ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 36

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
9 ta' Frar 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/188 tal-21 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1394/2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd pelaġiku fl-ilmijiet tal-Lbiċ

1

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2018/189 tat-23 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1395/2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana

4

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/190 tal-24 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1393/2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd pelaġiku fl-ilmijiet tal-Majjistral

8

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/191 tat-30 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku, fir-rigward tal-istokkijiet tal-pixxispad tal-Mediterran

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/192 tat-8 ta' Frar 2018 li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-laboratorji ta' referenza tal-UE fil-qasam tal-kontaminanti fl-għalf u fl-ikel

15

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/193 tas-7 ta' Frar 2018 li tawtorizza laboratorji fil-Brażil u fil-Federazzjoni Russa jwettqu t-testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effikaċja tat-tilqim kontra r-rabja fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa (notifikata bid-dokument C(2018) 593)  ( 1 )

18

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2018/194 tat-8 ta' Frar 2018 li tistabbilixxi mudelli għad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet għall-intitolamenti ta' riżorsi proprji u formola għar-rapporti dwar ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati korrispondenti għall-intitolamenti għar-riżorsi proprji skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014

20

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2018/195 tat-8 ta' Frar 2018 li tistabbilixxi formoli għar-rapportar dwar frodi u irregolaritajiet li jaffettwaw l-intitolamenti għar-riżorsi proprji tradizzjonali u dwar spezzjonijiet dwar ir-riżorsi proprji tradizzjonali skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 608/2014

33

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/12 tat-8 ta' Jannar 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea ( ĠU L 4, 9.1.2018 )

38

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/16 tat-8 ta' Jannar 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea ( ĠU L 4, 9.1.2018 )

38

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

9.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 36/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/188

tal-21 ta' Novembru 2017

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1394/2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd pelaġiku fl-ilmijiet tal-Lbiċ

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 15(6) u 18(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu l-għan li jelimina b'mod progressiv il-qbid skartat fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għall-qabdiet ta' speċijiet li huma soġġetti għal-limiti ta' qbid.

(2)

L-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta pjanijiet għall-iskartar tal-ħut permezz ta' atti delegati għal perjodu ta' mhux iktar minn tliet snin u li jista' jiġġedded darba abbażi tar-rakkomandazzjonijiet konġunti żviluppati mill-Istati Membri b'konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti.

(3)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1394/2014 (2) jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd pelaġiku fl-ilmijiet tal-Lbiċ sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art permezz ta' ċerti mekkaniżmi ta' flessibbiltà.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 15(5)(c) (ii), li fost l-oħrajn, ipprovda pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċerti eżenzjonijiet mill-obbligu li jħottu l-art il-qabdiet kollha, minħabba spejjeż sproporzjonati tal-ġestjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa, għal dawk l-irkapti tas-sajd meta l-qabdiet mhux mixtieqa għal kull irkaptu tas-sajd ma jirrappreżentawx aktar minn ċertu perċentwal tal-qabda totali annwali ta' dak l-irkaptu (“eżenzjonijiet de minimis”).

(5)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1394/2014, il-pjan għall-iskartar tal-ħut jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017.

(6)

Il-Belġju, Franza, in-Netherlands, il-Portugall u Spanja għandhom interess ta' ġestjoni tas-sajd dirett fl-ilmijiet tal-Lbiċ. Wara li kkonsultaw mal-Kunsill Konsultattiv għall-Ilmijiet tal-Lbiċ u mal-Kunsill Konsultattiv għas-Sajd Pelaġiku, fit-2 ta' Ġunju 2017 dawk l-Istati Membri ppreżentaw rakkomandazzjoni konġunta lill-Kummissjoni.

(7)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta ssuġġeriet li d-durata ta' eżenzjonijiet de minimis stabbilita fi pjan għall-iskartar tal-ħut tiġi estiża għal-livelli ta' qbid skartat riveduti li ġejjin:

sa massimu ta' 6 % fl-2018, u 5 % fl-2019 u fl-2020, tat-total tal-qabdiet annwali għall-istokkafixx, maqbuda fis-sajd industrijali bit-tkarkir għal ħut pelaġiku fid-diviżjoni VIII tal-ICES;

sa massimu ta' 6 % fl-2018, u 5 % fl-2019 u fl-2020, tat-total tal-qabdiet annwali għall-alonga, maqbuda fis-sajd pelaġiku kbir bl-użu ta' xbieki tat-tkarkir bil-paranzi tal-fond nofsani fid-diviżjoni VIII tal-ICES;

sa massimu ta' 4 % fl-2018, fl-2019 u fl-2020, tat-total tal-qabdiet annwali għall-inċova, għall-kavalli u għas-sawrell, maqbuda fis-sajd pelaġiku bit-tkarkir fid-diviżjoni VIII tal-ICES;

sa massimu ta' 4 % fl-2018, fl-2019 u fl-2020, tat-total tal-qabdiet annwali għas-sawrell, għas-sawrell ikħal u għall-kavalli, u ta' 1 % fl-2018, fl-2019 u fl-2020 tat-total tal-qabdiet annwali ta' inċova, maqbuda fis-sajd bil-purse seine fid-diviżjonijiet VIII, IX, X tal-ICES u d-diviżjonijiet 34.1.1, 34.1.2, 34.2.0 tas-CECAF.

(8)

Sabiex jiġġustifikaw l-eżenzjonijiet de minimis suġġeriti, l-Istati Membri pprovdew evidenza dwar l-ispejjeż sproporzjonati ta' ġestjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa tal-attivitajiet tas-sajd rilevanti. L-evidenza ġiet analizzata mill-Grupp ta' Ħidma tal-Esperti tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) li kkonkluda li r-rakkomandazzjonijiet konġunti fihom argumenti raġunati relatati mal-ispejjeż sproporzjonati fil-ġestjoni ta' qabdiet mhux mixtieqa, appoġġjati f'xi każijiet b'valutazzjoni kwalitattiva tal-ispejjeż. Fid-dawl ta' dan kollu u fin-nuqqas ta' informazzjoni xjentifika differenti, huwa xieraq li d-durata tal-eżenzjonijiet de minimis tiġi estiża f'konformità mal-livelli ta' perċentwal proposti fir-rakkomandazzjoni konġunta u f'livelli li ma jaqbżux dawk permessi skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(9)

L-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1394/2014 jipprevedu rispettivament eżenzjoni tas-sopravivenza għall-inċova, għas-sawrell, għas-sawrell ikħal u għall-kavalli maqbuda f'sajd artiġjanali bil-purse seine u għal daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni speċifiku għall-inċova. Dawk il-miżuri ġew evalwati b'mod pożittiv mill-STECF fl-2014. Il-Kummissjoni tqis li l-evidenza li fuqha kienet ibbażata din l-evalwazzjoni tibqa' valida għat-tliet snin li ġejjin. Għalhekk huwa xieraq li l-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri tiġi estiża sal-2020.

(10)

Għaldaqstant ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1394/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(11)

Billi l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament iħallu impatt dirett fuq l-attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-istaġun tas-sajd u mal-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, jinħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Billi l-pjan għall-iskartar tal-ħut stabbilit mir-Regolament Delegat (UE) Nru 1394/2014 se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Jannar 2018,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1394/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Eżenzjonijiet de minimis

B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu skartati l-kwanitatijiet li ġejjin:

(a)

sa massimu ta' 6 % fl-2018, u 5 % fl-2019 u fl-2020, tat-total tal-qabdiet annwali ta' stokkafixx fis-sajd industrijali bit-tkarkir għal ħut pelaġiku, immirat għall-istokkafixx fid-diviżjoni VIII tal-ICES bl-użu ta' xbieki tat-tkarkir tal-fond nofsani (OTM) u li jipproċessa dik l-ispeċi abbord sabiex tinkiseb bażi tas-surimi;

(b)

sa massimu ta' 6 % fl-2018, u 5 % fl-2019 u fl-2020, tat-total tal-qabdiet annwali għall-alonga, fis-sajd pelaġiku kbir, immirat għall-alonga fid-diviżjoni VIII tal-ICES bl-użu ta' xbieki tat-tkarkir bil-paranzi tal-fond nofsani (PTM);

(c)

sa massimu ta' 4 % fl-2018, fl-2019 u fl-2020, tat-total tal-qabdiet annwali għall-inċova, għall-kavalli u għas-sawrell, fis-sajd pelaġiku bit-tkarkir, immirat għall-inċova, għall-kavalli u għas-sawrell fid-diviżjoni VIII tal-ICES bl-użu ta' xbieki tat-tkarkir tal-fond nofsani (OTM);

(d)

sa massimu ta' 4 % fl-2018, fl-2019 u fl-2020, tat-total tal-qabdiet annwali għas-sawrell, għas-sawrell ikħal u għall-kavalli, u ta' 1 % fl-2018, fl-2019 u fl-2020 tat-total tal-qabdiet annwali ta' inċova, fis-sajd immirat għas-sawrell, għas-sawrell ikħal u għall-kavalli u għall-inċova fid-diviżjonijiet VIII, IX, X tal-ICES u d-diviżjonijiet 34.1.1, 34.1.2, 34.2.0 tas-CECAF bl-użu tal-purse seines (PS).”

(2)

Fl-Artikolu 5, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2020.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1394/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd għal ħut pelaġiku fl-ilmijiet tal-Lbiċ (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 31).


9.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 36/4


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/189

tat-23 ta' Novembru 2017

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1395/2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 15(6) u 18(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu l-għan li jelimina b'mod progressiv il-qbid skartat fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għall-qabdiet ta' speċijiet li huma soġġetti għal-limiti ta' qbid.

(2)

L-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta pjanijiet għall-iskartar tal-ħut permezz ta' atti delegati għal perjodu ta' mhux iktar minn tliet snin u li jista' jiġġedded darba abbażi tar-rakkomandazzjonijiet konġunti żviluppati mill-Istati Membri b'konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti.

(3)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 (2) stabbilixxa pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art permezz ta' ċerti mekkaniżmi ta' flessibbiltà.

(4)

L-eżenzjonijiet mill-obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha jistgħu jiġu speċifikati b'konformità mal-Artikolu 15(5)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 meta l-evidenza xjentifika tindika li ż-żieda tas-selettività tkun diffiċli ħafna jew li l-ġestjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa ġġib magħha spejjeż sproporzjonati (“eżenzjonijiet de minimis”).

(5)

Il-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, in-Netherlands, l-Iżvezja u r-Renju Unit għandhom interess ta' ġestjoni tas-sajd dirett fil-Baħar tat-Tramuntana. Wara li kkonsultaw mal-Kunsill Konsultattiv għall-Baħar tat-Tramuntana u mal-Kunsill Konsultattiv għas-Sajd Pelaġiku, fil-31 ta' Mejju 2017 dawk l-Istati Membri ppreżentaw rakkomandazzjoni konġunta lill-Kummissjoni.

(6)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta tissuġġerixxi li għas-snin 2018, 2019 u 2020 tiġi stabbilita eżenzjoni de minimis sa massimu ta' 1 % tat-total tal-qabdiet annwali għall-kavalli, għas-sawrell, għall-aringi u għall-istokkafixx fis-sajd ta' ħut pelaġiku żgħir b'bastimenti tat-tkarkir b'irkaptu tan-nofs fond (OTM u PTM) b'tul globali ta' 25 m, immirat għall-kavalli, għas-sawrell u għall-aringi fid-diviżjonijiet IVb u c tal-ICES fin-Nofsinhar ta' 54 grad tat-Tramuntana.

(7)

L-Istati Membri pprovdew evidenza xjentifika sabiex juru li l-ġestjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa fis-sajd rilevanti ġġib magħha spejjeż sproporzjonati. Dik l-evidenza ġiet analizzata mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). L-STECF innota li l-eżenzjoni de minimis tista' tipprovdi inċentiv lill-flotot involuti biex jadattaw l-imġiba tagħhom u jkomplu jirriċerkaw dwar modi ta' kif tista' tittejjeb is-selettività. Għalhekk, l-eżenzjoni kkonċernata li qed tiġi ssuġġerita tista' tiġi inkluża fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1395/2014.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li d-durata tal-pjan għall-iskartar tal-ħut tiġi estiża sal-31 ta' Diċembru 2020.

(9)

L-Artikoli 2, 4 u 4a tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1395/2014 jipprevedu rispettivament eżenzjoni tas-sopravivenza għall-kavalli u għall-aringi maqbuda f'sajd bil-purse seine, għad-dokumentazzjoni tal-qabdiet u għall-miżuri tekniċi għas-sajd tal-laċċ ikħal. Il-miżura dwar l-eżenzjoni tas-sopravivenza ġiet evalwata b'mod pożittiv mill-STECF fl-2014 u l-miżuri tekniċi dwar is-sajd għal-laċċ ikħal ġew evalwati b'mod pożittiv mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) fl-2017. Il-Kummissjoni tqis li l-evidenza li fuqha kienet ibbażata dik l-evalwazzjoni tibqa' valida għat-tliet snin li ġejjin. Għalhekk huwa xieraq li l-applikazzjoni tal-miżuri tiġi estiża sal-2020.

(10)

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1395/2014 u l-Anness tiegħu jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(11)

Billi l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament iħallu impatt dirett fuq l-attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-istaġun tas-sajd u mal-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Billi l-pjan għall-iskartar tal-ħut stabbilit mir-Regolament Delegat (UE) Nru 1395/2014 se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Jannar 2018,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1395/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, l-intestatura tinbidel b'dan li ġej: “Eżenzjoni de minimis fis-snin 2015 u 2016”

(2)

Jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:

“Artikolu 3a

Eżenzjoni de minimis fis-snin 2018, 2019 u 2020

“B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, sa massimu ta' 1 % tat-total tal-qabdiet annwali għall-kavalli, għas-sawrell, għall-aringi u għall-istokkafixx fis-sajd pelaġiku li jsir b'bastimenti tat-tkarkir pelaġiċi b'tul globali ta' sa 25 m, bl-użu ta' rkaptu tan-nofs fond (OTM/PTM), immirat għall-kavalli, għas-sawrell u għall-aringi fid-diviżjonijiet IVb u c tal-ICES fin-Nofsinhar ta' 54 grad tat-Tramuntana jistgħu jiġu skartati fl-2018, fl-2019 u fl-2020.””

(3)

Fl-Artikolu 5, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2020.”

(4)

L-Anness jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22 .

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 35).


ANNESS

ANNESS

1.

Sajd pelaġiku żgħir fiż-żona IIIa tal-ICES (Skagerrak and Kattegat):

Il-kodiċi

Irkaptu tas-sajd pelaġiku

Speċijiet fil-mira

OTM u PTM

Xibka tat-tkarkir tan-nofs fond u xibka tat-tkarkir tan-nofs fond tal-par

Aringi, kavalli, stokkafixx, sawrell, laċċ ikħal (għall-konsum mill-bniedem)

PS

Purse seine

Aringi, kavalli, sawrell, laċċ ikħal (għall-konsum mill-bniedem)

OTB u PTB (1)

Xibka tat-tkarkir tal-qiegħ bid-diriġenti u xibka tat-tkarkir tal-qiegħ bil-paranzi

Aringi, kavalli, laċċ ikħal (għall-konsum mill-bniedem)

GNS u GND (2)

Għeżula ankrati (fissi) u għeżula (mitluqa)

Kavalli, aringi

LLS, LHP

Lenzi twal fissi, xlief tal-idejn u xlief tal-qasba (operati bl-idejn) u xlief tal-idejn u xlief tal-qasba (mekkanizzati)

Kavalli

MIS

Irkaptu differenti, inklużi nases, nases tal-ħut u xbiek nassa

Kavalli, aringi, laċċ ikħal (għall-konsum mill-bniedem)

2.

Sajd pelaġiku żgħir fiż-żona IV tal-ICES (il-Baħar tat-Tramuntana).

Il-kodiċi

Irkaptu tas-sajd pelaġiku

Speċijiet tal-kwota fil-mira

OTM u PTM

Xibka tat-tkarkir tan-nofs fond bid-diriġenti u xibka tat-tkarkir tan-nofs fond bil-paranzi (inkluż. TR3)

Aringi, kavalli, sawrell, arġentina silus, stokkafixx, laċċ ikħal (għall-konsum mill-bniedem)

PS

Purse seine

Aringi, kavalli, sawrell, stokkafixx

GNS u GND (3)

Għeżula ankrati (fissi) u għeżula (mitluqa)

Kavalli, aringi

GTR

Pariti

Kavalli

LLS, LHP u LHM

Lenzi twal fissi, xlief tal-idejn u xlief tal-qasba (operati bl-idejn) u xlief tal-idejn u xlief tal-qasba (mekkanizzati)

Kavalli

MIS

Irkaptu differenti, inklużi nases, nases tal-ħut u xbiek nassa

Aringi, laċċ ikħal (għall-konsum mill-bniedem)

3.

Bastimenti oħra li jistadu għall-ispeċijiet pelaġiċi żgħar imsemmija fl-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li mhumiex koperti mill-punti 1 u 2 ta' dan l-Anness.

4.

Sajd industrijali fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIIa u IV tal-ICES:

Il-kodiċi

Irkaptu tas-sajd

Speċijiet tal-kwota fil-mira

Kull xibka tat-tkarkir

Xibka tat-tkarkir b'malji ta' daqs inqas minn 32 mm

Ċiċċirell, laċċ ikħal, merluzz tan-Norveġja

PS

Purse seines

Ċiċċirell, laċċ ikħal, merluzz tan-Norveġja


(1)  Xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ bid-diriġenti u xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ bil-paranzi b'malji ta' daqs < 70 mm

(2)  Malji ta' daqs 50 – 99 mm

(3)  Malji ta' daqs 50 – 90 mm


9.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 36/8


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/190

tal-24 ta' Novembru 2017

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1393/2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd pelaġiku fl-ilmijiet tal-Majjistral

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 15(6) u 18(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu l-għan li jelimina b'mod progressiv il-qbid skartat fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għall-qabdiet ta' speċijiet li huma suġġetti għal-limiti ta' qbid.

(2)

L-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta pjanijiet għall-iskartar tal-ħut permezz ta' atti delegati għal perjodu ta' mhux iktar minn tliet snin u li jista' jiġġedded darba abbażi tar-rakkomandazzjonijiet konġunti żviluppati mill-Istati Membri b'konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti.

(3)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1393/2014 (2) stabbilixxa pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd pelaġiku fl-ilmijiet tal-Majjistral sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art permezz ta' ċerti mekkaniżmi ta' flessibbiltà.

(4)

Il-Belġju, Franza, l-Irlanda, in-Netherlands, Spanja u r-Renju Unit għandhom interess ta' ġestjoni tas-sajd dirett fil-Baħar tat-Tramuntana. Wara li kkonsultaw mal-Kunsill Konsultattiv għall-Ilmijiet tal-Majjistral u mal-Kunsill Konsultattiv għas-Sajd Pelaġiku, fil-31 ta' Mejju 2017, dawk l-Istati Membri ppreżentaw rakkomandazzjoni konġunta lill-Kummissjoni.

(5)

L-eżenzjonijiet mill-obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha jistgħu jiġu speċifikati b'konformità mal-Artikolu 15(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 fir-rigward ta' speċijiet li għalhom l-evidenza xjentifika turi rati għolja ta' sopravvivenza (“eżenzjonijiet għas-sopravvivenza”).

(6)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta tissuġġerixxi li tiġi applikata, taħt ċerti kundizzjonijiet, eżenzjoni għas-sopravvivenza fl-2019 u fl-2020 għall-kavalli u għall-aringi maqbuda fis-sajd bit-tarturun tal-lampara, immirata għal speċijiet bla kwota fid-diviżjonijiet VIIe u VIIf tal-ICES. L-evidenza pprovduta mill-Istati Membri sabiex jiġġustifikaw l-eżenzjoni ġiet analizzata mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) L-STECF ikkonkluda li l-evidenza li tappoġġa l-eżenzjoni ssuġġerita kienet simili għal dik li tiġġustifika eżenzjonijiet oħra inklużi fi pjan preċedenti għall-iskartar tal-ħut u din kienet diġà ġiet ivvalutata qabel mill-STECF. L-eżenzjonijiet mill-obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha jistgħu jiġu speċifikati wkoll b'konformità mal-Artikolu 15(5)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 meta l-evidenza xjentifika tindika li ż-żieda tas-selettività tkun diffiċli ħafna jew li l-ġestjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa ġġib magħha spejjeż sproporzjonati (“eżenzjonijiet de minimis”).

(7)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta tissuġġerixxi eżenzjoni de minimis sa massimu ta' 6 % fl-2018, u ta' 5 % fl-2019 u fl-2020, tat-total tal-qabdiet annwali ta' stokkafixx (Micromesistius poutassou) fis-sajd industrijali bit-tkarkir għal ħut pelaġiku, immirat għal dik l-ispeċi fid-diviżjonijiet Vb, VI u VII tal-ICES u l-ipproċessar ta' dik l-ispeċi abbord sabiex tinkiseb bażi tas-surimi. L-Istati Membri kkonċernati pprovdew evidenza sabiex juru li ż-żieda tas-selettività ma tistax tinkiseb u li l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa huma sproporzjonati. L-STECF analizza l-eżenzjoni ssuġġerita u kkonkluda li l-argumenti tagħha huma raġunati biżżejjed. Għalhekk, l-eżenzjoni li qed tiġi ssuġġerita tista' tiġi inkluża fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1393/2014.

(8)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta tissuġġerixxi eżenzjoni de minimis sa massimu ta' 6 % fl-2018, u ta' 5 % fl-2019 u fl-2020, tat-total tal-qabdiet annwali ta' alonga (Thunnus alalunga) fis-sajd immirat għall-alonga bl-użu ta' xbieki tat-tkarkir bil-paranza tal-fond nofsani (PTM) fid-diviżjoni VII tal-ICES. L-Istati Membri pprovdew evidenza sabiex juru li l-ispejjeż tal-ħżin u tal-ġestjoni, fil-baħar u fuq l-art, tal-qabdiet mhux mixtieqa huma sproporzjonati. L-evidenza pprovduta mill-Istati Membri ġiet analizzata mill-STECF. Fl-evalwazzjoni tiegħu, l-STECF esprima r-riskju tas-selezzjoni kwalitattiva. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġi nnotat li skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 19a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/1998 (3), il-projbizzjoni tal-iskartar tal-ħut mhix applikabbli għal qabdiet ta' speċijiet li huma eżentati mill-obligu ta' ħatt fl-art b'konformità mal-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Għalhekk, l-eżenzjoni li qed tiġi ssuġġerita tista' tiġi inkluża fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1393/2014.

(9)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta tissuġġerixxi li fis-snin 2018, 2019 u 2020 tiġi applikata eżenzjoni de minimis sa massimu ta' 1 % tat-total tal-qabdiet annwali għall-kavalli (Scomber scombrus), għas-sawrell (Trachurus ssp.), għall-aringi (Clupea harengus) u għall-istokkafixx (Merlangius Merlangus) fis-sajd ta' ħut pelaġiku żgħir li jsir b'bastimenti tat-tkarkir b'irkaptu tan-nofs fond (OTM u PTM) b'tul globali ta' sa 25 m u mmirat għall-kavalli, għas-sawrell u għall-aringi fid-diviżjoni VIId tal-ICES. L-evidenza pprovduta mill-Istati Membri sabiex jappoġġaw l-eżenzjoni ssuġġerita ġiet analizzata mill-STECF. L-STECF innota li l-eżenzjoni de minimis tista' tipprovdi inċentiv lill-flotot involuti biex jadattaw l-imġiba tagħhom u jkomplu jirriċerkaw dwar modi ta' kif tista' tittejjeb is-selettività. Għalhekk, l-eżenzjoni kkonċernata tista' tiġi inkluża fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1393/2014.

(10)

Konsegwentement, jenħtieġ li d-durata tal-pjan għall-iskartar tal-ħut tiġi estiża sal-31 ta' Diċembru 2020.

(11)

L-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1393/2014 jipprevedi rispettivament eżenzjoni tas-sopravvivenza għall-kavalli u għall-aringi maqbuda f'sajd bil-purse seine. Din il-miżura ġiet evalwata b'mod pożittiv mill-STECF fl-2014. Il-Kummissjoni tqis li l-evidenza li fuqha kienet ibbażata dik l-evalwazzjoni tibqa' valida għat-tliet snin li ġejjin. Għalhekk huwa xieraq li l-applikazzjoni ta' din il-miżura tiġi estiża sal-2020.

(12)

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1393/2014 u l-Anness tiegħu jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(13)

Billi l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament iħallu impatt dirett fuq l-attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-istaġun tas-sajd u mal-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Billi l-pjan għall-iskartar tal-ħut stabbilit mir-Regolament Delegat (UE) Nru 1393/2014 se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Jannar 2018,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1393/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

“6.   B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-obbligu ta' ħatt l-art ma għandux ikun applikabbli fl-2019 u fl-2020 għal qabdiet tal-kavalli u tal-aringi fis-sajd bit-tarturun tal-lampara immirat għal speċijiet pelaġiċi li mhumiex suġġetti għal kwoti fid-diviżjonijiet VIIe u VIIf tal-ICES, jekk ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament ikunu ssodisfati mutatis mutandis.”

(2)

Fl-Artikolu 3, l-intestatura tinbidel b'dan li ġej: Eżenzjonijiet “de minimis fis-snin 2015, 2016 u 2017”.

(3)

Jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:

“Artikolu 3a

Eżenzjonijiet de minimis fis-snin 2018, 2019 u 2020

‘B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu skartati l-kwanitatijiet li ġejjin:

(a)

sa massimu ta' 6 % fl-2018, u ta' 5 % fl-2019 u fl-2020, tat-total tal-qabdiet annwali ta' stokkafixx (Micromesistius poutassou) fis-sajd industrijali bit-tkarkir għal ħut pelaġiku, immirat għal dik l-ispeċi fid-diviżjonijiet Vb, VI u VII tal-ICES u l-ipproċessar ta' dik l-ispeċi abbord sabiex tinkiseb bażi tas-surimi.

(b)

sa massimu ta' 6 % fl-2018, u ta' 5 % fl-2019 u fl-2020, tat-total tal-qabdiet annwali għall-alonga (Thunnus alalunga) fis-sajd immirat għall-alonga bl-użu ta' xbieki tat-tkarkir bil-paranzi tal-fond nofsani (PTM) fis-subżona VII tal-ICES;

(c)

sa massimu ta' 1 % fl-2018, fl-2019 u fl-2020, tat-total tal-qabdiet annwali għall-kavalli, (Scomber scombrus), għas-sawrell (Trachurus spp.), għall-aringi (Clupea harengus) u għall-istokkafixx (Merlangius merlangus) fis-sajd li jsir b'bastimenti tat-tkarkir pelaġiċi b'tul globali ta' sa 25 m, bl-użu ta' xbieki tat-tkarkir bil-paranza tal-fond nofsani (OTM u PTM) u mmirat għall-kavalli, għas-sawrell u għall-aringi fid-diviżjoni VIId tal-ICES.”.

(4)

Fl-Artikolu 5, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2020.”

(5)

L-Anness jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1393/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd għal ħut pelaġiku fl-ilmijiet tal-Majjistral (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 25).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1).


ANNESS

1.

Sajd fiż-żoni Vb, VIa, VIb tal-ICES

Il-kodiċi

Irkaptu tas-sajd pelaġiku

Speċijiet tal-kwota fil-mira

OTB

Xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti – tal-qiegħ

Kavalli, aringi, sawrell, stokkafixx, minfaħ, arġentina

OTM

Xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti tan-nofs fond, oħrajn

Kavalli, aringi, sawrell, stokkafixx, minfaħ, arġentina

PTB

Xbieki tat-tkarkir bil-paranzi – tal-qiegħ (oħrajn)

Kavalli

PTM

Xbieki tat-tkarkir bil-paranzi – tan-nofs fond

Aringi, kavalli u sawrell

PS

Purse seines

Kavalli, stokkafixx

LHM

Xlief tal-idejn

Kavalli

LTL

Xlief tas-sajd bir-rixa

Kavalli

2.

Sajd fiż-żoni VII tal-ICES (esklużi ż-żoni VIIa, VIId u VIIe tal-ICES)

Il-kodiċi

Irkaptu tas-sajd pelaġiku

Speċijiet tal-kwota fil-mira

LHM

Xlief tal-idejn

Kavalli

LTL

Xlief tas-sajd bir-rixa u xlief u bastun

Alongi

PTM

Xbieki tat-tkarkir bil-paranzi – tan-nofs fond

Stokkafixx, kavalli, sawrell, alongi, minfaħ, aringi

OTM

Xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti – tan-nofs fond

Stokkafixx, kavalli, sawrell, alongi, minfaħ, aringi

OTB

Xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti – tal-qiegħ

Aringi

PS

Purse seines

Kavalli, sawrell

3.

Sajd fiż-żoni VIId u VIIe tal-ICES:

Il-kodiċi

Irkaptu tas-sajd pelaġiku

Speċijiet tal-kwota fil-mira

OTB

Xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti (mhux speċifikat)

Laċċa kaħla

GND

Għeżula tat-tisqif

Kavalli, aringi

LHM

Xlief tal-idejn u bastun

Kavalli

OTM

Xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti – tan-nofs fond (oħrajn)

Laċċ ikħal, sawrell, kavalli, aringi, minfaħ

PTM

Xbieki tat-tkarkir bil-paranzi — tan-nofs fond (oħrajn)

Sawrell

PS

Purse seines

Kavalli, sawrell

4.

Sajd fiż-żona VIIa tal-ICES:

Il-kodiċi

Irkaptu tas-sajd pelaġiku

Speċijiet tal-kwota fil-mira

OTM

Xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti – tan-nofs fond

Aringi

PTM

Xbieki tat-tkarkir bil-paranzi – tan-nofs fond

Aringi

LHM

Xlief tal-idejn

Kavalli

GNS

Għeżula

Aringi


9.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 36/13


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/191

tat-30 ta' Novembru 2017

li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku, fir-rigward tal-istokkijiet tal-pixxispad tal-Mediterran

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex jiġi protett il-pixxispad mhux matur, il-paragrafi 15 u 17 tar-Rakkomandazzjoni 16-05 tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) jipprevedu daqs minimu għall-pixxispad maqbud fil-Mediterran. Il-qabdiet u l-qabdiet inċidentali ta' pixxispad iżgħar minn dan id-daqs minimu, inkluż is-sajd sportiv u rikreattiv, m'għandhomx jinżammu abbord il-bastiment tas-sajd, jiġu ttrażbordati, jinħattu l-art, jiġu trasportati, jinħażnu, jibiegħu, jintwerew jew jiġu offruti għall-bejgħ.

(2)

Barra minn hekk, skont il-paragrafu 17 tar-Rakkomandazzjoni 16-05, il-bastimenti li jkunu qed jistadu b'mod attiv għall-pixxispad għandhom iwarrbu il-qabdiet inċidentali ta' pixxispad iżgħar mid-daqs minimu li jaqbeż il-5 % tal-qabda totali ta' pixxispad tagħhom.

(3)

Għas-sajd sportiv u rikreattiv, il-paragrafi 23 u 26 tar-Rakkomandazzjoni 16-05 tal-ICCAT jistabbilixxu li għandhom ikunu pprojbiti l-qbid, iż-żamma abbord, it-trasbord jew il-ħatt l-art ta' aktar minn pixxispad tal-Mediterran wieħed għal kull bastiment kuljum. Miżuri neċessarji għandhom ikunu fis-seħħ sabiex jiżguraw, sa fejn huwa l-aktar possibbli, ir-rilaxx ta' pixxispad tal-Mediterran li jinqabad ħaj waqt sajd sportiv u ta' rikreazzjoni, speċjalment dak mhux matur.

(4)

Il-paragrafu 30 tar-Rakkomandazzjoni 16-05 tal-ICCAT jistabbilixxi li bastimenti li mhumiex awtorizzati jistadu b'mod attiv għall-pixxispad tal-Mediterran jistgħu jżommu abbord qbid ta' pixxispad li ma jaqbiżx il-limitu massimu ta' qbid inċidentali għal kull bastiment u għal kull operazzjoni ta' sajd. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-limitu tal-qabdiet inċidentali fil-pjanijiet tas-sajd annwali tagħhom u jirrapportawh lill-Kummissjoni. Il-bastimenti li mhumiex awtorizzati jistadu b'mod attiv għall-pixxispad tal-Mediterran m'għandux iżommu abbord qabdiet inċidentali ta' pixxispad tal-Mediterran li jaqbżu l-limiti tal-pjanijiet annwali nazzjonali tas-sajd.

(5)

Biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn ir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 16-05 u l-liġi tal-Unjoni Ewropea, l-obbligu ta' ħatt l-art fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandux japplika għall-bastimenti tal-Unjoni li jipparteċipaw f'sajd tal-pixxispad tal-Mediterran.

(6)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 (2) għandu jiġi emendat biex jinkludi dispożizzjonijiet ġodda li jirriflettu l-kundizzjonijiet għas-sajd stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 16-05 tal-ICCAT.

(7)

B'konformità mal-iskadenzi li ġew stabbiliti fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/98 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu tal-Artikolu 5 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Pixxispad fl-Oċean Atlantiku”;

(b)

Jitħassar il-paragrafu 1;

(c)

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandu jkun ipprojbit li pixxispad (Xiphias gladius) iżgħar mid-daqs minimu stipulat fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 520/2007 jiġi mistad, jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jinħatt l-art, jiġi ttrasportat, jiġi maħżun, jintwera jew jiġi offrut għall-bejgħ, jinbiegħ jew jiġi kkumerċjalizzat.”

(2)

L-Artikolu l-ġdid 5a huwa inserit kif ġej:

“Artikolu 5a

Pixxispad tal-Mediterran

(1)   B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandu jkun ipprojbit li qabdiet u qabdiet inċidentali tal-pixxispad (Xiphias gladius) inklużi dawk minn sajd sportiv u rikjeattiv jiġu mistada, jinżammu abbord, jiġu trażbordati, jinħattu l-art, jiġu ttrasportati, jinħażnu, jinbiegħu, jintwerew jew jiġu offruti għall-bejgħ:

(a)

ta' qies inqas minn 100 cm mix-xedaq ta' isfel sal-furketta; jew

(b)

li jiżnu inqas minn 11,4 kg ta' piż sħiħ jew 10,2 kg piż bil-garġi mneħħija u mnaddaf mill-ġewwieni.

(2)   Minkejja l-paragrafu 1, bastimenti li jistadu b'mod attiv għall-pixxispad jistgħu iżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasferixxu, iħottu, jittrasportaw, jaħżnu, jbigħu, juru jew joffru għall-bejgħ qabdiet inċidentali ta' pixxispad iżgħar mid-daqs minimu, sakemm qabdiet bħal dawn ma jeċċedux 5 % skont il-piż jew in-numru ta' biċċiet tal-qabda totali ta' pixxispad minn bastimenti bħal dawn.

(3)   B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, bastimenti li ma jkunux qegħdin jistadu b'mod attiv għall-pixxispad m'għandhomx iżommu abbord pixxispad li jaqbeż il-limitu tal-qabdiet inċidentali li l-Istati Membri jistabbilixxu fil-pjanijiet annwali tas-sajd tagħhom għall-qabda totali abbord skont il-piż jew in-numru ta' biċċiet.

(4)   B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandhom ikunu pprojbiti is-sajd, iż-żamma abbord, it-trasbord jew il-ħatt l-art ta' aktar minn pixxispad wieħed għal kull bastiment kuljum fil-każ tas-sajd sportiv u rikreattiv. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw u jiffaċilitaw ir-rilaxx ta' pixxispad maqbud ħaj fil-qafas tas-sajd sportiv u rikreattiv.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (ĠU L 16, 23.1.2015, p. 23).


9.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 36/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/192

tat-8 ta' Frar 2018

li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-laboratorji ta' referenza tal-UE fil-qasam tal-kontaminanti fl-għalf u fl-ikel

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(5) u (6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi l-kompiti, id-dmirijiet u r-rekwiżiti ġenerali għal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea (il-laboratorji ta' referenza tal-UE) għall-ikel u l-għalf u għas-saħħa tal-annimali. Skont dak ir-Regolament il-laboratorji ta' referenza tal-UE huma responsabbli, b'mod partikolari, biex jipprovdu lill-laboratorji ta' referenza nazzjonali bid-dettalji tal-metodi analitiċi u biex jikkoordinaw l-applikazzjoni tat-tali metodi. Il-laboratorji ta' referenza tal-UE għall-ikel u l-għalf huma elenkati fil-Parti I tal-Anness VII ta' dak ir-Regolament. Fil-qasam tal-kontaminanti fl-għalf u fl-ikel, kienu ġew innominati laboratorju ta' referenza tal-UE għall-metalli tqal fl-għalf u fl-ikel, laboratorju ta' referenza tal-UE għall-mikotossini, laboratorju ta' referenza tal-UE għall-Idrokarbonji Poliċikliċi Aromatiċi (PAH) u laboratorju ta' referenza tal-UE għad-dijossini u l-(PCBs) fl-għalf u fl-ikel.

(2)

Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (il-JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, li ilu mill-2006 u għadu s'issa jospita l-laboratorju ta' referenza tal-UE għall-metalli tqal fl-għalf u fl-ikel, il-laboratorju ta' referenza tal-UE għall-Idrokarbonji Aromatiċi Poliċikliċi (PAHs) u l-laboratorju ta' referenza tal-UE għall-mikotossini fl-ikel u l-għalf, għarraf lid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari li b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2018, mhux se jibqa' jospita dawn il-laboratorji ta' referenza tal-UE.

(3)

F'dawn l-oqsma, l-effettività tal-kontrolli uffiċjali u tal-attivitajiet oħra ta' kontroll tiddependi mill-kwalità, mill-uniformità u mill-affidabbiltà tal-metodi ta' analiżi u mir-riżultati analitiċi mwettqa mil-laboratorji uffiċjali u hemm ħtieġa kontinwa biex jiġu promossi prattiki uniformi fl-użu tal-metodi analitiċi. Jeħtieġ li jinżamm laboratorju ta' referenza tal-UE f'dawn l-oqsma u, għalhekk li jiġu nnominati laboratorji ta' referenza ġodda tal-UE. Barra minn hekk, billi mill-2006 'l hawn, kienu ġew identifikati prijoritajiet ġodda fl-oqsma tal-metalli, tal-komposti nitroġeni, tal-kontaminanti tal-ipproċessar u tat-tossini tal-pjanti, jeħtieġ li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet u tal-kompiti tal-laboratorji ta' referenza ġodda tal-UE li se jiġu nnominati.

(4)

Jenħtieġ għalhekk li l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet u tal-kompiti tal-laboratorju ta' referenza tal-UE attwali għall-metalli tqal fl-għalf u fl-ikel jiġi estiż għall-metalli u l-komposti nitroġeniċi kollha fl-għalf u fl-ikel, dak tal-laboratorju ta' referenza tal-UE attwali għall-Idrokarbonji Poliċikliċi Aromatiċi (PAH) jiġi estiż għall-kontaminanti tal-ipproċessar kollha, u dak tal-laboratorju ta' referenza tal-UE attwali għall-mikotossini fl-għalf u fl-ikel, jiġi estiż għall-mikotossini u t-tossini tal-pjanti fl-għalf u fl-ikel.

(5)

Għalhekk, fit-23 ta' Jannar 2017, il-Kummissjoni nediet sejħa għal applikazzjonijiet biex jintagħżel u jiġi nnominat laboratorju ta' referenza tal-UE fl-oqsma msemmija hawn fuq. Jenħtieġ li l-laboratorju magħżul, l-Istitut Nazzjonali tal-Ikel, l-Università Teknika tad-Danimarka (id-Danimarka) jiġi nnominat bħala laboratorju ta' referenza tal-UE għall-metalli u l-komposti nitroġeniċi fl-għalf u fl-ikel, il-laboratorju l-Istitut Nazzjonali tal-Ikel, l-Università Teknika tad-Danimarka (id-Danimarka) bħala l-laboratorju ta' referenza tal-UE għall-kontaminanti tal-ipproċessar u l-laboratorju RIKILT (Stichting Wageningen Research) (in-Netherlands) bħala l-laboratorju ta' referenza tal-UE għall-mikotossini u t-tossini tal-pjanti fl-għalf u fl-ikel.

(6)

Minħabba l-importanza dejjem tikber tal-kontaminanti klorinati persistenti għajr il-PCBs u d-diossini, tal-kontaminanti brominati persistenti u tal-kontaminanti fluworinati persistenti għas-sikurezza tal-għalf u tal-ikel, huwa wkoll xieraq li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tal-laboratorju ta' referenza tal-UE għad-dijossini u l-PCBs fl-għalf u fl-ikel għall-pollutanti organiċi persistenti (POPs) aloġenati kollha fl-għalf u fl-ikel. Għalhekk, jenħtieġ li l-laboratorju ta' referenza tal-UE għad-dijossini u l-PCBs fl-għalf u fl-ikel jingħata l-isem ġdid ta' laboratorju ta' referenza tal-UE għall-pollutanti organiċi persistenti (POPs) aloġenati fl-għalf u fl-ikel sabiex jirrifletti din l-estensjoni fil-kamp ta' applikazzjoni.

(7)

Jenħtieġ għalhekk li l-Parti I tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti I tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS

Fil-Parti I tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-punti 18 sa 21 jinbidlu b'dan li ġej:

“18.

Laboratorju ta' referenza tal-UE għall-metalli u l-komposti nitroġenużi fl-għalf u fl-ikel

National Food Institute, Technical University of Denmark

Copenhagen

Id-Danimarka;

19.

Laboratorju ta' referenza tal-UE għall-mikotossini u t-tossini tal-pjanti fl-għalf u fl-ikel

RIKILT (Stichting Wageningen Research)

Wageningen

In-Netherlands;

20.

Laboratorju ta' referenza tal-UE għall-kontaminanti tal-ipproċessar

National Food Institute, Technical University of Denmark

Copenhagen

Id-Danimarka;

21.

Il-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pollutanti organiċi persistenti (POPs) aloġenati fl-għalf u fl-ikel

Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Freiburg

Freiburg

Il-Ġermanja;”


DEĊIŻJONIJIET

9.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 36/18


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/193

tas-7 ta' Frar 2018

li tawtorizza laboratorji fil-Brażil u fil-Federazzjoni Russa jwettqu t-testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effikaċja tat-tilqim kontra r-rabja fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa

(notifikata bid-dokument C(2018) 593)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta' Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta' testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effikaċja tat-tilqim kontra l-idrofobija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (2) tipprevedi sistema alternattiva għall-kwarantina għar-rabja, għad-dħul ta' ċerti karnivori domestiċi fl-Istati Membri. B'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 ta' dik id-Direttiva, dik is-sistema teħtieġ, fil-każ tal-importazzjoni ta' klieb, qtates u inmsa minn ċerti pajjiżi terzi, kontrolli fuq l-effikaċja tat-tilqim ta' dawk l-annimali bit-titrazzjoni tal-antikorpi.

(2)

Dawn il-kontrolli huma meħtieġa wkoll skont l-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) fir-rigward tal-moviment mhux kummerċjali ta' klieb, qtates u inmsa minn ċerti pajjiżi terzi.

(3)

Id-Deċiżjoni 2000/258/KE ħatret lill-Agence française de sécurité sanitaire des aliments (l-AFSSA) f'Nancy, Franza, bħala l-istitut speċifiku responsabbli mill-iffissar tal-kriterji meħtieġa biex jiġu standardizzati t-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effikaċja tat-tilqim kontra r-rabja. L-AFSSA issa ġiet integrata fl-Agence nationale de sécurité sanitaire de l'alimentation, de l'environnement et du travail (l-ANSES) fi Franza.

(4)

Fost l-oħrajn, id-Deċiżjoni 2000/258/KE tipprevedi li l-ANSES għandha tivvaluta l-laboratorji f'pajjiżi terzi li jkunu applikaw għall-approvazzjoni biex iwettqu t-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effikaċja tal-vaċċini kontra r-rabja.

(5)

L-awtorità kompetenti tal-Brażil ressqet applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorju “TECSA LABORATÓRIOS LTDA” f'Belo Horizonte, li għaliha l-ANSES stabbiliet u ressqet rapport ta' valutazzjoni favorevoli lill-Kummissjoni, bid-data tat-23 ta' Ottubru 2017.

(6)

L-awtorizzazzjoni mogħtija fil-31 ta' Jannar 2006 b'konformità mad-Deċiżjoni 2000/258/KE lill-“Instituto Pasteur” f'São Paulo, il-Brażil, ġiet irtirata b'konformita mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/436/UE (4) wara r-rapport ta' valutazzjoni sfavorevoli stabbilit mill-ANSES bid-data tat-30 ta' Settembru 2011 għal dan il-laboratorju u mressaq lill-Kummissjoni.

(7)

L-awtorità kompetenti tal-Brażil ressqet applikazzjoni għall-approvazzjoni mill-ġdid tal-“Instituto Pasteur” f'São Paulo, li dwaru l-ANSES stabbiliet u ressqet rapport ta' valutazzjoni favorevoli bid-data tat-23 ta' Ottubru 2017 lill-Kummissjoni.

(8)

L-awtorità kompetenti tal-Federazzjoni Russa ressqet applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorji “NoviStem LLC” f'Moska u “Institute of Veterinary Medicine Biotechnology LLC (IBVM)” f'Volginski, li dwarhom l-ANSES stabbiliet u ressqet rapport ta' valutazzjoni favorevoli lill-Kummissjoni, bid-data tat-23 ta' Ottubru 2017.

(9)

Il-laboratorji “TECSA LABORATÓRIOS LTDA” f'Belo Horizonte, “Instituto Pasteur” f'São Paulo, “NoviStem LLC” f'Moska u “Institute of Veterinary Medicine Biotechnology LLC (IBVM)” f'Volginski, għandhom għalhekk jiġu awtorizzati biex iwettqu t-testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effikaċja tat-tilqim kontra r-rabja fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2000/258/KE, il-laboratorji li ġejjin huma awtorizzati jwettqu t-testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effikaċja tat-tilqim kontra r-rabja fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa:

(a)

TECSA LABORATÓRIOS LTDA

Avenida do Contorno, 6226o

Funcionários — CEP: 30110-042

Belo Horizonte/MG

Brazil

(b)

Instituto Pasteur

Avenida Paulista,

393 Cerqueira César

São Paulo

Brazil

(c)

Institute of Veterinary Medicine Biotechnology LLC (IBVM)

27 Starovskogo ulitsa,

Volginski urban locality,

Petushinski region

Vladimir oblast,

Russian Federation

(d)

NoviStem LLC

2-oy Roshchinski Proyezd,

Block 8, Building 5, Office 2

Moscow

Russian Federation

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.

(2)  Id-Direttiva 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54);

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/436/UE tad-9 ta' Awwissu 2010 li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE fir-rigward tat-testijiet ta' profiċjenza għall-finijiet taż-żamma tal-awtorizzazzjonijiet tal-laboratorji biex iwettqu testijiet seroloġiċi biex jimmonitorizzaw l-effettività tal-vaċċini tal-idrofobija (ĠU L 209, 10.8.2010, p. 19).


9.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 36/20


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2018/194

tat-8 ta' Frar 2018

li tistabbilixxi mudelli għad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet għall-intitolamenti ta' riżorsi proprji u formola għar-rapporti dwar ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati korrispondenti għall-intitolamenti għar-riżorsi proprji skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas-26 ta' Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 6(4) u 13(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2016/2366 (2), tippreskrivi l-arranġamenti għat-trażmissjoni ta' informazzjoni lill-Kummissjoni mill-Istati Membri taħt is-sistema tar-riżorsi proprji.

(2)

Il-mudelli jeħtieġ li jkunu stabbiliti għal kull xahar tat-trażmissjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-kont “A” u tal-kont “B” sabiex ikunu jistgħu jiġu rrapportati b'mod strutturat. Huwa neċessarju li jkun iċċarat li “l-ammonti rkuprati” jirriflettu t-twettiq tal-obbligi finanzjarji tal-Istati Membri biex jagħmlu disponibbli riżorsi proprji tradizzjonali u mhux biss il-ħlasijiet riċevuti mill-Istati Membri ta' operaturi ekonomiċi minħabba d-dazji doganali. Għalhekk, “l-ammonti rkuprati” jenħtieġ li inkludu b'mod espliċitu dawn l-ammonti, li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-Unjoni minħabba li n-nuqqas ta' rkupru tagħhom lejn debituri huwa attribwibbli lill-Istati Membri wara żbalji amministrattivi jew nuqqas ta' diliġenza fl-isforzi ta' rkupru tal-Istati Membri. Informazzjoni addizzjonali jenħtieġ li tkun ipprovduta fir-rendikonti biex tikkontribwixxi għal aktar ċarezza u trasparenza fir-rendikonti.

(3)

L-ammonti kollha disponibbli bħala riżorsi proprji tradizzjonali fuq il-kontijiet tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014, jenħtieġ li jkunu introdotti fir-rendikonti kontabilistiċi, u, jekk ikun il-każ, l-annessi tagħhom. Biex ikun żgurat li l-ammonti kollha jkunu rreġistrati, anki dawk disonibbli barra mil-limitu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 10(1) ta-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014, informazzjoni addizzjonali jenħtieġ li tiddaħħal fl-annessi sussegwenti mar-rendikont tal-kont “A”.

(4)

Ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 jenħtieġ li jkun fih il-fatti kollha neċessarji biex issir eżaminazzjoni sħiħa tar-raġunijiet, li ostakolaw lill-Istat Membru milli jagħmel disponibbli l-ammonti meqjusa jew iddikjarati irrekuperabbli li jaqbżu EUR 100 000, inkluż il-miżuri ta' rkupru meħuda mill-Istat Membru. Ir-rapporti ppreżentati skont id-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni (UE, Euratom) 2016/2366 xi drabi ma jkunux eżawrjenti u għal dik ir-raġuni jkun meħtieġ li jsiru talbiet għal informazzjoni addizzjonali lill-Istati Membri kkonċernati. Għaldaqstant, huwa neċessarju li jkunu introdotti elementi u kjarifikazzjonijiet addizzjonali fil-formoli eżistennti, bħal dettalji ulterjuri fuq id-dejn imġarrab u fuq l-avvenimenti li wasslu għall-istabbiliment tal-intitolament, dwar l-assistenza reċiproka u dwar il-proċess ta' pagament u ta' rkupru.

(5)

Jenħtieġ li jkunu kkunsidrati l-emendi tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 introdotti bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/804 (3) applikabbli mill-1 ta' Ottubru 2016 fir-rigward tal-ħelsien potenzjali mill-obbligu li dawk l-ammonti ta' riżorsi proprji tradizzjonali li jirriżultaw irrekuperabbli minħabba d-dħul differit fil-kontijiet jew notifika differita tad-dejn doganali jkunu disponibbli għall-baġit tal-Unjoni sabiex ma jiġux ippreġudikati investigazzjonijiet kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(6)

Huwa neċessarju li jkun ipprovdut għal perjodu ta' tranżizzjoni biex l-Istati Membri jingħataw żmien jadattaw għall-bidliet introdotti fil-forom tar-rapportar skont l-Artikoli 6(4) u 13(3) tar-regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014.

(7)

Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2016/2366 jenħtieġ li tkun imħassra,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jużaw il-mudelli li stabbiliti fl-Annessi I, II, III u IV ta' din id-Deċiżjoni biex ifasslu d-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet għall-intitolamenti għar-riżorsi proprji msemmija fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jużaw il-formola stabbilita fl-Anness V ta' din id-Deċiżjoni biex ifasslu rapporti dwar ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati li jikkorrispondu għal intitolamenti għal riżorsi proprji msemmija fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014. Huma għandhom jittrażmettu dawn ir-rapporti billi jużaw is-sistema ta' ġestjoni u informazzjoni elettronika bbażata fuq l-Internet ipprovduta mill-Kummissjoni.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jużaw il-mudelli msemmija fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-20 ta' Lulju 2018. L-Istati Membri għandhom jużaw il-mudelli msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2016/2366 sad-19 ta' Lulju 2018.

2.   L-Istati Membri għandhom jużaw il-formola msemmija fl-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni sa mill-1 ta' Settembru 2018. L-Istati Membri għandhom jużaw il-formola msemmija fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2016/2366 sal-31 ta' Awwissu 2018.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2016/2366 titħassar mill-1 ta' Settembru 2018.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 168, 7.6.2014, p. 39.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2016/2366 tad-19 ta' Diċembru 2016 li tistabbilixxi mudelli għad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet għall-intitolamenti ta' riżorsi proprji u formola għar-rapporti dwar ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati korrispondenti għall-intitolamenti għar-riżorsi proprji skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 (ĠU L 350, 22.12.2016, p. 30).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/804 tas-17 ta' Mejju 2016 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 85).


ANNESS I

KONT “A” TAR-RIŻORSI PROPRJI TAL-UNJONI EWROPEA

Dikjarazzjoni ta' intitolamenti stabbiliti (1)

Stat Membru:

Ix-xahar/Is-sena:


(fil-munita nazzjonali)

TIP TAR-RIŻORS

Referenza tal-Istat Membru (fakultattiva)

Kontijiet stabbiliti fix-xahar (2)

Ammonti rkuprati minn kontijiet separati (3)

Korrezzjonijiet tal-istabbilimenti preċedenti (4)

Ammonti gross

Ammonti nett

+

(1)

(2)

(3)

(4)

(5) = (1) + (2) + (3) – (4)

(6)

1210

Dazji doganali (esklużi d-dazji kompensatorji u ta' antidumping)

 

 

 

 

 

 

 

1230

Dazji kompensatorji u ta' antidumping fuq il-prodotti

 

 

 

 

 

 

 

1240

Dazji kompensatorji u ta' antidumping fuq is-servizzi

 

 

 

 

 

 

 

12

DAZJI DOGANALI

 

 

 

 

 

 

 

1100

Levies ta' produzzjoni relatati mas-sena kummerċjali 2005/2006 u s-snin ta' qabel

 

 

 

 

 

 

 

1110

Levies fuq il-ħażna taz-zokkor

 

 

 

 

 

 

 

1130

Imposti oħra fuq zokkor C, isoglukożju C u produzzjoni ta' xropp tal-inulina C, u fuq zokkor C sostitut u isoglukożju C, mhux esportati

 

 

 

 

 

 

 

1170

Imposta fuq il-produzzjoni

 

 

 

 

 

 

 

1180

Ammonti ta' darba fuq kwota addizzjonali taz-zokkor u kwota supplementari tal-isoglukożju

 

 

 

 

 

 

 

1190

Ammont ta' Surplus

 

 

 

 

 

 

 

11

LEVIES FUQ IZ-ZOKKOR

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL 12 + 11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

– 20 % kost tal-ġbir

– 25 % kost tal-ġbir (5)

– 10 % kost tal-ġbir (6)

 

 

 

 

Total li jrid jitħallas lill-UE

 

 


(1)  Inklużi intitolamenti b'riżultat ta' spezzjonijiet u każijiet ta' frodi u irregularitajiet.

(2)  Inklużi l-korrezzjonijiet ta' kontabbilità.

(3)  Inklużi l-ammonti ddikjarati jew meqjusa bħala irrekuperabbli għal raġunijiet attribwibbli lill-Istati Membri.

(4)  Korrezzjonijiet tal-istabbilimenti inizjali, b'mod partikolari każijiet ta' rkupru u ripagament wara l-ikklirjar. Għaz-zokkor, korrezzjonijiet relatati mas-snin preċedenti jridu jsemmu s-sena ta' kummerċjalizzazzjoni kkonċernata.

(5)  Ir-rata ta' tnaqqis ta' 25 % għandha tiġi applikata għal ammonti li, skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni, kellhom ikunu disponibbli bejn l-1 ta' Marzu 2001 u t-28 ta' Frar 2014.

(6)  Ir-rata ta' tnaqqis ta' 10 % għandha tiġi applikata lill-ammonti li, skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni, kellhom ikunu disponibbli qabel it-28 ta' Frar 2001.


ANNESS II

ANNESS TAD-DIKJARAZZJONI TAL-KONT “A” TAR-RIŻORSI PROPRJI TAL-UNJONI EWROPEA

Monitoraġġ ta' ammonti rkuprati li ghandhom x'jaqsmu ma' każijiet ta' irregolaritajiet jew ta' dewmien identifikati permezz ta' miżuri ta' kontroll u superviżjoni (1)

Ix-xahar/Is-sena


(fil-munita nazzjonali)

Ammont gross ta' riżorsi proprji rkuprati

Referenzi għal irregolaritajiet jew dewmien fil-verifiki, entrata fil-kontijiet u fid-disponibbiltà tar-riżorsi proprji nnutati b'riżultat ta' spezzjonijiet nazzjonali jew tal-Unjoni (2)  (3)  (4)

Rata ta' tnaqqis li għandha tapplika (5)

Ammonti inklużi taħt l-intestatura “Total li għandu jitħallas lill-UE”

Informazzjoni oħra (6)

 

 

20 %

25 %

10 %

IVA (7)

LE (8)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total:

 


(1)  L-Artikolu 2(3) jew it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 608/2014.

(2)  Ir-referenzi għar-rapporti skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 għandhom jissemmew ukoll f'din il-kolonna.

(3)  Ir-referenzi għall-ittri tal-Kummissjoni u għar-rapporti ta' spezzjoni għandhom jissemmew ukoll f'din il-kolonna.

(4)  Jekk applikabbli, ir-referenzi speċifiċi segwenti għandhom jissemmew ukoll:

Ir-referenza OWNRES;

Referenzi biex ikunu identifikati pagamenti individwali relatati mar-responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri għall-iżbalji amministrattivi;

Referenzi għad-deċiżjonijiet nazzjonali, kif ukoll inklużi fl-Anness mar-rendikont tal-kont separat (l-Anness IV) f'każijiet fejn l-Istat Membru b'mod awtonomu jqis li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 ma jkunux sodisfati u t-TOR isir disponibbli b'mod volontarju.

(5)  Immarka b'X ir-rata ta' żamma applikata għall-ammont.

(6)  Inkludi f'din l-intestatura aktar informazzjoni rigward kull ammont imniżżel fl-anness:

Jekk l-ammont huwa disponibbli separatament mir-rendikont kurrenti ta' kull xahar u mhux inkluż fit-“total li għandu jithallas fl-UE”, indika hawnhekk id-data ta' meta jsir disponibbli l-ammont u informazzjoni biex jiġi identifikat l-ammont fir-riskju;

Indika hawnhekk jekk pagament ikun kondizzjonali;

Id-data regolari biex dan l-ammont ikun disponibbli.

(7)  Immarka b'X, jekk l-ammont huwa inkluż fir-rendikont ta' kull xahar.

(8)  Immarka b'X jekk l-ammont sar disponibbli separatament u mhux inkluż f'rendikont preċedenti tal-Anness.


ANNESS III

RIŻORSI PROPRJI TAL-UNJONI EWROPEA — KONT SEPARAT  (1)

Dikjarazzjoni tal-intitolamenti stabbiliti mhux inklużi fil-kont “A”

Stat Membru:

Tliet xhur/sena:


(fil-munita nazzjonali)

TIP TAR-RIŻORS

Pendenti mit-tliet xhur preċedenti

Intitolamenti stabbiliti għall-kwart tas-sena kurrenti kurrenti

Korrezzjonijiet tal-istabbilimenti (l-Artikolu 8) (2)

Ammonti rrekuperabbli li ma jistgħux isiru disponibbli għal raġunijiet ġustifikati (l-Artikolu 13(2)) (3)

Totali

(1 + 2 ± 3 – 4)

Ammonti rkuprati għall-baġit tal-UE matul il-kwart tas-sena kurrenti (4)  (5)

Pendenti fi tmiem il-kwart tas-sena kurrenti il-kwart tas-sena kurrenti

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7) = (5) – (6)

1210

Dazji doganali (esklużi d-dazji kompensatorji u ta' antidumping)

 

 

 

 

 

 

 

1230

Dazji kompensatorji u ta' antidumping fuq il-prodotti

 

 

 

 

 

 

 

1240

Dazji kompensatorji u ta' antidumping fuq is-servizzi

 

 

 

 

 

 

 

12

DAZJI DOGANALI

 

 

 

 

 

 

 

1100

Levies ta' produzzjoni relatati mas-sena kummerċjali 2005/2006 u s-snin ta' qabel

 

 

 

 

 

 

 

1110

Levies fuq il-ħażna taz-zokkor

 

 

 

 

 

 

 

1130

Imposti oħra fuq zokkor C, isoglukożju C u produzzjoni ta' xropp tal-inulina C, u fuq zokkor C sostitut u isoglukożju C, mhux esportati

 

 

 

 

 

 

 

1170

Imposta fuq il-produzzjoni

 

 

 

 

 

 

 

1180

Ammonti ta' darba fuq kwota addizzjonali taz-zokkor u kwota supplementari tal-isoglukożju

 

 

 

 

 

 

 

1190

Ammont ta' Surplus

 

 

 

 

 

 

 

11

LEVIES FUQ IZ-ZOKKOR

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL 12 + 11

 

 

 

 

 

 

 

 

Stima tal-ammonti stabbiliti li għalihom l-irkupru mhuwiex ċert (6)

 


(1)  Il-kont “B” miżmum skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014, inklużi d-drittijiet stabbiliti b'riżultat tal-ispezzjonijiet u każijiet ta ' frodi u irregolaritajiet.

(2)  Il-korrezzjoni tal-istabbilimenti għandha tinftiehem bħala korrezzjonijiet, inkluż il-kanċellazzjonijiet li jirriżultaw minn reviżjoni ta' verifiki inizjali li ġejjin minn perjodi ta' kwart ta' sena preċedenti. Dawn huma differenti fin-natura taghhom minn dawk imniżżlin fil-kolonna (4).

(3)  Il-każijiet kollha għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness IV li se jintbagħat lura fl-istess żmien ta' din id-dikjarazzjoni ta' kull tliet xhur. It-total ta' din il-kolonna (4) u t-total fil-kolonna 2 tal-Anness IV għandu jkun l-istess.

(4)  L-ammont totali għal din il-kolonna għandu jkun l-istess bħall-kolonna (2) tad-dikjarazzjoni tal-kont “A” għat-tliet xhur konċernati.

(5)  Inklużi l-ammonti kollha li ma kinux ġew irkuprati minn debituri għal raġunijiet li jistgħu jiġu attribwiti lill-Istat Membru. Dawn iridu jiddaħħlu fil-kolonna 2 tar-rendikont tal-kont “A”(l-Anness I) u għandhom ukoll jintwerew fil-kolonna 1 tal-Anness IV.

(6)  Obbligatorju għall-aħħar tliet xhur ta' sena ta' kull sena. Jekk l-istima tkun żero, għandha tiddaħħal il-kelma “xejn”.


ANNESS IV

ANNESS TAD-DIKJARAZZJONI TAL-KONT SEPARAT TAR-RIŻORSI PROPRJI TAL-UNJONI EWROPEA

Lista ta' ammonti fil-kont “B” iddikjarati jew meqjusa bħala li ma jistgħux jiġu rkuprati (1)  (2)

Kwart ta' sena/sena


Ammont gross tar-riżorsi proprji

Referenza għad-deċiżjoni nazzjonali

Referenza OWNRES (3)

Referenza WOMIS (3)

Imdaħħla fil-kont “A”

Mhux imdaħħla fil-kont “A”

(1)

(2)

 

 

 

TOTAL:

TOTAL:

 

 

 


(1)  L-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 609/2014.

(2)  Inklużi l-ammonti kollha li ma kinux ġew irkuprati minn debituri għal raġunijiet li jistgħu jiġu attribwiti lill-Istat Membru.

(3)  Jekk applikabbli.


ANNESS V

FORMOLA TAR-RAPPORT  (1) DWAR AMMONTI LI MA JISTGĦUX JIĠU RKUPRATI KORRISPONDENTI GĦALL-INTITOLAMENTI GĦAR-RIŻORSI PROPRJI

Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, l-informazzjoni kollha għandha tiġi pprovduta jekk tkun disponibbli u rilevanti. L-ammonti kollha għandhom ikunu indikati fil-munita tal-Istat Membru rispettiv fil-mument tar-rapportar.

1.   DEJTA ĠENERALI

Stat Membru: …

Ir-referenza tar-rapport: …

(il-kodiċi tal-Istat Membru/sena ta' referenza/numru tas-serje tas-sena ta' rapportar)

Ir-referenza għal formola ta' informazzjon relatata mibgħuta minn qabel b'mod konformi mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 608/2014: …

Il-ġustifikazzjoni tan-nuqqas ta' referenza għall-formola ta' informazzjon li ssemmiet qabel: …

Il-każ marbut mal-ispezzjoni tal-Unjoni (Iva/Le)

Referenza għal spezzjoni tal-Unjoni relatata: …

Ammont totali irrekuperabbli: …

L-Awtorità li ddikjarat jew ikkunsidrat l-ammont irrekuperabbli: …

Ir-referenza nazzjonali tad-deċiżjoni amministrattiva tal-irrekuperabbiltà: …

(Ara t-tielet kolonna tal-Anness IV)

Id-data tad-deċiżjoni amministrattiva tal-irrekuperabbiltà: …

Id-data meta l-ammont kellu jkun ikkunsidrat irrekuperabbli: …

2.   DEJN IMĠARRAB

Data jew perjodu li matulu ġġarrab id-dejn: …

Bażi ġuridika għad-dejn imġarrab: …

(Il-bażijiet ġuridiċi li jippreċedu r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92  (2) għandhom ikunu indikati billi jintuża l-artikolu rilevanti tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92)

Ir-rappreżentazzjoni indiretta (l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew prekursuri): (Iva/Le)

Sitwazzjoni doganali: …

(Il-proċedura doganali fis-seħħ, is-sitwazzjoni tal-merkanziji jew it-trattament doganali approvat fil-mument meta inħoloq id-dejn doganali)

Id-dettalji addizzjonali li għandhom ikunu indikati fil-każ ta' movimenti ta' tranżitu:

Id-data/i tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali (4): …

L-Istat(i) Membru/i tat-tluq jew tad-dħul fl-Unjoni (Kodiċi ISO): …

L-Istat(i) Membru/i ta' destinazzjoni jew ta' ħruġ mill-Unjoni (Kodiċi ISO): …

MRN(s) (5) tad-dikjarazzjoni(jiet) tat-tranżitu jew tal-operazzjoni(jiet) TIR …

In-numru(i) tal-carnet TIR: …

It-tip ta' kontroll li wassal għall-istabbiliment tal-intitolament: …

Verifiki mhux relatati mal-aċċettazzjoni ta' dikjarazzjoni doganali: …

Verifiki waqt l-ikklirjar ta' dikjarazzjoni doganali inkluż it-teħid ta' kampjuni: …

Verifiki mwettqa wara l-ikklirjar iżda qabel il-kwittanza tal-proċedura doganali: …

Verifiki mwettqa wara l-kwittanza tal-proċedura doganali għall-oġġetti: …

Verifiki wara l-ikklirjar u r-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera: …

Id-data/i tal-kwittanza ta' proċedura/i doganali li għandha/hom tiġi/jiġu kkomunikati fil-każ ta' sitwazzjoni doganali li tinvolvi miżuri sospensivi (eż. konferma tal-wasla ta' tranżitu frodulenti): …

Deskrizzjoni konċiża tal-avvenimenti li wasslu għall-istabbiliment tal-intitolament:

(il-mistoqsijiet li ġejjin għandhom ikunu dejjem indirizzati: Xi skatta l-verifiki jew l-investigazzjonijiet u meta? Meta ntemmu l-verifiki jew l-investigazzjonijiet (agħti d-dejta tar-rapport)? Liema oġġetti kienu involuti? Agħti dettalji dwar ir-raġunijiet li minħabba fihom ġie evaż id-dazzju. Il-verifika jew l-investigazzjoni ppermettiet li jsir il-kalkolu ta' dazji addizzjonali u l-identifikazzjoni tad-debitur(i)? Agħti d-data li fiha d-debituri differenti ġew identifikati u, jekk applikabbli, indika l-partijiet tad-dejn li minħabba fih saru debituri.)

Data meta l-investigazzjoni/l-ispezzjoni doganali/il-kontroll bdew; …

Id-data meta r-rapport ta' spezzjoni/kontroll doganali kien prodott, li tippermetti li tidentifika d-debitur(i) u l-ammont ta' dazji addizzjonali; …

3.   ASSISTENZA REĊIPROKA

Il-każ ta' Assistenza reċiproka (AR) skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (6) li jinvolvi d-dipartimenti tal-Kummissjoni (Iva/Le)

Referenza tal-komunikazzjoni tal-AR: …

Data tal-wasla: …

Kummenti (fakultattivi): …

Referenza tal-fajl OLAF (format: LL/yyyy/nnnn) …

Referenza tal-Operazzjoni Doganali Konġunta (JCO - Joint Customs Operation) (jekk applikabbli) …

Każ relatat mal-Formola ta' Informazzjoni dwar ir-Riskju (RIF- Risk information Form) jew maż-Żona ta' Kontroll Prijoritarju Komuni (ŻKPK) (Iva/Le)

Referenza RIF (jekk applikabbli) …

Referenza ŻKPK. (jekk applikabbli) …

4.   STABBILIMENT TAL-INTITOLAMENT

L-uffiċċju ta' stabbiliment: …

Data tal-istabbiliment: …

Ir-referenza tal-kontabbilità tal-istabbiliment (fakultattiva): …

Id-data ta' dħul fil-kont B (l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014): …

Ir-referenza tal-kontabbilità fil-kont B (fakultattiva): …

Entrata fil-kontijiet jew notifika differita tad-dejn doganali sabiex ma tkunx ippreġudikata investigazzjoni kriminali li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13(2), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014) (iva/le)

L-ammont totali ta' riżorsi proprji tradizzjonali stabbiliti: …

L-ammont ta' dazji doganali u agrikoli stabbiliti bl-eċċezzjoni tad-dazji tas-sisa protettivi u ta' kontra d-dumping: …

L-ammont tad-dazji tas-sisa protettivi u ta' kontra d-dumping stabbiliti: …

L-ammont stabbilit ta' levies fuq iz-zokkor/iżoglukożju: …

L-ammont stabbilit korrispondenti tad-dazji tas-sisa nazzjonali u tal-VAT (fakultattiv): …

L-ammont totali kkoreġut (żieda jew tnaqqis) tar-riżorsi proprji tradizzjonali wara l-istabbiliment inizjali: …

L-ammont stabbilit tad-dazji doganali u agrikoli kkorreġuti (żieda jew tnaqqis) wara l-istabbiliment inizjali bl-eċċezzjoni tad-dazji kompensatorji u ta' anti-dumping: …

L-ammont tad-dazji kompensatorji u ta' anti-dumping ikkoreġut (żieda jew tnaqqis) wara l-istabbiliment inizjali: …

L-ammont tal-korrezzjoni (żieda jew tnaqqis) tal-imposti fuq iz-zokkor/isoglukożju mwettqa wara l-istabbiliment inizjali: …

L-ammont korrispondenti tad-dazji tas-sisa nazzjonali u tal-VAT ikkorreġut (żieda jew tnaqqis) mwettqa wara l-istabbiliment inizjali (fakultattiv): …

Ammont totali tas-sigurtà/tal-garanzija (7): …

(L-ammont li jkopri r-riżorsi proprji tal-Unjoni u jekk applikabbli, id-dazji nazzjonali. Dan jista' jkun 0 f'każ ta' eżenzjoni jew f'każ li ma tiġix ippreżentata garanzija. Fil-każ ta' garanzija komprensiva ta' inqas minn 100 % tal-ammont ta' referenza, l-ammont ta' referenza għandu jkun indikat ukoll)

Il-parti mill-garanzija li għandha tiġi allokata għar-riżorsi proprji tal-Unjoni: …

It-tip ta' garanzija (obbligatorja, fakultattiva, mhux ippjanata): …

Tip ta' garanzija obbligatorja: …

Ir-raġuni għaliex il-garanzija ppjanata ma ġietx ippreżentata: …

L-ammont tal-garanzija disponibbli għall-Unjoni: …

Id-data meta l-ammont tal-garanzija sar disponibbli: …

5.   PROĊEDURA TA' RKUPRU

(Jekk ikun hemm diversi debituri għall-istess dejn, din l-informazzjoni li ġejja għandha tkun ipprovduta għal kull wieħed minnhom)

Kwalità tad-debitur (8): …

Ammont dovut, jekk ikun inqas minn ammont totali stabbilit: …

Data tan-notifika tad-dejn: …

Data/i ta' tfakkiriet għall-pagament: …

L-istabbiliment soġġett għall-proċedura ta' appell skont l-Artikolu 243(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 tal-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (Iva/Le)

Livelli milħuqa fil-proċedura tal-appell: …

Data ta' meta tressaq l-ewwel appell: …

Id-data tan-notifika tas-sentenza definittiva: …

Kummenti (fakultattivi): …

Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni skont l-Artikoli 222 u 244 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u l-Artikolu 876a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (9) jew l-Artikoli 108(3) u 45 tar-Regolament Nru 952/2013 (Iva/Le)

Id-depożitu ta' garanzija fil-każ ta' sospensjoni (Iva/Le)

L-ammont tal-garanzija fil-każ ta' sospensjoni: …

Ir-raġunijiet għaliex l-ebda garanzija ma ġiet ippreżentata fil-każ ta' sospensjoni: …

(L-Istati Membri jridu jippreċiżaw jekk kienx hemm eżenzjoni ta' garanzija minħabba diffikultajiet ekonomiċi u soċjali prevedibbli jew le kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw din id-deċiżjoni)

Il-faċilitajiet ta' pagament skont it-tifsira tal-Artikolu 229 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 jew l-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (ebda talba/talba miċħuda/talba aċċetata)

Deskrizzjoni tal-arranġamenti dwar faċilitajiet għall-pagament: …

Id-depożitu ta' garanzija skont ir-regoli dwar il-faċilitajiet ta' pagament (Iva/Le)

L-ammont tal-garanzija marbuta mal-faċilitajiet ta' pagament: …

Ir-raġuni għaliex l-ebda garanzija ma ġiet iddepożitata fil-każ ta' faċilitajiet ta' pagament: …

(L-Istati Membri jridu jippreċiżaw jekk kienx hemm eżenzjoni ta' garanzija minħabba diffikultajiet ekonomiċi u soċjali prevedibbli jew le kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw din id-deċiżjoni)

Data tal-pubblikazzjoni tal-ordni tal-infurzar: …

In-notifika tal-ordni tal-infurzar (Iva/Le)

Data tan-notifika tal-ordni tal-infurzar: …

Il-kummenti dwar l-ordni tal-infurzar (fakultattivi): …

Data/i tal-ħlas(ijiet) irċevuti u magħmula disponibbli: …

L-ammont(i) ta' ħlas(ijiet) irċevuti u magħmula disponibbli: …

L-ammonti totali mħallsa u magħmula disponibbli: …

Id-data/i tal-ordni ta' sekwestru: …

Ammont miġbur permezz tas-sekwestru: …

Kummenti dwar l-ordni ta' sekwestru (fakultattivi): …

Id-data ta' ftuħ tal-proċedimenti ta' falliment/likwidazzjoni/insolvenza: …

Id-data tad-dikjarazzjoni tal-kreditu fl-ambitu tal-proċeduri: …

Id-data tal-għeluq tal-proċedimenti ta' falliment/likwidazzjoni/insolvenza: …

L-ammont tar-riżorsi proprji rkuprati fil-qafas tal-proċedimenti ta' falliment/likwidazzjoni/insolvenza: …

L-assistenza reċiproka għall-irkupru minn Stati Membri oħrajn (id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE (10) jew prekursuri) (Iva/Le)

Ir-referenza tal-Assistenza reċiproka għall-irkupru: …

L-Istat Membru kkuntattjat: …

Data tat-talba: …

Ammont irkuprat: …

Data tat-tweġiba: …

Il-kummenti dwar it-tweġiba (b'mod partikolari jekk l-Istat Membru kkuntattjat ikun naqas milli jaġġixxi fuq talba): …

6.   RAĠUNIJIET GĦALIEX L-IRKUPRU KIEN IMPOSSIBBLI GĦALL-AMMONT LI KIEN GĦAD FADAL

(F'din il-parti, l-Istati Membri għandhom jindikaw b'mod ċar pereżempju l-miżuri kollha ta' implimentazzjoni konkreti meħuda u r-raġunijiet għaliex fil-każ ta' proċediment ta' falliment/likwidazzjoni/insolvenza, l-ammont riċevut ma kienx biżżejjed biex ikopri d-dejn jew għaliex ikopri parti biss mid-dejn. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jispjegaw fid-dettall iċ-ċirkostanzi jekk l-entrata fil-kontijiet jew in-notifika ta' dejn doganali ġew differiti sabiex ma jippreġudikawx investigazzjonijiet kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.)

(L-Istati Membri mhumiex mistennija li jipprovdu informazzjoni li diġà kienu kkomunikaw fil-punti 1 sa 5)

7.   INFORMAZZJONI OĦRA


(1)  Imsemmija fit-tieni u fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 609/2014.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(4)  Inkluż Carnets TIR.

(5)  L-akronimu internazzjonali għal Numru ta' Referenza Prinċipali/Numru ta' Referenza tal-Moviment.

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).

(7)  F'ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, it-terminu “garanzija” jintuża fl-istess kuntest fejn fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 jintuża it-terminu “sigurtà”. Għall-finijiet ta' dan l-Anness, dawn it-termini għandhom jinqraw bħala “granzija” fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014.

(8)  Inkluż debituri tar-responsabilità ċivili, rappreżentanti indiretti u garanti.

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta' Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' talbiet relatati ma' taxxi, dazji u miżuri oħra (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1).


9.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 36/33


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2018/195

tat-8 ta' Frar 2018

li tistabbilixxi formoli għar-rapportar dwar frodi u irregolaritajiet li jaffettwaw l-intitolamenti għar-riżorsi proprji tradizzjonali u dwar spezzjonijiet dwar ir-riżorsi proprji tradizzjonali skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 608/2014

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 608/2014 tas-26 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(2) u 6(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2016/2365 (2) tippreskrivi l-arranġamenti għat-trażmissjoni ta' informazzjoni lill-Kummissjoni mill-Istati Membri taħt is-sistema tar-riżorsi proprji.

(2)

Jenħtieġ li każijiet ta' frodi u irregolaritajiet jiġu rrapportati b'mod strutturat u jinkludu informazzjoni relatata mar-riskji. L-istess formola ta' frodi u irregolaritajiet diġà qed tintuża biex taġġorna każijiet li ġew rapportati preċedentement. Għalhekk, l-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2016/2365 ma għadux applikabbli.

(3)

Hemm bżonn li jiġi previst perjodu tranżizzjonali biex jagħti lill-Istati Membri żmien biex jadattaw għall-bidliet introdotti fil-formoli għar-rapportar skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 608/2014.

(4)

Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza ġuridika, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2016/2365 titħassar.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jużaw il-formola stabbilita fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni biex jagħtu d-deskrizzjonijiet tal-każijiet ta' frodi u irregolaritajiet misjuba li jinvolvu intitolamenti ta' 'l fuq minn EUR 10 000 imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 608/2014. Din il-formola għandha tintuża wkoll biex tagħti d-dettalji dwar is-sitwazzjoni ta' każijiet ta' frodi u irregolaritajiet diġà rrapurtati lill-Kummissjoni li l-irkupru, il-kanċellament jew in-nuqqas ta' rkupru tagħhom għadhom ma ġewx indikati, imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 608/2014.

2.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b'mod elettroniku bl-użu tal-applikazzjoni tat-teknoloġija tal-informatika “OWNRES”.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jużaw il-formola stabbilita fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni biex jagħmlu r-rapport dwar l-ispezzjonijiet relatati mar-riżorsi proprji tradizzjonali msemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 608/2014.

Ir-rapport għas-sena finanzjarja 2017 għandu jsir bl-użu tal-formola msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jużaw il-formola msemmija fl-Artikolu 1 mill-1 ta' April 2018.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2016/2365 hija mħassra mill-1 ta' April 2018.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 168, 7.6.2014, p. 29.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2016/2365 tad-19 ta' Diċembru 2016 li tistabbilixxi formoli għar-rapport dwar frodi u irregolaritajiet li jaffettwaw l-intitolamenti għar-riżorsi proprji tradizzjonali, u dwar spezzjonijiet dwar ir-riżorsi proprji tradizzjonali skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 608/2014 (ĠU L 350, 22.12.2016, p.24).


ANNESS I

Formola għar-rapportar ta' frodi u irregolaritajiet skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 608/2014

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS II

RAPPORT ANNWALI MSEMMI FL-ARTIKOLU 6(1) TAR-REGOLAMENT (UE, Euratom) Nru 608/2014

Image Test ta 'immaġni

Rettifika

9.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 36/38


Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/12 tat-8 ta' Jannar 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 4 tad-9 ta' Jannar 2018 )

Fil-paġna 3, l-Anness, il-Parti A, l-entrata 75, it-tielet kolonna,

minflok:

“Data tat-twelid: 20.8.1965

Nru tal-passaport 563233049, jiskadi fil-11.3.2019.

…”,

aqra:

“Data tat-twelid: 21.8.1957

Nru tal-passaport 563233049, jiskadi fid-9.5.2018.

…”.


9.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 36/38


Rettifika tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/16 tat-8 ta' Jannar 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 4 tad-9 ta' Jannar 2018 )

Fil-paġna 18, l-Anness, il-Parti A, l-entrata 75, it-tielet kolonna,

minflok:

“Data tat-twelid: 20.8.1965

Nru tal-passaport 563233049, jiskadi fil-11.3.2019.

…”,

aqra:

“Data tat-twelid: 21.8.1957

Nru tal-passaport 563233049, jiskadi fid-9.5.2018.

…”.