BEI ma jinvestix fihom, għax ikunu żgħar wisq jew inkella minħabba li jkollhom perċezzjoni ta' riskju għoli li ma jkunx kompatibbli mal-klassifikazzjoni AAA tal-bank. Biex jingħeleb dan, il-faċilità tinkludi mekkaniżmu ta' kondiviżjoni tar-riskju li bih il-fondi tal-UE jipprovdu garanzija lill-BEI għall-ewwel telf fil-każ li l-proġett ifalli. Il-fondi mqiegħda għad-dispożizzjoni taħt l-MAWP għall-perjodu 2014-2017 se jibqgħu disponibbli għall-perjodu ta' finanzjament ta' bejn l-2018-2020. Il-mekkaniżmu ta' implimentazzjoni preċiż ġie stabbilit fil-ftehim ta' delega bejn il-Kummissjoni u l-BEI li ġie ffirmat fit-18 ta' Diċembru 2014, li jiddefinixxi wkoll il-kriterji preċiżi tal-esklużjoni/l-għażla għall-proġetti, b'hekk jiżgura li l-prijoritajiet korretti jiġu integrati fil-proċess tal-għażla u li jkun hemm kopertura settorjali u ġeografika suffiċjenti.

L-MAWP attwali jestendi l-fondi li jingħataw skont l-MAWP għall-perjodu 2014-2017 għall-MAWP għall-perjodu 2018-2020. Wara t-tmiem ta' dan il-perjodu operazzjonali tal-fażi pilota, il-faċilità se tibqa' fis-seħħ bi struttura aktar sempliċi biex timmaniġġja l-portafoll u tirċievi r-ripagamenti għall-operazzjonijiet.

Il-ġestjoni tal-istrument finanzjarju ssir mill-BEI. Il-Kumitat ta' Tmexxija jirrevedi, fuq bażi regolari, il-progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Istrument Finanzjarju. Il-Kumitat ta' Tmexxija jinkludi appuntamenti li jsiru b'mod konġunt mill-Kummissjoni, inklużi d-DĠ ENV, id-DĠ CLIMA, id-DĠ ECFIN, u l-BEI, appoġġjati minn segretarjat ipprovdut mill-BEI.

Il-monitoraġġ tal-istrumenti finanzjarji jsir skont ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament Finanzjarju (l-Artikolu 140) u r-Regolament Delegat (l-Artikolu 225) u sussegwentement kif interpretat fil-Ftehim Qafas Finanzjarju u Amministrattiv (FAFA) mal-BEI u l-Ftehim ta' Delega.

Il-BEI huwa responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet skont l-istrument finanzjarju u għall-produzzjoni ta' rapporti tal-prestazzjoni u dawk finanzjarji skont format, kontenut u perjodiċità li għandhom jiġu miftiehma, biex jiġu inklużi rapporti regolari u ad hoc; żjarat fuq il-post; awditi. Se jintużaw Indikaturi tal-Prestazzjoni għar-rapportar mill-istituzzjonijiet finanzjarji lill-BEI.

5.3.1.4.   Metodoloġija teknika għall-proċedura tal-għażla tal-proġetti

Il-proġetti jiġu kklassifikati f'erba' kategoriji wesgħin:

Pagamenti għal Servizzi tal-Ekosistema (PES): proġetti li jinvolvu pagamenti għall-flussi tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-kapital naturali, ġeneralment tranżazzjoni volontarja bilaterali fuq skala żgħira b'xerrej u b'bejjiegħ identifikati sew ta' servizz ta' ekosistema. Dawn huma bbażati fuq il-prinċipju li l-benefiċjarju jħallas, fejn il-pagamenti jsiru biex jiżguraw is-servizzi kritiċi tal-ekosistemi.

Infrastruttura Ekoloġika (IE): L-IE hija netwerk ippjanat b'mod strateġiku ta' żoni naturali u seminaturali b'karatteristiċi ambjentali oħra mfassal u mmaniġġjat biex jipprovdi firxa wiesgħa ta' servizzi tal-ekosistema. Din tinkorpora spazji ekoloġiċi (jew marittimi fil-każ tal-ekosistemi akkwatiċi) u karatteristiċi fiżiċi oħra f'żoni fuq l-art (inkluż dawk li jinsabu mal-kosta) u f'żoni tal-baħar. Fuq l-art, l-IE teżisti f'żoni rurali u f'żoni urbani. Il-proġetti tal-IE għandhom il-potenzjal li jiġġeneraw introjti u jiffrankaw l-ispejjeż abbażi tal-forniment ta' prodotti u ta' servizzi inklużi l-ġestjoni tal-ilma, il-kwalità tal-arja, il-forestrija, ir-rikreazzjoni, il-kontroll tal-għargħar/l-erożjoni/in-nirien, il-pollinazzjoni u aktar reżiljenza għall-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima.

Kumpens għall-bijodiversità: dawn huma azzjonijiet ta' konservazzjoni intiżi biex jikkumpensaw għall-ħsara residwa u inevitabbli lill-bijodiversità kkawżata minn proġetti ta' żvilupp. Dawn huma bbażati fuq il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, fejn jingħata kumpens għall-konformità jew biex jitnaqqsu r-riskji reputazzjonali. Il-proġetti mmirati lejn il-kumpens tad-danni li jsiru f'siti ta' Natura 2000 skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats mhumiex eliġibbli għal finanzjament mill-NCFF.

Investimenti favur il-bijodiversità u ta' adattament innovattivi: dawn huma proġetti li jinvolvu l-forniment ta' prodotti u ta' servizzi, ħafna drabi mill-SMEs, li jimmiraw li jipproteġu l-bijodiversità jew li jżidu r-reżiljenza tal-komunitajiet u ta' setturi oħrajn tan-negozju.

L-għan huwa li jiġu identifikati u ffinanzjati proġetti b'kopertura ġeografika u settorjali li tkun wiesgħa biżżejjed, filwaqt li jiġu ttestjati diversi mekkaniżmi ta' finanzjament, biex tiġi żgurata r-replikabbiltà mal-UE kollha tul il-fażi operazzjonali. Ir-regoli tal-eliġibbiltà għall-proġetti u l-politika tal-investiment għall-Faċilità (l-istabbiliment ta' limiti fuq is-setturi u l-kopertura ġeografika, kif ukoll il-kriterji minimi li għandhom jiġu ssodisfati u l-prinċipji li magħhom għandu jkun hemm konformità, eż. il-ġerarkija tal-mitigazzjoni (131)) ġew iddefiniti fil-Ftehim ta' Delega.

Il-kriterji ta' eliġibbiltà se jkunu f'konformità mal-objettivi tan-natura u tal-bijodiversità u tal-adattament għat-tibdil fil-klima minquxa fir-Regolament LIFE, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-prijoritajiet politiċi tal-Istati Membri fil-qasam tal-protezzjoni tal-bijodiversità u tal-adattament għat-tibdil fil-klima.

Jenħtieġ li l-proġetti eliġibbli ta' ġestjoni tal-kapital naturali jiġu ġġustifikati permezz ta' valutazzjoni ekonomika abbażi ta' analiżi klassika tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji – jiġifieri li l-ispiża netta attwali tal-proġett tul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu tkun inqas mill-valur nett preżenti tal-benefiċċji mistennija, inklużi l-esternalitajiet. Barra mill-kriterji standard imposti mill-BEI għall-operazzjonijiet kollha, se jkun hemm kriterji addizzjonali li jiddefinixxu t-tip tal-proġetti u s-setturi koperti.

Bħala minimu, ir-riċevituri finali tal-istrument finanzjarju jridu jkunu entitajiet legali u/jew persuni fiżiċi li jinvestu fi proġetti ta' ġestjoni tal-kapital naturali u li jkunu jistgħu:

juru li għandhom impatt pożittiv fuq il-kundizzjoni u r-reżiljenza tal-ekosistema u fuq il-forniment tas-servizzi tal-ekosistemi permezz ta' valutazzjoni tal-impatt ambjentali mmirata;

jaġixxu ta' pijunieri għall-mudelli kummerċjali l-ġodda għall-ġestjoni tal-kapital naturali, fost it-tipoloġiji identifikati hawn fuq, jiġifieri l-infrastruttura ekoloġika, il-pagamenti għas-servizzi tal-ekosistema, il-kumpensi għall-bijodiversità, jew in-negozji jew il-korporattivi innovattivi favur il-bijodiversità/l-adattament;

jissodisfaw wieħed mill-kriterji li ġejjin:

jippromwovu l-konservazzjoni, ir-restawr, l-ġestjoni u t-titjib tal-ekosistemi, inkluż permezz ta' soluzzjonijiet ibbażati fuq l-ekosistemi applikati għas-setturi tal-art, tal-ħamrija, tal-forestrija, tal-agrikoltura, tal-akkwakultura, tal-ilma u tal-iskart;

jippromwovu approċċi bbażati fuq l-ekosistemi li jippermettu lin-negozji u lill-komunitajiet jindirizzaw ir-riskji identifikati assoċjati mal-impatti kurrenti u previsti tat-tibdil fil-klima, inkluż permezz ta' proġetti ta' infrastruttura ekoloġika urbana, rurali jew kostali.

Jeħtieġ li l-proġetti jkunu tal-anqas f'wieħed mill-Istati Membri tal-UE biex ikunu eliġibbli.

Meta l-prodotti jkunu ffinanzjati b'mod indirett permezz tal-kontribut għall-fondi ġestiti minn istituzzjonijiet finanzjarji intermedjarji, l-għażla ta' istituzzjonijiet bħal dawn tkun iddeterminata mid-domanda u skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u li jiġu ssodisfati, fost oħrajn, ir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

li jkunu setturi privat jew istituzzjonijiet finanzjarji bbażati fuq is-suq;

(ii)

li jimpenjaw ruħhom u li juru kapaċità operazzjonali fit-tqassim tal-istrument finanzjarju;

(iii)

li juru kapaċità li jilħqu lir-riċevituri finali fil-mira tal-politiki tal-UE jew tal-Istati Membri tal-bijodiversità jew l-adattament għat-tibdil fil-klima;

(iv)

li jwettqu l-obbligi u r-rekwiżiti assoċjati mad-distribuzzjoni tal-Istrument Finanzjarju;

(v)

li jikkonformaw mal-istandards relevanti u l-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-evażjoni tat-taxxa;

(vi)

li jipprovdu l-informazzjoni mitluba mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet tagħhom; u

(vii)

li jkunu aċċettati bħala mutwatarji għall-BEI skont il-politika ta' kreditu tiegħu.

5.3.2.   Strumenti ta' Finanzjament Privat għall-Effiċjenza Enerġetika (PF4EE)

5.3.2.1.   Kontribut għall-objettivi tal-programm LIFE

Il-PF4EE jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali tar-Regolament LIFE kif stipulat fl-Artikolu 3 u kif speċifikat aktar fil-qasam prijoritarju “mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”. B'mod partikolari, il-PF4EE:

Jindirizzaw kwistjoni importanti tal-politika dwar il-klima, filwaqt li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta' Ewropa 2020 u 2030 li jiġi żgurat l-iffrankar tal-enerġija u t-tnaqqis assoċjat fl-emissjonijiet;

Jipprovdu l-livell neċessarju ta' pilotaġġ u dimostrazzjoni ta' strument ta' politika ġdid, b'potenzjal kbir li jagħti valur miżjud tal-UE;

Jikkomplimentaw u jappoġġjaw ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri skont il-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija (NEEAPs);

Joffru l-potenzjal biex tittejjeb il-kosteffikaċja tal-Programm LIFE permezz ta' ingranaġġ u l-kumplimentarjetà;

Isaħħu aktar fit-tul il-kapaċità f'attività finanzjarja kummerċjali sostenibbli, u b'hekk jiżguraw appoġġ kontinwu u fuq medda ta' żmien twil għall-iżvilupp sostenibbli;

Jappoġġjaw is-solidarjetà u l-kondiviżjoni tal-piż; u

Joffru l-potenzjal li l-inizjattiva tiġi integrata fil-programmi tal-Istati Membri (permezz tal-NEAAPs u potenzjalment programmi u inizjattivi oħrajn).

5.3.2.2.   Is-sitwazzjoni attwali u l-espansjoni tal-PF4EE

Fl-2014 l-istrument kien mistenni li jappoġġja investiment sa EUR 540 miljun. Madankollu, wara l-operazzjonijiet iffirmati fl-2015 u fl-2016 u fid-dawl tas-sensiela attwali ta' operazzjonijiet, il-BEI issa għandu l-għan li jikseb aktar minn EUR 1 biljun ta' investimenti ġodda sat-tmiem tal-2017 (EUR 600-650 miljun mill-BEI u mill-inqas EUR 500 miljun mill-intermedjarji finanzjarji), li jkopru bejn 9 u 10 Stati Membri.

Is-sitt ftehimiet iffirmati sat-tmiem tal-2016 huma dawn li ġejjin:

Komercni Banka, ir-Repubblika Ċeka: EUR 75 miljun ta' self għall-effiċjenza fl-enerġija għall-korporattivi u s-sistemi tad-dawl għal bini u siti industrijali

Banco Santander, Spanja: EUR 50 miljun ta' self għall-effiċjenza fl-enerġija għal-lukandi u għall-binjiet turistiċi oħra

Credit Cooperatif, Franza: EUR 75 miljun ta' self għall-effiċjenza fl-enerġija għall-SMEs u għar-rinnovazzjoni tal-bini

BELFJIUS, il-Belġju: EUR 75 miljun ta' self immirat għall-effiċjenza fl-enerġija għall-SMEs

Banco BPI, il-Portugall: EUR 50 miljun ta' self immirat għan-negozji

BPER, l-Italja: EUR 50 miljun ta' self għall-effiċjenza fl-enerġija għas-settur privat

Fl-2017, jistgħu jiġu ffrimati ftehimiet addizzjonali fil-Kroazja, fir-Renju Unit, fil-Greċja u f'Ċipru.

Filwaqt li s'issa, l-investimenti fil-prattika ġew appoġġjati biss fir-Repubblika Ċeka u fi Franza, l-interess qawwi min-naħa tal-banek u l-mira msaħħa tal-investiment tal-BEI jindikaw id-domanda tas-suq sottostanti u għalhekk il-potenzjal għall-espansjoni. Fil-fatt, il-PF4EE qed jikkontribwixxi biex joħloq prodott finanzjarju ġdid fis-suq immirat lejn l-effiċjenza fl-enerġija u konsegwentement jikkontribwixxi direttament għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija tal-UE, f'konformità mal-objettivi ta' COP21.

Fit-tmiem tal-2016, is-self impenjat u maħruġ tal-BEI kien ta' EUR 375 miljun u ta' EUR 35 miljun rispettivament. Fir-rigward tal-ingranaġġ medju tal-istrument fit-tmiem tal-2016, kien ta' 9,8 (ikkalkolat bħala l-kontribut tal-BEI/tal-Kummissjoni Ewropea).

Bejn l-2014-2017, il-kontribuzzjoni impenjata tal-UE għall-PF4EE kienet ta' EUR 80 miljun. Matul il-perjodu bejn l-2018 u l-2020, huma previsti EUR 75 miljun oħra biex titkompla l-fażi pilota, li minnhom EUR 10 miljun għandhom jiġu delimitati għall-Faċilità ta' Appoġġ mill-Esperti li tagħti assistenza teknika lill-intermedjarji finanzjarji.

5.3.2.3.   L-istruttura tal-istrument finanzjarju

L-implimentazzjoni tal-istrument PF4EE hija fdata lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) permezz ta' ġestjoni indiretta.

L-istrument PF4EE għandu żewġ objettivi prinċipali:

li jagħmel is-self għall-effiċjenza fl-enerġija (EE) attività aktar sostenibbli fost l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej, billi jiġu inċentivati l-banek privati kummerċjali u l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra (it-tnejn flimkien “intermedjarji finanzjarji”) biex is-settur tal-effiċjenza fl-enerġija jiġi indirizzat bħala segment distint tas-suq, u

li jżid id-disponibbiltà tal-finanzjament tad-dejn għal proġetti li jappoġġjaw il-prijoritajiet tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-Istati Membri stipulati fl-NEEAPs.

L-istrument PF4EE jipprovdi (i) mekkaniżmu ta' parteċipazzjoni fir-riskju (Faċilità ta' Kondiviżjoni tar-Riskji) (ii) appoġġ ta' esperti għall-intermedjarji finanzjarji (Faċilità ta' Appoġġ mill-Esperti) flimkien ma' (iii) finanzjament għal tul ta' żmien mill-BEI (Self tal-BEI għall-Effiċjenza fl-Enerġija).

Il-PF4EE jipprovdi Strument Finanzjarju ta' Kondiviżjoni tar-Riskju b'mekkaniżmi li joperaw b'mod komparabbli għal garanzija b'limitu biex ir-riskju jinqasam bejn il-Kummissjoni (bħala finanzjatur) u l-intermedjarji finanzjarji (bħala mutwanti).

Il-Faċilità tal-Kondiviżjoni tar-Riskju hija mfassla biex tnaqqas ir-riskju ta' kreditu li l-intermedjarji finanzjarji jiffaċċaw meta jsellfu lis-settur tal-EE u biex tħeġġeġ il-parteċipazzjoni tagħhom. L-impatt jiddependi mill-kundizzjonijiet tas-suq u mill-karatteristiċi speċifiċi tal-proġetti. Il-Faċilità RS iżżid l-attività ta' self tagħha, l-aċċess għall-finanzi u/jew għall-kundizzjonijiet aħjar ta' self lir-riċevituri finali, filwaqt li possibbilment tinkludi prezzijiet aktar baxxi, data ta' maturazzjoni itwal, kollateral aktar baxx u affarijiet oħrajn.

Biex tiġi ingranata l-kontribuzzjoni tal-programm LIFE, is-self tal-BEI jingħata lill-intermedjarji finanzjarji b'rati kompetittivi għas-self ta' fondi mislufa. Ir-rati preferenzjali se jingħaddew lir-riċevituri finali biex tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni;

Ir-riċevituri wkoll se jkunu mistennija jagħtu kontribut għall-ispejjeż tal-proġetti, li se tirriżulta f'żieda fl-ingranaġġ ikkalkolat fuq l-ispejjeż tal-investiment;

Jekk intermedjarju finanzjarju parteċipanti jkollu telf fil-portafoll tas-self tiegħu (portafoll tas-self għall-EE), dan it-telf jiġi kopert parzjalment mill-Faċilità tal-Kondiviżjoni tar-Riskju.

Il-finanzjament tal-programm LIFE jintuża biex jipprovdi l-kontribuzzjoni finanzjarja meħtieġa għall-faċilità tal-kondiviżjoni tar-riskju u l-faċilità ta' appoġġ mill-esperti, kif ukoll l-ispejjeż tal-amministrazzjoni u dawk diretti mġarrbin mill-BEI għall-istabbiliment u għall-immaniġġjar tal-istrument;

Ammont massimu ta' flus (Kollateral) jiġi allokat għal kull intermedjarju finanzjarju biex jiġi kkumpensat it-telf fil-portafoll tas-Self għall-EE. Dan l-ammont jiġi kkalkolat abbażi ta' perċentwal speċifiku tal-portafoll tas-self għall-EE totali fil-mira, skont il-profil tar-riskju tar-riċevituri finali fil-mira. F'każ li l-intermedjarju finanzjarju ma jilħaqx id-daqs immirat tal-portafoll, il-perċentwal jiġi applikat għad-daqs miksub tal-portafoll.

Ir-riċevituri finali fil-mira għall-istrument tal-PF4EE jinkludu SMEs u kumpaniji akbar b'kapitalizzazzjoni medja u individwi privati, iżda jistgħu jinkludu wkoll muniċipalitajiet żgħar jew korpi oħra tas-settur pubbliku li jagħmlu investimenti żgħar fl-effiċjenza fl-enerġija, li kapaċi jużaw l-iffrankar tal-enerġija biex iħallsu s-self bil-quddiem

L-għan tal-PF4EE matul il-perjodu bejn l-2014 u l-2017 kien li jiġu ffirmati 10 ftehimiet (Self tal-BEI għall-EE u Faċilitajiet tal-Kondiviżjoni tar-Riskju/ta' Appoġġ mill-Esperti). Sat-tmiem tal-2016, 6 minnhom diġà kienu ġew iffirmati (ara t-taqsima 5.3.2.2).

Matul il-perjodu bejn l-2018 u l-2020, jistgħu jiġu ffirmati sa 10 ftehimiet addizzjonali, li jistgħu jġibu t-total ta' ftehimiet ffirmati għal 20 sat-tmiem tal-2020.

Il-kontribuzzjoni tal-UE bejn l-2018 u l-2020 impenjata għall-PF4EE se tkun ta' EUR 75 miljun, li EUR 10 miljun minnhom se jiġu delimitati għall-Faċilità ta' Appoġġ mill-Esperti. Barra minn dan, il-BEI se jkun jista' jiffirma aktar minn ftehim wieħed għal kull Stat Membru.

L-għażla tal-intermedjarji finanzjarji se tkompli tkun iddeterminata mid-domanda u skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u l-issodisfar, fost l-oħrajn, tar-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

li jkunu istituzzjoni finanzjarja fis-settur privat jew li joperaw fis-suq b'mod paragunabbli għal istituzzjoni finanzjarja fis-settur privat;

(ii)

li jimpenjaw ruħhom u li juru kapaċità operazzjonali biex iqassmu l-istrument PF4EE;

(iii)

li juru kapċità li jilħqu lir-riċevituri finali fil-mira tal-prijorità relevanti tan-NEEAP u/jew tal-iskema ta' appoġġ għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u/jew tad-Direttivi tal-UE marbutin mal-effiċjenza fl-enerġija fl-Istat Membru kkonċernat;

(iv)

li jwettqu l-obbligi u r-rekwiżiti assoċjati mad-distribuzzjoni tal-Istrument PF4EE;

(v)

li jikkonformaw mal-istandards relevanti u l-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-evażjoni tat-taxxa;

(vi)

li jipprovdu l-informazzjoni mitluba mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet tagħhom; u

(vii)

li jkunu aċċettati bħala kontroparti għall-BEI skont il-politiki u l-linji gwida interni tagħhom u konsistenti mal-kundizzjonijiet tad-distribuzzjoni ġeografika stipulati mill-PF4EE.

Se titfittex distribuzzjoni ġeografika wiesgħa tal-istrument finanzjarju tul il-ħajja tal-programm billi jingħataw inċentivi lill-BEI biex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-intermedjarji finanzjarji fl-Istati Membri kollha. Madankollu, il-limitazzjonijiet ġeografiċi tal-fażi pilota se jitneħħew u l-BEI se jkun jista' jiffirma aktar minn ftehim wieħed għal kull Stat Membri, skont ir-rekwiżiti tas-suq.

Skont l-interess espress mill-intermedjarji finanzjarji, il-BEI jista' jagħti prijorità lil dawk l-intermedjarji finanzjarji li jkunu qed ifittxu li joperaw fi Stati Membri fejn il-bżonnijiet tal-investiment (distanza mill-mira) ikunu l-akbar. Il-Faċilità tal-Kondiviżjoni tar-Riskju se tinċentiva lill-intermedjarji finanzjarji biex joperaw fl-Istati Membri b'riskji akbar li jirriflettu, pereżempju, is-sottożvilupp sinifikanti fl-użu tal-finanzjament tas-self għall-EE jew fejn il-kapaċità li jintuża s-self titqies li hija waħda partikolarment baxxa.

L-esperjenza miksuba matul il-perjodu bejn l-2014 u l-2017 tindika li l-assistenza teknika lill-intermedjarji finanzjarji hija kruċjali biex tiġi mmassimizzata l-kapaċità tagħhom li jimmiraw għal investimenti fl-EE. Għaldaqstant, il-baġit massimu tal-Faċilità ta' Appoġġ mill-Esperti minn EUR 3,2 miljun tal-perjodu bejn l-2014 u l-2017 se jiżdied (jiġifieri, 4 % tal-kontribuzzjoni tal-UE għall-PF4EE impenjata matul l-ewwel parti tal-fażi pilota) għal EUR 10 miljun matul il-perjodu bejn l-2018 u l-2020.

Jeħtieġ li l-PF4EE jkunu operazzjonali sakemm is-self sottostanti kopert mill-Faċilità RS jibqa' pendenti. Il-perjodu massimu li għandu jitħalla skont il-Faċilità RS se jkun ta' 20 sena. Għaldaqstant, il-PF4EE se jkunu fis-seħħ sa 20 sena wara t-tmiem tal-perjodu tal-implimentazzjoni (2045).

L-allokazzjoni tal-fondi se tkun valida sakemm l-aħħar tranżazzjoni taħt il-programm tiġi ffinalizzata kompletament.

Il-ġestjoni tal-istrument finanzjarju ssir mill-BEI. Il-Kumitat ta' Tmexxija jirrevedi, fuq bażi regolari, il-progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Istrument Finanzjarju. Il-Kumitat ta' Tmexxija jinkludi appuntamenti li jsiru b'mod konġunt mill-Kummissjoni, inklużi servizzi tal-Kummissjoni bħad-DĠ CLIMA, id-DĠ ECFIN u d-DĠ ENER, u l-BEI, appoġġjat minn segretarjat ipprovdut mill-BEI.

Ġie stabbilit mekkaniżmu ta' monitoraġġ u ta' rapportar u l-informazzjoni tiġi kondiviża mal-Kumitat LIFE.

Il-monitoraġġ tal-istrumenti finanzjarji se jkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament Finanzjarju (l-Artikolu 140) u r-Regolament Delegat (l-Artikolu 225) u sussegwentement kif interpretat fil-Ftehim Qafas Finanzjarju u Amministrattiv (FAFA) mal-BEI u fil-Ftehim ta' Delega konsegwenti.

Il-BEI jkun responsabbli mill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet skont l-istrument finanzjarju u l-produzzjoni ta' rapporti tal-prestazzjoni u dawk finanzjarji skont format, kontenut u perjodiċità li għandhom jiġu miftiehma, biex jinkludu rapporti regolari u ad hoc; żjarat fuq il-post; awditi. Jintużaw Indikaturi tal-Prestazzjoni tal-EE għar-rappurtar mill-istituzzjonijiet finanzjarji lill-BEI.

5.3.2.4.   Metodoloġija teknika għall-proċedura tal-għażla tal-proġetti

Ir-riċevituri jinkludu individwi privati, assoċjazzjonijiet ta' sidien ta' djar, SMEs, korporazzjonijiet u/jew istituzzjonijiet/korpi pubbliċi li jagħmlu investimenti fl-EE skont l-NEEAP ta' kull Stat Membru.

Id-daqs tas-self għall-EE mogħti lir-riċevituri jvarja minn EUR 10 000 (li jista' jitnaqqas biex jakkomoda investimenti żgħar fis-settur residenzjali) sa EUR 5 miljun (f'każijiet eċċezzjonali anki sa EUR 15-il miljun).

L-Istati Membri jinsabu f'pożizzjoni li jinfluwenzaw l-iskeda tal-proġetti u b'hekk b'mod indirett anki l-għażla tal-proġetti permezz tal-prijoritajiet tal-NEEAP. Ir-riċevituri huma dawk l-entitajiet ġuridiċi u/jew il-persuni fiżiċi li:

jagħmlu investimenti fl-EE fil-kuntest ta' skema ta' appoġġ ta' Stat Membru u/jew skont il-prijoritajiet tal-NEEAP u/jew id-Direttivi tal-UE marbuta mal-EE;

jieħdu self għall-EE mogħti minn intermedjarju finanzjarju parteċipanti;

Barra minn hekk, jenħtieġ li investimenti appoġġjati fl-effiċjenza fl-enerġija jkunu għaddew minn analiżi ekonomika li tinkorpora l-ispejjeż tal-esternalitajiet tal-karbonju, biex l-ispiża netta attwali tal-proġett tul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu tkun anqas mill-valur attwali nett tal-enerġija ffrankata.

5.4.   Attivitajiet Oħra

Il-finanzjament, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament LIFE, jista' jintuża biex jiġi ffinanzjat kwalunkwe intervent ieħor meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali stipulati fl-Artikolu 3.

Dawn l-interventi se jiġu mmaniġġjati skont ir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament LIFE.

Ir-riżorsi li għandhom jiġu allokati għal tali interventi, tkun xi tkun il-forma legali tagħhom, mhux se jgħoddu mar-riżorsi minimi li għandhom jiġu allokati għall-proġetti skont l-Artikolu 17(4) tar-Regolament LIFE.

Dawn l-interventi jistgħu jikkonsistu minn dan li ġej:

Premji għal proġetti li jintgħażlu minn fost il-proġetti LIFE+ u l-proġetti LIFE “tradizzjonali” li jkunu rċevew it-tieni pagament tal-prefinanzjament u li jitqiesu partikolarment promettenti fir-rigward tal-kontribut tagħhom għall-objettivi speċifiċi tal-oqsma prijoritarji tas-sottoprogramm għall-Ambjent jew għall-Azzjoni Klimatika tal-programm LIFE u għall-kontinwazzjoni, ir-replikazzjoni u/jew it-trasferiment tagħhom.

Għotjiet ta' azzjoni għal proġetti LIFE+ u għal proġetti LIFE “tradizzjonali” li jkunu rċevew it-tieni pagament tal-prefinanzjament u li jitqiesu partikolarment promettenti fir-rigward tal-kontribut tagħhom għall-objettivi speċifiċi tal-oqsma prijoritarji tas-sottoprogramm għall-Ambjent jew għall-Azzjoni Klimatika tal-programm LIFE u għall-kummerċjabbiltà u l-bankabbiltà tas-soluzzjonijiet implimentati fil-proġetti. Dawn l-għotjiet ta' azzjoni jkunu jipprevedu somom sħaħ għal azzjonijiet ta' appoġġ li jitqiesu neċessarji biex sat-tmiem tal-proġett LIFE(+) jintlaħqu l-kummerċjabbiltà u/jew il-bankabbiltà abbażi ta' analiżi tan-nuqqasijiet li għandha tingħata mill-applikanti.

Ikkowċjar fin-negozju għall-proġetti LIFE+ u għall-proġetti LIFE “tradizzjonali” li jkunu rċevew it-tieni pagament tal-prefinanzjament u li jitqiesu partikolarment promettenti fir-rigward tal-kontribut tagħhom għall-objettivi speċifiċi tal-oqsma prijoritarji tas-sottoprogramm għall-Ambjent jew għall-Azzjoni Klimatika tal-programm LIFE u għall-kummerċjabbiltà u l-bankabbiltà tas-soluzzjonijiet implimentati fil-proġetti.

Ikkowċjar tar-raggruppamenti u tan-netwerks għal Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju.

6.   SKEDI TA' ŻMIEN INDIKATTIVI GĦAS-SEJĦIET GĦALL-PROPOSTI (L-ARTIKOLU 24(2)(e) TAR-REGOLAMENT LIFE)

6.1.   Skedi indikattivi għall-Għotjiet

Tipi ta' proġetti

Sottoprogramm

2018

2019

2020

Proġetti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(a), (b), (c) u (h) tar-Regolament LIFE

ENV

It-tieni trimestru

It-tieni trimestru

It-tieni trimestru

CLIMA

It-tieni trimestru

It-tieni trimestru

It-tieni trimestru

Proġetti integrati (l-Artikolu 18(d) tar-Regolament LIFE)

ENV

It-tieni trimestru

It-tieni trimestru

It-tieni trimestru

CLIMA

It-tieni trimestru

It-tieni trimestru

It-tieni trimestru

Proġetti ta' Assistenza Teknika (l-Artikolu 18(e) tar-Regolament LIFE)

ENV

It-tieni trimestru

It-tieni trimestru

It-tieni trimestru

CLIMA

It-tieni trimestru

It-tieni trimestru

It-tieni trimestru

Proġetti għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet (l-Artikolu 18(f) tar-Regolament LIFE)

ENV u CLIMA b'mod konġunt

L-ewwel trimestru tal-2018

 

Proġetti preparatorji (l-Artikolu 18(g) tar-Regolament LIFE)

ENV

It-tieni trimestru

It-tieni trimestru

It-tieni trimestru

Għotjiet operattivi (OG) (l-Artikolu 21 tar-Regolament LIFE)

ENV u CLIMA b'mod konġunt

Sejħa konġunta għall-proposti għall-Għotjiet Operattivi għas-sena finanzjarja 2019 fit-tieni trimestru

Ftehimiet ta' qafas ta' sħubija u Għotjiet Operattivi għas-sena finanzjarja 2020 fit-tieni trimestu

Għotjiet operattivi għas-sena finanzjarja 2021 fit-tieni trimestu

6.2.   Skedi indikattivi għall-istrumenti finanzjarji

Strument finanzjarju

Sottoprogramm

2018

2019

2020

NCFF

ENV

Bażi kontinwa

CLIMA

Bażi kontinwa

PF4EE

CLIMA

Bażi kontinwa

7.   EŻITI KWALITATTIVI U KWANTITATTIVI, INDIKATURI U MIRI GĦAL KULL QASAM PRIJORITARJU U TIPI TA' PROĠETTI (L-ARTIKOLU 24(2)(c) TAR-REGOLAMENT LIFE

Skont l-indikaturi tal-prestazzjoni (l-Artikolu 3(3) tar-Regolament LIFE) u l-objettivi speċifiċi għall-qasam prijoritarju kkonċernat, għal kull qasam prijoritarju u tip ta' proġett jiġu stabbiliti eżiti, indikaturi u miri kwalitattivi u kwantitattivi (l-Artikolu 24(2)(c) tar-Regolament LIFE).

Bil-limitazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-proġetti integrati għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji speċifiċi, il-pjanijiet u l-pjanijiet direzzjonali taħt il-leġiżlazzjoni tal-UE fl-oqsma natura, ilma, skart, u arja, mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u adattament għat-tibdil fil-klima, jistgħu jiġu ffukati r-riżultati u l-miri li mistennija jintlaħqu minn dawn il-proġetti.

Taħt is-sottoprogramm għall-Ambjent, il-prijoritajiet tematiċi skont l-Anness III tar-Regolament LIFE u s-suġġetti tal-proġetti taħt il-punt 3 tal-MAWP attwali wkoll iżidu l-fokus tal-proġetti iffinanzjati li jwasslu għal impatt aktar tanġibbli fuq l-istat tal-ambjent. Abbażi tal-evalwazzjoni tal-impatt stmat tal-programm LIFE ġew definiti xi eżiti u miri ġenerali mistennija, b'kunsiderazzjoni tal-funzjoni katalitika tal-programm u għalhekk, meta jkunu marbuta mal-iżvilupp u mal-implimentazzjoni, l-importanza tar-replikabbiltà tal-proġetti aċċettati (l-Artikolu 3(3)(b) tar-Regolament LIFE).

Madankollu, l-għadd u l-kamp ta' applikazzjoni tal-proġetti aċċettati f'qasam prijoritarju jiddependu prinċipalment fuq l-għadd ta' applikazzjonijiet eliġibbli ppreżentati, li jikkonformaw mal-kriterji tal-għażla u tal-għoti, u fuq fatturi tekniċi u soċjoekonomiċi lil hinn mill-influwenza tal-Kummissjoni.

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, u sabiex jiżdied il-kejl tal-kontribut tal-Programm LIFE lejn l-objettivi tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-UE (l-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament LIFE), fejn possibbli, l-eżiti mistennija ġew iddefiniti wkoll bħala eżiti previsti fil-livell tal-proġett. Il-benefiċjarji tal-proġetti se jkollhom jiddefinixxu l-linja ta' bażi fil-bidu tal-proġett tagħhom u r-riżultat finali b'rabta mal-objettivi fil-mira. Għal dan il-għan, ġiet stabbilita l-bażi tad-dejta tal-indikaturi ewlenin tal-proġetti LIFE u sat-tmiem tal-2017 se tkun aċċessibbli għall-benefiċjarji (l-indikaturi ġew ittestjati b'suċċess fil-prototip ta' bażi tad-dejta fl-2015, fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu ta' LIFE (132)). L-objettivi ambjentali/klimatiċi li għandhom jintlaħqu minn kull proġett jenħtieġ li jimplimentaw, jew imorru lil hinn mill-miri, mil-limiti tal-emissjonijiet jew mill-objettivi stipulati mill-politiki u mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

LIFE huwa katalista u, għalhekk, il-kontinwazzjoni, ir-replikazzjoni u/jew it-trasferiment tal-azzjonijiet u tar-riżultati tal-proġett huma kruċjali biex tiġi żgurata l-effikaċja tal-programm fil-kisba ta' riżultati pożittivi għall-ambjent u għall-klima. Filwaqt li l-proposti kollha għall-proġetti jimmiraw għall-kontinwazzjoni, għar-replikazzjoni u/jew għat-trasferiment fil-qasam ambjentali jew tat-tibdil fil-klima rispettiv, abbażi tal-esperjenza miksuba taħt il-programmi ta' qabel, 80 % biss tal-proġetti pilota u dawk dimostrattivi jistgħu jkunu mistennija li jkunu replikabbli, billi hemm riskju li t-tekniki u l-metodoloġiji li għandhom jiġu ttestjati u murija ma jġibux ir-riżultati mistennija. Barra minn hekk, fid-dawl tad-diffikultajiet ekonomiċi u amministrattivi possibbli, indipendentement minn impossibiltajiet tekniċi bħal dawn, mhux il-proġetti kollha jistgħu jkunu mistennija li jiġu ffinalizzati b'suċċess.

Jenħtieġ li jiġu nnotat li ftit proġetti taħt il-programm LIFE għal bejn l-2014 u l-2020 se jkunu ntemmu sal-2020, peress li t-tul ta' żmien medju tal-proġetti LIFE huwa bejn 3 u 6 snin, skont il-qasam prijoritarju. Għalhekk, meta l-miri jirreferu għal proġetti li jkunu għaddejjin, fir-realtà dawn ikunu stadji importanti. Dawn l-istadji importanti jikkonsistu fl-istabbiliment ta' proġetti b'tali mod li dawn ikunu jistgħu jilħqu l-miri sat-tmiem tal-perjodu tal-proġett, li fil-parti l-kbira se jkun wara l-2020.

Biex tiġi evitata d-duplikazzjoni, taħt kull qasam prijoritarju t-tipi tal-proġetti fi ħdan it-tifsira tal-Artikoli 2 u 18 tar-Regolament LIFE li huma previsti li jiksbu l-objettivi relatati huma miġbura flimkien, fejn ikun possibbli. It-tipi ta' proġetti indipendenti mill-oqsma prijoritarji, bħall-proġetti għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet, huma elenkati separatament.

L-indikaturi huma inklużi fid-deskrizzjoni tal-eżiti u l-miri u għaldaqstant mhumiex imsemmija separatament fit-tabelli ta' hawn taħt.

7.1.   Is-Sottoprogramm għall-Ambjent

Għas-sottoprogramm għall-ambjent, jitqiesu l-objettivi ġenerali ddefiniti fl-Artikolu 3(1), l-objettivi speċifiċi stipulati għal kull qasam prijoritarju fl-Artikoli 10, 11 u 12 kif ukoll l-indikaturi tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament LIFE.

Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi

Proġetti skont l-Artikolu 18(a) u (b) tar-Regolament LIFE

Prijoritajiet tematiċi

Eżiti kwantitattivi (133)

Eżiti kwalitattivi

Miri/Stadji Importanti 2020

ILMA (inkluż l-ambjent tal-baħar)

Numru ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew iffinalizzati li jindirizzaw korpi tal-ilma (interni/tranżitorji/kostali) bi status ekoloġiku ħażin

Perċentwal ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li huma ffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli u li qed joqorbu lejn status ekoloġiku tajjeb fil-livell tal-proġett

80 %

Numru ta' korpi tal-ilma bi status ekoloġiku fqir fil-mira ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew huma ffinalizzati

Korpi tal-ilma (interni/tranżitorja/kostali) koperti minn proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli li ġew stabbiliti biex itejbu l-istatus ekoloġiku tagħhom

100 (134)

SKART

Numru ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew ġew iffinalizzati mmirati lejn il-kisba tal-miri legali tal-UE għall-iskart u l-implimentazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart (immaniġġjar adegwat tal-iskart).

Perċentwal ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli u li qed joqorbu lejn l-immaniġġjar adegwat tal-iskart

80 %

Numru ta' muniċipalitajiet addizzjonali jew reġjuni madwar l-Unjoni b'immaniġġjar tal-iskart mhux adegwat li qegħdin fil-mira ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Muniċipalitajiet jew reġjuni koperti minn proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli stabbiliti biex jinkiseb immaniġġjar adegwat tal-iskart

20

EFFIĊJENZA FL-UŻU TAR-RIŻORSI (inklużi l-ħamrija, il-foresti, u l-ekonomija ekoloġika u ċirkolari)

Numru ta' proġetti ffinalizzati jew li għaddejjin, li jimplimentaw il-miri tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-effiċjenza fir-riżorsi (bl-esklużjoni tal-ħamrija u tal-foresti).

Perċentwal ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli u li qed joqorbu lejn l-implimentazzjoni ta' aspetti tal-ekonomija ekoloġika ċirkolari

80 %

Numru ta' kumpaniji addizzjonali mxerrdin mal-Unjoni li huma fil-mira ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Kumpaniji addizzjonali koperti minn proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli li ġew stabbiliti biex jimplimentaw l-ekonomija ekoloġika jew ċirkolari

10

Numru ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw l-objettivi tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-ħamrija.

Perċentwal ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli u qed joqorbu lejn iż-żamma jew it-titjib tal-funzjonijiet tal-ħamrija

80 %

Ettari ta' art madwar l-Unjoni fil-mira ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Art koperta minn proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli li ġew stabbiliti biex iżommu u jtejbu l-funzjonijiet tal-ħamrija.

2 000

Numru ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jippromwovu l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea għall-Foresti.

Perċentwal ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli u li qed joqorbu lejn l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea għall-Foresti

80 %

Perċentwal ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli stabbiliti biex jipprovdu dejta liċ-Ċentru Ewropew għad-Dejta Forestali (EFDAC)

80 %

AMBJENT u SAĦĦA (inklużi s-sustanzi kimiċi u l-istorbju)

Numru ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw il-politika tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi inklużi proġetti li jippromwovu s-sostituzzjoni tas-sustanzi u t-tnaqqis tal-esponiment

Perċentwal ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli u li qed joqorbu lejn il-kisba jew li jmorru lil hinn mill-miri relevanti għas-sustanzi kimiċi tal-Unjoni fil-livell ta' proġett

80 %

Numru ta' persuni madwar l-Unjoni li huma fil-mira ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li huma mmirati lejn it-tnaqqis tas-sustanzi kimiċi

Persuni koperti minn proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli stabbiliti sabiex jitnaqqsu l-effetti negattivi tas-sustanzi kimiċi fuq is-saħħa u fuq l-ambjent, inklużi stimi fuq l-effetti fit-tul

50 000

Numru ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimmiraw lejn it-tnaqqis tal-istorbju

Perċentwal ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli u li qed joqorbu lejn il-kisba jew li jmorru lil hinn mill-miri relevanti tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-istorbju fil-livell tal-proġett

80 %

Perċentwal ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli li jimmiraw lejn it-tnaqqis fl-istorbju u li qed joqorbu lejn it-tnaqqis fl-esponiment għall-istorbju b'tal-anqas 3 dB

80 %

Numru ta' persuni madwar l-Unjoni li huma fil-mira ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Persuni li jibbenefikaw minn proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli stabbiliti biex il-livelli tal-ħsejjes jitnaqqsu b'tal-anqas 3 dB

10 000

Kwalità tal-Arja u l-emissjonijiet (inkluż l-ambjent urban)

Numru ta' PI li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li għandhom fil-mira l-implimentazzjoni ta' Pjanijiet u Programmi dwar il-Kwalità tal-Arja (AQPP) u Programmi Nazzjonali għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja (NAPCP)

Perċentwal ta' PI stabbiliti biex jimplimentaw AQPP konformi u effiċjenti fir-reġjuni koperti, f'konformità mal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50/KE dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, jew biex jistabbilixxu NAPCPs konformi u effiċjenti fl-Istati Membri, f'konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/2284 dwar il-Livelli Nazzjonali Massimi tal-Emissjonijiet.

80 %

Numru ta' persuni li huma fil-mira ta' proġetti dwar il-kwalità tal-arja li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Persuni koperti minn proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli li qed joqorbu lejn il-kisba jew imorru lil hinn mill-mira relevanti tal-Unjoni fir-rigward tal-kwalità tal-arja.

1 miljun.


Natura u Bijodiversità

Proġetti skont l-Artikolu 18(a), (b) u (c) tar-Regolament LIFE

Prijoritajiet tematiċi

Eżiti kwantitattivi

Eżiti kwalitattivi

Miri/Stadji Importanti 2020

NATURA

Numru ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li għandhom fil-mira l-ħabitats jew l-ispeċijiet bi status ta' konservazzjoni li huwa inqas minn favorevoli/mhux sikur

Perċentwal ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li ġew stabbiliti biex itejbu l-istatus ta' konservazzjoni fi ħdan it-tifsira tad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE

100 %

Numru ta' ħabitats fil-mira ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati bi status ta' konservazzjoni inqas minn favorevoli/sikur

Perċentwal ta' ħabitats jew speċji jew siti ta' Natura 2000 li jkunu fil-mira ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li qed joqorbu lejn status ta' konservazzjoni imtejjeb

10 % tal-ħabitats fil-mira

Numru ta' speċijiet fil-mira ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati bi status ta' konservazzjoni inqas minn favorevoli/sikur

10 % tal-ispeċijiet fil-mira

Numru ta' siti ta' Natura 2000/ettari ta' siti ta' Natura 2000 li huma fil-mira ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

10 % tas-siti ta' Natura 2000/ettari tas-siti ta' Natura 2000 fil-mira

BIJODIVERSITÀ

Numru ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati mmirati lejn l-implimentazzjoni tal-miri 2, 3, 4 u 5 tal-Istrateġija għall-Bijodiversità sal-2020

Perċentwal ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli sabiex jittejbu jew jiġu rrestawrati l-ekosistemi fil-mira

80 %

Numru ta' tipi ta' ekosistemi u ettari ta' superfiċji ta' ekosistemi li huma fil-mira ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Perċentwal ta' tipi jew ta' uċuħ ta' ekosistemi fil-mira ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli u li qed joqorbu lejn it-titjib jew ir-restawr

10 % tat-tipi ta' ekosistemi fil-mira

10 % tas-superfiċji ta' ekosistemi fil-mira


Proġetti integrati (PI) — skont l-Artikolu 18(d) tar-Regolament LIFE

Prijoritajiet tematiċi

Eżiti kwantitattivi

Eżiti kwalitattivi

Miri/Stadji Importanti 2020

ILMA (inkluż l-ambjent tal-baħar)

Numru ta' distretti kollha tal-baċini tax-xmajjar (RBD) madwar l-Unjoni li huma fil-mira ta' PI li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Perċentwal ta' RBD koperti minn PI dwar l-ilma

3 %

Numru ta' PI li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li għandhom fil-mira l-implimentazzjoni ta' pjanijiet tal-immaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar (RBMP)

Perċentwal ta' PI stabbiliti biex jimplimentaw RBMP konformi u effiċjenti fl-RBD koperti skont id-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma

100 %

Numru ta' PI li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li għandhom fil-mira l-implimentazzjoni tal-RBMP

Perċentwal ta' PI, fejn il-finanzjament kumplimentari mmobilizzat permezz tal-PI huwa akbar mill-valur totali tal-baġits ta' dawn il-PI

100 %

SKART

Numru ta' reġjuni tal-Unjoni koperti minn PI dwar l-iskart li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Perċentwal ta' reġjuni koperti minn PI dwar l-iskart

2 %

Numru ta' PI li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li għandhom fil-mira l-implimentazzjoni ta' Pjanijiet ta' Mmaniġġjar tal-Iskart (WMP) u/jew Programmi ta' Prevenzjoni tal-Iskart (WPP)

Perċentwal ta' PI stabbiliti biex jipprovdu WMP u/jew WPP konformi u effiċjenti fir-Reġjun kopert, skont l-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva Qafas dwar l-iskart 2008/98/KE.

100 %

Numru ta' PI li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li għandhom fil-mira l-implimentazzjoni tad-WMP u/jew tad-WPP

Perċentwal ta' PI, fejn il-finanzjament kumplimentari mmobilizzat permezz tal-PI huwa akbar mill-valur totali tal-baġits ta' dawn il-PI

100 %

Kwalità tal-Arja u l-emissjonijiet (inkluż l-ambjent urban)

Numru ta' persuni minn reġjuni minn madwar l-Unjoni fil-mira ta' PI dwar l-Arja li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Perċentwal tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni minn reġjuni koperti minn PI dwar il-kwalità tal-arja

3 %

Numru ta' PI li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li għandhom fil-mira l-implimentazzjoni ta' Pjanijiet u Programmi dwar il-Kwalità tal-Arja (AQPP)

Perċentwal ta' PI stabbiliti biex jimplimentaw AQPP konformi u effiċjenti fir-reġjuni koperti, skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50/KE.

100 %

Numru ta' PI li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li għandhom fil-mira l-implimentazzjoni tal-AQPP

Perċentwal ta' PI, fejn il-finanzjament kumplimentari mmobilizzat permezz tal-PI huwa akbar mill-valur totali tal-baġits ta' dawn il-PI

100 %

NATURA

Numru ta' siti ta' Natura 2000 li huma fil-mira ta' PI dwar in-natura li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Perċentwal ta' siti ta' Natura 2000 koperti mill-PI dwar in-natura

4 %

Numru ta' PI li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li għandhom fil-mira l-implimentazzjoni tal-Oqfsa ta' Azzjoni Prijoritizzata (PAFs)

Perċentwal ta' PI stabbiliti biex jimplimentaw il-PAFs biex tiġi żgurata l-ġestjoni adegwata tas-siti ta' Natura 2000

100 %

Numru ta' PI li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li għandhom fil-mira l-implimentazzjoni tal-PAFs

Perċentwal ta' PI, fejn il-finanzjament kumplimentari mmobilizzat permezz tal-PI huwa akbar mill-valur totali tal-baġits ta' dawn il-PI

100 %


Informazzjoni u governanza

Proġetti skont l-Artikolu 18(h) tar-Regolament LIFE

Prijoritajiet tematiċi

Eżiti kwantitattivi

Eżiti kwalitattivi

Miri/Stadji Importanti 2020

INFORMAZZJONI U SENSIBILIZZAZZJONI

Numru ta' proġetti li jinsabu għaddejjin u finalizzati li huma mmirati li jissensibilizzaw liċ-ċittadini, l-intrapriżi, l-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet reġistrati mhux governattivi (NGO) u l-organizzazzjonijiet l-oħra tas-soċjetà ċivili (partijiet ikkonċernati u ċittadini)

Perċentwal ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli li qed joqorbu lejn il-kopertura ta' aktar minn żewġ oqsma lil hinn mill-qasam tal-proġett u b'aktar minn lingwa waħda

80 %

Numru ta' partijiet ikkonċernati u ċittadini fil-mira ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati, li mhumiex konxji mill-objettivi ambjentali li fir-rigward tagħhom għandha titqajjem sensibilizzazzjoni

Perċentwal ta' żieda ta' partijiet ikkonċernati u ta' ċittadini li huma fil-mira ta' proġetti ta' sensibilizzazzjoni li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli li qed isiru konxji mill-objettivi politiċi ambjentali li huma fil-mira ta' dawn il-proġetti, skont l-istimi ta' stħarriġiet ex ante u ex post (imwettqin mill-proġetti LIFE jew minn entitajiet oħrajn)

25 %

Numru ta' partijiet ikkonċernati u ta' ċittadini fil-mira ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Parteċipazzjoni attiva tal-partijiet ikkonċernati u taċ-ċittadini f'attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni offruti minn proġetti li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli (eż. l-parteċipazzjoni fi stħarriġ, il-volontarjat, il-parteċipazzjoni f'tours iggwidati, tniżżil ta' informazzjoni, sottomissjoni ta' mistoqsijiet)

> 500 000

INFURZAR

Numru ta' proġetti mmirati lejn aktar konformità u infurzar aħjar tal-liġi ambjentali tal-UE

Perċentwal ta' proġetti li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jimplimentaw azzjonijiet replikabbli jew trasferibbli li qed joqorbu lejn aktar konformità jew infurzar aħjar

10 %

NGO

Numru ta' interventi mill-NGOs li jirċievu għotjiet operattivi f'konsultazzjonijiet dwar il-politika ambjentali tal-UE

Perċentwal fiż-żieda ta' interventi li jappoġġjaw il-politika tal-UE

12 %


Proġetti oħra

Proġetti skont l-Artikolu 18(e) u (f) tar-Regolament LIFE

 

Eżiti kwantitattivi

Eżiti kwalitattivi

Miri/Stadji Importanti 2020

Proġetti ta' assistenza teknika

Numru ta' proġetti ta' assistenza teknika li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Proġetti ta' assistenza teknika li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jippreparaw PI.

10 li jippreparaw PI dwar in-Natura, 5 li jipprepraw PI dwar l-Iskart, l-Ilma jew l-Arja

Numru ta' proġetti ta' assistenza teknika li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati

Perċentwal ta' proġetti ta' assistenza teknika li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati li jwasslu għal proġetti integrati ta' LIFE tal-UE ta' kwalità aħjar

90 %

Proġetti għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet

Numru ta' proġetti ddedikati għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet

Perċentwal ta' proġetti għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati u li qed joqorbu lejn żieda fl-adozzjoni min-naħa tal-Istati Membri kkonċernati

90 %

Numru ta' applikazzjonijiet għal għotjiet ta' azzjoni aċċettati li joriġinaw minn Stati Membri li għandhom għaddejjin proġetti għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet

Sehem relattiv akbar ta' applikazzjonijiet aċċettati li joriġinaw minn Stat Membri bi proġetti għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet li jinsabu għaddejjin jew li ġew iffinalizzati meta mqabbla ma' dawk ta' bejn l-2010 u l-2012 (f'perċentwal)

5 %

7.2.   Is-Sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika

Mitigazzjoni

 

 

 

 

Eżiti kwantitattivi

Eżiti kwalitattivi

Miri/Stadji Importanti 2020

Proġetti integrati

Numru ta' proġetti

Numru u kopertura taż-żoni u ċ-ċittadini milħuqin bl-istrateġiji ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew il-pjanijiet ta' azzjoni implimentati.

Numru u volum ta' proġetti kumplimentari ffinanzjati minn fondi oħra tal-Unjoni jew minn fondi oħra.

Numru akbar ta' Stati Membri/reġjuni li japplikaw approċċi integrati, bl-appoġġ minn PI jew li jirreplikaw ir-riżultati minn PI.

Numru akbar ta' miżuri kumplimentari fi Proġetti Integrati ffinanzjati minn Fondi oħra tal-Unjoni.

Tnaqqis ta' tunnellati ta' gassijiet serra permezz ta' teknoloġiji, sistemi, strumenti ġodda u/jew approċċi oħrajn ibbażati fuq l-aħjar prattiki żviluppati u użati b'segwitu ta' eżempji mill-programm LIFE.

7 Stati Membri li qed japplikaw approċċi integrati bl-appoġġ minn PI jew li jirreplikaw ir-riżultati minn PI.

Il-fondi kumplimentari mmobilizzati permezz tal-PI huma akbar mill-valur totali tal-baġits ta' dawn il-PI.

Proġetti ta' assistenza teknika

Numru ta' proġetti

Perċentwal ta' proġetti ta' assistenza teknika li jwasslu għal PI LIFE

Numru akbar u kwalità aħjar tal-PI marbutin ma' proġetti ta' assistenza teknika.

100 % tal-proġetti wasslu għal PI LIFE.

Proġetti għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet

Numru ta' proġetti.

Sehem relattiv akbar ta' applikazzjonijiet aċċettati minn Stati Membri eliġibbli għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet.

7 Stati Membri għandhom tal-anqas proġett wieħed ta' mitigazzjoni ffinanzjat mis-sottoprogramm għall-klima tal-programm LIFE.

Proġetti oħra

Numru ta' proġetti.

Numru ta' proġetti ffinanzjati li jippromwovu teknoloġiji, sistemi u strumenti innovattivi u/jew soluzzjonijiet oħra tal-aħjar prattika għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

Numru akbar ta' teknoloġiji, sistemi u strumenti innovattivi u/jew soluzzjonijiet oħra tal-aħjar prattika għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

Perċentwal akbar ta' approċċi aġġornati jew ġodda żviluppati permezz tal-programm LIFE li sistematikament intużaw jew ġew imtejba mis-settur privat u dak pubbliku.

Tnaqqis ta' tunnellati ta' gassijiet serra permezz ta' teknoloġiji, sistemi, strumenti ġodda u/jew approċċi oħrajn ibbażati fuq l-aħjar prattiki żviluppati u użati b'segwitu ta' eżempji mill-programm LIFE.

80 % tal-proġetti kollha mibdijin jistabbilixxu teknoloġiji, sistemi u strumenti innovattivi u/jew soluzzjonijiet tal-aħjar prattika għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

Adattament

 

 

 

 

Eżiti kwantitattivi

Eżiti kwalitattivi

Miri/Stadji Importanti 2020

Proġetti integrati

Numru ta' proġetti

Numru u kopertura taż-żoni u persuni milħuqin mill-istrateġiji ta' adattament jew mill-pjanijiet ta' azzjoni, jew minn pjanijiet oħra ta' adattament b'kamp ta' applikazzjoni territorjali kbir implimentati permezz tal-programm LIFE.

Numru ta' proġetti ta' adattament transreġjonali jew transfruntiera.

Numru u volum ta' proġetti kumplimentari ffinanzjati minn fondi oħra tal-Unjoni jew minn fondi oħra.

Impatt pożittiv fuq ir-reżiljenza klimatika f'reġjun jew f'setturi ekonomiċi permezz ta' azzjonijiet iffinanzjati taħt il-programm LIFE jew minn proġetti komplimentari oħrajn.

Numru akbar ta' Stati Membri/reġjuni li qed japplikaw approċċi integrati megħjuna minn Proġett Integrat jew bir-replikazzjoni tar-riżultati minn PI.

Numru akbar ta' miżuri kumplimentari ffinanzjati minn Fondi oħra tal-Unjoni.

Impatt pożittiv tal-proġetti LIFE fuq ir-reżiljenza klimatika ta' oqsma partikolarment vulnerabbli identifikat fl-Istrateġija ta' Adattament tal-UE.

7 Stati Membri qed japplikaw approċċi integrati megħjuna minn PI jew bir-replikazzjoni tar-riżultati minn PI.

Il-finanzjament kumplimentari mmobilizzat permezz tal-PI huwa aktar mill-valur totali tal-baġits ta' dawn il-PI

Proġetti ta' assistenza teknika

Numru ta' proġetti.

Perċentwal ta' proġetti ta' assistenza teknika li jwasslu għal PI LIFE.

Numru akbar u kwalità aħjar tal-proġetti integrati marbutin ma' proġetti ta' assistenza teknika.

100 % tal-proġetti wasslu għal proġett integrat LIFE.

Proġetti għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet

Numru ta' proġetti.

Sehem relattiv akbar ta' applikazzjonijiet li ġew aċċettati mill-Istati Membri eliġibbli għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet.

7 Stati Membri għandhom tal-anqas proġett ta' adattament wieħed iffinanzjat taħt il-programm LIFE.

Proġetti oħra

Numru ta' proġetti.

Numru ta' proġetti ffinanzjati li jippromwovu teknoloġiji, sistemi u strumenti innovattivi u/jew soluzzjonijiet oħra tal-aħjar prattiki għar-reżiljenza klimatika.

Numru ta' valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà, ta' strateġiji jew ta' pjanijiet ta' azzjoni ta' adattament għat-tibdil fil-klima permezz tal-programm LIFE.

Numru ta' proġetti ta' adattament transreġjonali jew transfruntiera.

Żieda attribwibbli fir-reżiljenza klimatika, imqassma skont is-settur, dovuta għad-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji, sistemi, strumenti ġodda u/jew approċċi oħrajn ibbażati fuq l-aħjar prattiki żviluppati u użati b'segwitu ta' eżempji mill-programm LIFE.

Impatt pożittiv tal-proġetti LIFE fuq ir-reżiljenza klimatika ta' oqsma partikolarment vulnerabbli identifikati għall-finanzjament minn LIFE fl-Istrateġija ta' Adattament tal-UE.

80 % tal-proġetti mibdijin stabbilixxew teknoloġiji, sistemi u strumenti innovattivi u/jew soluzzjonijiet tal-aħjar prattika li jżidu r-reżiljenza klimatika.

Governanza

 

 

 

 

Eżiti kwantitattivi

Eżiti kwalitattivi

Miri/Stadji Importanti 2020

 

 

 

 

Proġetti ta' informazzjoni, ta' sensibilizzazzjoni u ta' disseminazzjoni

Numru ta' proġetti.

Numru ta' ċittadini, intrapriżi, awtoritajiet lokali, organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGO) irreġistrati u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili.

Firxa ġeografika u ż-żona koperta.

Aktar għarfien dwar it-tibdil fil-klima kkawżat mill-bniedem u s-soluzzjonijiet, skont l-istħarriġ tal-Ewrobarometru.

Aktar parteċipazzjoni f'konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati jew diskussjonijiet politiċi relatati mal-politika dwar il-klima u mal-atti leġiżlattivi.

Żieda ta' 25 % fil-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati u taċ-ċittadini f'attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni.

Żieda ta' 10 % ta' ċittadini fil-mira ta' proġetti LIFE li jikkunsidraw it-tibdil fil-klima kkawżat mill-bniedem bħala problema tassew serja.

Proġetti tal-aħjar prattiki u proġetti oħrajn

Numru ta' proġetti.

Numru ta' prattiki kkonsolidati attribwibbli li jużaw indikaturi jew għodod żviluppati u ttestjati permezz ta' eżempji mill-programm LIFE.

Numru ta' approċċi politiċi jew proposti tal-leġiżlazzjoni bbażati fuq ir-riżultati tal-proġetti.

Numru akbar tal-aħjar prattiki adottati mill-unitajiet domestiċi, mill-intrapriżi u mill-awtoritajiet jew inkorporati fi programmi jew pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali/reġjonali.

Numru inqas ta' każijiet ta' ksur tal-leġiżlazzjoni tal-UE attribwibbli għal interventi LIFE.

25 % tal-prattiki jew tal-approċċi tal-proġetti jiġu inkorporati fi programmi jew fi pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali/reġjonali.

80 % tal-proġetti LIFE li jimmiraw lejn il-governanza klimatika rriżultaw f'governanza klimatika mtejba.

Riżultati, indikaturi jew miri speċifiċi għall-istrumenti finanzjarji:

Indikaturi komuni għall-istrumenti finanzjarji kollha

Se jintlaħaq ftehim mal-entità eżekuttiva dwar l-eżiti, l-indikaturi u l-miri għall-istrumenti finanzjarji. Bħala minimu, dawn għandhom ikopru:

Numru ta' ftehimiet (self, garanziji, eċċ.) mal-intermedjarji finanzjarji intermedji (n);

Volum tal-finanzjament disponibbli mill-istrumenti finanzjarji (EUR m);

Volum ta' finanzjament privat ingranat mill-istrumenti finanzjarji (EUR m)

Numru ta' riċevituri finali (n);

Numru tal-Istati Membri li fihom il-proġetti ġew iffinanzjati mill-istrumenti finanzjarji (n).

Indikaturi speċifiċi għall-NCFF

Il-finanzjament li jsir disponibbli minn istituzzjonijiet finanzjarji intermedji mill-istrument finanzjarju b'riżultat tal-proġetti ffinanzjati; (EUR m)

Il-finanzjament disponibbli għaż-żoni ta' Natura 2000 b'riżultat tal-proġetti ffinanzjati; (EUR m)

L-impatti fuq ir-reżiljenza għall-klima (l-esponiment għat-tibdil fil-klima u s-sensittività għall-impatti tiegħu) tar-reġjuni u tas-setturi ekonomiċi, partikolarment f'żoni vulnerabbli identifikati bħala ta' prijorità għall-finanzjament taħt il-programm LIFE fl-Istrateġija ta' Adattament tal-UE b'riżultat tal-proġetti ffinanzjati;

L-impatti fuq il-kundizzjoni tal-ekosistema b'riżultat tal-proġetti ffinanzjati;

Ħolqien tax-xogħol: numru ta' impjiegi maħluqa b'riżultat tal-proġetti ffinanzjati (numru ta' impjiegi Ekwivalenti għal Full Time)

Indikaturi speċifiċi għall-PF4EE

Il-finanzjament privat ingranat (EUR m) b'riżultat tas-self tal-PF4EE;

L-iffrankar tal-enerġija ġġenerat (GWh) b'riżultat tas-self tal-PF4EE;

It-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 (tunnellati ta' CO2) b'riżultat tas-self tal-PF4EE;

Ħolqien tax-xogħol: numru ta' impjiegi maħluqa b'riżultat tas-self tal-PF4EE (numru ta' impjiegi Ekwivalenti għall-Full Time).

Eżiti mistennija speċifiċi għall-NCFF

Matul il-fażi pilota, l-NCFF mistenni li jwettaq bejn 9 u 12-il operazzjoni (inklużi operazzjonijiet indiretti). L-investimenti individwali jibqgħu taħt l-EUR 10-15-il miljun.

L-ingranaġġ stmat tal-valur tal-faċilità għall-provvediment tal-programm LIFE huwa bejn 2,2 u 3,2 darbiet. B'kunsiderazzjoni tal-kontribut possibbli tar-riċevituri finali għall-ispejjeż tal-proġetti ta' 25 %, l-ingranaġġ tal-investiment totali għall-provvediment tal-programm LIFE jista' jkun bejn 2,8 u 4,2 darbiet. L-investiment totali fil-proġetti ta' ġestjoni tal-kapital naturali matul il-fażi pilota biss jista' jkun sa EUR 420 m.

Waqt il-fażi operazzjonali suċċessiva, l-ingranaġġ mistenni jista' jitla' sa 6, speċjalment jekk investituri oħra jingħaqdu mal-faċilità u jekk jibdew isiru aktar investimenti permezz ta' intermedjarji u ta' fondi.

Eżiti mistennija speċifiċi għall-PF4EE

Taħt il-PF4EE, għandhom jiġu ffirmati sa 10 ftehimiet ta' finanzjament (Self mill-BEI għall-EE u Faċilitajiet tal-Kondiviżjoni tar-Riskju/Appoġġ mill-Esperti) ma' intermerdjarji finanzjarji fil-perjodu bejn l-2014 u l-2017 (jiġifieri matul il-fażi pilota) u 10 addizzjonali bejn l-2018 u l-2020. Ftehim ta' finanzjament jista' jkopri l-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju f'aktar minn Stat Membru wieħed u intermedjarju finanzjarju jista' jiffirma aktar minn ftehim ta' finanzjament wieħed.

Fil-bidu tal-PF4EE, kien mistenni appoġġ li jlaħħaq mal-EUR 540 m f'investiment totali. Madankollu, wara s-sitt ftehimiet iffirmati fl-2015 u fl-2016 u fid-dawl tas-sensiela attwali ta' operazzjonijiet, il-BEI issa għandu l-għan li jikseb EUR 1 biljun f'investimenti ġodda fl-effiċjenza fl-enerġija matul il-fażi ta' bejn l-2014 u l-2017. Fir-rigward tal-perjodu bejn l-2018 u l-2020, għandu jiġi pprovdut EUR 1 biljun f'investimenti ġodda fl-effiċjenza fl-enerġija, bis-saħħa tal-iffirmar ta' 10 ftehimiet addizzjonali tal-PF4EE wara l-2017. Dan iġib l-investimenti totali ġġenerati mill-PF4EE għal EUR 2 biljun matul il-perjodu bejn l-2014 u l-2020.

Meta tfassal il-PF4EE, l-ingranaġġ stmat tal-valur tal-portafoll tas-self għall-provvediment tal-programm LIFE kien 6 darbiet aktar minn dak għall-fażi pilota. B'kunsiderazzjoni tal-kontribut possibbli tar-riċevituri finali għall-ispejjeż tal-proġetti ta' 25 %, l-ingranaġġ tal-investiment totali għall-provvediment tal-programm LIFE kien mistenni li jkun sa 8 darbiet aktar sat-tmiem tal-2017. Din il-mira minima tal-ingranaġġ se tapplika wkoll għall-perjodu 2018-2020.


(1)  Ara r-“Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni li jakkumpanja l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programm LIFE”, COM(2017) 642, http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52017DC0642

(2)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “L-għeluq taċ-ċirku - Pjan ta' azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari”, http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52015DC0614

(3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Pjan ta' Azzjoni favur in-natura, iċ-ċittadini u l-ekonomija”, http://ec.europa.eu/environment/nature/legislation/fitness_check/action_plan/index_en.htm

(4)  https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/reflection-paper-eu-finances_mt.pdf

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III — Il-Kummissjoni (2016/2151(DEC)), il-paragrafu 8, http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&language=MT&reference=P8-TA-2017-0143

(6)  Dawn huma l-hekk imsejħa Indikaturi Ewlenin tal-Proġett LIFE, ara wkoll it-Taqsima 7 hawn taħt.

(7)  https://ec.europa.eu/commission/publications/reflection-paper-future-eu-finances_mt

(8)  Studji reċenti jikkonfermaw li investimenti sostenibbli jeħtieġu politiki intelliġenti u inċentivi biex jinħoloq aktar impenn fi ħdan is-soċjetà inġenerali u fis-setturi kollha, b'mod partikolari fil-livell tal-komunitajiet lokali u f'kollaborazzjoni maċ-ċittadini u mal-SMEs hekk kif dawn qed isiru dejjem aktar involuti permezz ta' inizjattivi komunitarji li jistgħu jsiru bis-saħħa tat-tixrid tat-teknoloġiji diġitali, jew bħala “prosumaturi” (fejn dawn jistgħu eż. jipproduċu, jaħżnu jew anki jbigħu l-elettriku tagħhom minflok sempliċiment jixtruh), ara ċ-Ċentru Ewropew ta' Strateġija Politika, Noti Strateġiċi taċ-Ċentru Ewropew ta' Strateġija Politika, Ħarġa 25, 8 ta' Ġunju 2017, p. 14.

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'“Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81).

(10)  L-aħħar Programm ta' Ħidma ta' Orizzont 2020 ikopri s-snin bejn l-2018 u l-2020. Orizzont 2020 jiffoka fuq tliet prijoritajiet, li huma l-ġenerazzjoni tax-xjenza eċċellenti sabiex tissaħħaħ l-eċċellenza xjentifika fil-livell tal-Unjoni u globali, it-trawwim ta' tmexxija industrijali biex jiġu appoġġjati n-negozji, inklużi l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u l-innovazzjoni u l-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà, biex tingħata tweġiba diretta għall-isfidi identifikati fl-istrateġija Ewropa 2020 billi jiġu appoġġjati l-attivitajiet li jkopru l-ispettru kollu mir-riċerka sas-suq. F'Orizzont 2020, ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-Azzjoni Ambjentali u Klimatika huma indirizzati b'serje ta' azzjonijiet u ta' opportunitajiet għal kollaborazzjoni, partikolarment fl-Isfida tas-Soċjetà “Azzjoni klimatika, ambjent, effikaċja fl-użu tar-riżorsi u materja prima” u fl-Isfida tas-Soċjetà “Sigurtà tal-Ikel, agrikoltura u forestrija sostenibbli, riċerka dwar il-baħar u marittima u dwar l-ilmijiet interni, u l-Bijoekonomija”. F'dan il-kuntest, ir-riċerka u l-innovazzjoni ambjentali jimmiraw li jwasslu għal soċjetà u ekonomija li jkunu effiċjenti fl-użu tal-ilma u reżiljenti għat-tibdil fil-klima.

(11)  Il-linji gwida tal-applikazzjoni għal kull sejħa għal proposti jistgħu jinstabu fuq is-sit web ta' LIFE: http://ec.europa.eu/environment/life/funding/life.htm

(12)  Għal aktar informazzjoni dwar it-test tal-Proposta għal Regolament tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u s-sitwazzjoni attwali tal-proċedura leġiżlattiva relatata ara: http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/HIS/?uri=COM%3A2017%3A262%3AFIN

(13)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(14)  Għal raġunijiet baġitarji, dan l-ammont jinkludi EUR 2,33 miljun bħala kontribuzzjoni għall-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva mis-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika.

(15)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/93 tas-16 ta' Novembru 2017 dwar iż-żieda fil-perċentwal tar-riżorsi baġitarji allokati lill-proġetti appoġġati permezz ta' għotjiet ta' azzjoni taħt is-Sottoprogramm għall-Ambjent dedikat lill-proġetti li jappoġġaw il-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità skont l-Artikolu 9, il-paragrafu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 17, 23.1.2018, p. 5) (minn hawn 'il quddiem: ir-Regolament Delegat dwar iż-żieda fil-perċentwal għan-natura u l-bijodiversità).

(*1)  Skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament LIFE, 30 % tar-riżorsi baġitarji allokati għal proġetti appoġġjati permezz ta' għotjiet ta' azzjoni huma allokati għal proġetti integrati. Skont l-għadd reali ta' proposti għal proġetti integrati, ir-riżorsi li ma jintużawx se jintużaw għal proġetti oħra ffinanzjati minn għotjiet ta' azzjoni.

(*2)  Il-livell massimu tal-ispiża tal-ġestjoni relatata mal-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji ma għandux jaqbeż is-7 % tal-pakkett totali għall-istrumenti finanzjarji.

(*3)  Inkluża l-kontribuzzjoni totali tal-Programm LIFE għall-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva ta' EUR 14,58 miljun, bl-ammont ta' EUR 2,33 miljun tal-kontribuzzjoni mis-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika.

(*4)  Skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament LIFE, 30 % tar-riżorsi baġitarji allokati għal proġetti appoġġjati permezz ta' għotjiet ta' azzjoni huma allokati għal proġetti integrati. Skont l-għadd reali ta' proposti għal proġetti integrati, ir-riżorsi li ma jintużawx se jintużaw għal proġetti oħra ffinanzjati minn għotjiet ta' azzjoni.

(*5)  Il-livell massimu tal-ispiża tal-ġestjoni relatata mal-implimentazzjoni tal-IF ma għandux jaqbeż is-7 % tal-pakkett totali għall-IF.

(*6)  L-ammont ta' EUR 2,33 miljun tal-kontribuzzjoni għall-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva mis-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika huwa inkluż fil-kontribuzzjoni totali tal-Programm LIFE.

(16)  Kif emendat mir-Regolament Delegat dwar iż-żieda fil-perċentwal għan-natura u għall-bijodiversità.

(17)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(18)  Id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27).

(19)  Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

(20)  Analiżi tad-distakk bejn l-istat attwali tal-korpi tal-ilma u t-tnaqqis fil-pressjonijiet meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv ta' status tajjeb kif idderivat mill-Artikolu 11(1) tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, li skontu l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi ta' miżuri “b'konsiderazzjoni tar-riżultati tal-analiżi meħtieġa taħt l-Artikolu 5” (analiżi tal-pressjonijiet u tal-impatti), “sabiex jinkisbu l-għanijiet imwaqqfa taħt l-Artikolu 4” (status tajjeb). L-Artikolu 11(8) jispeċifika wkoll li l-programmi ta' miżuri jeħtieġ li jiġu riveduti kull sitt snin. Għal aktar tagħrif ara l-Gwida ta' Rapportar tad-WFD 2016, http://cdr.eionet.europa.eu/help/WFD/WFD_521_2016/Guidance/WFD_ReportingGuidance.pdf, b'mod partikolari l-kapitolu 10.1.8.2, p. 245 (deskrizzjoni ta' dak li l-Istati Membri jridu jirrapportaw f'termini ta' indikaturi tad-distakk għal kull tip ta' pressjoni jew sustanza kimika sinifikanti) u t-taqsimiet 10.1.4 u 10.1.5.

(21)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).

(22)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).

(23)  Id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar l-immaniġġar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE (ĠU L 64, 4.3.2006, p. 37).

(24)  Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġiż u d-deterjorament, (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19).

(25)  “sostituti xierqa” huma sustanzi kimiċi oħra li jipproduċu l-istess effetti mixtieqa b'impatt ambjentali aktar baxx.

(26)  Eż. li għandhom l-objettiv li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija għat-trattament u l-ġestjoni tal-ilma u t-telf tal-ilma.

(27)  Il-popolazzjoni li tgħix f'żoni rurali hi l-popolazzjoni li tgħix barra miż-żoni urbani. Iż-żoni urbani jiġu identifikati permezz tal-metodu li ġej: 1. livell limitu ta' densità tal-popolazzjoni (300 abitant għal kull km2) applikat għal ċelluli ta' grilja ta' 1 km2; 2. livell limitu tad-daqs massimu (5 000 abitant) applikat għal ċelluli ta' grilja raggruppati li jaqbżu l-livell limitu tad-densità. Għal aktar tagħrif ara: http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Urban-rural_typology

(28)  Eż. nutrijenti tal-art (P, K, N) u komposti organiċi.

(29)  Guadeloupe, La Réunion, Mayotte, il-Guyana Franċiża u Martinique, Saint-Martin (Franza); Madeira, Azores (il-Portugall); Gżejjer Kanarji (Spanja), ara: http://ec.europa.eu/regional_policy/mt/policy/themes/outermost-regions/

(30)  Il-gżejjer jiġu ddefiniti bħala territorji li jkollhom superfiċje minima ta' 1 km2; distanza minima bejn il-gżira u l-art kontinentali ta' 1 km; popolazzjoni residenti ta' aktar minn 50 abitant; l-ebda rabta fissa (pont, mina, imbankment) bejn il-gżira u l-art kontinentali. Għad-definizzjoni ara l-Fokus reġjonali Nru 01/2011 “Regional typologies: a compilation”; Politika Reġjonali tal-Unjoni Ewropea; http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/docgener/focus/2011_01_typologies.pdf

(31)  Skont l-aħħar dejta disponibbli għall-pubbliku tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

(32)  Valur miżjud tfisser ir-riċiklaġġ f'prodotti ta' kwalità ogħla, jiġifieri mhux ir-riċiklaġġ f'aggregati. Għall-kunċett ara: Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari: Programm ta' skart żero għall-Ewropa”, COM(2014) 398 final tat-2 ta' Lulju 2014, http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN-MT/TXT/?uri=CELEX:52014DC0398&from=EN

(33)  Dan jinkludi l-imballaġġi tal-plastik.

(34)  Inkluża l-karatterizzazzjoni.

(35)  Valur miżjud tfisser ir-riċiklaġġ f'prodotti ta' kwalità għolja, jiġifieri mhux ir-riċiklaġġ f'aggregati. Għall-kunċett ara: Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari: Programm ta' skart żero għall-Ewropa”, COM(2014) 398 final tat-2 ta' Lulju 2014, http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN-MT/TXT/?uri=CELEX:52014DC0398&from=EN

(36)  Il-Komunikazzjoni COM(2011) 571 final tal-20 ta' Settembru 2011 tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Pjan Direzzjonali għal Ewropa B'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi”, http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM:2011:0571:FIN

(37)  Il-Komunikazzjoni COM(2015) 614 final tat-2 ta' Diċembru 2015 tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “L-għeluq taċ-ċirku - Pjan ta' azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari”, http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52015DC0614

(38)  Għad-definizzjoni ta' SME, ara: http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=URISERV%3An26026

(39)  Il-Komunikazzjoni COM(2015) 614 final tat-2 ta' Diċembru 2015 tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “L-għeluq taċ-ċirku — Pjan ta' azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari”, http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52015DC0614

(40)  Il-Komunikazzjoni KUMM(2006) 231 final tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija Tematika għall-Ħarsien tal-Ħamrija, http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=celex%3A52006DC0231

(41)  https://ec.europa.eu/agriculture/forest/strategy_mt

(42)  Ara r-rapport tal-EEA Nru 6/2017. “Circular by design — products in the circular economy”, p. 23: 5 % tal-proġetti kollha dwar ir-riċerka u l-iżvilupp tal-UE fit-tfassil tal-prodotti jittrattaw l-ekodisinn; 1 % il-manifattura mill-ġdid, 2 % it-tiswija, iżda 8 % jiffukaw fuq ir-riċiklaġġ.

(43)  http://www.europarl.europa.eu/legislative-train/theme-new-boost-for-jobs-growth-and-investment/file-strategy-on-plastics-in-the-circular-economy

(44)  Il-Komunikazzjoni COM(2015) 614 final tat-2 ta' Diċembru 2015 tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “L-għeluq taċ-ċirku — Pjan ta' azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari”, http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52015DC0614 Is-setturi ta' prijorità huma dawn li ġejjin: il-Plastik, il-Materja Prima Kritika, il-Ħela tal-Ikel, il-Bijomassa u l-prodotti b'bażi bijoloġika u l-Iskart tal-Kostruzzjoni u tat-Twaqqigħ (CDW).

(45)  Id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni Brussell SWD(2012) 101 final tat-12 ta' April 2012“Guidelines on best practice to limit, mitigate or compensate soil sealing”, http://ec.europa.eu/environment/soil/pdf/soil_sealing_guidelines_en.pdf

(46)  Adottati mill-Kunsill tal-FAO fil-5 ta' Diċembru 2016 u approvati mill-UE u mill-Istati Membri, http://www.fao.org/3/a-bl813e.pdf

(47)  Id-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Madrid tat-22 ta' Ottubru 2015, kif adottata mil-Laqgħa fil-Livell tal-Esperti dwar il-Foresti fl-Ewropa, it-30 ta' Ġunju — it-2 ta' Lulju 2015, Madrid, Spanja, http://foresteurope.org/wp-content/uploads/2016/11/III.-ELM_7MC_2_2015_MinisterialDeclaration_adopted-2.pdf#page=5

(48)  Eż. operazzjonijiet ta' forestrija fuq skala żgħira.

(49)  Philipp S. Duncker, Susana M. Barreiro, Geerten M. Hengeveld, Torgny Lind, William L. Mason, Slawomir Ambrozy u Heinrich Spiecker, Classification of Forest Management Approaches: A New Conceptual Framework and Its Applicability to European Forestry, Ecology and Society 17(4): 51. http://dx.doi.org/10.5751/ES-05262-170451, p. 50: “Diversi approċċi ta' ġestjoni forestali jew sistemi silvikulturali jistgħu jiġu organizzati fuq gradi ta' intensità tal-ġestjoni, skont il-metodi u l-prattiki silvikulturali speċifiċi użati (għażla tal-ispeċijiet, preparazzjoni tas-sit, tħawwil, indukrar, qtugħ li jnaqqas l-ammont ta' siġar, qtugħ finali, użu ta' aġenti kimiċi, eċċ.). L-għażliet ta' dawn il-metodi u l-prattiki jħallu impatt konsegwenti fuq il-funzjonijiet u fuq l-istrutturi tal-ekosistema tal-foresti, inklużi l-bijodiversità tagħhom u l-kriterji l-oħra tas-sostenibbiltà. Il-ġestjoni “intensiva” tal-foresti ġeneralment tagħti prijorità lill-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi u, b'mod partikolari, lill-objettivi tal-produzzjoni tal-bijomassa, filwaqt li t-tħassib ekoloġiku u l-funzjonijiet u s-servizzi l-oħra tal-ekosistema għandhom rwol relattivament minuri. Il-metodi u l-operazzjonijiet tipiċi ta' dan l-approċċ jinkludu perjodi qosra ta' rotazzjoni, foresti b'siġar tal-istess età, il-possibbiltà li jintużaw speċijiet ta' siġar li mhumiex awtoktoni, l-applikazzjoni ta' aġenti kimiċi, it-tqaċċit totali tas-siġar bħala l-metodu ta' qtugħ finali, it-tħaddim intensiv ta' magni u l-kultivazzjoni tal-ħamrija, jew il-fertilizzazzjoni u t-trattament bil-ġir”.

(50)  Eż. makkinarju ġdid xieraq għat-tneħħija parzjali tas-siġar li jindirizzaw varjabbiltà fuq skala żgħira fl-istruttura tal-popolament; prevenzjoni tal-ħsara lill-ħamrija; mudelli ta' inventarju u sistemi tal-IT ġodda għall-ippjanar u għall-ġestjoni tal-popolamenti; teknoloġiji ta' sorveljanza mill-bogħod biex jiġi evitat il-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam; teknoloġija speċjalizzata tal-fabbriki tal-isserrar, eċċ.

(51)  Minn Duncker, P. S., S. M. Barreiro, G. M. Hengeveld, T. Lind, W. L. Mason, S. Ambrozy, u H. Spiecker. 2012. Classification of forest management approaches: a new conceptual framework and its applicability to European forestry. Ecology and Society 17(4): 51.

(52)  Il-metodu u l-approċċi se jvarjaw skont eż. id-daqs tal-azjenda tal-forestrija, it-tip ta' sjieda, it-tip ta' foresta u r-reġjun bijoġeografiku eċċ..

(53)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(54)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(55)  Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12).

(56)  Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).

(57)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1), kif l-aħħar emendat għall-progress tekniku u xjentifiku: https://echa.europa.eu/mt/regulations/clp/legislation

(58)  Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22).

(59)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(60)  Eż. pretrattament tal-fjuwil, teknoloġiji b'ammont żgħir ħafna ta' emissjonijiet ta' trab, teknoloġiji ta' kombustjoni u ta' kontroll nodfa u b'effiċjenza għolja, taħlitiet ma' enerġija rinnovabbli mingħajr emissjonijiet, il-ħżin ta' sħana.

(61)  Jekk jogħġbok innota li l-pagament dirett tal-inċentivi lil partijiet terzi mhuwiex eliġibbli skont LIFE skont l-Artikolu II.11 tal-Mudell tal-Ftehim tal-Għotja LIFE.

(62)  Vetturi b'emissjonijiet tassew baxxi fi ħdan it-tifsira tal-programm ta' ħidma ta' Orizzont 2020, http://ec.europa.eu/research/participants/data/ref/h2020/wp/2016_2017/main/h2020-wp1617-transport_en.pdf Dan jista' jinkludi l-vetturi tas-servizzi pubbliċi.

(63)  Il-prodotti previsti jistgħu jkunu karozzi kif ukoll vetturi motorizzati b'żewġ roti jew tlieta.

(64)  Bħal, pereżempju, l-elettromobbiltà u l-mobbiltà bbażata fuq l-idroġenu.

(65)  Eż. għall-konsenja tal-aħħar mil ta' oġġetti.

(66)  Ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53) eż. minn Trasport bl-Ilma, infrastruttura tal-port u siti tal-kostruzzjoni. Dan jista' jinkludi l-bdil tal-fjuwil (inkluż l-elettriku), fjuwil b'emissjonijiet baxxi (eż. fjuwil tal-avjazzjoni li jirriżulta f'emissjonijiet baxxi tan-Numru ta' Partikuli) u modifika retroattiva b'teknoloġiji ta' tnaqqis tal-emissjonijiet. L-azzjonijiet jistgħu jiġu komplimentati permezz tal-implimentazzjoni ta' politiki urbani, approċċi regolatorji u ppjanar relatati. Jenħtieġ li l-azzjonijiet jirriżultaw fi tnaqqis tal-emissjonijiet li jista' jitkejjel ta' sustanzi li jniġġsu l-arja, bħall-PM u n-NO2.

(67)  http://www.unece.org/index.php?id=41358

(68)  Enerġija rinnovabbli mingħajr emissjonijiet/b'emissjonijiet baxxi. Il-proġett għandu jirreferi għall-PM u/jew għan-NO2, mhux għas-CO2. Jekk it-tnaqqis tas-CO2 jkun l-objettiv primarju, dan għandu jiġi ppreżentat taħt is-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika.

(69)  L-inklużjoni ta' soluzzjonijiet kumplimentari għall-attivitajiet skont il-Patt tas-Sindki.

(70)  http://ec.europa.eu/environment/nature/knowledge/ecosystem_assessment/pdf/102.pdf

(71)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal- 21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta' l- habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(72)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(73)  Id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2016) 472 final tas-16 ta' Diċembru 2016“Il-Kontroll tal-Idoneità tal-Leġiżlazzjoni tal-UE dwar in-Natura (id-Direttivi dwar l-Għasafar u dwar il-Ħabitats), id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa” (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kontroll tal-idoneità tad-Direttivi dwar l-Għasafar u dwar il-Ħabitats”).

(74)  Il-Komunikazzjoni COM(2017) 198 final tas-27 ta' April 2017 tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Pjan ta' Azzjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija”.

(75)  Id-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Madrid tat-22 ta' Ottubru 2015, kif adottata mil-Laqgħa fil-Livell tal-Esperti dwar il-Foresti fl-Ewropa, it-30 ta' Ġunju — it-2 ta' Lulju 2015, Madrid, Spanja, http://foresteurope.org/wp-content/uploads/2016/11/III.-ELM_7MC_2_2015_MinisterialDeclaration_adopted-2.pdf#page=5

(76)  Ir-referenza għat-terminu “Interess komunitarju” użat f'dan il-kuntest għandha tinftiehem bħala “interess tal-Unjoni”.

(77)  Il-Qafas ta' Azzjoni ta' Prijorità u l-pjanijiet ta' azzjoni għall-ħabitats u/jew għall-ispeċijiet rilevanti huma għodod ta' implimentazzjoni għal dan is-suġġett tal-proġett.

(78)  Infrastruttura Ekoloġika hija netwerk ippjanat b'mod strateġiku ta' żoni naturali u seminaturali b'karatteristiċi ambjentali oħra mfassal u ġestit biex jipprovdi firxa wiesgħa ta' servizzi tal-ekosistema. Din tinkorpora spazji ekoloġiċi (jew marittimi fil-każ tal-ekosistemi akkwatiċi) u karatteristiċi fiżiċi oħrajn f'żoni fuq l-art (inkluż dawk kostali) u f'żoni tal-baħar. Fuq l-art, l-infrastruttura ekoloġika hija preżenti fl-ambjenti rurali u urbani. Ara http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52013DC0249

(79)  http://ec.europa.eu/environment/nature/knowledge/ecosystem_assessment/pdf/MAESWorkingPaper2013.pdf

(80)  Għal eżempji ara, eż. il-Pjattaforma tan-Negozju u tal-Bijodiversità http://ec.europa.eu/environment/biodiversity/business/resources/index_en.htm

(81)  http://ec.europa.eu/environment/nature/conservation/species/redlist/index_en.htm

(82)  http://ec.europa.eu/environment/nature/knowledge/redlist_en.htm

(83)  http://www.iucnredlist.org/

(84)  Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35), u skont il-Mira 5 tal-Istrateġija għall-Bijodiversità jew bl-għan li jingħata kontribut biex jintlaħaq il-livell ta' protezzjoni stabbilit fid-deskrittur 2 — Speċijiet mhux indiġeni, l-Anness I(2) tad-Direttiva 2008/56/KE.

(85)  Il-lista tiġi aġġornata regolarment, eż. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1141 tat-13 ta' Lulju 2016 li jadotta lista ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 189, 14.7.2016, p. 4).

(86)  Il-livell ta' sensibilizzazzjoni ddefinit hawn bħala l-proporzjon ta' udjenza fil-mira li jaf dwar l-idea/it-terminu/il-prodott/il-kunċett/l-isfida ambjentali/eċċ. li hu/hi s-suġġett tal-ħidma tal-proġett LIFE propost. Ara wkoll id-differenzjazzjoni li saret fil-qafas tal-Indikaturi Ewlenin tal-Proġett LIFE (http://ec.europa.eu/environment/life/toolkit/pmtools/life2014_2020/documents/160215_LIFEproject_level_outcome_indicators.pdf=) bejn l-“għoti” (L-għoti huwa ddefinit bħala l-provvediment ta' suċċess ta' informazzjoni speċifika għall-proġett lill-udjenza fil-mira (il-pubbliku ġenerali jew gruppi ta' partijiet ikkonċernati) irrappreżentati mill-membri individwali tagħhom. Minn ċerti modi ta' mġiba jista' jiġi dedott li l-informazzjoni waslet għand dawn l-individwi) u s-“sensibilizzazzjoni” (sensibilizzazzjoni hija ddefinita bħala ż-żieda b'suċċess tal-fehim u tal-għarfien tal-qasam ta' prijorità tal-proġett fost l-udjenza fil-mira (il-pubbliku ġenerali jew gruppi ta' partijiet ikkonċernati) irrappreżentati mill-membri individwali tagħhom) bħala l-bażi għal bidla fl-imġiba.

(87)  Għalhekk, bħala prinċipju ġenerali, dawn il-proposti jenħtieġ li, eż., ikunu mmirati bis-sħiħ lejn Stat Membru, diversi Stati Membri jew mal-UE kollha, settur sħiħ tas-suq, żona metropolitana ewlenija, speċi fil-firxa sħiħa tagħha, reġjun bijoġeografiku jew ir-reġjuni kollha li jaffaċċjaw kwistjoni simili.

(88)  Meħud mill-Pjan Strateġiku għall-2016-2020 tad-DĠ Ambjent: https://ec.europa.eu/info/publications/strategic-plan-2016-2020-environment_en

(89)  Inkluż il-bini sostenibbli.

(90)  Il-Komunikazzjoni COM(2017) 198 final tas-27 ta' April 2017 tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Pjan ta' Azzjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija”, http://ec.europa.eu/environment/nature/legislation/fitness_check/action_plan/index_en.htm

(91)  Eż. kif previst skont id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).

(92)  Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).

(93)  Id-Direttiva 2000/60/KE. Ara l-Artikoli 5, 11 u 13.

(94)  Id-Direttiva 2007/60/KE.

(95)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE.

(96)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(97)  Id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE.

(98)  Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).

(99)  Inklużi l-ekosistemi tal-ħamrija.

(100)  L-Immappjar tal-Bijodiversità, il-valutazzjoni u/jew l-evalwazzjoni tal-ekosistemi u s-servizzi tagħhom f'konformità mal-Ewwel Rapport tal-MAES: http://ec.europa.eu/environment/nature/knowledge/ecosystem_assessment/pdf/MAESWorkingPaper2013.pdf

(101)  L-Istrateġija dwar il-Bijodiversità tal-UE, Azzjoni 5.

(102)  Inkluża l-analiżi meħtieġa biex jiġu stabbiliti politiki effettivi tal-ipprezzar tal-ilma.

(103)  Skont id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE.

(104)  https://ec.europa.eu/environment/ecoap/etv_en

(105)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE tad-9 ta' April 2013 dwar l-użu ta' metodi komuni biex tiġi mkejla u kkomunikata l-prestazzjoni ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti (ĠU L 124, 4.5.2013, p. 1).

(106)  https://webgate.ec.europa.eu/fpfis/wikis/display/EUENVFP/Documents+of+common+interest

(107)  http://susproc.jrc.ec.europa.eu/Efficient_Buildings/ indikaturi ewlenin: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/Efficient_Buildings/documents.html

(108)  Jenħtieġ li l-proġetti jiżguraw il-kredenzjali akkademiċi tal-kwalifiki u tat-taħriġ u jimmassimizzaw il-potenzjal tat-teknoloġija tal-informazzjoni permezz ta' mezzi bħal webinars u korsijiet online miftuħa massivi (MOOCs) sabiex it-tagħlim mill-bogħod ikun jista' jilħaq kemm jista' jkun prattikanti bl-aktar mod kosteffiċjenti possibbli.

(109)  Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56).

(110)  http://ec.europa.eu/environment/legal/law/training_package.htm

(111)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Strateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima (COM(2013) 216 final).

(112)  http://www.covenantofmayors.eu

(113)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(114)  Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).

(115)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(116)  It-tifsira tat-terminu “għażla” fl-Artikolu 24(2)(d) tar-Regolament LIFE tinkludi t-tifsira tat-terminu “eliġibbiltà” fl-Artikolu 19 tar-Regolament LIFE u l-Artikolu 131 tar-Regolament Finanzjarju.

(117)  ĠU C 205, 19.7.2013, p. 9.

(118)  Il-premessa 11 tar-Regolament LIFE

(119)  Il-proposti li jiffukaw fuq ir-riċerka jistgħu jiġu kkontrollati dwar jekk jikkonformawx mas-sejħiet rilevanti tal-Orizzont 2020: http://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/opportunities/index.html

(120)  Il-kuntest speċifiku rilevanti tal-proġett iddefinit abbażi tal-kuntest ġenerali tiegħu (Reġjun bijoġeografiku; limitu territorjali ddefinit permezz tal-istandard tal-ġeokodifikazzjoni biex issir referenza għas-sottodiviżjonijiet tal-pajjiżi għal skopijiet statistiċi, NUTS; korp tal-ilma; ekosistema u servizzi relatati; is-sit ta' Natura 2000) u l-konfigurazzjonijiet speċifiċi rilevanti tal-proġett iddefiniti f'termini tat-tul u/jew tad-daqs taż-żona, fejn l-azzjonijiet se jitwettqu, u l-għadd ta' bnedmin li se jiġu influwenzati fir-rigward tal-fokus prinċipali tal-proġett dwar l-ambjent, l-azzjoni klimatika jew il-governanza u l-informazzjoni relatata.

(121)  Verżjoni demo hija disponibbli fuq is-sit web tal-programm LIFE: http://ec.europa.eu/environment/life/toolkit/pmtools/index.htm

(122)  Għall-akkwist pubbliku ekoloġiku ara http://ec.europa.eu/environment/gpp/index_en.htm, u b'mod partikolari http://ec.europa.eu/environment/gpp/buying_handbook_en.htm u http://ec.europa.eu/environment/gpp/eu_gpp_criteria_en.htm

(123)  http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/eu-ecolabel-products-and-services.html.

(124)  It-tifsira ta' “transnazzjonali” kif previst fir-Regolament LIFE tkopri biss il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kif ukoll il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membru u l-pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-Programm LIFE, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament LIFE. L-attivitajiet lil hinn mill-Unjoni jew f'pajjiżi u territorji barranin, filwaqt li possibbli kif previst skont l-Artikolu 6 tar-Regolament LIFE, mhux se jinvolvu punti addizzjonali skont dan il-kriterju tal-għoti.

(*7)  Proposta għal proġett trid iġġib tal-anqas il-punteġġ minimu meħtieġ għal kull kriterju tal-għoti, u t-total ta' punti għall-kriterji li għalihom ġie stabbilit punteġġ minimu jrid ikun ekwivalenti għal 50 punt jew aktar.

(*8)  Proposta għal proġett trid iġġib tal-anqas il-punteġġ minimu meħtieġ għal kull kriterju tal-għoti, u t-total ta' punti għall-kriterji li għalihom ġie stabbilit punteġġ minimu jrid ikun ekwivalenti għal 50 punt jew aktar.

(*9)  Proposta għal proġett trid iġġib tal-anqas il-punteġġ minimu meħtieġ għal kull kriterju tal-għoti, u t-total ta' punti għall-kriterji li għalihom ġie stabbilit punteġġ minimu jrid ikun ekwivalenti għal 50* punt jew aktar.

(125)  B'mod partikolari, l-ambjent tal-baħar skont l-objettivi tad-Direttiva 2008/56/KE.

(126)  Għall-akkwist pubbliku ekoloġiku ara http://ec.europa.eu/environment/gpp/index_en.htm, u b'mod partikolari http://ec.europa.eu/environment/gpp/buying_handbook_en.htm u http://ec.europa.eu/environment/gpp/eu_gpp_criteria_en.htm

(127)  http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/eu-ecolabel-products-and-services.html

(*10)  Proposta għal proġett trid iġġib tal-anqas il-punteġġ minimu meħtieġ għal kull kriterju tal-għoti, u t-total ta' punti għall-kriterji li għalihom ġie stabbilit punteġġ minimu jrid ikun ekwivalenti għal 55 punt jew aktar.

(*11)  Proposta għal proġett trid iġġib tal-anqas il-punteġġ minimu meħtieġ għal kull kriterju tal-għoti, u t-total ta' punti għall-kriterji li għalihom ġie stabbilit punteġġ minimu jrid ikun ekwivalenti għal 55 punt jew aktar.

(*12)  Proposta għal proġett trid iġġib tal-anqas il-punteġġ minimu meħtieġ għal kull kriterju tal-għoti, u t-total ta' punti għall-kriterji li għalihom ġie stabbilit punteġġ minimu jrid ikun ekwivalenti għal 55 punt jew aktar.

(128)  L-istudji juru li l-investiment kapitali jkun faċilment disponibbli minn sorsi differenti għal “investiment ekoloġiku”, iżda li m'hemmx biżżejjed proposti (“bankabbli”) ippreparati sew. Dan huwa maħsub li jnaqqas dan id-distakk permezz ta' sejħa speċifika li tindirizza lill-iżviluppaturi ta' proġetti (potenzjalment) ekonomikament vijabbli li jkollhom il-potenzjal li joħolqu impatt ambjentali jew ta' azzjoni klimatika sinifikanti meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi ġenerali stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament LIFE.

(*13)  Proposta għal proġett trid iġġib tal-anqas il-punteġġ minimu meħtieġ għal kull kriterju tal-għoti, u t-total ta' punti għall-kriterji li għalihom ġie stabbilit punteġġ minimu jrid ikun ekwivalenti għal 55 punt jew aktar.

(129)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (RAF) (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(130)  Filwaqt li l-proġetti li jkollhom l-għan li jikkumpensaw għall-ħsara fis-siti ta' Natura 2000, skont l-Artikolu 6.4 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats mhumiex eliġibbli għall-finanzjament skont l-NCFF, jistgħu jiġu implimentati miżuri ta' kumpens għall-ħsara f'postijiet oħra fis-siti ta' Natura 2000 jew f'modi oħra li jikkontribwixxu għall-koerenza tan-netwerk u li huma eliġibbli skont l-NCFF.

(131)  Il-ġerarkija tal-mitigazzjoni tinvolvi: (1) L-evitar jew il-prevenzjoni ta' impatti negattivi fuq l-ambjent b'mod ġenerali u b'mod partikolari l-bijodiversità; (2) Il-minimizzazzjoni u r-riabilitazzjoni ta' effetti fuq il-post tal-iżvilupp jekk l-impatti ma jistgħux jiġu evitati; u (3) Miżuri ta' tpaċija/kumpens li jittieħdu bħala l-aħħar soluzzjoni (fuq il-post jew mhux fuq il-post) għall-impatti residwi negattivi.

(132)  http://ec.europa.eu/environment/life/toolkit/pmtools/life2014_2020/monitoring.htm

(133)  Minħabba l-approċċ minn isfel għal fuq u l-varjetà kbira ta' sfidi ambjentali u tat-tibdil fil-klima indirizzati mill-programm LIFE u l-fondi limitati disponibbli biex dawn jiġu indirizzati, minkejja l-introduzzjoni ta' prijoritajiet tematiċi u ta' suġġetti tal-proġetti, l-adozzjoni ta' proġetti f'oqsma speċifiċi hija inċerta u l-miri kwantitattivi b'hekk ma jistgħux jiġu ddefiniti ex ante għall-biċċa l-kbira tal-oqsma ta' prijorità koperti u l-objettivi segwiti, bl-eċċezzjoni tal-prijoritajiet tematiċi għan-natura.

(134)  Mistenni li bejn l-2015 u l-2017, l-istatus ekoloġiku ta' 6 900 korp tal-ilma madwar l-Unjoni se jitjieb, bi 1,4 % minnhom (100) minħabba l-kontribut tal-programm LIFE.