ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 337

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
19 ta' Diċembru 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2360 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jiffissa għall-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar l-Iswed

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2361 tal-14 ta' Settembru 2017 dwar is-sistema finali ta' kontribuzzjonijiet għall-infiq amministrattiv tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2362 tal-5 ta' Diċembru 2017 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Lenticchia di Altamura (IĠP))

15

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2363 tas-6 ta' Diċembru 2017 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Μελεκούνι (Melekouni) (IĠP))

16

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2364 tat-18 ta' Diċembru 2017 li jemenda d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli limitu ta' applikazzjoni fil-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti ( 1 )

17

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2365 tat-18 ta' Diċembru 2017 li jemenda d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli limitu ta' applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti ( 1 )

19

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2366 tat-18 ta' Diċembru 2017 li jemenda d-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli limitu ta' applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti ( 1 )

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2367 tat-18 ta' Diċembru 2017 li jemenda d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli limitu ta' applikazzjoni għall-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ( 1 )

22

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2368 tat-18 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/325 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ħjut b'saħħithom ħafna (high tenacity) ta' poliesteri li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

24

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2369 tat-18 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 743/2013 li jintroduċi miżuri ta' protezzjoni dwar l-importazzjonijiet tal-molluski bivalvi mit-Turkija intenzjonati għall-konsum mill-bniedem, rigward il-perjodu tal-applikazzjoni tiegħu ( 1 )

26

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2370 tat-18 ta' Diċembru 2017 li tappoġġa l-Kodiċi ta' Kondotta tal-Aja u n-nonproliferazzjoni tal-missili ballistiċi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2371 tat-18 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine)

34

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2372 tas-16 ta' Ġunju 2017 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.31250 – 2011/C (ex 2011/N) ippjanata li tiġi implimentata mill-Bulgarija favur BDZ Holding EAD SA, BDZ Passenger EOOD u BDZ Cargo EOOD u miżuri oħra (notifikata bid-dokument C(2017) 4051)  ( 1 )

35

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2373 tal-14 ta' Diċembru 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-idrossitirosol bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2017) 8423)

56

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2374 tal-15 ta' Diċembru 2017 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-moviment, il-ħżin u il-ipproċessar ta' ċerti frott u l-ibridi tagħhom li joriġinaw f'pajjiżi terzi għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti organiżmi ta' ħsara (notifikata bid-dokument C(2017) 8395)

60

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2375 tal-15 ta' Diċembru 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-aċidu N-aċetil-D-newraminniku bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2017) 8431)

63

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2376 tal-15 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/348 f'dak li għandu x'jaqsam mal-konsistenza tal-miri riveduti fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza inklużi fil-pjanijiet nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali emendati li bagħtu Malta, il-Bulgarija u l-Polonja (notifikata bid-dokument C(2017) 8433)  ( 1 )

68

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2377 tal-15 ta' Diċembru 2017 dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal kull Stat Membru għall-2015 (notifikata bid-dokument C(2017) 8476)

80

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2378 tal-15 ta' Diċembru 2017 dwar il-konformità tar-rati unitarji tal-2017 għaż-żoni tal-imposti skont l-Artikolu 17 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013 (notifikata bid-dokument C(2017) 8501)

83

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2379 tat-18 ta' Diċembru 2017 dwar ir-rikonoxximent tar-rapport tal-Kanada li jinkludi l-emissjonijiet tipiċi ta' gassijiet serra mill-kultivazzjoni ta' materja prima agrikola skont id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2017) 8801)

86

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/2360

tal-11 ta' Diċembru 2017

li jiffissa għall-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar l-Iswed

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jistipula li l-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jeżiġi li jiġu adottati miżuri ta' konservazzjoni li jieħdu kont tal-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli, inklużi, fejn ikunu rilevanti, rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STECF).

(3)

Huwa l-Kunsill li għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont is-sajd jew il-grupp tas-sajd fil-Baħar l-Iswed inklużi, kif xieraq, ċerti kundizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta magħhom. F'konformità mal-Artikolu 16(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu mqassma fost l-Istati Membri b'tali mod li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta' kull Stat Membru għal kull stokk ta' ħut jew żona tas-sajd, u skont l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta' dak ir-Regolament.

(4)

Fil-41 Laqgħa Annwali tagħha fl-2017, il-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM) adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/40/2017/4 dwar pjan ta' ġestjoni pluriennali għas-sajd tal-barbun imperjali fis-subżona ġeografika 29 (il-Baħar l-Iswed). Ir-rakkomandazzjoni tistabbilixxi l-qabda totali permissibbli (TAC) għall-Barbun Imperjali għal sentejn (2018-2019) b'allokazzjoni temporanja ta' kwoti. Dik il-miżura jenħtieġ li tiġi implimentata fil-liġi tal-Unjoni.

(5)

L-opportunitajiet tas-sajd jenħtieġ li jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, b'kunsiderazzjoni ta' aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jkun żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi fil-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

(6)

Skont il-parir xjentifiku disponibbli tal-STECF, huwa meħtieġ li jinżamm il-livell attwali tal-mortalità mis-sajd, sabiex tiġi żgurata s-sostenibbilità tal-istokk tal-laċċa kaħla fil-Baħar l-Iswed.

(7)

Għas-sajd tal-laċċa kaħla, l-obbligu ta' ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 japplika mill-1 ta' Jannar 2015. Għas-sajd tal-barbun imperjali, l-obbligu ta' ħatt l-art imsemmi f'dak l-Artikolu japplika mill-1 ta' Jannar 2017.

(8)

L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd kif stabbiliti f'dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (2) u b'mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 tiegħu, fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-qabdiet u tan-notifika tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd. Għalhekk, hemm bżonn li jiġu speċifikati l-kodiċijiet li jridu jintużaw mill-Istati Membri meta jibagħtu d-data lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art tal-istokkijiet li huma soġġetti għal dan ir-Regolament.

(9)

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (3), iridu jiġu identifikati l-istokkijiet li huma soġġetti għall-miżuri varji msemmija fih.

(10)

Fir-rigward tal-istokkijiet tal-barbun imperjali, jenħtieġ li jittieħdu aktar miżuri rimedjali. Iż-żamma tal-perijodu tal-għeluq applikabbli bħalissa ta' xahrejn, mill-15 ta' April sal-15 ta' Ġunju, tkompli tipprovdi l-protezzjoni għal dawk l-istokkijiet matul l-istaġun riproduttiv tal-barbun imperjali. Il-ġestjoni tal-isforz tas-sajd u l-limitu ta' jiem ta' sajd għal 180 jum fis-sena, iħallu impatt ta' konservazzjoni pożittiv fuq l-istokkijiet tal-barbun imperjali.

(11)

Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jintużaw f'konformità sħiħa mal-liġi applikabbli tal-Unjoni.

(12)

Sabiex tkun evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, huwa importanti li fl-1 ta' Jannar 2018 jinfetħu t-tipi tas-sajd inkwistjoni fil-Baħar l-Iswed. Għal raġunijiet ta' urġenza, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-2018 għal ċerti istokkijiet ta' ħut fil-Baħar l-Iswed:

(a)

Laċċa Kaħla (Sprattus sprattus);

(b)

Barbun Imperjali (Psetta maxima).

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar l-Iswed.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“GFCM” tfisser il-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran;

(b)

“il-Baħar l-Iswed” tfisser is-subżona ġeografika 29 kif iddefinita fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

(c)

“bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment mgħammar għall-isfruttament kummerċjali tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(d)

“bastiment tas-sajd tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru u rreġistrat fl-Unjoni;

(e)

“stokk” tfisser riżorsa bijoloġika tal-baħar li tinsab f'żona ta' ġestjoni partikolari;

(f)

“kwota awtonoma tal-Unjoni” tfisser limitu tal-qabdiet allokat b'mod awtonomu lil bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fin-nuqqas ta' qbil dwar TAC;

(g)

“kwota analitika” tfisser il-kwota awtonoma tal-Unjoni li għaliha tkun disponibbli valutazzjoni analitika.

KAPITOLU II

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

Artikolu 4

Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd

1.   Il-kwota awtonoma tal-Unjoni għal-laċċa kaħla, l-allokazzjoni ta' tali kwota fost l-Istati Membri, u l-kundizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness.

2.   It-TAC għall-barbun imperjali, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u l-allokazzjoni ta' tali TAC fost l-Istati Membri u l-kundizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet

L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stabbilit f'dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(a)

skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)

tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(c)

tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 6

Ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-barbun imperjali

Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li huma awtorizzati għas-sajd tal-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed, irrispettivament mit-tul tal-bastimenti, ma għandhomx jaqbżu l-180 jum ta' sajd fis-sena.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 7

Trażmissjoni tad-data

Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu data lill-Kummissjoni relatata mal-ħatt l-art ta' kwantitajiet ta' stokkijiet maqbuda, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Done at Brussels, il-11 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

S. KIISLER


(1)  Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).

(4)  Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).


ANNESS

Speċi:

Barbun imperjali

Psetta maxima

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed

(TUR/F3742C)

Il-Bulgarija

57

 

 

Ir-Rumanija

57

 

 

L-Unjoni

114 (*1)

 

 

TAC

644

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.


Speċi:

Laċċa Kaħla

Sprattus sprattus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed

(SPR/F3742C)

Il-Bulgarija

8 032,50

 

 

Ir-Rumanija

3 442,50

 

 

L-Unjoni

11 475

 

 

TAC

Mhux rilevanti/Mhux miftiehma

 

Kwota analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.


(*1)  L-ebda attività tas-sajd inkluż it-trażbord, it-teħid abbord, il-ħatt l-art u l-ewwel bejgħ mhi permessa mill-15 ta' April sal-15 ta' Ġunju 2018.


19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/6


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2361

tal-14 ta' Settembru 2017

dwar is-sistema finali ta' kontribuzzjonijiet għall-infiq amministrattiv tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), (u b'mod partikolari l-Artikolu 65(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sistema provviżorja ta' pagamenti ta' kontribuzzjonijiet għall-infiq amministrattiv tal-Bord, stabbilita fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1310/2014 (2), kienet ibbażata fuq metodoloġija simplifikata u kopriet biss subsett limitat ta' entitajiet, jiġifieri l-entitajiet li huma kkunsidrati sinifikanti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (“entitajiet sinifikanti”). Dik is-sistema provviżorja kienet introdotta sabiex tiżgura biżżejjed finanzjament għall-istabbiliment tal-Bord filwaqt li timminimizza l-piż amministrattiv għall-Bord, li f'dak iż-żmien kellu biss struttura limitata u kapaċità operazzjonali. Is-sistema provviżorja kienet maħsuba sabiex tapplika sakemm il-Kummissjoni tadotta sistema finali għad-determinazzjoni u sabiex iżżid il-kontribuzzjonijiet għal infiq amministrattiv.

(2)

Minħabba li l-Bord akkwista struttura u kapaċità operazzjonali aktar stabbli, issa huwa xieraq li tiġi stabbilita s-sistema finali ta' kontribuzzjonijiet annwali għall-infiq amministrattiv tal-Bord. Sistema finali jenħtieġ li tissostitwixxi s-sistema provviżorja stabbilita fir-Regolament Iddelegat (UE) Nru 1310/2014.

(3)

Tali sistema finali jenħtieġ li tipprevedi d-determinazzjoni u ż-żieda fil-kontribuzzjonijiet amministrattivi mhux biss għal entitajiet sinifikanti, iżda għall-entitajiet kollha li huma soġġetti għall-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni. Il-kontribuzzjonijiet jenħtieġ li jiġu kkalkolati fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni ta' dawn l-entitajiet fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti, peress li s-sussidjarji kollha ta' grupp ġewwa l-perimetru ta' konsolidazzjoni jaqgħu fl-ambitu tas-setgħat tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Bord meta jiġu adottati pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp, titwettaq il-valutazzjoni ta' riżolvibbiltà ta' gruppi u jiġu adottati deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni għall-gruppi. L-eżerċizzju ta' dawn il-kompiti jimplika nfiq għall-Bord għall-ġbir u analiżi ta' informazzjoni u data marbuta ma' kull sussidjarju inkluż fil-perimetru tal-konsolidazzjoni. Peress li dan huwa nfiq relatat mas-servizzi pprovduti mill-Bord għall-entitajiet li huma soġġetti għall-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni, jenħtieġ li jitħallas minn dawn l-entitajiet u għalhekk il-kontribuzzjonijiet amministrattivi jenħtieġ li jiġu kkalkolati abbażi tal-kontijiet ikkonsolidati tagħhom fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti u jenħtieġ li tiġi kkalkolata kontribuzzjoni waħda biss għal kull grupp.

(4)

Skont l-Artikolu 65(3) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Bord għandu jiddetermina u jiġbor kontribuzzjonijiet kif ukoll jiżgura li dawn huma mħallsin kompletament u fil-ħin. Sabiex il-Bord ikun jista' jissodisfa dawn ir-rekwiżiti, jenħtieġ li tkun żgurata sistema effiċjenti sabiex jiżdiedu l-kontribuzzjonijiet amministrattivi mill-istituzzjonijiet u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014. Dawn l-istituzzjonijiet u entitajiet diġà huma soġġetti għal għadd ta' obbligi ta' rappurtar stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. B'mod aktar speċifiku, skont ir-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (3), il-BĊE jiġbor data dwar l-assi totali u l-iskopertura totali tar-riskju bil-għan li jikkalkula t-tariffi superviżorji. Id-data miġbura skont ir-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tista' tkun użata b'mod sinifikanti għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet amministrattivi għall-Bord. Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Bord u l-BĊE għandhom jikkooperaw mill-qrib fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom skont dak ir-Regolament u, b'mod partikolari, jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-prestazzjoni tal-kompiti tagħhom. Huwa aktar effiċjenti li wieħed jitlob lill-BĊE sabiex jibgħat data li rċieva u vverifika fl-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu u setgħat mogħtija lilu mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (4) lill-Bord, milli li jiġi dduplikat il-piż tar-rappurtar għall-istituzzjonijiet u entitajiet ikkonċernati. Skambju ta' data bejn il-BĊE u l-Bord għandu jippermetti wkoll li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-proċess ta' verifika tad-data mill-Bord u jibni fuq l-obbligu tal-Bord u l-BĊE sabiex jikkooperaw mill-qrib fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014. Kwalunkwe duplikazzjoni tar-rappurtar tad-data u proċessi ta' verifika, inevitabbilment se jeħtieġu aktar ħin għall-kalkolu u għall-ġbir tal-kontribuzzjonijiet u jwasslu għal sistema anqas effiċjenti. Għalhekk bħala parti mill-obbligu ta' kooperazzjoni, il-BĊE jenħtieġ li jkun mitlub jibgħat lill-Bord id-data li rċieva mingħand l-istituzzjonijiet u entitajiet ikkonċernati bil-għan li jiġu kkalkolati l-kontribuzzjonijiet għall-Bord. Il-Bord jenħtieġ li joqgħod kemm jista' jkun fuq id-data miġbura mill-BĊE. Il-Bord jenħtieġ li jkollu aċċess għad-data msemmija qabel sakemm ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament.

(5)

L-allokazzjoni tal-kontribuzzjonijiet jenħtieġ li tirrifletti d-differenza fl-ammont ta' xogħol u nfiq relatat għall-entitajiet skont ir-responsabbiltà diretta tal-Bord kif oppost għal dawk taħt ir-responsabbiltà ta' awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jiddetermina kif il-kontribuzzjonijiet jenħtieġ li jinqasmu bejn dawn iż-żewġ gruppi ta' entitajiet. F'dawn iż-żewġ gruppi, is-sistema finali stabbilita minn dan ir-Regolament jenħtieġ li tirrikjedi lill-entitajiet sabiex jikkontribwixxu fi proporzjon mar-rekwiżiti ta' riżorsi li huma individwalment ipoġġu fuq il-Bord, kif approssimizzat minn data osservabbli.

(6)

Sabiex tkun ipprovduta ċertezza, kemm għall-Bord kif ukoll għall-entitajiet ikkonċernati, dwar kif kontribuzzjonijiet annwali individwali se jiġu aġġustati fil-każ ta' żball fil-kalkolu jew tibdil fid-data sottostanti, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi regoli speċifiċi f'dak ir-rigward. Meta l-Bord jagħmel żball fil-kalkolu tal-kontribuzzjoni annwali, jenħtieġ li jintalab jirranġa dak l-iżball. Tali rekwiżit jenħtieġ li japplika fir-rigward ta' żbalji li jseħħu għaliex il-Bord japplika b'mod inkorrett il-metodoloġija għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet annwali individwali. F'każijiet bħal dawn, il-kontribuzzjonijiet kollha jenħtieġ li jiġu emendati. Għall-kuntrarju, każijiet fejn id-data tal-input użata fil-kalkolu ta' kontribuzzjonijiet annwali individwali mhijiex korretta jew hija soġġetta għal bidla wara li l-kalkolu twettaq, m'għandhomx jitqiesu żbalji fil-kalkolu u għalhekk jenħtieġ li jiġu ttrattati b'mod differenti. F'każijiet bħal dawn, il-kontribuzzjonijiet tal-entitajiet li d-data tagħhom ma kinitx korretta jew kienet soġġetta għal bidla biss jenħtieġ li jiġu emendati.

(7)

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1 (5) l-avviż tal-kontribuzzjoni u kwalunkwe komunikazzjoni oħra mill-Bord jenħtieġ li jkunu fil-lingwa tal-Istat Membru li fih hija stabbilita l-istituzzjoni destinatarja.

(8)

Il-ħlasijiet tal-kontribuzzjonijiet annwali jenħtieġ li jkunu infurzabbli u imgħax fuq ħlas tard jenħtieġ li japplika fil-każ ta' ħlas parzjali, nuqqas ta' ħlas jew nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet għal ħlas speċifikati fl-avviż tal-kontribuzzjoni, sabiex ikun żgurat il-ħlas sħiħ u fil-ħin tal-kontribuzzjonijiet.

(9)

Il-kontribuzzjonijiet tal-entitajiet sinifikanti koperti mis-sistema provviżorja jenħtieġ li jiġu vvalutati mill-ġdid biex jitqiesu l-ammonti mħallsa minnhom skont din is-sistema provviżorja. Kull differenza bejn il-pagamenti mħallsa abbażi tas-sistema provviżorja u l-kontribuzzjonijiet ikkalkolati skont is-sistema finali jenħtieġ li tiġi saldata fil-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għall-infiq amministrattiv tal-Bord għas-sena ta' wara t-tmiem tal-perjodu provviżorju.

(10)

Peress li dan ir-Regolament jintroduċi s-sistema finali ta' kontribuzzjonijiet għall-infiq amministrattiv tal-Bord, ir-Regolament dwar is-sistema provviżorja ma jibqax meħtieġ u jenħtieġ li jkun revokat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jispeċifikaw:

1.

is-sistema finali għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għall-infiq amministrattiv tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (“il-Bord”) dovut mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

2.

il-mod li bih il-kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu;

3.

ir-reġistrazzjoni, il-kontabbiltà, ir-rapportar u regoli oħra meħtieġa biex jiġi żgurat li l-kontribuzzjonijiet jitħallsu kollha u fil-ħin;

4.

il-metodoloġija għall-kalkolu mill-ġdid u aġġustament tal-kontribuzzjonijiet dovuti għall-perjodu provviżorju.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1163/2014. Id-definizzjoni li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

1.

“infiq amministrattiv tal-Bord” tfisser in-nefqa ta' parti I tal-baġit tal-Bord, kif imsemmi fl-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

2.

“kontribuzzjoni annwali” tfisser il-kontribuzzjoni li għandha tinġabar mill-Bord għal sena finanzjarja partikolari skont dan ir-Regolament sabiex jiġi kopert l-infiq amministrattiv tal-Bord;

3.

“debitur tal-kontribuzzjoni” tfisser id-debitur tat-tariffa ddeterminat skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 għall-iskopijiet ta' ġbir tat-tariffa superviżorja u li jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

4.

“perjodu provviżorju” tfisser il-perjodu li jibda mid-19 ta' Awwissu 2014 u jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017.

Artikolu 3

Determinazzjoni tal-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet annwali li għandhom jinġabru

L-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet annwali li għandhom jinġabru għal sena finanzjarja partikolari għandu jiġi kkalkolat abbażi ta' parti I tal-baġit adottat mill-Bord għal dik is-sena finanzjarja skont l-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, aġġustat bir-riżultat tal-baġit tal-aħħar sena finanzjarja li għaliha l-kontijiet finali ġew ippubblikati skont l-Artikolu 63(7) ta' dak ir-Regolament.

Il-Bord għandu jiddetermina l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet annwali biex b'hekk parti I tal-baġit tal-Bord tkun ibbilanċjata.

Artikolu 4

Allokazzjoni tal-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet annwali

1.   L-ammont totali li għandu jinġabar skont l-Artikolu 3 għandu jkun allokat kif ġej:

(a)

95 % lill-entitajiet u gruppi li ġejjin:

(i)

entitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

(ii)

entitajiet u gruppi li fir-rigward tagħhom il-Bord iddeċieda li jeżerċita setgħat skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 skont l-Artikolu 7(4)(b) ta' dak ir-Regolament;

(iii)

entitajiet u gruppi li fir-rigward tagħhom l-Istati Membri parteċipanti ddeċidew skont l-Artikolu 7(5) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 li l-Bord jeżerċita setgħat u responsabbiltajiet mogħtija lilu minn dak ir-Regolament;

(b)

5 % lil entitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, il-Bord għandu jassenja l-entitajiet u l-gruppi lil waħda miż-żewġ kategoriji stipulati fil-paragrafu 1 skont id-data li jipprovdi l-BĊE lill-Bord skont l-Artikolu 6(1) jew l-Artikolu 11, kif applikabbli.

3.   Meta entità taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' paragrafu 1(a), l-entitajiet kollha li huma parti mill-istess grupp għandhom jiġu assenjati lill-istess kategorija.

4.   Il-Bord għandu jirrapporta kull sena lill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza tal-allokazzjoni stipulata fil-paragrafu 1, fid-dawl tal-kompożizzjoni li tinbidel taż-żewġ kategoriji ta' entitajiet u gruppi.

Artikolu 5

Kalkolu tal-kontribuzzjonijiet annwali individwali

1.   Il-Bord għandu jikkalkula l-kontribuzzjonijiet annwali individwali dovuti għal kull sena finanzjarja abbażi tad-data li rċieva skont l-Artikolu 6 u l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet annwali kif iddeterminat skont l-Artikolu 3.

2.   Għall-għanijiet ta' kalkolu tal-kontribuzzjonijiet annwali individwali, il-Bord għandu japplika d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10(1), (2) u (3) u l-Artikolu 10(6)(a), (b) u (c) tar-Regolament(UE) Nru 1163/2014.

3.   Bil-għan li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2:

(a)

“tariffa superviżorja annwali” tfisser kontribuzzjoni annwali individwali;

(b)

“entità sinifikanti taħt superviżjoni” jew “grupp sinifikanti taħt superviżjoni” tfisser entità jew grupp kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(a);

(c)

“entità anqas sinifikanti taħt superviżjoni” jew “grupp anqas sinifikanti taħt superviżjoni” tfisser entità jew grupp kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b);

(d)

“entità taħt superviżjoni” jew “grupp taħt superviżjoni” tfisser kwalunkwe entità jew grupp;

(e)

“debitur tat-tariffa” tfisser debitur tal-kontribuzzjoni.

4.   Il-kontribuzzjoni annwali dovuta mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 li huma membri tal-istess grupp għandha tiġi kkalkolata bħala kontribuzzjoni unika.

5.   Meta l-Bord jagħmel żball fil-kalkolu ta' kontribuzzjoni annwali individwali, dan għandu jirranġa l-iżball billi jikkalkula mill-ġdid il-kontribuzzjoni annwali individwali ta' kull entità affettwata. Il-Bord għandu jagħmel saldu ta' kull differenza bejn il-kontribuzzjoni annwali individwali mħallsa u l-ammont ikkalkolat mill-ġdid billi jżid jew inaqqas il-kontribuzzjoni annwali individwali kkalkolata fis-sena finanzjarja wara l-kalkolu mill-ġdid.

Madankollu, ma għandu jsir l-ebda kalkolu mill-ġdid fejn il-Bord ikun konxju ta' żball aktar minn ħames snin wara t-tmiem tas-sena finanzjarja li fiha seħħ l-iżball.

Artikolu 6

Data meħtieġa għall-kalkolu ta' kontribuzzjonijiet annwali individwali

1.   Kull sena, fi żmien 5 ijiem ta' xogħol mill-ħruġ tal-avviżi tat-tariffa skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru tas-sena li għaliha l-avviżi tat-tariffa huma maħruġin, il-BĊE għandu jipprovdi lill-Bord b'data dwar kull debitur tal-kontribuzzjoni kif miġbur mill-BĊE f'dik is-sena u użat sabiex jiġu ddeterminati t-tariffi superviżorji skont ir-Regolament (UE) Nru 1163/2014.

2.   Id-data għandha tinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

id-dettalji ta' identità u kuntatt ta' kull debitur tal-kontribuzzjoni kif iddeterminat skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 bil-għan tat-tariffi superviżorji;

(b)

il-fatturi tat-tariffa ddeterminati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014;

(c)

jekk debitur tal-kontribuzzjoni hux sinifikanti skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jew hux entità jew grupp li dwarhom il-BĊE ddeċieda skont l-Artikolu 6(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 li jeżerċita direttament is-setgħat rilevanti kollha;

(d)

kwalunkwe data li l-BĊE iddetermina fl-assenza ta' rappurtar minn debitur tal-kontribuzzjoni, skont l-Artikolu 10(5) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014;

(e)

id-data ta' validità li fuqha huwa msejjes il-kalkolu tat-tariffa ta' kull debitur tal-kontribuzzjoni li tiddetermina t-tul tad-debitur tal-kontribuzzjoni kienet soġġetta għal tariffa superviżorja u kwalunkwe bidla fl-istatus skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 fil-perjodu tat-tariffa mogħti.

3.   Għall-għanijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 2, id-dettalji ta' identità u kuntatt ta' kull debitur tal-kontribuzzjoni għandhom jinkludu kwalunkwe data fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (6) li hija miġbura mill-BĊE bil-għan li jwettaq il-kompiti tiegħu skont ir-Regolament (UE) Nru 1163/2014 u li huwa meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti taħt dan ir-Regolament mill-Bord.

4.   Fejn, għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, il-Bord jeħtieġ li jidentifika jekk entità hijiex parti mill-grupp li nnomina debitur tal-kontribuzzjoni partikolari, il-BĊE, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jassistu lill-Bord bl-informazzjoni rilevanti kollha.

5.   Fil-każ li l-BĊE joħroġ fatturi addizzjonali jew jikkalkula mill-ġdid it-tariffa superviżorja annwali skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014, il-BĊE għandu jikkomunika lill-Bord id-data ġdida fi żmien 5 ijiem mill-ħruġ tal-avviżi tat-tariffa.

6.   Għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet annwali individwali li għandhom jinġabru f'sena finanzjarja partikolari, il-Bord għandu juża d-data miġbura mill-BĊE fis-sena finanzjarja preċedenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1163/2014 u pprovduta lill-Bord skont dan l-Artikolu jew l-Artikolu 11, kif applikabbli.

7.   Meta l-BĊE, f'sena finanzjarja partikolari, ma jkunx ipprovda lill-Bord fil-perjodi stipulati f'dan l-Artikolu bid-data meħtieġa għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet annwali, il-Bord jista' juża l-aktar data reċenti disponibbli pprovduta lilu mill-BĊE għall-iskopijiet ta'dak il-kalkolu.

8.   F'każ li l-ebda data pprovduta mill-BĊE ma tkun disponibbli, l-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti għandha fuq talba tipprovdi lill-Bord bid-data disponibbli għaliha.

9.   F'każ li l-ebda data pprovduta mill-awtorità kompetenti nazzjonali ma tkun disponibbli, id-debitur tal-kontribuzzjoni għandu, fuq talba, jipprovdi lill-Bord bid-data meħtieġa fi żmien perjodu stipulat mill-Bord. Fin-nuqqas ta' risposta mid-debitur tal-kontribuzzjoni fiż-żmien stipulat mill-Bord, il-Bord jista' jiddetermina d-data abbażi ta' assunzjonijiet raġonevoli.

10.   Il-Bord għandu juża d-data speċifikata f'dan l-Artikolu biss għall-iskopijiet ta' u skont dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Bidla fil-kamp ta' applikazzjoni, status jew data oħra

1.   Meta entità jew grupp jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 biss għal parti mis-sena finanzjarja, il-kontribuzzjoni annwali individwali tagħhom għal dik is-sena finanzjarja għandha tiġi kkalkolata b'referenza għan-numru ta' xhur sħaħ li matulhom jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dak l-Artikolu.

2.   Meta l-istatus ta' entità jew grupp jinbidel bejn il-kategoriji speċifikati fl-Artikolu 4(1) matul sena finanzjarja, il-kontribuzzjoni annwali individwali tagħhom għal dik is-sena finanzjarja għandha tkun ikkalkolata abbażi tan-numru ta' xhur li għalihom l-entità jew grupp waqgħu taħt il-kategorija rispettiva fl-aħħar jum tax-xahar.

3.   Fejn iseħħu bidliet oħrajn fid-data ta' entità jew grupp li ntużat sabiex tiġi kkalkolata l-kontribuzzjoni annwali individwali tagħhom għal sena finanzjarja, il-kontribuzzjoni annwali individwali ta' dik l-entita jew grupp għal dik is-sena finanzjarja għandha tiġi kkalkolata abbażi tad-data aġġornata.

4.   Fejn seħħet bidla kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 u ġiet irrapportata mill-BĊE jew bidla kif imsemmija fil-paragrafu 3, il-Bord għandu jikkalkula mill-ġdid il-kontribuzzjoni annwali individwali biss ta' dik l-entità jew grupp għas-snin finanzjarji kkonċernati. Fejn seħħew bidliet kif imsemmija fil-paragrafi 1, 2 jew 3 b'rabta ma' għadd ta' entitajiet jew gruppi matul l-istess sena finanzjarja, il-Bord għandu jikkunsidra biss il-bidliet li jikkonċernaw entità jew grupp individwali għall-iskopijiet ta' kalkolu mill-ġdid tal-kontribuzzjoni annwali individwali ta' dik l-entità jew grupp.

5.   Fejn l-ammont ta' kontribuzzjoni annwali individwali mħallas huwa ogħla mill-ammont ikkalkolat mill-ġdid skont il-paragrafu 4, il-Bord għandu jħallas lura d-differenza lill-entità jew grupp ikkonċernati. Fejn l-ammont ta' kontribuzzjoni annwali individwali mħallas huwa inqas mill-ammont ikkalkolat mill-ġdid skont il-paragrafu 4, l-entità jew grupp ikkonċernati għandhom iħallsu lura d-differenza lill-Bord. Għall-iskopijiet ta' ħlas lura jew ġbir ta' ammont dovut skont dan il-paragrafu, il-Bord għandu jnaqqas jew iżid il-kontribuzzjoni annwali individwali tal-entità jew grupp ikkonċernati fis-sena finanzjarja ta' wara l-kalkolu mill-ġdid skont il-paragrafu 4.

6.   Il-kontribuzzjonijiet annwali individwali ta' entitajiet jew gruppi li mhumiex soġġetti għal bidliet kif imsemmi fil-paragrafi 1, 2 jew 3 m'għandhomx jiġu aġġustati.

7.   Il-Bord għandu japplika l-eċċess jew defiċit aggregat li jirriżulta mill-aġġustamenti kollha magħmula skont il-paragrafu 5 għall-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet annwali li għandhom jiġu ddeterminati skont l-Artikolu 3 għas-sena finanzjarja li ssegwi s-sena finanzjarja li fiha huma applikati l-aġġustamenti.

8.   F'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni tajba tal-baġit tiegħu, il-Bord għandu jieħu kwalunkwe deċiżjoni meqjusa meħtieġa sabiex jimplimenta d-dispożizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu, inkluż fir-rigward tal-ħin tal-ħlas lura mill-Bord u tal-ħlasijiet addizzjonali li għandhom jinġabru mill-entitajiet.

Artikolu 8

Avviż ta' kontribuzzjoni, komunikazzjonijiet, ħlasijiet u imgħax għal ħlas tard

1.   Avviż ta' kontribuzzjoni għandu jinħareġ mill-Bord lid-debituri tal-kontribuzzjoni.

2.   Il-Bord għandu jinnotifika l-avviż ta' kontribuzzjoni permezz ta' kwalunkwe wieħed mill-mezzi li ġejjin:

(a)

elettronikament jew b'mezz kumparabbli ieħor ta' komunikazzjoni;

(b)

bil-fax;

(c)

b'servizz espress ta' kurrier;

(d)

bil-posta rreġistrata b'forma ta' konferma tal-wasla;

(e)

b'servizz jew konsenja bl-idejn.

L-avviż ta' kontribuzzjoni għandu jkun validu mingħajr firma.

3.   L-avviż ta' kontribuzzjoni għandu jispeċifika l-ammont ta' kontribuzzjoni annwali u l-mod li bih il-kontribuzzjoni annwali għandha titħallas. Dan għandu jkun irraġunat kif suppost fir-rigward tal-aspetti fattwali u legali tad-deċiżjoni tal-kontribuzzjoni individwali.

4.   Il-Bord għandu jindirizza kwalunkwe komunikazzjoni oħra fir-rigward tal-kontribuzzjoni annwali, inkluż kwalunkwe deċiżjoni ta' saldu skont l-Artikolu 10(8), lid-debitur tal-kontribuzzjoni.

5.   Il-kontribuzzjoni għandha tkun pagabbli f'euro.

6.   Id-debitur tal-kontribuzzjoni għandu jħallas l-ammont tal-kontribuzzjoni annwali fi żmien 35 jum kalendarju mill-ħruġ tal-avviż tal-kontribuzzjoni. Id-debitur tal-kontribuzzjoni għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-avviż tal-kontribuzzjoni fir-rigward tal-ħlas tal-kontribuzzjoni annwali. Id-data tal-pagament għandha tkun id-data meta jiġi kkreditat il-kont tal-Bord.

7.   Il-kontribuzzjoni annwali dovuta mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 li huma membri tal-istess grupp għandha tinġabar mingħand id-debitur tal-kontribuzzjoni ta' dak il-grupp.

8.   Mingħajr preġudizzju għal kull rimedju ieħor disponibbli għall-Bord, fil-każ ta' ħlas parzjali, nuqqas ta' ħlas jew nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet għall-ħlas speċifikati fl-avviż tal-kontribuzzjoni, l-imgħax għandu jakkumula fuq bażi ta' kuljum fuq l-ammont pendenti tal-kontribuzzjoni annwali b'rata tal-imgħax tar-rata ta' rifinanzjament ewlenija tal-BĊE miżjuda bi 8 punti perċentwali mid-data meta kien dovut il-ħlas.

9.   F'każ ta' kwalunkwe ħlas parzjali, nuqqas ta' ħlas jew nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet għall-ħlas speċifikati fl-avviż tal-kontribuzzjoni mid-debitur tal-kontribuzzjoni, il-Bord għandu jinforma lill-awtorità ta' riżoluzzjoni nazzjonali tal-Istat Membru parteċipanti li fih id-debitur tal-kontribuzzjoni huwa stabbilit.

Artikolu 9

Infurzar

1.   Il-ħlasijiet tal-kontribuzzjonijiet annwali dovuti u kwalunkwe imgħax għal ħlas tard skont l-Artikolu 8(8) għandhom ikunu infurzabbli.

2.   L-infurzar għandu jkun regolat mir-regoli proċedurali applikabbli fl-Istat Membru parteċipanti li qiegħed iseħħ fit-territorju tiegħu.

3.   Il-gvern ta' kull Stat Membru parteċipanti għandu jaħtar u jinnotifika lill-Bord u lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea awtorità għall-iskopijiet ta' verifika tal-awtentiċità ta' deċiżjonijiet ta' kontribuzzjoni individwali.

4.   Ordni għal infurzar għandha tkun mehmuża ma' kull deċiżjoni ta' kontribuzzjoni individwali. L-infurzar m'għandux ikun soġġett għal kwalunkwe formalità apparti l-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni mill-awtorità maħtura skont il-paragrafu 3.

5.   Awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jassistu lill-Bord fil-proċedura ta' infurzar irregolata mir-regoli proċedurali applikabbli fl-Istat Membru parteċipanti.

Artikolu 10

Kalkolu mill-ġdid u saldu ta' kontribuzzjonijiet dovuti għall-perjodu provviżorju

1.   Għall-għanijiet tal-kalkolu mill-ġdid u saldu ta' kontribuzzjonijiet dovuti għall-perjodu provviżorju, ix-xhur ta' Novembru u Diċembru 2014 għandhom jitqiesu parti mis-sena finanzjarja 2015.

2.   Il-Bord għandu jikkalkula mill-ġdid, skont id-dispożizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, l-ammont ta' kontribuzzjonijiet dovuti minn kull entità msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 sabiex ikopru l-infiq amministrattiv tal-Bord matul il-perjodu provviżorju.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4), għall-kalkolu mill-ġdid tal-ammont ta' kontribuzzjonijiet dovuti minn kull entità fis-snin finanzjarji li jagħmlu parti mill-perjodu provviżorju, il-Bord għandu juża d-data miġbura mill-BĊE f'dawn is-snin finanzjarji skont ir-Regolament (UE) Nru 1163/2014 u pprovduta lill-Bord skont l-Artikolu 11.

4.   Kwalunkwe differenza bejn il-pagamenti mħallsin minn entitajiet sinifikanti abbażi tas-sistema provviżorja stipulata fir-Regolament Iddelegat (UE) Nru 1310/2014 u l-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandu jsir saldu tagħha fil-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet annwali dovuti għas-sena finanzjarja li ssegwi t-tmiem tal-perjodu provviżorju. Dak is-saldu għandu jsir billi jitnaqqsu jew jiżdiedu l-kontribuzzjonijiet annwali dovuti għal dik is-sena finanzjarja.

5.   L-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 li għalihom ġew differiti l-kalkolu u l-ġbir tal-kontribuzzjonijiet fil-perjodu provviżorju għandhom iħallsu kontribuzzjonijiet ikkalkolati skont il-Paragrafu 2 għas-snin li jagħmlu parti mill-perjodu provviżorju. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom iżidu l-kontribuzzjonijiet annwali dovuti għas-sena finanzjarja li ssegwi t-tmiem tal-perjodu provviżorju.

6.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 4 “entitajiet sinifikanti” għandha tfisser l-entitajiet li ġew notifikati mill-BĊE, fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fl-Istati Membri parteċipanti, bid-deċiżjoni tal-BĊE li jitqiesu sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u skont l-Artikolu 147(1) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (7), u li ġew imsemmija fil-lista ppubblikata fuq is-sit tal-BĊE fl-4 ta' Settembru 2014, iżda bl-esklużjoni ta' dawk l-entitajiet sinifikanti li huma sussidjarji ta' gruppi diġà meqjusa f'din id-definizzjoni, u fergħat, li huma stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti, ta' istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti.

7.   Meta d-differenza msemmija fil-paragrafu 4 jew il-kontribuzzjonijiet għas-snin li jagħmlu parti mill-perjodu provviżorju msemmi fil-paragrafu 5 hija ogħla mill-kontribuzzjonijiet dovuti għas-sena finanzjarja li ssegwi t-tmiem tal-perjodu provviżorju, l-aġġustament għandu jkompli għaddej fis-snin finanzjarji sussegwenti.

8.   Fejn żewġ entitajiet jew aktar fi ħdan grupp huma soġġetti għal saldi skont il-paragrafi 4 jew 5, il-Bord jista' jpaċi kontribuzzjonijiet dovuti kontra rimborżi fir-rigward ta' entitajiet ta' dak il-grupp.

Artikolu 11

Data meħtieġa għall-iskopijiet ta' kalkolu mill-ġdid tal-kontribuzzjonijiet għal snin finanzjarji li huma parti mill-perjodu provviżorju

Fi żmien 30 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-BĊE għandu jipprovdi lill-Bord bid-data kif speċifikat fl-Artikolu 6 u miġbura mill-BĊE skont ir-Regolament (UE) Nru 1163/2014 fi snin finanzjarji li jagħmlu parti mill-perjodu provviżorju.

Artikolu 12

Esternalizzazzjoni

1.   Il-Bord jista' jiddeċiedi dwar l-esternalizzazzjoni sħiħa jew parzjali ta' kompiti speċifiċi previsti f'dan ir-Regolament.

2.   Il-Bord għandu jirrestrinġi kwalunkwe esternalizzazzjoni għal kompiti tekniki li huma relatati maż-żieda fil-kontribuzzjonijiet u ma jinvolvix l-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu fir-rigward tad-determinazzjoni ta' kontribuzzjonijiet.

3.   Kwalunkwe mandat mogħti lil fornitur tas-servizz bl-iskop li jiġu esternalizzati kompiti għandu jiddikjara b'mod ċar it-tul tal-mandat u l-kompiti speċifiċi li huma esternalizzati u għandu jistabbilixxi qafas għal rappurtar regolari mill-fornitur tas-servizz għall-Bord.

4.   Kwalunkwe kuntratt bejn il-Bord u fornitur tas-servizz bl-iskopijiet li jesternalizza kompiti skont il-paragrafu 1 għandu jinkludi klawżoli li jirregolaw id-drittijiet ta' kanċellazzjoni tal-Bord, drittijiet marbutin ma' aktar sottokuntrattar u nuqqas ta' prestazzjoni mill-fornitur tas-servizz.

5.   Fejn il-Bord kompletament jew parzjalment jesternalizza kompiti skont il-paragrafu 1, dan għandu jibqa' kompletament responsabbli għar-rilaxx tal-obbligi kollha tiegħu skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 u dan ir-Regolament.

6.   Fejn il-Bord kompletament jew parzjalment jesternalizza kompiti skont il-paragrafu 1, dan għandu jiżgura f'kull mument li:

(a)

kwalunkwe kuntratt konkluż għall-iskopijiet tal-esternalizzazzjoni ma jipprevedix id-delegazzjoni tar-responsabbiltà tal-Bord;

(b)

kwalunkwe kuntratt konkluż għall-iskopijiet tal-esternalizzazzjoni ma jipprevedix l-esklużjoni tar-responsabbiltà tal-Bord taħt l-Artikolu 45 u l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, jew tal-indipendenza tiegħu skont l-Artikolu 47 ta' dak ir-Regolament;

(c)

l-esternalizzazzjoni ma twassalx sabiex il-Bord jiċċaħħad mis-sistemi u l-kontrolli meħtieġa għall-ġestjoni tar-riskji li jiffaċċja;

(d)

il-fornitur tas-servizz jimplimenta arranġamenti tal-kontinwità tan-negozju ekwivalenti għal dawk tal-Bord;

(e)

il-Bord iżomm l-għarfien espert u riżorsi meħtieġa biex jevalwa l-kwalità tas-servizzi pprovduti u l-adegwatezza organizzazzjonali tal-fornitur tas-servizz; il-Bord jissorvelja l-funzjonijiet esternalizzati b'mod effettiv u jimmaniġġja r-riskji assoċjati mal-esternalizzazzjoni fuq bażi kontinwa;

(f)

il-Bord għandu aċċess dirett għall-informazzjoni rilevanti li tippermettilu jeżerċita l-kontroll meħtieġ fuq il-kompiti esternalizzati.

7.   Fejn il-Bord jesternalizza kompletament jew parzjalment kompiti skont il-paragrafu 1, dan għandu jiżgura li l-fornituri tas-servizz huma obbligati jikkonformaw mar-rekwiżiti u prinċipji legali interni tal-Bord marbutin mas-sigurtà u l-kunfidenzjalità. Kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali marbuta mal-Bord u aċċessibbli għall-fornitur tas-servizz għandha tintuża biss sa fejn huwa meħtieġ għat-twettiq tal-mandat mogħti mill-Bord.

8.   Qabel ma jieħu kwalunkwe deċiżjoni dwar l-esternalizzazzjoni, il-Bord għandu jikseb il-kunsens tal-BĊE sabiex jaqsam id-data pprovduta mill-BĊE ma' fornitur tas-servizz, skont id-dispożizzjonijiet ta' kunfidenzjalità applikabbli.

Artikolu 13

Assistenza minn awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali

Il-Bord jista' jitlob lil awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali sabiex jassistu fil-proċess tal-ġabra tal-kontribuzzjonijiet annwali fejn tali talba hija ġġustifikata miċ-ċirkostanzi tal-każ individwali.

Artikolu 14

Revoka

Ir-Regolament ta' Delegat (UE) Nru 1310/2014 huwa rrevokat.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1310/2014 tat-8 ta' Ottubru 2014 dwar is-sistema provviżorja ta' pagamenti fuq il-kontribuzzjonijiet biex ikopru l-infiq amministrattiv tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni matul il-perjodu provviżorju (ĠU L 354, 11.12.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41) (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 23).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma' awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).


19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2362

tal-5 ta' Diċembru 2017

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Lenticchia di Altamura” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Italja biex id-denominazzjoni “Lenticchia di Altamura” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li d-denominazzjoni “Lenticchia di Altamura” tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Lenticchia di Altamura” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 280, 24.8.2017, p. 4.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2363

tas-6 ta' Diċembru 2017

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Μελεκούνι” (Melekouni) (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Greċja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Μελεκούνι” (Melekouni) ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li d-denominazzjoni “Μελεκούνι” (Melekouni) tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Μελεκούνι” (Melekouni) (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 2.3. Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini jew prodotti oħra tal-furnara tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 280, 24.8.2017, p. 7.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/17


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2364

tat-18 ta' Diċembru 2017

li jemenda d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli limitu ta' applikazzjoni fil-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(4) tagħha,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2014/115/UE (2), il-Kunsill approva l-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (“il-Ftehim”) (3) konkluż fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-Ftehim huwa strument plurilaterali u għandu l-għan li jiftaħ is-swieq tal-akkwist pubbliku b'mod reċiproku fost il-partijiet kontraenti tiegħu. Huwa japplika għal kwalunkwe kuntratt ta' akkwist pubbliku b'valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (“il-livelli limitu”) stipulati fil-Ftehim u espressi bħala drittijiet speċjali ta' prelevament.

(2)

Wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva 2014/25/UE huwa li l-entitajiet kontraenti li japplikaw dik id-Direttiva jkunu jistgħu, fl-istess waqt, jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. Biex jinkiseb dan, jenħtieġ li l-livelli limitu stabbiliti f'dik id-Direttiva għall-kuntratti pubbliċi, li huma koperti wkoll mill-Ftehim, jiġu allinjati sabiex jiġi żgurat li jikkorrispondu mal-ekwivalenti f'euro, imqarrba għall-eqreb elf, tal-livelli limitu stipulati fil-Ftehim.

(3)

Għal raġunijiet ta' koerenza, huwa xieraq li jiġu allinjati wkoll il-livelli limitu fid-Direttiva 2014/25/UE, li mhumiex koperti mill-Ftehim.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2014/25/UE tiġi emendata skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/25/UE huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt (a) l-ammont “EUR 418 000” jinbidel b'“EUR 443 000”,

(2)

fil-punt (b), l-ammont “EUR 5 225 000” jinbidel b'“EUR 5 548 000”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/115/UE tat-2 ta' Diċembru 2013 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern, (ĠU L 68, 7.3.2014, p. 1).

(3)  ĠU L 68, 7.3.2014, p. 4.


19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/19


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2365

tat-18 ta' Diċembru 2017

li jemenda d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli limitu ta' applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(5) tagħha,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2014/115/UE (2), il-Kunsill approva l-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (“il-Ftehim”) (3) konkluż fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-Ftehim huwa strument plurilaterali u għandu l-għan li jiftaħ is-swieq tal-akkwist pubbliku b'mod reċiproku fost il-partijiet kontraenti tiegħu. Huwa japplika għal kwalunkwe kuntratt ta' akkwist pubbliku b'valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (“il-livelli limitu”) stipulati fil-Ftehim u espressi bħala drittijiet speċjali ta' prelevament.

(2)

Wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva 2014/24/UE huwa li l-awtoritajiet kontraenti li japplikaw dik id-Direttiva jkunu jistgħu, fl-istess waqt, jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. Biex jinkiseb dan, jenħtieġ li l-livelli limitu stabbiliti f'dik id-Direttiva għall-kuntratti pubbliċi, li huma koperti wkoll mill-Ftehim, jiġu allinjati sabiex jiġi żgurat li jikkorrispondu mal-ekwivalenti f'euro, imqarrba għall-eqreb elf, tal-livelli limitu stipulati fil-Ftehim.

(3)

Għal raġunijiet ta' koerenza, huwa xieraq li jiġu allinjati wkoll il-livelli limitu fid-Direttiva 2014/24/UE, li mhumiex koperti mill-Ftehim.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2014/24/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2014/24/UE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), l-ammont “EUR 5 225 000” jinbidel b'“EUR 5 548 000”;

(b)

fil-punt (b), l-ammont “EUR 135 000” jinbidel b'“EUR 144 000”;

(c)

fil-punt (c), l-ammont “'EUR 209 000” jinbidel b'“EUR 221 000”;

(2)

l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), l-ammont “EUR 5 225 000” jinbidel b'“EUR 5 548 000”;

(b)

fil-punt (b), l-ammont “EUR 209 000” jinbidel b'“EUR 221 000”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/115/UE tat-2 ta' Diċembru 2013 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (ĠU L 68, 7.3.2014, p. 1).

(3)  ĠU L 68, 7.3.2014, p. 4.


19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/21


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2366

tat-18 ta' Diċembru 2017

li jemenda d-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli limitu ta' applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tagħha,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2014/115/UE (2), il-Kunsill approva l-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (“il-Ftehim”) (3) konkluż fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-Ftehim huwa strument plurilaterali u għandu l-għan li jiftaħ is-swieq tal-akkwist pubbliku b'mod reċiproku fost il-partijiet kontraenti tiegħu. Huwa japplika għal kwalunkwe kuntratt ta' akkwist pubbliku b'valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (“il-livelli limitu”) stipulati fil-Ftehim u espressi bħala drittijiet speċjali ta' prelevament.

(2)

Wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva 2014/23/UE huwa li l-entitajiet kontraenti u l-awtoritajiet kontraenti li japplikaw dik id-Direttiva jkunu jistgħu, fl-istess waqt, jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. Biex jinkiseb dan, jenħtieġ li l-livelli limitu stabbiliti f'dik id-Direttiva għall-kuntratti pubbliċi, li huma koperti wkoll mill-Ftehim, jiġu allinjati sabiex jiġi żgurat li jikkorrispondu mal-ekwivalenti f'euro, imqarrba għall-eqreb elf, tal-livelli limitu stipulati fil-Ftehim.

(3)

Għal raġunijiet ta' koerenza, huwa xieraq li jiġu allinjati wkoll il-livelli limitu fid-Direttiva 2014/23/UE, li mhumiex koperti mill-Ftehim.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2014/23/UE tiġi emendata skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/23/UE, l-ammont “EUR 5 225 000” jinbidel b'“EUR 5 548 000”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/115/UE tat-2 ta' Diċembru 2013 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern, (ĠU L 68, 7.3.2014, p. 1).

(3)  ĠU L 68, 7.3.2014, p. 4.


19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2367

tat-18 ta' Diċembru 2017

li jemenda d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli limitu ta' applikazzjoni għall-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' ċerti kuntratti ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tagħha,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2014/115/UE (2), il-Kunsill approva l-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (“il-Ftehim”) (3) konkluż fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-Ftehim huwa strument plurilaterali u għandu l-għan li jiftaħ is-swieq tal-akkwist pubbliku b'mod reċiproku fost il-partijiet kontraenti tiegħu. Huwa japplika għal kwalunkwe kuntratt ta' akkwist pubbliku b'valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (“il-livelli limitu”) stipulati fil-Ftehim u espressi bħala drittijiet speċjali ta' prelevament.

(2)

Wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva 2009/81/KE huwa li l-entitajiet kontraenti u l-awtoritajiet kontraenti li japplikaw dik id-Direttiva jkunu jistgħu, fl-istess waqt, jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. Biex jinkiseb dan, jenħtieġ li l-livelli limitu stabbiliti f'dik id-Direttiva għall-kuntratti pubbliċi, li huma koperti wkoll mill-Ftehim, jiġu allinjati sabiex jiġi żgurat li jikkorrispondu mal-ekwivalenti f'euro, imqarrba għall-eqreb elf, tal-livelli limitu stipulati fil-Ftehim.

(3)

Għal raġunijiet ta' koerenza, jenħtieġ li l-livelli limitu stabbiliti fid-Direttiva 2009/81/KE jiġu allinjati mal-livelli limitu riveduti stabbiliti fid-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2009/81/KE tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/81/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt (a) l-ammont “EUR 418 000” jinbidel b'“EUR 443 000”,

(2)

fil-punt (b), l-ammont “EUR 5 225 000” jinbidel b'“EUR 5 548 000”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/115/UE tat-2 ta' Diċembru 2013 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (ĠU L 68, 7.3.2014, p. 1).

(3)  ĠU L 68, 7.3.2014, p. 4.

(4)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).


19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2368

tat-18 ta' Diċembru 2017

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/325 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ħjut b'saħħithom ħafna (high tenacity) ta' poliesteri li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/325 (2) il-Kummissjoni imponiet dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ħjut b'saħħithom ħafna ta' poliesteri li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

(2)

Madankollu, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/325 ma pprevedix il-possibbiltà li l-kumpaniji li ma esportawx ħjut b'saħħithom ħafna ta' poliesteri matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali jitolbu rieżami biex jiġi determinat jekk huma wkoll jistgħux ikunu suġġetti għar-rata ta' dazju imposta fuq il-kumpaniji li kkooperaw li m'humiex parti mill-kampjun.

(3)

Tali rieżami jista' jsir jekk jitressqu provi suffiċjenti quddiem il-Kummissjoni minn esportatur jew produttur ġdid fil-pajjiż ta' esportazzjoni inkwistjoni li (1) ma esportax il-prodott matul il-perjodu ta' investigazzjoni li fuqu kienu bbażati l-miżuri; (2) mhux relatat mal-esportatur jew il-produttur soġġett għall-miżuri imposti; u (3) jew effettivament esporta l-oġġetti kkonċernati jew inkella daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni.

(4)

Huwa għalhekk xieraq li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/325 jiġi emendat kif xieraq biex jippermetti lil esportaturi ġodda jitolbu tali rieżami.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

(6)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/325 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/325 jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   Fejn xi parti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li hija:

(a)

ma esportax l-oġġetti deskritti fil-paragrafu 1 li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali (mill-1 ta' Lulju 2008 sat-30 ta' Ġunju 2009);

(b)

mhijiex relatata ma' xi esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; kif ukoll

(c)

li effettivament esportat l-oġġetti deskritti fil-paragrafu 1 jew li daħlet f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli li tesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni,

il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness I biex tattribwixxi lil dik il-parti d-dazju applikabbli għall-produtturi li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, jiġifieri 5,3 %.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/325 tal-24 ta' Frar 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ħjut b'saħħithom ħafna (high tenacity) ta' poliesteri li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 49, 25.2.2017, p. 6).


19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/26


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2369

tat-18 ta' Diċembru 2017

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 743/2013 li jintroduċi miżuri ta' protezzjoni dwar l-importazzjonijiet tal-molluski bivalvi mit-Turkija intenzjonati għall-konsum mill-bniedem, rigward il-perjodu tal-applikazzjoni tiegħu

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 743/2013 (2), ġie adottat minħabba li s-servizz tal-awditjar tal-Kummissjoni identifika nuqqasijiet fit-Turkija fl-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali tal-produzzjoni tal-molluski bivalvi intenzjonati għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, kif ukoll minħabba li l-Istati Membri rrappurtaw kunsinni mhux konformi ta' molluski bivalvi li oriġinaw mit-Turkija u li ma kinux qed jissodisfaw l-istandards mikrobijoloġiċi tal-Unjoni.

(2)

L-aħħar awditu tas-servizz tal-awditjar tal-Kummissjoni, li sar f'Settembru 2015, sab li kien għad hemm nuqqasijiet sinifikanti fis-sistema ta' kontroll għall-molluski bivalvi intenzjonati għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. L-awtoritajiet kompetenti Torok ippreżentaw l-informazzjoni dwar il-miżuri korrettivi li nbdew biex jiġu indirizzati dawk in-nuqqasijiet. Madankollu, uħud minn dawk in-nuqqasijiet, partikolarment fil-prestazzjoni tal-laboratorji, għadhom jeżistu.

(3)

Minħabba n-natura tal-prodotti involuti, jenħtieġ għalhekk li l-applikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 743/2013 tiġi estiża sakemm ikunu nkisbu biżżejjed garanziji, sakemm it-testijiet imwettqa mill-Istati Membri juru l-konformità tal-kunsinni u sakemm awditu ta' segwitu jikkonferma li t-tneħħija tal-miżuri hija possibbli.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 743/2013, id-data “31 ta' Diċembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Diċembru 2021”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 743/2013 tal-31 ta' Lulju 2013 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri ta' protezzjoni dwar l-importazzjonijiet tal-molluski bivalvi mit-Turkija intenzjonati għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 205, 1.8.2013, p. 1).


DEĊIŻJONIJIET

19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2370

tat-18 ta' Diċembru 2017

li tappoġġa l-Kodiċi ta' Kondotta tal-Aja u n-nonproliferazzjoni tal-missili ballistiċi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva (“l-Istrateġija”), li l-Kapitolu III tagħha fih lista ta' miżuri li jeħtieġ li jittieħdu kemm fl-Unjoni kif ukoll f'pajjiżi terzi għall-ġlieda kontra tali proliferazzjoni.

(2)

L-Unjoni qed timplimenta l-Istrateġija b'mod attiv u qed tagħti effett lill-miżuri elenkati fil-Kapitoli III tagħha, b'mod partikolari billi tirrilaxxa riżorsi finanzjarji b'appoġġ għal proġetti speċifiċi bil-għan li jsaħħu s-sistema multilaterali ta' nonproliferazzjoni u l-miżuri multilaterali ta' tisħiħ tal-fiduċja. Il-Kodiċi ta' Kondotta tal-Aja kontra l-proliferazzjoni tal-missili ballistiċi (il-“Kodiċi”) hu parti integrali minn dik is-sistema multilaterali ta' nonproliferazzjoni.

(3)

Fis-17 ta' Novembru 2003, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/805/PESK (1). Dik il-Pożizzjoni Komuni tappella lill-Unjoni sabiex, fost l-oħrajn, tikkonvinċi l-akbar għadd possibbli ta' pajjiżi sabiex jaderixxu għall-Kodiċi, b'mod speċjali dawk b'kapaċitajiet ta' missili ballistiċi, kif ukoll għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni ulterjuri tal-Kodiċi, speċjalment il-miżuri tiegħu ta' tisħiħ tal-fiduċja, u għall-promozzjoni ta' relazzjoni eqreb bejn il-Kodiċi u s-sistema multilaterali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) ta' nonproliferazzjoni.

(4)

Fit-8 ta' Diċembru 2008, il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet tiegħu u dokument intitolat “Linji ġodda ta' azzjoni mill-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u s-sistemi li jinġarru bihom”. Id-dokument jiddikjara, fost l-oħrajn, li l-proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva (AQM) u s-sistemi li jinġarru bihom ikomplu jikkostitwixxu waħda mill-akbar sfidi għas-sigurtà u li l-politika tan-nonproliferazzjoni tikkostitwixxi parti essenzjali mill-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni.

(5)

Fit-18 ta' Diċembru 2008, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2008/974/PESK (2) b'appoġġ għall-Kodiċi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija.

(6)

Fit-23 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/423/PESK (3). Dik id-Deċiżjoni ppermettiet il-promozzjoni b'suċċess tal-universalità tal-Kodiċi u l-konformità mal-prinċipji tiegħu.

(7)

Fil-15 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/913/PESK (4). Dik id-Deċiżjoni għenet biex jissaħħaħ il-profil tal-Kodiċi u b'hekk iffaċilitat l-aderenza ta' Membri ġodda għall-Kodiċi. Hija prijorità tal-Unjoni li jitkompla d-djalogu fost l-Istati aderenti u dawk mhux aderenti bil-għan tal-promozzjoni ulterjuri tal-universalità tal-Kodiċi kif ukoll l-implimentazzjoni aħjar u t-tisħiħ tiegħu. Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tikkontribwixxi għal dak il-proċess.

(8)

B'mod aktar ġenerali, il-proliferazzjoni kontinwa ta' missili ballistiċi li kapaċi jġorru AQM tikkostitwixxi kawża ta' tħassib dejjem jiżdied għall-komunità internazzjonali, b'mod partikolari l-programmi attwali dwar il-missili fil-Lvant Nofsani, fl-Asja tal-Grigal u fl-Asja tax-Xlokk.

(9)

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) enfasizza fir-Riżoluzzjoni (UNSCR) 1540 (2004), u fakkar fil-UNSCR 1977 (2011) u 2325(2016), li l-proliferazzjoni tal-armi nukleari, kimiċi u bijoloġiċi, kif ukoll tal-mezzi li jinġarru bihom, jikkostitwixxu theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali u obbliga lill-Istati, fost l-oħrajn, biex iżommu lura milli jappoġġaw bi kwalunkwe mod atturi mhux Statali li jiżviluppaw, jakkwistaw, jimmanifatturaw, jippossjedu, jittrasportaw, jittrasferixxu jew jużaw armi nukleari, kimiċi jew bijoloġiċi u l-mezzi li jinġarru bihom. It-theddida kkawżata mill-armi nukleari, kimiċi u bijoloġiċi u l-mezz li jinġarru bih għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali ġiet affermata mill-ġdid fil-UNSCR 1887 (2009) dwar in-nonproliferazzjoni nukleari u d-diżarm nukleari.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   F'konformità mal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva (“l-Istrateġija”), li tistabbilixxi l-objettivi taż-żamma, l-implimentazzjoni u t-tisħiħ tat-trattati u l-ftehimiet multilaterali dwar id-diżarm u nonproliferazzjoni, l-Unjoni għandha tkompli tappoġġa l-universalizzazzjoni, l-implimentazzjoni sħiħa u t-tisħiħ tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-Aja kontra l-proliferazzjoni tal-missili ballistiċi (il-“Kodiċi”).

2.   L-attivitajiet b'appoġġ għall-Kodiċi, li jikkorrispondu għall-miżuri skont l-Istrateġija, għandhom jikkonsistu minn workshops reġjonali u subreġjonali, konferenzi, żjarat minn esperti, riċerka, informazzjoni u komunikazzjoni kif ukoll avvenimenti sekondarji fil-marġini tal-konferenzi internazzjonali.

3.   L-għan tal-attivitajiet għandu jkun:

(a)

il-promozzjoni tal-aderenza għall-Kodiċi minn għadd saħansitra akbar ta' Stati u finalment tal-universalità tiegħu;

(b)

l-appoġġ għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Kodiċi;

(c)

il-promozzjoni tad-djalogu bejn l-Istati aderenti u mhux aderenti bil-għan li tingħata għajnuna fit-tisħiħ tal-fiduċja u t-trasparenza, fl-inkoraġġiment li wieħed joqgħod lura u l-ħolqien ta' aktar stabbiltà u sigurtà għal kulħadd;

(d)

it-tisħiħ tal-viżibbiltà tal-Kodiċi u aktar sensibilizzazzjoni pubblika dwar ir-riskji u t-theddidiet mill-proliferazzjoni tal-missili ballistiċi;

(e)

l-esplorazzjoni, b'mod partikolari permezz ta' studji akkademiċi, ta' possibbiltajiet ta' titjib tal-Kodiċi u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-Kodiċi u strumenti multilaterali rilevanti oħra, bħas-Sistema ta' Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili, il-UNSCR 1540(2004) u r-Reġistru tan-Nazzjonijiet Uniti ta' Oġġetti Sparati fl-Ispazju Extraatmosferiku.

4.   Fl-Anness tinsab deskrizzjoni dettaljata tal-proġetti.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli (RGħ) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandha tkun imwettqa mill-Fondation pour la recherche stratégique (FRS). L-FRS għandha twettaq dan il-kompitu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dan il-għak, ir-RGħ għandu jagħmel l-arranġamenti meħtieġa mal-FRS.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta' EUR 1 878 120,05.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandha tkun amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni korretta tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 2. Għal dak il-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta' għotja mal-FRS għall-ammont ta' referenza mal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Ir-regoli dwar l-għotjiet previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandhom japplikaw għal dan il-ftehim ta' għotja. Il-ftehim għandu jistipula li l-FRS għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, adatta għad-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta' għotja msemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f'dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' għotja.

Artikolu 4

1.   Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' rapporti regolari mħejjija mill-FRS. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu l-bażi għall-evalwazzjoni li ssir mill-Kunsill.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 40 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' għotja msemmi fl-Artikolu 3(3). Madankollu, hija għandha tiskadi sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħha jekk sa dakinhar ma jkun ġie konkluż l-ebda ftehim ta' għotja.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

K. SIMSON


(1)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/805/PESK tas-17 ta' Novembru 2003 fuq l-universalità u t-tisħiħ tal-ftehimiet multilaterali fil-qasam tal-kontroll tal-armi nukleari għad-distruzzjoni tal-massa u l-mod tat-trasport tagħhom (ĠU L 302, 20.11.2003, p. 34).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/974/PESK tat-18 ta' Diċembru 2008 b'appoġġ għall-Kodiċi ta' Kondotta tal-Aja kontra l-Proliferazzjoni tal-Missili Ballistiċi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 91).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/423/PESK tat-23 ta' Lulju 2012 b'appoġġ għan-nonproliferazzjoni ta' missili ballistiċi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva u tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/805/PESK (ĠU L 196, 24.7.2012, p. 74).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/913/PESK tal-15 ta' Diċembru 2014 b'appoġġ għall-Kodiċi ta' Kondotta tal-Aja u n-nonproliferazzjoni tal-missili ballistiċi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 360, 17.12.2014, p. 44).

(5)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

1.   OBJETTIV

L-objettiv ewlieni ta' din id-Deċiżjoni huwa li permezz ta' miżuri speċifiċi tippromwovi l-universalità, l-implimentazzjoni sħiħa u t-titjib tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-Aja kontra l-Proliferazzjoni tal-Missili Ballistiċi (il-“Kodiċi”), skont l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva.

Din id-Deċiżjoni ser tikkomplementa l-impenn diplomatiku tal-Unjoni mal-Istati aderenti u l-Istati mhux aderenti għall-Kodiċi. F'dan ir-rigward, dawn huma l-messaġġi rilevanti tal-Unjoni:

(a)

għall-Istati aderenti:

(i)

l-importanza tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Kodiċi, b'mod partikolari permezz tad-dikjarazzjonijiet annwali u n-notifiki ta' qabel it-tnedija previsti fil-Kodiċi;

(ii)

l-inkoraġġiment tal-użu sħiħ tal-Kodiċi bħala mezz li jippromwovi t-trasparenza u l-fiduċja, kemm reġjonalment kif ukoll internazzjonalment, u biex jgħin fit-trażżin u l-prevenzjoni tal-proliferazzjoni tal-missili ballistiċi li kapaċi jġorru armi ta' qerda massiva (AQM);

(b)

għall-Istati mhux aderenti:

(i)

l-inkoraġġiment li jaderixxu għall-Kodiċi u b'hekk jikkontribwixxu għall-isforzi multilaterali b'mod aktar ġenerali għall-prevenzjoni tal-proliferazzjoni tal-AQM u l-mezzi li jinġarru bihom;

(ii)

jittieħed vantaġġ mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi biex tingħata għajnuna fit-tnaqqis tat-tensjonijiet reġjonali u biex tissaħħaħ il-fiduċja, biex b'hekk tiġi promossa s-sigurtà għal kulħadd.

Barra minn hekk, din id-Deċiżjoni għandha tintuża biex tgħin fil-finanzjament ta' għadd limitat ta' dokumenti ta' riċerka dwar is-sinerġiji bejn il-Kodiċi u strumenti multilaterali rilevanti oħra, bħas-Sistema ta' Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili (MTCR), il-UNSCR 1540(2004) u r-Reġistru tan-Nazzjonijiet Uniti ta' Oġġetti Sparati fl-Ispazju Extraatmosferiku.

Finalment, din id-Deċiżjoni għandha l-għan li tappoġġa d-djalogu ta' politika li għaddej tal-komunità internazzjonali dwar is-sigurtà u sostenibbiltà fl-ispazju extraatmosferiku, b'mod partikolari permezz tal-għoti ta' kontribuzzjoni finanzjarja limitata għall-konferenzi spazjali annwali, organizzati mill-Istitut tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riċerka dwar id-Diżarm (UNIDIR) f'Ġinevra.

2.   MIŻURI

2.1.   Objettivi tal-miżuri

(a)

il-promozzjoni tal-aderenza għall-Kodiċi minn għadd saħansitra akbar ta' Stati u finalment tal-universalità tiegħu;

(b)

l-appoġġ għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Kodiċi mill-Istati aderenti;

(c)

il-promozzjoni tad-djalogu bejn l-Istati aderenti u mhux aderenti bil-għan li tingħata għajnuna fit-tisħiħ tal-fiduċja u t-trasparenza, fl-inkoraġġiment li wieħed joqgħod lura u l-ħolqien ta' aktar stabbiltà u sigurtà għal kulħadd;

(d)

it-tisħiħ tal-viżibbiltà tal-Kodiċi u aktar sensibilizzazzjoni pubblika dwar ir-riskji u t-theddidiet mill-proliferazzjoni tal-missili ballistiċi;

(e)

l-esplorazzjoni, b'mod partikolari permezz ta' studji akkademiċi, ta' possibbiltajiet ta' titjib tal-Kodiċi u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-Kodiċi u strumenti multilaterali rilevanti oħra, bħall-MTCR u l-UNSCR 1540(2004).

2.2.   Deskrizzjoni tal-miżuri

(a)

L-FRS ser torganizza attivitajiet ta' komunikazzjoni fl-għamla ta' seminars reġjonali u/jew subreġjonali u missjonijiet ta' esperti mfassla biex:

(i)

iżidu s-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji u l-isfidi tal-proliferazzjoni tal-missili ballistiċi;

(ii)

jipprovdu pjattaforma għall-esperti rilevanti biex jiskambjaw b'mod informali (“ir-regoli ta' Chatham House”) dwar kwistjonijiet strateġiċi u b'hekk tingħata għajnuna fit-tisħiħ tal-fiduċja bejn l-Istati; u

(iii)

jippromwovu l-objettivi tal-Unjoni tal-universalità, l-implimentazzjoni sħiħa u t-titjib tal-Kodiċi.

L-FRS ser torganizza sa disa' avvenimenti reġjonali u/jew subreġjonali, inkluż fl-Amerka Latina u l-Karibew, fil-Lvant Nofsani/l-Afrika u fl-Asja tax-Xlokk, kif ukoll sa sitt missjonijiet ta' esperti speċifiċi għall-pajjiż għall-Istati mhux aderenti. L-avvenimenti kollha bħal dawn għandhom isiru b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tal-gvernijiet ospitanti rispettivi u, kif adatt, akkademja rilevanti oħra;

(b)

L-FRS ser torganizza sa sitt avvenimenti sekondarji ddedikati għall-Kodiċi, fil-marġini tal-konferenzi internazzjonali, b'mod partikolari l-Laqgħa Annwali Regolari tal-Kodiċi fi Vjenna u s-sessjoni tal-Ewwel Kumitat tal-Assemblea Ġenerali tan-NU fi New York. Tali avvenimenti sekondarji ser jitfasslu biex jgħinu fl-approfondiment tar-relazzjoni bejn il-Kodiċi u n-NU, skont ir-Riżoluzzjoni 71/33, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-5 ta' Diċembru 2016;

(c)

L-FRS ser torganizza, b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet rilevanti, żjara minn grupp internazzjonali ta' esperti f'sit ta' llanċjar fl-ispazju, f'konformità mat-tielet inċiż tas-subpunt (ii) tal-punt (a) tal-Artikolu 4 tal-Kodiċi;

(d)

L-FRS ser tittrasferixxi, mill-għotja allokata mill-Unjoni, tliet darbiet l-ammont ta' EUR 29 240,00 lill-UNIDIR sabiex tgħin fil-finanzjament tal-konferenzi annwali tal-UNIDIR dwar kwistjonijiet ta' sigurtà fl-ispazju u b'hekk tgħin fl-għan ġenerali tal-appoġġ għall-Kodiċi. L-FRS u l-UNIDIR ser jiżguraw il-viżibbiltà tal-Unjoni f'dawn il-konferenzi, adatta għad-daqs tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni;

(e)

L-FRS ser tikkummissjona u tippubblika minn tal-inqas erba' dokumenti ta' riċerka dwar kwistjonijiet relatati mal-Kodiċi, inkluż dokument ta' riċerka jew aktar dwar ir-relazzjoni bejn il-Kodiċi u strumenti multilaterali rilevanti oħra, bħall-MTCR u l-UNSCR 1540 (2004). Għal dak il-għan, l-FRS ser titlob kontribuzzjonijiet mill-istituti ta' riċerka kollha li huma parti mill-Konsorzju NPD tal-UE jew huma assoċjati miegħu. Is-suġġetti tad-dokumenti ta' riċerka ser jintlaħaq qbil dwarhom bejn l-FRS u s-servizzi rilevanti tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE);

(f)

L-FRS ser tagħmel attivitajiet ta' komunikazzjoni u informazzjoni bl-objettiv doppju li ttejjeb il-viżibbiltà tal-Kodiċi u l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għalih. L-FRS ser tfassal pjan dettaljat ta' komunikazzjoni u informazzjoni, biex jiġi approvat mis-SEAE u l-Kummissjoni.

2.3.   Riżultati tal-miżuri

(a)

żieda fin-numru ta' Stati aderenti għall-Kodiċi;

(b)

implimentazzjoni aħjar tal-Kodiċi mill-Istati aderenti;

(c)

sensibilizzazzjoni aħjar fost dawk li jfasslu l-politika, ir-regolaturi, l-esperti u l-pubbliku inġenerali dwar l-importanza li l-Istati jaderixxu għall-Kodiċi u jimplimentawh;

(d)

viżibbiltà aħjar tal-isforzi tal-Unjoni fil-promozzjoni tal-universalità, l-implimentazzjoni sħiħa u t-titjib tal-Kodiċi.

3.   SĦAB GĦALL-MIŻURI

L-FRS, waqt li taġixxi mill-qrib mas-SEAE, ser tkompli tiżviluppa sħubiji effikaċi ma' organizzazzjonijiet reġjonali u subreġjonali interessati, awtoritajiet tal-Istat, istituti ta' riċerka u korpi rilevanti oħra.

L-FRS ser tikkoopera mill-qrib mal-UNIDIR rigward il-miżura stabbilita fil-punt 2.2(e).

4.   INTERAZZJONI MAL-ISFORZI TAL-UNJONI

Abbażi tal-feedback regolari mill-FRS dwar l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni tista' tiddeċiedi li tikkomplementa dawk l-isforzi permezz ta' azzjoni diplomatika mmirata bl-għan li żżid is-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza li l-Istati jaderixxu għall-Kodiċi u jimplimentawh.

5.   BENEFIĊJARJI TAL-MIŻURI

(a)

l-Istati, kemm dawk aderenti kif ukoll l-Istati mhux aderenti għall-Kodiċi;

(b)

l-uffiċjali tal-Gvern, il-persuni li jfasslu l-politika, ir-regolaturi, l-esperti;

(c)

l-organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u subreġjonali;

(d)

l-akkademja u s-soċjetà ċivili;

(e)

il-President tal-Kodiċi.

6.   POST

L-FRS ser tagħżel, b'konsultazzjoni mas-servizzi rilevanti tas-SEAE, il-postijiet potenzjali għal-laqgħat, il-workshops u avvenimenti oħrajn. Il-kriterji li jintużaw għall-għażla tal-postijiet ser jinkludu r-rieda u l-impenn ta' Stat jew organizzazzjoni intergovernattiva rilevanti f'reġjun partikolari li tospita l-avveniment. Il-postijiet speċifiċi taż-żjarat f'pajjiż jew tal-attivitajiet speċifiċi għall-pajjiż ser jiddependu mill-istediniet mill-Istati jew l-organizzazzjonijiet intergovernattivi interessati.

7.   TUL TA' ŻMIEN

It-tul ta' żmien totali stmat tal-azzjoni huwa ta' 36 xahar.


19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/34


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2371

tat-18 ta' Diċembru 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/486/PESK (1) dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine).

(2)

Fl-20 ta' Novembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2161 (2) li emendat id-Deċiżjoni 2014/486/PESK, billi estendiet il-mandat sal-31 ta' Mejju 2019 u pprevediet għall-EUAM Ukraine ammont ta' referenza finanzjarja għall-istess perijodu.

(3)

Wara rakkomandazzjoni mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà qabel, fit-13 ta' Diċembru 2017, li tinfetaħ preżenza reġjonali f'Odessa.

(4)

Jenħtieġ għalhekk li jiġi previst ammont ta' referenza finanzjarja rivedut għall-perijodu sal-31 ta' Mejju 2019, u jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/486/PESK tiġi emendata kif meħtieġ.

(5)

L-EUAM Ukraine ser titwettaq fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 14(1) tad-Deċiżjoni 2014/486/PESK, il-ħames u s-sitt subparagrafi huma sostitwiti b'dan li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2017 sal-31 ta' Mejju 2019 għandu jkun ta' EUR 33 843 302,49.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

K. SIMSON


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) '(ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2161 tal-20 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar- Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 304, 21.11.2017, p. 48).


19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2372

tas-16 ta' Ġunju 2017

dwar l-għajnuna mill-Istat SA.31250 – 2011/C (ex 2011/N) ippjanata li tiġi implimentata mill-Bulgarija favur BDZ Holding EAD SA, BDZ Passenger EOOD u BDZ Cargo EOOD u miżuri oħra

(notifikata bid-dokument C(2017) 4051)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta' ittra ddatata t-18 ta' Mejju 2011, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar ċerti miżuri favur BDZ Holding EAD SA (2) (aktar 'il quddiem “BDZ Holding”) u s-sussidjarji tagħha, BDZ Passenger EOOD (aktar 'il quddiem “BDZ Passenger”) u BDZ Cargo EOOD (aktar 'il quddiem “BDZ Cargo”).

(2)

Pemezz ta' ittra ddatata l-20 ta' Mejju 2011, il-Bulgarija pprovdiet lill-Kummissjoni b'aktar informazzjoni. Permezz ta' ittri ddatati l-15 ta' Lulju 2011 u t-28 ta' Settembru 2011, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni. Il-Bulgarija pprovdiet lill-Kummissjoni b'informazzjoni addizzjonali permezz ta' ittri ddatati l-5 ta' Settembru 2011 u s-7 ta' Ottubru 2011.

(3)

Permezz ta' ittra ddatata d-9 ta' Novembru 2011, il-Kummissjoni għarrfet lill-Bulgarija li hija kienet iddeċidiet li tniedi l-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat fir-rigward ta' dawk il-miżuri (“id-Deċiżjoni ta' Ftuħ”). Permezz ta' ittra ddatata t-12 ta' Jannar 2012, il-Bulgarija pprovdiet il-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ.

(4)

Id-Deċiżjoni ta' Ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3). Il-Kummissjoni talbet lill-partijiet interessati jippreżentaw il-kummenti tagħhom.

(5)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn parti interessata waħda. Hija għaddiethom lill-Bulgarija permezz ta' ittra ddatata s-16 ta' Mejju 2012 u l-Bulgarija ngħatat l-opportunità biex tirreaġixxi. Il-kummenti tal-Bulgarija waslu permezz ta' ittra ddatata t-13 ta' Ġunju 2012. Permezz ta' ittra tal-10 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni infurmat lill-parti interessata li l-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-osservazzjonijiet tagħha kienet ġiet trażmessa lill-Bulgarija.

(6)

Permezz ta' ittri ddatati t-12 ta' April 2012, l-24 ta' Lulju 2012, l-10 ta' Diċembru 2012, is-7 ta' Mejju 2013, il-5 ta' Novembru 2013, is-6 ta' Mejju 2014, is-6 ta' Ġunju 2014, id-29 ta' Lulju 2014, id-29 ta' April 2015, l-14 ta' Diċembru 2015, is-26 ta' April 2016, il-15 ta' Settembru 2016, l-20 ta' Ottubru 2016 u t-3 ta' April 2017, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni mingħand il-Bulgarija.

(7)

Il-Bulgarija pprovdiet lill-Kummissjoni b'informazzjoni addizzjonali permezz ta' ittri ddatati s-7 ta' Ġunju 2012, it-28 ta' Settembru 2012, il-31 ta' Jannar 2013, l-1 ta' Frar 2013, it-30 ta' Mejju 2013, it-2 ta' Ottubru 2013, il-15 ta' Ottubru 2013, it-2 ta' Diċembru 2013, it-3 ta' Jannar 2014, is-6 ta' Frar 2014, it-22 ta' April 2014, l-14 ta' Mejju 2014, it-23 ta' Ġunju 2014, l-4 ta' Awwissu 2014, l-20 ta' Awwissu 2014, l-1 ta' Settembru 2014, it-13 ta' Settembru 2014, it-23 ta' Settembru 2014, l-1 ta' Ġunju 2015, id-9 ta' Diċembru 2015, l-20 ta' Jannar 2016, il-31 ta' Mejju 2016, it-12 ta' Ottubru 2016, is-7 ta' Novembru 2016.

(8)

Permezz ta' ittri ddatati t-22 ta' April 2014 u t-12 ta' Ottubru 2016, il-Bulgarija rtirat in-notifika tagħha fir-rigward tal-għajnuna tar-ristrutturar għal BDZ Holding, li kienet parti mill-miżuri msemmija fil-premessa 1. Permezz ta' ittra ddatata l-5 ta' April 2017, il-Bulgarija mmodifikat in-notifika tagħha billi naqqset l-ammont ta' dejn li kienet qed tippjana li tħassar permezz tal-miżura tat-tħassir tad-dejn, li kienet parti mill-miżuri msemmija fil-premessa 1.

(9)

Permezz ta' ittra ddatata s-7 ta' Novembru 2016, il-Bulgarija qablet b'mod eċċezzjonali li din id-deċiżjoni tiġi adottata u nnotifikata bl-Ingliż biss.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI

2.1.   IL-BENEFIĊJARJU

(10)

Il-benefiċjarju tal-miżuri hu BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha, BDZ Passenger u BDZ Cargo, kumpaniji 100 % proprjetà tal-Istat, li jipprovdu servizzi ta' trasport ferrovjarju tal-passiġġieri u tal-merkanzija bi ħlas fil-Bulgarija.

(11)

BDZ Holding (4), kumpanija b'ishma konġunti, inħolqot fl-2001, meta l-Ferroviji Nazzjonali tal-Istat tal-Bulgarija nqasmu f'kumpanija tal-infrastruttura ferrovjarja, il-Kumpanija tal-Infrastruttura Ferrovjarja Nazzjonali (National Railway Infrastructure Company, “NRIC”) u fornitur tas-servizz tat-trasport (“BDZ Holding”).

(12)

Fl-2007, BDZ Holding ġiet riorganizzata fi struttura ta' holding u waqqfet tliet sussidjarji attivi fis-settur tat-trasport tal-merkanzija, it-trasport tal-passiġġieri u s-servizzi ta' trazzjoni. Il-kumpanija omm BDZ Holding kienet sid ta' vaguni tal-passiġġieri u tal-merkanzija u ta' lokomottivi, li hija kienet tikri lis-sussidjarji tagħha. Dawn tal-aħħar kienu responsabbli mill-manutenzjoni tal-vetturi ferrovjarji. BDZ Holding kienet ukoll responsabbli għas-servizz tad-djun imġarrba qabel ir-riorganizzazzjoni. Peress li din l-istruttura rriżultat ineffiċjenti, fl-2010, saret fużjoni tas-servizzi ta' trazzjoni ma' BDZ Holding.

(13)

Fl-2011 is-sjieda tal-vaguni tal-passiġġieri u tal-merkanzija u tal-lokomottivi ġiet trasferita minn BDZ Holding lis-sussidjarji BDZ Passengers u BDZ Cargo. BDZ Holding baqgħet is-sid tal-assi kollha mhux operazzjonali.

(14)

BDZ Holding għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha f'Sofija, il-Bulgarija, u topera servizzi tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri fit-territorju kollu tal-Bulgarija, li kollu kemm hu eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat.

(15)

BDZ Cargo, kumpanija b'responsabbiltà limitata hija attiva fis-suq internazzjonali u nazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija. Il-Bulgarija lliberalizzat is-suq ferrovjarju tal-merkanzija fl-2007. Minn dak iż-żmien 'l hawn, bosta operaturi privati daħlu fis-suq. Fl-2016, is-sehem mis-suq ta' BDZ Cargo (f'tunellati kull kilometru netti) kien jammonta għal 43 % u l-kompetituri prinċipali tagħha kienu l-Bulgarian Railway Company (25 %), DB Schenker Rail Bulgaria (18 %), Bulmarket (6 %) u Rail Cargo (4 %).

(16)

BDZ Passenger, kumpanija b'responsabbiltà limitata, hija l-uniku fornitur tas-servizzi nazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri fil-Bulgarija. BDZ Passenger twettaq obbligu ta' servizz pubbliku (public service obligation, “OSP”) li jammonta għal bejn wieħed u ieħor 90 % tas-suq tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri. Il-Kuntratt OSP ta' BDZ Passenger ġie ffirmat fl-2009 b'tul ta' żmien ta' 15-il sena (2010 – 2025).

2.2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI U R-RAĠUNIJIET GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA

(17)

Fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ, il-Kummissjoni identifikat erba' miżuri bħala li potenzjalment jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lil BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha, BDZ Passenger u BDZ Cargo:

(a)

Miżura 1: L-għajnuna għar-ristrutturar tikkonsisti f'sitt żidiet fil-kapital f'BDZ Holding li jammontaw għal BGN 550 miljun (EUR 281 miljun (5));

(b)

Miżura 2: Tħassir tad-dejn imġarrab qabel l-2007;

(c)

Miżura 3: In-nuqqas ta' ħlas minn BDZ Holding ta' dejn li suppost diġà tħallas lill-amministratur tal-infrastruttura (NRIC);

(d)

Miżura 4: Rimborż tat-taxxa fuq il-valur miżjud (“VAT”) mill-Istat lil BDZ Holding.

2.2.1.   MIŻURA 1: GĦAJNUNA GĦAR-RISTRUTTURAR

(18)

Il-Bulgarija pprevediet l-għoti ta' għajnuna għar-ristrutturar fil-forma ta' sitt żidiet fil-kapital f'BDZ Holding li jammontaw għal BGN 550 miljun (EUR 281 miljun) fl-2011-2016 u nnotifikat dik l-għajnuna għar-ristrutturar lill-Kummissjoni fl-2011. Madankollu, sa issa, l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti għadhom ma ħadux deċiżjoni definittiva li jagħtu l-għajnuna u l-fondi għadhom ma tħallsux lil BDZ Holding.

(19)

Fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ, il-Kummissjoni qieset li l-għajnuna għar-ristrutturar tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u esprimiet dubji dwar kemm din l-għajnuna tkun kompatibbli mas-suq intern.

2.2.2.   MIŻURA 2: TĦASSIR TAD-DEJN IMĠARRAB QABEL L-2007

(20)

Skont l-informazzjoni ppreżentata mill-Bulgarija, qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija mal-Unjoni fl-1 ta' Jannar 2007, BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha kellhom obbligazzjonijiet u dispożizzjonijiet pendenti li jammontaw għal BGN 806 729 558 (EUR 412-il miljun) fil-31 ta' Diċembru 2006.

(21)

L-obbligazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet ta' BDZ Holding kienu jikkonċernaw (i) selfiet minn istituzzjonijiet finanzjarji bħal Kreditanstalt für Wiederaufbau (“KfW”), il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (“BERŻ”) u l-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (“IBRD”), li kellhom bħala għan prinċipalment ir-riabilitazzjoni ta' vetturi ferrovjarji, iżda wkoll ii) l-obbligi relatati mal-kummerċ, inkluż fir-rigward tal-operatur tal-infrastruttura ferrovjarja Bulgara NRIC, id-dispożizzjonijiet u l-obbligi fir-rigward tal-persunal u tal-fornituri tal-assigurazzjoni kif ukoll obbligazzjonijiet oħrajn, inklużi obbligi li jirriżultaw minn ftehim għax-xiri ta' vetturi ferrovjarji konkluż bejn BDZ Holding, Siemens u KfW fl-2005. L-ammonti ta' dawk l-obbligazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet huma mqassma kif ġej fit-Tabella 1.

Tabella 1

Ħarsa ġenerali lejn l-obbligazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet ta' BDZ Holding u tas-sussidjarji tagħha fil-31 ta' Diċembru 2006

(f'miljuni ta' BGN)

 

L-obbligazzjonijiet totali ta' BDZ Holding u tas-sussidjarji tagħha fil-31 ta' Diċembru 2006

Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet finanzjarji

201,1

Il-Ftehim ma' SIEMENS/KfW

307,5

Obbligi kummerċjali

244,5

L-obbligi lejn il-persunal u fornituri tal-assigurazzjoni

26,4

Obbligazzjonijiet oħrajn, inkluża t-taxxa u d-dispożizzjonijiet

27,2

Obbligazzjonijiet totali

806,7

(22)

Il-Bulgarija prevediet it-teħid tal-obbligazzjonijiet kollha mġarrba qabel l-1 ta' Jannar 2007 minn BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha jew ta' parti minnhom.

(23)

Fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ, il-Kummissjoni kkunsidrat li t-tħassir ta' obbligazzjonijiet jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u esprimiet dubji dwar kemm din l-għajnuna tkun kompatibbli mas-suq intern. Il-Bulgarija ma invokatx l-applikazzjoni u lanqas ma ġġustifikat jekk il-miżura kenitx f'konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-Linji Gwida Ferrovjarji (6). Il-Kummissjoni għalhekk ma setgħetx tieħu pożizzjoni dwar il-kompatibbiltà ta' din l-għajnuna mas-suq intern.

2.2.3.   MIŻURA 3: IN-NUQQAS TA' ĦLAS MINN BDZ HOLDING U MIS-SUSSIDJARJI TAGĦHA TA' DEJN LI SUPPOST DIĠÀ TĦALLAS LILL-AMMINISTRATUR TAL-INFRASTRUTTURA (NRIC)

(24)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Bulgarija, BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha ma kinux qed iħallsu t-tariffi kollha tal-infrastruttura dovuti lil NRIC. Bħala konsegwenza, id-Deċiżjoni ta' Ftuħ irreġistrat obbligazzjonijiet kummerċjali pendenti dovuti lil NRIC li jammontaw għal BGN 45 miljun.

(25)

Minħabba li l-Bulgarija ma ppreċiżatx l-oriġini u l-evoluzzjoni ta' dawn l-obbligazzjonijiet kummerċjali, il-Kummissjoni kienet tal-fehma, fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ, li n-nuqqas ta' infurzar ta' dawn id-djun jista' potenzjalment jinvolvi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni osservat li skont il-ġurisprudenza, in-nuqqas ta' infurzar ta' obbligazzjonijiet minn impriżi pubbliċi (7) jista' jinvolvi għajnuna mill-Istat jekk operatur tal-ekonomija tas-suq ipotetiku f'sitwazzjoni identika ma kienx iġib ruħu bil-mod kif għamlu l-impriżi pubbliċi u kien jinfurzahom (8). Madankollu, il-Kummissjoni ma kellhiex indikazzjonijiet fattwali preċiżi li NRIC ma kenitx ħadet il-passi li kien jieħu kreditur diliġenti fl-istess sitwazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni stiednet lill-Bulgarija biex tipprovdi informazzjoni dwar jekk u kif NRIC kienet ippruvat tinforza l-obbligazzjonijiet pendenti.

(26)

Sa fejn il-miżura nstab li tinvolvi għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern fil-kuntest ta' dik li kienet l-għajnuna għar-ristrutturar notifikata u l-pjan ta' ristrutturar li kien jakkumpanjaha. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni stiednet lill-Bulgarija biex tissupplimenta l-pjan ta' ristrutturar billi tipprovdi informazzjoni dwar kif dawn id-djun ma' NRIC se jiġu riżolti.

2.2.4.   MIŻURA 4: IR-RIMBORŻ TAL-VAT MIĠBURA INDEBITAMENT MILL-ISTAT LIL BDZ HOLDING

(27)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Bulgarija, il-Bulgarija kienet ħallset lura t-taxxa fuq il-valur miżjud (aktar 'il quddiem il-“VAT”) li kienet tammonta għal BGN 72 miljun (EUR 36,7 miljun) lil BDZ Holding fil-passat.

(28)

Peress li fl-istadju tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ il-Bulgarija ma ċċaratx ir-raġunijiet għar-rimborż tal-VAT u jekk dan kienx konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (9), il-Kummissjoni tqis li r-rimborż tal-VAT jista' potenzjalment jinvolvi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni osservat li skont il-ġurisprudenza, il-kunċett ta' għajnuna jkopri mhux biss benefiċċji pożittivi, iżda wkoll miżuri li, f'diversi forom, itaffu l-imposti li normalment jiġu inklużi fil-baġit ta' impriża. Għalhekk, il-Kummissjoni tistieden lill-Bulgarija biex tipprovdi aktar informazzjoni dwar ir-raġunijiet għar-rimborż tal-VAT lil BDZ Holding.

3.   KUMMENTI MINN PARTI INTERESSATA

(29)

Kompetitur ta' BDZ Cargo attiv fil-forniment ta' servizzi ferrovjarji tal-merkanzija, li ma xtaqx li l-identità tiegħu tiġi żvelata, ippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar żewġ miżuri identifikati fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ.

(30)

F'dak li jirrigwarda l-għajnuna għar-ristrutturar ippjanata (il-Miżura 1), il-kompetitur issuġġerixxa li l-lokomotivi mhux użati ta' BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha, BDZ Passenger u BDZ Cargo jinbiegħu bħala miżura kumpensatorja. Il-kompetitur iddikjara li BDZ Holding ma kenitx qiegħda tagħti aċċess għall-flotta mhux użata tagħha lill-kompetituri, li ma kellhom l-ebda sors ieħor disponibbli li minnu setgħu jiksbu jew jikru l-lokomottivi.

(31)

F'dak li għandu x'jaqsam man-nuqqas ta' ħlas minn BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha ta' dejn li suppost diġà tħallas lil NRIC (il-Miżura 3), il-kompetitur iddikjara li minkejja li t-trasportaturi tal-merkanzija kollha huma obbligati li jħallsu l-istess miżati, in-nuqqas ta' infurzar tal-obbligazzjonijiet akkumulati lejn NRIC jiġġenera vantaġġ kompetittiv għal BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha. Barra minn hekk, il-kompetitur talab li miżuri ta' kumpens skont il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà u l-Linji Gwida Ferrovjarji jiġu imposti fuq BDZ u li BDZ Cargo tiġi privatizzata fuq termini tas-suq.

4.   KUMMENT MILL-BULGARIJA

(32)

Fit-tweġiba tagħha għad-Deċiżjoni ta' Ftuħ u l-informazzjoni sussegwenti, il-Bulgarija pprovdiet kummenti u kjarifiki ulterjuri dwar il-fatti msemmija fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ.

4.1.   MIŻURA 1: GĦAJNUNA GĦAR-RISTRUTTURAR - IRTIRAR TAN-NOTIFIKA

(33)

Permezz ta' ittra ddatata t-22 ta' April 2014, il-Bulgarija rtirat in-notifika tal-għajnuna għar-ristrutturar. Madankollu, l-għajnuna għar-ristrutturar issemmiet f'sottomissjonijiet sussegwenti u finalment ġiet irtirata permezz ta' ittra ddatata s-7 ta' Novembru 2016.

(34)

Il-Bulgarija indikat li, minflok tagħti l-għajnuna għar-ristrutturar lil BDZ Holding, kellha l-ħsieb li tirrifinanzja l-obbligazzjonijiet ta' BDZ Holding billi tħassar parti mid-djun imġarrba u pendenti qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija.

4.2.   MIŻURA 2: TĦASSIR TAD-DEJN IMĠARRAB QABEL L-2007

(35)

Il-Bulgarija spjegat li, fil-31 ta' Diċembru 2006, ġurnata qabel l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni, l-ammont totali tal-obbligazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet ta' BDZ Holding kien jammonta għal BGN 806,7 miljun (EUR 412 miljun), kif jidher fit-Tabella 1. Filwaqt li jitqiesu l-obbligazzjonijiet imħallsa lura minn BDZ Holding u l-ħtiġijiet finanzjarji tagħha, il-Bulgarija ppjanat li tħassar obbligazzjonijiet ta' BDZ Holding li jammontaw għal BGN 601,9 miljun (EUR 307,1 miljun). Madankollu, permezz ta' ittra ddatata l-5 ta' April 2017, il-Bulgarija mmodifikat in-notifika tagħha u talbet lill-Kummissjoni biex tapprova tħassir ta' dejn li jammonta għal BGN 223,45 miljun (EUR 114,25 miljun). Wara l-emenda tan-notifika, id-djun ippjanati biex jitħassru, inkluż l-imgħax impost bħala piena, jikkonċernaw i) dejn li għadu pendenti ta' qabel l-adeżjoni lejn KfW IPEX Bank u ii) dejn imġarrab fil-konfront ta' detenturi ta' bonds relatati mal-ħarġa ta' bonds ISIN BG2100032072 mid-19 ta' Novembru 2007 u fil-konfront tal-Ministeru tal-Finanzi sabiex jiġu rifinanzjati d-djun ta' qabel l-adeżjoni fil-konfront ta' KfW IPEX Bank, il-BERŻ, IBRD, NRIC u NEC AD. Il-Bulgarija pprovdiet lill-Kummissjoni bl-ammonti pendenti li għadhom dovuti u bl-ispjegazzjonijiet, kif ġej (ara t-Tabella 2).

Tabella 2

Obbligazzjonijiet ta' BDZ Holding fil-31 ta' Diċembru 2006, previsti li jitħassru

Il-kategorija tal-kreditur/Ammonti f'BGN mill-31 ta' Marzu 2017

L-ammont tad-djun ta' BDZ f'BGN pendenti fil-31 ta' Diċembru 2006 (djun ta' qabel l-adeżjoni)

Self jew strument ta' dejn ieħor li permezz tiegħu ġew rifinanzjati d-djun ta' qabel l-adeżjoni

 

Djun pendenti ta' qabel l-adeżjoni

Djun pendenti ta' rifinanzjament tad-djun ta' BDZ qabel l-adeżjoni

Imgħax impost bħala piena

 

(a)

il-kredituri finanzjarji Internazzjonali

30 967 919

105 642 950

24 901 981

 

KfW l-IPEX Bank 80 % DMU

0

76 529 380

 

It-tieni ħarġa ta' bonds bl-ISIN: BG2100032072, skont l-offerta tat-tenders tad-Dejn minn Ottubru 2007

BERŻ

0

20 980 115

 

Garanzija tal-Istat attivata għall-ħlas lura tad-dejn li kkawżat lil BDZ iġġarrab dejn fil-konfront tal-Ministeru tal-Finanzi.

IBRD

0

8 133 455

 

Garanzija tal-Istat attivata għall-ħlas lura tad-dejn li kkawżat lil BDZ iġġarrab dejn fil-konfront tal-Ministeru tal-Finanzi.

KfW IPEX Bank 85 % UME

30 967 919

0

 

 

(b)

Fornituri

0

53 884 257

8 051 694

 

NRIC

0

26 292 761

3 928 815

It-tieni ħarġa ta' bonds bl-ISIN: BG2100032072, skont l-offerta tat-tenders tad-Dejn minn Ottubru 2007

NEC AD

0

27 591 496

4 122 879

It-tieni ħarġa ta' bonds bl-ISIN: BG2100032072, skont l-offerta tat-tenders tad-Dejn minn Ottubru 2007

Totali

30 967 919

159 527 207

32 953 675

 

Sors: Sottomissjoni tal-Bulgarija ddatata l-5 ta' April 2017

(36)

Rigward l-obbligazzjonijiet lejn l-IBRD u l-BERŻ, il-Bulgarija spjegat li dan is-self ikkuntrattat fl-1995 kien assigurat b'garanzija tal-Istat ta' 100 %. Billi BDZ Holding naqset milli tħallas il-ħlasijiet dovuti, il-garanzija mill-Istat kienet attivata u l-Ministeru tal-Finanzi kellu jħallas id-djun. Konsegwentement, skont l-Att tad-dejn tal-Gvern (10), sa mid-data tal-ħlasijiet skont il-garanzija tal-Istat, il-Gvern ħa f'idejh id-drittijiet tal-kreditur fil-ftehim ta' self fir-rigward ta' BDZ Holding sal-ammont tal-ħlasijiet li saru. BDZ Holding hija obbligata li tħallas lura b'mod sħiħ l-ammonti mħallsa mill-Istat lill-IBRD u lill-BERŻ, inkluż l-imgħax impost bħala piena. Rigward id-djun l-oħra ffinanzjati mill-ġdid permezz tal-ħruġ ta' bonds ISIN BG2100032072 mid-19 ta' Novembru 2007, il-Bulgarija pprovdiet evidenza dwar il-pagamenti ta' dejn li saru lil KfW IPEX Bank, NRIC u NEC AD.

(37)

Il-Bulgarija ma tikkontestax li t-tħassir tad-dejn kien jinvolvi għajnuna mill-Istat għall-benefiċċju ta' BDZ Holding. Madankollu, il-Bulgarija tqis li t-tħassir tad-djun ikun kompatibbli mas-suq intern, skont il-punti 56 sa 60 tal-Linji Gwida Ferrovjarji, kif ġej.

(38)

Fl-ewwel lok, l-obbligazzjonijiet kollha kienu ddeterminati u individwalizzati b'mod ċar u ġew imġarrba qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija mal-Unjoni. Dawn jew kienu rreġistrati fir-Rapport Finanzjarju Konsolidat ta' BDZ Holding qabel id-data tal-adeżjoni u/jew kienu derivati minn kuntratti konklużi b'mod irrevokabbli qabel dik id-data.

(39)

Fit-tieni lok, l-obbligazzjonijiet kollha, li għalihom huwa previst it-tħassir, kienu direttament marbutin mal-attività tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri u tal-merkanzija u mġarrba prinċipalment bħala self għax-xiri ta' unitajiet multipli tad-diżil u tal-elettriku u għat-tiswija u l-immodernizzar ta' vaguni tal-merkanzija li kienu proprjetà tal-kumpanija u biex ikopru l-obbligi pendenti relatati mal-forniment ta' servizzi ferrovjarji, bħal obbligi lejn NRIC.

(40)

Fit-tielet lok, fl-2016, BDZ Holding kienet fi stat ta' dejn eċċessiv u kienet tissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Bulgara biex jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza kontra tagħha. Id-dejn eċċessiv kien qed iwaqqaf lill-kumpanija milli topera fuq bażi finanzjarja stabbli. Il-kumpanija ma kenitx f'pożizzjoni li tirrispetta l-ħtiġijiet ta' kapital tagħha mill-operazzjonijiet tagħha stess minħabba l-obbligazzjonijiet akkumulati li suppost diġà tħallsu. Il-kredituri internazzjonali tal-kumpanija rrifjutaw li jaċċettaw riskedar tad-dejn mingħajr garanzija mill-Istat, li, skont il-Bulgarija, kien probabbli li tqajjem tħassib addizzjonali dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-pjan tan-negozju ta' BDZ Holding juri li t-tħassir tad-djun imġarrba qabel l-adeżjoni jkun neċessarju biex jittejbu l-indikaturi finanzjarji tagħha.

(41)

Fir-raba' lok, l-uniku għan tat-tħassir tad-dejn huwa li BDZ Holding tiġi meħlusa minn dejn imġarrab qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija mal-Unjoni u li tiġi normalizzata s-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija. It-tħassir ta' dawk id-djun ma jmurx lil hinn minn dak li huwa raġonevolment meħtieġ biex terġa' tiġi stabbilita l-vijabbiltà finanzjarja tal-kumpanija.

(42)

Fil-ħames lok, it-tħassir tal-obbligazzjonijiet ma jagħtix lil BDZ Holding vantaġġ kompetittiv li jimpedixxi l-iżvilupp ta' kompetizzjoni effettiva fis-suq. Dan it-tħassir la jżid il-kapaċità ta' BDZ Holding u lanqas jibdel il-pożizzjoni tagħha fis-suq jew jippermettilha li tidħol fi swieq ġodda fi Stati Membri oħra. Barra minn hekk, operaturi ġodda ma kinux skoraġġiti milli jidħlu fis-suq ladarba tmien operaturi, minbarra BDZ Cargo, bħalissa huma attivi fis-suq tat-trasport ferrovjarju Bulgaru (11).

(43)

Barra minn hekk, il-Bulgarija spjegat li s-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tal-kumpanija kienet tillimita l-possibbiltajiet tagħha ta' investiment. Minħabba n-nuqqas ta' riżorsi, saru biss tiswijiet essenzjali (jew ta' rutina jew ta' emerġenza) filwaqt li tiswijiet kbar ġew posposti. 94 % tal-vaguni tal-passiġġieri għandhom aktar minn 15-il sena u 90 % tal-vaguni tal-merkanzija għandhom aktar minn 29 sena. 90 % tal-unitajiet multipli tad-diżil u 45 % tal-unitajiet multipli elettriċi għandhom aktar minn 30 sena. Il-produttività tal-vetturi ferrovjarji u tal-lokomottivi li jappartjenu għall-kumpanija hija konsiderevolment inqas mill-medja tal-Unjoni. It-tiswijiet limitati rriżultaw f'deterjorament kostanti tas-servizzi ferrovjarji u fil-kanċellazzjoni ta' ferroviji.

(44)

Il-Bulgarija indikat ukoll li BDZ Holding kienet mhedda b'azzjoni ta' rkupru furzat bħall-bejgħ tal-assi tagħha jew is-sospensjoni tal-kontijiet bankarji tagħha minn kredituri internazzjonali wara li l-High Court of Justice f'Londra ordnat il-ħlas lura tad-djun dovuti lilhom.

4.3.   MIŻURA 3: IN-NUQQAS TA' ĦLAS MINN BDZ HOLDING U MIS-SUSSIDJARJI TAGĦHA TA' DEJN LI SUPPOST DIĠÀ TĦALLAS LILL-AMMINISTRATUR TAL-INFRASTRUTTURA (NRIC)

Ħarsa ġenerali lejn id-djun ta' BDZ Holding fir-rigward ta' NRIC

(45)

Bi tweġiba għall-istedina fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar jekk u kif NRIC kienet infurzat djun tal-passat u kellha l-intenzjoni li tirkupra d-djun pendenti, il-Bulgarija ddikjarat li BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha kienu u għadhom iħallsu d-djun tagħhom lejn NRIC fuq bażi regolari. Sabiex issaħħaħ it-teżi tagħha, il-Bulgarija pprovdiet informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-ammonti dovuti minn BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha lil NRIC għat-tariffi tal-infrastruttura, il-provvista tal-elettriku u servizzi oħra li jakkumpanjawhom, kif ikkalkulati skont l-iskeda tat-tariffi ta' NRIC li ġiet applikata għall-operaturi ferrovjarji kollha.

(46)

Il-Bulgarija ħadet nota li, wara d-Deċiżjoni ta' Ftuħ, bejn Novembru 2011 u Awwissu 2016, BDZ Holding ħallset ammont totali ta' BGN 503,2 miljun (EUR 257 miljun) lil NRIC. Il-ħlas sar permezz ta' trasferimenti bankarji, tpaċija ta' djun ta' NRIC lejn BDZ Holding u skambju ta' dejn ma' assi.

Azzjonijiet meħuda minn NRIC biex tinforza u/jew tirkupra dejn minn BDZ Holding

(47)

Il-Bulgarija ssostni li NRIC ħadet il-passi kollha meħtieġa biex tiġbor l-obbligi li suppost diġà tħallsu mingħand BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha, iżda mingħajr ma nediet proċedimenti legali. Il-Bulgarija tinnota li kienu saru laqgħat regolari bejn NRIC u BDZ Holding biex jiddiskutu l-ħlas tal-obbligi pendenti. Bl-istess mod, NRIC b'mod regolari bagħtet ittri, inklużi avviżi notarizzati (12), lil BDZ Holding li jitolbu l-ħlas tal-obbligi pendenti u li jitolbu l-ħlas tal-imgħax fuq l-obbligi li suppost diġà tħallsu (13).

(48)

NRIC talbet il-ħlas ta' imgħax għall-ħlas tard fuq l-obbligazzjonijiet li suppost diġà tħallsu skont id-Digriet Nru 100 dwar il-kalkolu tal-imgħax statutorju għal ħlas tard fil-munita nazzjonali u f'muniti barranin (14) (“id-Digriet Nru 100”) tal-Kunsill tal-Ministri tad-29 ta' Settembru 2012. Il-Bulgarija qalet li, skont id-Digriet Nru 100, ir-rata tal-imgħax statutorja annwali għall-ħlas tard ta' obbligazzjonijiet f'BGN tikkonsisti fir-rata tal-imgħax ta' bażi tal-Bank Nazzjonali Bulgaru fis-seħħ mill-1 ta' Jannar jew mill-1 ta' Lulju tas-sena rispettiva flimkien ma' primjum tar-riskju ta' 10 %. Minn Settembru 2016, il-ħlasijiet ta' imgħax dovuti jammontaw għal BGN 23,3 miljun (EUR 12-il miljun).

(49)

Il-Bulgarija tallega li NRIC aġixxiet bħala kreditur f'ekonomija tas-suq, peress li kien jagħmel aktar sens ekonomikament li tiġbor id-djun pendenti rikonoxxuti miż-żewġ partijiet minflok li tniedi proċedura ta' stralċ mill-qorti u tirriskja li titwaqqaf l-attività tad-debitur. Il-Bulgarija ddikjarat li NRIC ikollha tħallas l-ispejjeż ta' proċedimenti legali li jammontaw għal 4 % tal-ammont mitlub f'taxxa tal-boll. Barra minn hekk, kieku kienu ġew inizjati proċedimenti legali, NRIC ma kenitx tkun tista' tinforza b'mod sħiħ it-talba tagħha, għaliex BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha kien ikollhom iħallsu l-obbligazzjonijiet kollha tagħhom mingħajr preferenza għal kreditur partikolari. Skont il-Bulgarija, billi BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha huma l-klijenti ewlenin ta' NRIC kif evidenzjat mill-fatt li 77 % mid-dħul ta' NRIC jista' jiġi attribwit għal BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha fl-2015, il-falliment ta' BDZ Holding kien ikollu impatt negattiv fuq il-profitabilità ta' NRIC u fuq il-ħila tagħha li żżomm b'mod adegwat in-netwerk ferrovjarju nazzjonali.

Djun dovuti minn NRIC lil BDZ Holding

(50)

NRIC kellha tagħti flus lil BDZ Holding għal servizzi pprovduti relatati, fost l-oħrajn, ma' biljetti tal-ivjaġġar b'xejn jew bi prezz imnaqqas għall-impjegati ta' NRIC u l-familji tagħhom, mal-kiri ta' faċilitajiet ta' barra u ta' ġewwa u bini li kienu proprjetà ta' BDZ Holding, mal-forniment tal-enerġija tat-trazzjoni, mat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, mat-trasbord u mal-manutenzjoni tal-ferroviji tax-xogħol. Il-Bulgarija ddikjarat li, matul il-perjodu bejn l-2008 u l-2011, NRIC kienet ġarrbet dejn fir-rigward ta' BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha għal servizzi pprovduti li b'kollox kien jammonta għal BGN 45 532 415 (EUR 23,8 miljun), kif miġbur fil-qosor fit-Tabella 3. Sa minn Awwissu 2016, id-dovuti pendenti ta' NRIC fir-rigward ta' BDZ Holding kienu jammontaw għal BGN 1 094 367 (EUR 0,6 miljun).

Tabella 3

Djun dovuti minn NRIC lil BDZ Holding 2008-2011

Riċevibbli mingħand NRIC f'BGN

2008

2009

2010

2011

Total

BDZ Holding

15 695 566

4 364 383

12 907 606

13 564 860

46 532 415

Skambji ta' dejn ma' assi

(51)

Bi tweġiba għall-istedina fid-deċiżjoni ta' ftuħ sabiex tipprovdi informazzjoni dwar jekk NRIC kellhiex il-ħsieb li tirkupra jew tinforza d-djun pendenti u kif kienet se tagħmel dan, il-Bulgarija ddikkjarat li NRIC u BDZ Holding daħlu fi ftehimiet fl-1 ta' Diċembru 2012 u fil-31 ta' Mejju 2013, skont liema NRIC u BDZ Holding rrikonoxxew ċerti pretensjonijiet reċiproċi u ddeċidew li jħallsu lura parzjalment l-obbligazzjonijiet pendenti permezz ta' tranżazzjoni ta' skambju ta' dejn ma' assi. L-għan tal-iskambju ta' dejn ma' assi kien li jitneħħew obbligi rikonoxxuti ta' BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha lejn NRIC permezz tal-forniment ta' assi li jkunu utli għal NRIC u li kellhom livell tajjeb ta' likwidità. Dik l-operazzjoni kienet permessa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, b'mod partikolari l-Artikolu 65, il-paragrafu 2 tal-Att dwar il-Kuntratti u l-Obbligi u l-bażi ġuridika tagħha kienu d-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri.

(52)

Il-Bulgarija saħqet fis-sottomissjoni tagħha ddatata s-7 ta' Novembru 2016 li, fil-perjodu 2013-2016, l-ammont totali ta' assi skambjati, inkluża l-VAT, kien ta' BGN 25,9 miljun (EUR 13,3-il miljun). L-ewwel stadju tal-iskambju, li kien jammonta għal BGN 23 miljun (EUR 11,8 miljun), ġie implimentat f'Diċembru 2013 fuq il-bażi tad-Deċiżjoni Nru 481/12.8.2013 tal-Kunsill tal-Ministri. Barra minn hekk, f'Diċembru 2015 u f'Awwissu 2016, fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet Nru 965/10.12.2015 u Nru 626/29.7.2016 tal-Kunsill tal-Ministri, ġew skambjati proprjetajiet li jiswew BGN 1,1 miljun (EUR 0,58 miljun) u BGN 1,8 miljun (EUR 0,9 miljun) rispettivament. L-assi speċifiċi soġġetti għall-iskambji kienu ġew speċifikati bil-quddiem skont il-ħtiġijiet tal-partijiet għall-użu sussegwenti tagħhom. Il-Bulgarija ddikjarat li fuq din il-bażi NRIC kienet kisbet 16-il proprjetà, li fosthom kien hemm faċilitajiet fil-Kumpless tal-Laneċ ta' Varna, u l-binja tal-uffiċċju fi Stara Zagora.

(53)

Il-Bulgarija ddikjarat ukoll li NRIC indipendentement iddeċiediet dwar l-assi li kienu ta' interess kummerċjali għaliha. Sabiex tappoġġa dan il-punt, il-Bulgarija nnutat li f'Awwissu 2016 NRIC ċaħdet skambju propost ta' dejn ma' ekwità fir-rigward ta' ċerti assi, u għalhekk BDZ skambjat assi ta' BGN 1,8 miljun (EUR 0,9 miljun) minflok ta' BGN 10 miljun (EUR 5,1 miljun). Il-proċess kien trasparenti. L-assi skambjati kienu soġġetti għal evalwazzjoni minn evalwaturi indipendenti li għandhom ċertifikati maħruġa mill-Kamra ta' Stimaturi Indipendenti fil-Bulgarija. Id-determinazzjoni tal-valur tal-assi kienet ibbażata fuq il-prinċipji u l-metodi tas-suq skont standards internazzjonali u Ewropej stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Bulgara. Skont il-Bulgarija, dawk l-assi jistgħu jinbiegħu fis-suq tal-proprjetà immobbli bil-prezz indikattiv stabbilit mill-istimaturi indipendenti. Il-prezzijiet finali maqbula minn BDZ Holding u NRIC kienu ta' daqs simili għal dawk fil-valutazzjonijiet.

(54)

Konsegwentement, il-Bulgarija tqis li NRIC aġixxiet bħala kreditur f'ekonomija tas-suq u l-iskambju ta' dejn ma' assi kien ġie miftiehem u ġie implimentat taħt kundizzjonijiet normali tas-suq.

4.4.   MIŻURA 4: RIMBORŻ TA' VAT MIŻMUMA BI ŻBALL MILL-ISTAT LIL BDZ HOLDING

(55)

Il-Bulgarija ssostni li, minħabba interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ minn BDZ Holding, il-kumpanija kienet ħallset indebitament VAT ta' BGN 72 miljun (EUR 36,8 miljun) fuq l-ammont ta' kumpens għall-OSP għall-perjodu mill-1 ta' Diċembru 2004 sad-29 ta' Frar 2008. L-iżball instab fir-rapport ta' awditjar imwettaq mill-Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul fl-2009. Il-Bulgarija tispjega li BDZ Holding ħadet l-azzjoni ġuridika neċessarja skont il-Kodiċi ta' Proċedura tal-Assigurazzjoni tat-Taxxa (“DOPK”) għall-irkupru tal-VAT imħallsa indebitament permezz ta' rimborż. L-ammont ta' taxxa mħallsa b'mod indebitu kien iddeterminat minn atti maħruġa mill-amministrazzjoni nazzjonali tad-dħul u tat-taxxa.

(56)

Il-Bulgarija tiddikjara wkoll li l-kumpanija kienet inkarigata b'OSP permezz ta' kuntratt OSP tad-29 ta' Ġunju 2004, iffirmat f'Settembru 2004, bejn il-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni Bulgaru u BDZ Holding. Il-kumpens tal-OSP skont il-kuntratt OSP ngħata biex ikopri telf imġarrab biex jiġu pprovduti servizzi ta' trasport. Barra minn hekk, skont it-termini tal-kuntratt, il-forniment tas-servizz u l-kumpens kienu soġġetti għall-konformità ma' kundizzjonijiet relatati mal-għadd ta' ferroviji, postijiet u sigħat. Barra minn hekk, il-kumpens seta' jitnaqqas kieku r-rekwiżiti speċifikati li jirrigwardaw il-kilometri, il-postijiet u s-sigħat ma kinux sodisfatti.

(57)

Il-Bulgarija tispjega li, skont l-Artikolu 29 tal-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (“ZDDS”) fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 2006, l-ammont taxxabbli fuq il-forniment ta' servizzi jinkludi wkoll il-mezzi finanzjarji kollha riċevuti u assorbiti mill-fornitur tas-servizzi u direttament relatati mal-forniment ta' dawn is-servizzi, inklużi s-sussidji. Il-Bulgarija kompliet tispjega li skont l-Artikolu 20(6) taż-ZDDS, il-mezzi finanzjarji kollha (pereżempju, sussidji) konnessi direttament mal-forniment ta' oġġetti jew servizzi għandhom jitqiesu li huma għotjiet mill-baġit tal-Istat jew minn entità oħra, li jikkostitwixxu ħlas addizzjonali għal prodotti jew servizzi. Fuq il-bażi ta' dikjarazzjonijiet mingħand l-Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul (15) il-Bulgarija ssottomettiet li s-sussidji riċevuti biex ikopru t-telf, l-ispejjeż jew l-akkwist ta' assi huma barra mill-ambitu taż-ZDDS, u dan huwa l-każ tal-kuntratt tal-OSP. F'dan il-kuntest, il-Bulgarija ċċarat li d-dispożizzjonijiet nazzjonali kienu jippermettu li l-VAT tiġi rimborżata fuq il-bażi ta' stima tal-VAT maħruġa mill-awtoritajiet fiskali wara verifika u reviżjoni ex post. Barra minn hekk, il-Bulgarija ddikjarat li qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija mal-Unjoni hija ma kenitx obbligata li tarmonizza għal kollox il-liġi tal-VAT tagħha.

(58)

Skont il-Bulgarija, mill-1 ta' Jannar 2007, meta daħal fis-seħħ iż-ZDDS il-ġdid, id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-VAT Bulgara ġew armonizzati għal kollox mad-Direttiva 2006/112/KE. Il-Bulgarija kompliet tgħid li skont l-Artikolu 26(3) taż-ZDDS il-ġdid l-ammont taxxabbli fuq il-forniment ta' servizzi jinkludi wkoll il-mezzi finanzjarji kollha (pereżempju, sussidji) riċevuti u assorbiti mill-fornitur tas-servizzi u direttament relatati mal-forniment ta' dawk is-servizzi. Il-Bulgarija kompliet tispjega li skont iż-ZDDS il-ġdid, il-mezzi finanzjarji kollha (pereżempju, sussidji) direttament marbuta mal-provvista ta' oġġetti jew servizzi għandhom jitqiesu li huma għotjiet mill-baġit tal-Istat jew minn entità oħra, li jikkostitwixxu ħlas addizzjonali għal oġġetti jew servizzi. Skont il-Bulgarija, madankollu, is-sussidji riċevuti biex ikopru t-telf jew l-ispejjeż, inkluż l-akkwist jew il-likwidazzjoni ta' assi huma barra mill-kamp ta' applikazzjoni taż-ZDDS il-ġdid.

(59)

Skont il-Bulgarija, l-iżball, li jikkonsisti f'li, b'mod żbaljat, tiġi imposta l-VAT fuq id-dħul mill-forniment ta' servizzi ta' OSP għall-perjodu bejn l-1 ta' Diċembru 2004 u d-29 ta' Frar 2008, kien ġie identifikat mill-awtoritajiet tat-taxxa rilevanti matul spezzjoni. F'dan ir-rigward, il-Bulgarija spjegat li dawk is-sejbiet tal-awtoritajiet tat-taxxa rilevanti rriżultaw f'deċiżjonijiet li ordnaw ir-rimborż u rapport tal-awditjar tat-taxxa numru 29010038 tas-7 ta' Frar 2011 skont il-Kodiċi tal-Proċedura tal-Assigurazzjoni tat-Taxxa Bulgara (16). Il-Bulgarija kompliet tispjega li l-proċeduri tar-rimborż tal-VAT kienu stabbiliti fl-Artikoli 128 u 129 tal-Kodiċi tal-Proċedura tal-Assigurazzjoni tat-Taxxa Bulgara.

(60)

Għalhekk, skont il-Bulgarija, ir-rimborż tal-VAT miġbura indebitament ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

5.   IRTIRAR TAN-NOTIFIKA

(61)

Kif jissemma fil-premessi 32 u 34, il-Bulgarija rtirat in-notifika tagħha dwar l-għajnuna għar-ristrutturar għal BDZ Holding (il-Miżura 1). Il-Bulgarija indikat li minflok kien biħsiebha tħassar id-djun li ġarrbet BDZ Holdings qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija mal-Unjoni fl-1 ta' Jannar 2007 (il-Miżura 2).

(62)

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589, l-Istat Membru kkonċernat jista' jirtira n-notifika fil-ħin qabel ma l-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni dwar l-għajnuna. Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2015/1589, f'każijiet fejn il-Kummissjoni tkun diġà nediet il-proċedura ta' investigazzjoni formali meta notifika tiġi rtirata, il-Kummissjoni trid tagħlaq il-proċedura.

(63)

Il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna għar-ristrutturar għadha ma ngħatatx. Minħabba li l-Bulgarija rtirat in-notifika tagħha u mhijiex se tagħti l-għajnuna għar-ristrutturar li tammonta għal BGN 550 miljun lil BDZ Holding, il-proċedura ta' investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat jenħtieġ li tingħalaq fir-rigward tal-miżura nnotifikata ta' għajnuna għar-ristrutturar.

6.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI

(64)

Permezz tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat “… kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.”

(65)

Il-kriterji stipulati fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat huma kumulattivi. Għalhekk, sabiex jiġi determinat jekk miżura tal-Istat tikkostitwixxix għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin iridu jiġu ssodisfati:

(a)

il-benefiċjarju huwa impriża fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, li jfisser li huwa jwettaq attività ekonomika;

(b)

il-miżura hija ffinanzjata mir-riżorsi tal-Istat u hija imputabbli lill-Istat;

(c)

hija tagħti vantaġġ ekonomiku;

(d)

dan il-vantaġġ huwa selettiv;

(e)

il-miżura inkwistjoni toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u tista' taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

6.1.   MIŻURA 2: TĦASSIR TAD-DEJN IMĠARRAB QABEL L-2007

6.1.1.   L-EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA FIS-SENS TAL-ARTIKOLU 107(1) TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (IT-“TRATTAT”)

6.1.1.1.    L-attività ekonomika u l-kunċett ta' impriża fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat

(66)

Skont każistika stabbilita, il-Kummissjoni għandha l-ewwel tistabbilixxi min se jkunu l-benefiċjarji tal-Miżura 2. L-Artikolu 107(1) tat-Trattat jirreferi għall-kunċett ta' impriża fid-definizzjoni tal-benefiċjarju tal-għajnuna. Kif ikkonfermat mill-Qrati tal-Unjoni, impriża għall-finijiet ta' dik id-dispożizzjoni ma għandhiex għalfejn tkun entità ġuridika waħda, iżda tista' tikkonsisti fi grupp ta' kumpaniji (17). Il-kriterju ewlieni fid-determinazzjoni ta' jekk hemmx impriża fis-sens ta' dik id-dispożizzjoni huwa jekk hijiex involuta “unità ekonomika”. Unità ekonomika tista' tkun magħmula minn għadd ta' persuni ġuridiċi. Dik l-unità ekonomika hi mbagħad ikkunsidrata bħala l-impriża relevanti. F'dan ir-rigward, il-Qrati tal-Unjoni jikkunsidraw l-eżistenza ta' sehem li jagħti kontroll u rabtiet funzjonali, ekonomiċi u organiċi oħra bħala rilevanti (18).

(67)

F'dan il-każ, il-Bulgarija ddikjarat li BZD Holding hija l-entità ġuridika li d-dejn tagħha mġarrab qabel l-2007 se jitħassar. Fil-fatt, kif iddikjarat fil-i 34, 35 u 36, il-Bulgarija tqis li BDZ Holding hija l-unika benefiċjarja tal-Miżura 2. Madankollu, bosta elementi jindikaw li l-impriża rilevanti mhijiex limitata għall-persuna ġuridika ta' BDZ Holding biss.

(68)

L-ewwel nett, f'termini ta' relazzjonijiet ta' sjieda, għandu jiġi nnutat li BDZ Holding għandha 100 % tal-ishma kemm ta' BDZ Passenger kif ukoll ta' BDZ Cargo. BDZ Holding għalhekk tikkontrolla l-attivitajiet tan-negozju kollha ta' BDZ Passenger u ta' BDZ Cargo, tifformula politika ta' ġestjoni komuni u tistabbilixxi miri għaż-żewġ sussidjarji.

(69)

It-tieni nett, l-għan prinċipali tas-self inizjali kien ix-xiri u t-tiswija ta' assi użati kemm minn BDZ Cargo kif ukoll minn BDZ Passenger, bħal lokomottivi, vaguni tal-merkanzija u vaguni tal-passiġġieri. It-tħassir tad-dejn għalhekk, jirrigwarda servizzi tat-trasport ferrovjarju pprovduti miż-żewġ sussidjarji. Filwaqt li wara r-riorganizzazzjoni tal-2007, BDZ Holding kienet il-proprjetarja tal-vetturi ferrovjarji u kienet tikrihom lil BDZ Cargo u lil BDZ Passenger, wara r-riorganizzazzjoni tal-2011 il-vetturi ferrovjarji ġew trasferiti lis-sussidjarji BDZ Cargo u BDZ Passenger (ara l-premessi 12 u 13). Għalhekk, il-Miżura 2, li ngħatat biex jitħassru d-djun għall-finanzjament tal-vetturi ferrovjarji, effettivament tkun ta' benefiċċju għal BDZ Cargo u għal BDZ Passenger.

(70)

Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, minbarra għal BDZ Holding, is-sussidjarji tagħha BDZ Passenger u BDZ Cargo għandhom ukoll jiġu meqjusa bħala benefiċjarji tat-tħassir tad-dejn. Jirriżulta mid-deskrizzjoni tal-attivitajiet ta' BDZ Passenger u ta' BDZ Cargo ppreżentata fit-taqsima 2.1 li dawn iż-żewġ kumpaniji huma unità ekonomika unika taħt il-kontroll ta' BDZ Holding u t-tnejn li huma jipprovdu servizzi bi ħlas fil-Bulgarija. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li billi tipprovdi servizzi tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija, kif ukoll il-ġestjoni u l-koordinazzjoni ta' dawk l-attivitajiet, BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha BDZ Passenger u BDZ Cargo qegħdin iwettqu attività ekonomika u, għalhekk, jikkostitwixxu impriżi fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

6.1.1.2.    Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabilità lill-Istat

(71)

Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, il-miżura inkwistjoni trid tiġi ffinanzjata mir-riżorsi tal-Istat u d-deċiżjoni li tingħata l-miżura trid tkun imputabbli lill-Istat (19).

(72)

It-tħassir tad-dejn se jkun iffinanzjat direttament mill-baġit tal-Istat Bulgaru u se jingħata mill-awtoritajiet ċentrali ta' dak l-Istat Membru.

(73)

Għalhekk, it-tħassir tad-dejn jinvolvi l-użu ta' riżorsi tal-Istat, li huwa wkoll deċiż mill-Istat u imputabbli lill-Istat.

6.1.1.3.    Vantaġġ ekonomiku

(74)

Vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat huwa kull benefiċċju ekonomiku li impriża ma kenitx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fin-nuqqas ta' intervent mill-Istat (20). Huwa biss l-effett tal-miżura fuq l-impriża li huwa rilevanti, mhux il-kawża jew l-għan tal-intervent mill-Istat (21).

(75)

F'dan il-każ, il-Bulgarija se tħassar BGN 223,45 miljun (EUR 114,25 miljun) ta' djun relatati direttament mal-attivitajiet ferrovjarji ta' BDZ Holding. Ebda operatur f'ekonomija tas-suq ma kien se jħassar obbligazzjonijiet ta' tali kobor bla ebda remunerazzjoni. Barra minn hekk, il-miżura se teħles lil BDZ Holding mill-obbligi tagħha ta' ħlas tad-dejn, u b'hekk se tillibera fondi li BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha jistgħu jużaw biex jiżviluppaw l-operazzjonijiet tagħhom u jtejbu l-indikaturi finanzjarji tagħhom.

(76)

Għalhekk, ġie konkluż li d-deċiżjoni tal-Bulgarija li tħassar l-obbligazzjonijiet ta' BDZ Holding tkun ta' vantaġġ ekonomiku għal BDZ Holding, BDZ Passenger u BDZ Cargo li huma ma kinux jiksbu taħt kundizzjonijiet normali tas-suq.

6.1.1.4.    Selettività

(77)

Biex miżura tal-Istat taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, din trid tiffavorixxi lil “ċerti impriżi jew ċerti produtturi”. B'hekk, huma biss dawk il-miżuri li jiffavorixxu lill-intrapriżi li jagħtu vantaġġ b'mod selettiv li jaqgħu taħt il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat. It-tħassir tad-dejn se jkun ta' benefiċċju biss għal BDZ Holding u għas-sussidjarji tagħha u, għalhekk, huwa selettiv fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

Konklużjoni

(78)

Huwa konkluż li t-tħassir tad-dejn ippjanat se jipprovdi vantaġġ ekonomiku selettiv għal BDZ Holding u għas-sussidjarji tagħha BDZ Passenger u BDZ Cargo.

6.1.1.5.    Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

Distorsjoni tal-kompetizzjoni

(79)

Hemm suppożizzjoni li hemm tfixkil tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat kull meta l-Istat jagħti vantaġġ finanzjarju lil impriża f'settur liberalizzat fejn hemm, jew jista' jkun hemm, il-kompetizzjoni (22).

(80)

F'dan ir-rigward, il-Bulgarija fetħet is-suq għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija għal operaturi domestiċi oħrajn stabbiliti fil-Bulgarija, fl-2002. Is-suq tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija tal-Unjoni nfetaħ għall-kompetizzjoni għal-ewwel darba fuq in-Netwerk Trans-Ewropew tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija fil-15 ta' Marzu 2003 permezz tal-ewwel pakkett ferrovjarju (23). It-tieni pakkett ferrovjarju lliberalizza t-trasport internazzjonali tal-merkanzija kollu fl-1 ta' Jannar 2006, u lliberalizza t-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija nazzjonali mill-1 ta' Jannar 2007 (24). Madankollu, bosta Stati Membri kienu unilateralment illiberalizzaw is-swieq nazzjonali tagħhom qabel dik id-data.

(81)

Is-sehem mis-suq ta' BDZ Cargo tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija Bulgaru kien jammonta għal 43 % fl-2016. BDZ Cargo tikkompeti direttament mal-operaturi l-oħra tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija f'dak is-suq, kif innutat fil-premessa 15.

(82)

Fir-rigward tat-trasport tal-passiġġieri, mill-1 ta' Jannar 2010, it-tielet pakkett ferrovjarju fetaħ is-suq tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri (25). Filwaqt li dan jikkonċerna biss is-servizzi internazzjonali, jinkludi l-attivitajiet tal-benefiċjarji fuq dawn il-linji. Fi kwalunkwe każ, kif stabbilit mill-Qorti fis-sentenza Altmark Trans, il-fatt li kumpanija tat-trasport hija attiva biss fi Stat Membru wieħed ma jeskludix il-possibbiltà li l-għajnuna toħloq distorsjoni tal-kummerċ intra-Unjoni (26). F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li, mill-1995, bosta Stati Membri b'mod unilaterali fetħu t-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri tagħhom u li kull vantaġġ mogħti lil kumpanija tat-trasport ferrovjarju fi Stat Membru wieħed jista' jnaqqas il-possibbiltà għal kompetitur minn Stat Membru ieħor li jopera f'dak is-suq ġeografiku.

(83)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-miżura se toħloq distorsjoni jew se thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern.

L-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri

(84)

Meta l-għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' intrapriża meta mqabbla ma' intrapriżi oħrajn li jikkompetu fil-kummerċ intra-UE, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu bħala affettwati minn dik l-għajnuna (27). Huwa biżżejjed li r-riċevitur tal-għajnuna jikkompeti ma' intrapriżi oħra fi swieq miftuħa għall-kompetizzjoni (28).

(85)

F'dan il-każ, il-benefiċjarju jipprovdi servizzi f'kompetizzjoni ma' impriżi oħra li jipprovdu servizzi tat-trasport fis-suq intern u xi wħud minn dawn is-servizzi huma transfruntieri. Għalhekk, il-vantaġġ ekonomiku selettiv mogħti permezz tat-tħassir tad-dejn ippjanat għal BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha jsaħħaħ il-pożizzjoni ekonomika tagħha, peress li jeħles lill-operatur ferrovjarju mid-djun imġarrba qabel l-2007. Konsegwentement BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha se jkunu qed jipprovdu servizzi tat-trasport bil-ferrovija fis-suq intern kollu mingħajr ma jerfgħu l-ispejjeż operattivi u tal-investiment imġarrba.

(86)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-pjan għat-tħassir tad-dejn huwa ta' natura li jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

6.1.1.6.    Konklużjoni

(87)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li t-tħassir tad-dejn li l-Bulgarija qed tippjana li timplimenta jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

6.1.2.   IL-LEĠITTIMITÀ TAL-GĦAJNUNA

(88)

Skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw kull pjan sabiex jagħtu jew jibdlu l-għajnuna, u ma għandhomx jimplimentaw il-miżuri proposti qabel ma l-proċedura ta' notifika tkun irriżultat f'deċiżjoni finali.

(89)

Peress li t-tħassir tad-dejn favur BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha għadu ma ġiex implimentat, il-Kummissjoni tqis li l-Bulgarija rrispettat l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 108(3) tat-Trattat (29).

6.1.3.   IL-KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA

(90)

Peress li t-tħassir tad-dejn jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, il-Kummissjoni trid tevalwa jekk din l-għajnuna tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq intern.

(91)

L-Artikolu 107(3) tat-Trattat jistipula ċerti eżenzjonijiet għar-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat li l-għajnuna mill-Istat mhijiex kompatibbli mas-suq intern. L-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat jistipula li: “għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni”, tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq intern.

(92)

F'dan ir-rigward, it-Taqsima 4 tal-Linji Gwida Ferrovjarji tipprovdi qafas għall-valutazzjoni ta' jekk jenħtieġx li l-Kummissjoni tiddikjara l-għajnuna lill-impriżi ferrovjarji sabiex jitħassru d-djun bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat.

(93)

Il-Kummissjoni taqbel mal-Bulgarija rigward l-applikabbiltà tat-Taqsima 4 tal-Linji Gwida Ferrovjarji għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tat-tħassir tad-dejn. Tabilħaqq, skont il-punt 54 tal-Linji Gwida Ferrovjarji, “Barra minn hekk, fid-dawl tal-Artikolu 9 tad-Direttiva [tal-Kunsill] 91/440/KEE (30), il-Kummissjoni tqis li, f'ċerti ċirkostanzi, għandu jkun possibbli li tali għajnuniet jiġu awtorizzati fin-nuqqas ta' ristrutturazzjoni finanzjarja, fejn it-tħassir jikkonċerna djun antiki, imġarrba qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2001/12/KE, li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-ftuħ tas-settur għall-kompetizzjoni.” Skont il-punt 56 tal-Linji Gwida Ferrovjarji, fil-każ tal-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2001/12/KE, id-data tal-adeżjoni jenħtieġ li tiġi kkunsidrata bħala d-data li minnha dik id-Direttiva tapplika għal dawk l-Istati Membri. Id-data rilevanti għall-finijiet tad-determinazzjoni ta' liema dejn ta' qabel l-adeżjoni jista' jitħassar f'konformità mal-Linji Gwida Ferrovjarji hija, għalhekk, l-1 ta' Jannar 2007.

(94)

Il-Bulgarija ssostni li t-tħassir tad-dejn ippjanat huwa konformi mal-kundizzjonijiet kollha tal-kompatibilità stipulati fil-Linji Gwida Ferrovjarji. Għaldaqstant, il-Kummissjoni trid tivvaluta din it-talba. Tabilħaqq, skont il-punti 55 sa 61 tal-Linji Gwida Ferrovjarji, għajnuna biex jitħassru d-djun imġarrba qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija mal-Unjoni tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

L-ewwel nett, l-għajnuna għandha sservi ta' kumpens għal djun definiti u individwalizzati b'mod ċar u mġarbba qabel il-15 ta' Marzu 2001, id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2001/12/KE. L-għajnuna ma tista' fl-ebda każ taqbeż l-ammont ta' dawn id-djun. Fil-każijiet fejn l-Istati Membri ssieħbu fl-Unjoni Ewropea wara l-15 ta' Marzu 2001, id-data rilevanti hija dik tal-adeżjoni mal-Unjoni. Il-loġika tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/440/KEE, imtennija fid-Direttivi ta' warajha, kienet li jiġi indirizzat livell ta' dejn akkumulat fi żmien fejn deċiżjoni li jinfetaħ is-suq fil-livell tal-Komunità kienet għadha trid tittieħed.

(b)

Fit-tieni lok, id-djun ikkonċernati jridu jkunu direttament marbutin mal-attività ta' trasport ferrovjarju jew mal-attivitajiet ta' ġestjoni, kostruzzjoni jew użu ta' infrastruttura ferrovjarja. […]

(c)

Fit-tielet lok, it-tħassir tad-djun irid ikun favur impriżi li huma ffaċċati b'livell eċċessiv ta' dejn, li jostakola l-ġestjoni finanzjarja b'saħħitha tagħhom. L-għajnuna għandha tkun meħtieġa biex tiġi rrimedjata din is-sitwazzjoni, sa fejn l-iżvilupp probabbli tal-kompetizzjoni fis-suq ma jkunx jippermetti lill-impriża sabiex tikkoreġi s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha fil-futur prevedibbli. […]

(d)

Fir-raba' lok, l-għajnuna ma għandhiex tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dan l-għan. […]

(e)

Fil-ħames lok, it-tħassir tad-djun tagħha ma jridx jagħti lill-impriża vantaġġ kompetittiv b'mod li jimpedixxi l-iżvilupp ta' kompetizzjoni effettiva fis-suq, pereżempju billi jiskoraġġixxi lil impriżi esterni jew atturi ġodda milli jidħlu f'ċerti swieq nazzjonali jew reġjonali.

(a)   L-għajnuna trid isservi ta' tpaċija għal djun definiti u individwalizzati b'mod ċar, u mġarbba qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija mal-Unjoni

(95)

Il-linji Gwida Ferrovjarji jeħtieġu li d-dejn li jkun se jitħassar ikun determinat b'mod ċar, ikun individwalizzat u, fil-każ tal-Bulgarija, ikun imġarrab qabel l-adeżjoni tagħha mal-UE. Isegwi mil-Linji Gwida Ferrovjarji li d-dejn aggregat jew mhux determinat ma jistax jiġi paċut. It-tpaċija ma tkunx permessa, pereżempju, jekk ikun ippjanat li jitħassru elementi ġeneriċi ta' dejn, pereżempju “dejn lill-fornituri kollha”. Barra minn hekk, it-tpaċija ma tkunx permessa jekk ikun ippjanat li elementi aggregati ta' dejn lejn kreditur uniku, pereżempju “obbligazzjonijiet totali fil-konfront ta' bank partikolari” li jirriżultaw minn diversi komponenti bħal overdrafts, garanziji jew self fit-tul jitħassru kompletament mingħajr distinzjoni.

(96)

Il-Bulgarija qed tippjana li tħassar BGN 223,45 miljun (EUR 114,25 miljun), ta' dejn ta' BDZ Holding. Kif deskritt fil-premessa 35 u fit-Tabella 2, l-ammont ta' BGN 223,45 miljun suġġett għat-tħassir huwa derivat minn obbligi finanzjarji mġarrba qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija mal-Unjoni u li kienu pendenti fid-data tal-adeżjoni jew minn dejn sussegwenti mġarrab minn BDZ Holding li ssostitwixxa jew irrifinanzja dejn imġarrab qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija mal-Unjoni, kif iddokumentat mir-Rapport Finanzjarju Kkonsolidat ta' BDZ Holding għall-2006, u/jew informazzjoni dwar il-ħlasijiet ta' self rilevanti. Kull dejn li jkun ippjanat li jitħassar jista' jiġi individwalizzat bħala derivat minn kuntratti ta' self (il-kredituri finanzjarji KfW IPEX Bank, BERŻ, IBRD) jew minn relazzjonijiet kuntrattwali regolari ma' fornituri speċifiċi ta' servizzi ta' infrastruttura ferrovjarja (NRIC) jew servizzi tal-elettriku (NEC AD) qabel l-adeżjoni.

(97)

L-istess jgħodd f'dak li jirrigwarda l-obbligi individwalizzati ta' dejn ta' BDZ Holding lejn id-detenturi tal-bonds tal-ħruġ ta' bonds ISIN BG2100032072 mid-19 ta' Novembru 2007 u l-Ministeru tal-Finanzi, meta dan tal-aħħar sar kreditur ta' BDZ Holding (ara l-premessi 35, 36 u t-Tabella 2). Id-djun inadempjenti huma individwalizzati tajjeb u wkoll il-qligħ intuża biex jirrifinanzja dejn ta' qabel l-adeżjoni speċifikat tajjeb li BDZ Holding ma setgħetx tlaħħaq miegħu u tħallsu bir-riżorsi tagħha stess. Minn dan isegwi li l-ammonti attwalment pendenti jikkostitwixxu, f'termini ekonomiċi, sempliċi riport ta' dejn li ntiret mill-passat.

(98)

Fl-aħħar nett, peress li l-ammont ta' BGN 223,45 miljun f'dejn li hu ppjanat li għandu jitħassar huwa derivat minn djun definiti u individwalizzati b'mod ċar imġarrba qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija mal-UE, mhuwiex meħtieġ li tittieħed pożizzjoni dwar jekk djun oħra inklużi dispożizzjonijiet u obbligi kummerċjali ta' BDZ Holding identifikati wkoll mill-Bulgarija bħala dejn ta' qabel l-adeżjoni (it-Tabella 1 u l-premessi 35 u 20), u li jammontaw għad-differenza bejn BGN 806,7 u BGN 223,45 miljun, jistgħux ukoll jitħassru b'mod legali skont il-Linji Gwida Ferrovjarji. Id-dejn li jammonta għal din id-differenza huwa eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(99)

Huwa għalhekk konkluż li l-miżura inkwistjoni għandha l-għan li tħassar BGN 223,45 miljun ta' djun definiti u individwalizzati b'mod ċar, imġarrba qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija mal-Unjoni.

(b)   Id-djun ikkonċernati jridu jkunu direttament marbutin mal-attività ta' trasport ferrovjarju jew mal-attivitajiet ta' ġestjoni, kostruzzjoni jew użu ta' infrastruttura ferrovjarja.

(100)

Il-Bulgarija qalet li d-djun kollha mġarrba minn BDZ Holding kienu direttament marbutin mal-attività ta' trasport ferrovjarju tal-passiġġieri u tal-merkanzija (ara l-premessa 39).

(101)

Il-Kummissjoni tosserva li d-djun maħsuba biex jitħassru kienu tabilħaqq imġarrba biex jiġu ffinanzjati t-tiġdid u t-tiswija ta' vetturi ferrovjarji, bħax-xiri ta' unitajiet multipli tad-diżil u elettriċi jew l-immodernizzar ta' vaguni tal-merkanzija li huma proprjetà tal-kumpanija. Alternattivament, djun bħalma huma l-obbligi pendenti lejn NRIC iffinanzjaw ukoll il-forniment tas-servizzi ferrovjarji ta' BDZ Holding. Dawn l-attivitajiet huma n-negozju ewlieni ta' BDZ Holding u tas-sussidjarji tagħha u huma direttament marbuta mal-attività tat-trasport ferrovjarju.

(102)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li d-djun ikkonċernati huma direttament marbuta mal-attività tat-trasport ferrovjarju.

(c)   It-tħassir tad-djun irid ikun favur impriżi li huma ffaċċati b'livell eċċessiv ta' dejn, li jostakola l-ġestjoni finanzjarja soda tagħhom. L-għajnuna għandha tkun meħtieġa biex tiġi rrimedjata din is-sitwazzjoni, sa fejn l-iżvilupp probabbli tal-kompetizzjoni fis-suq ma jkunx jippermetti lill-impriża sabiex tikkoreġi s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha fil-futur prevedibbli.

Id-dejn eċċessiv ta' BDZ Holding, li qed ifixkel il-ġestjoni finanzjarja soda tagħha

(103)

Il-Bulgarija ddikjarat li BDZ Holding ikkwalifikat bħala fi stat ta' insolvenza u f'sitwazzjoni ta' dejn eċċessiv skont il-leġiżlazzjoni Bulgara u ssodisfat il-kriterji kollha stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Bulgara biex jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza kontra tagħha. Din hija indikazzjoni valida ta' dejn eċċessiv. Barra minn hekk, il-Bulgarija ddikjarat li l-kumpanija ma kenitx kapaċi tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha minħabba d-djun tagħha.

(104)

It-total tad-djun ta' BDZ Holding kien jammonta għal BGN 806,7 miljun fil-31 ta' Diċembru 2006 u kien jammonta għal 78 % tal-kapital totali ta' BDZ Holding (ekwità u dejn), bi Proporzjon ta' Dejn-Ekwità ta' erbgħa. Is-sitwazzjoni finanzjarja ta' BDZ Holding marret għall-agħar b'mod konsiderevoli mill-2007 'l hawn. Mill-2011, il-Proporzjon ta' Dejn-Ekwità ta' BDZ Holding żdied 'il fuq minn 7,5 (9), biex laħaq livell ta' 14 fl-2012, ta' 15 fl-2013, ta' -209 fl-2014 u ta' -33 f'Ottubru 2015 (31). Barra minn hekk, f'Ottubru 2015, l-obbligi pendenti ta' BDZ Holding, jiġifieri BGN 499,1 miljun (EUR 255 miljun) kienu jirrappreżentaw 86 % tal-valur kontabilistiku tal-assi li kienu jammontaw għal BGN 582,4 miljun (EUR 298 miljun).

(105)

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li minkejja l-fatt li BDZ Holding ħallset lura BGN 724 miljun (EUR 370 miljun) ta' djun pendenti matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sat-28 ta' Settembru 2016, il-kumpanija ma kenitx kapaċi tikkonforma għal kollox mal-obbligi finanzjarji tagħha. Minħabba l-obbligi li suppost diġà tħallsu tagħha lejn il-kredituri internazzjonali, fl-20 ta' Lulju 2015, il-High Court of Justice (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja) f'Londra ordnat lil BDZ tħallas EUR 66,7 miljun (BGN 130,4 miljun) b'imgħax fuq ħlas tard ta' 8 % fis-sena (32).

(106)

Barra minn hekk, minħabba l-livell ta' dejn eċċessiv ta' BDZ Holding, mingħajr it-tħassir tad-dejn, il-kumpanija jkollha diffikultajiet serji biex tissodisfa l-obbligi tagħha u tista' eventwalment tiġi likwidata.

(107)

Fuq il-bażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li BDZ Holding qiegħda tiffaċċja livell eċċessiv ta' dejn, li qed jostakola l-ġestjoni finanzjarja tajba tagħha.

Il-ħtieġa tal-għajnuna

(108)

Barra minn hekk, l-għajnuna għandha tkun meħtieġa biex tirrimedja għas-sitwazzjoni ta' dejn eċċessiv, sa fejn l-iżvilupp probabbli tal-kompetizzjoni fuq is-suq ma jkunx jippermetti lil BDZ Holding u lis-sussidjarji tagħha biex jirrettifikaw is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom fi żmien raġonevoli.

(109)

Minħabba d-djun tagħha, BDZ Holding ma kenitx f'pożizzjoni li tissodisfa l-obbligi finanzjarji kollha tagħha u qiegħda bil-lura fl-investimenti fl-immodernizzar tal-vetturi ferrovjarji tagħha. Minħabba li l-investimenti fl-immodernizzar tal-vetturi finanzjarji u fil-manutenzjoni waqgħu lura, il-flotta tal-kumpanija hija qadima wisq u parzjalment skaduta. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li 82 % tal-vaguni ta' BDZ Passenger għandhom aktar minn 20 sena u 74 % tal-lokomotivi tagħha għandhom aktar minn 25 sena. Fl-2015, madwar 50 % tal-lokomotivi ta' BDZ Cargo jew kienu qed jissewwew jew ma kinux jaħdmu. Bl-istess mod, madwar 51 % tal-vaguni tal-merkanzija ta' BDZ Cargo ma kinux operazzjonali u kienu jeħtieġu tiswija fl-2015.

(110)

Mingħajr l-għajnuna, BDZ Holding ma tkunx kapaċi tħallas lura d-djun li għadhom pendenti li ġġarrbu qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija mal-Unjoni, u lanqas ma tkun kapaċi tuża r-riżorsi tagħha stess biex tinvesti fl-immodernizzar tal-vetturi ferrovjarji tagħha.

(111)

Bħala eżempju, abbażi tal-qligħ irrappurtat tal-kumpanija fl-2016 (BGN 336,2 miljun), bħala medja tkun meħtieġa żieda ta' darba fil-prezz u/jew fit-tariffa ta' 66 %, jekk l-affarijiet l-oħra jibqgħu l-istess, biex tiġġenera d-dħul operazzjonali ta' BGN 223,45 miljun f'terminu ta' żmien qasir li huwa meħtieġ biex jitħallas lura d-dejn li huwa ppjanat li jitħassar. Madankollu, sadanittant, is-sussidjarji ta' BDZ Holding joperaw biss fuq żona ġeografika li hija eliġibbli għal kollox għal għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat. Żidiet tariffarji mdaqqsa f'dawn iz-zoni ġeografiċi jista' jkollhom effetti soċjali aktar qawwija milli f'żoni aktar sinjuri tal-Unjoni. Għaldaqstant, żidiet ipotetiċi fit-tariffi bl-għan li jissaħħaħ id-dħul ta' BDZ Holding u jittaffa d-dejn tagħha sa fejn meħtieġ, jekk ikunu legalment possibbli f'dak li għandu x'jaqsam ma' servizzi tal-passiġġieri li huma suġġetti għal OSP u kummerċjalment sostenibbli f'ambjent kompetittiv f'dak li għandu x'jaqsam ma' servizzi tat-trasport tal-merkanzija, jista' jkollhom impatti soċjali sproporzjonati fuq il-passiġġieri tal-ferroviji Bulgari jew kumpaniji li jużaw is-servizzi ta' ġarr ta' merkanzija ta' BDZ.

(112)

Konsegwentement, l-ebda miżura ta' politika kredibbli ipotetika oħra għajr it-tħassir tad-dejn ippjanat ma tkun tippermetti lill-kumpanija biex tkompli l-operat tagħha. Minn dan isegwi li l-miżura inkwistjoni hija meħtieġa biex tirrimedja s-sitwazzjoni tad-dejn ta' BDZ Holding, sa fejn l-iżvilupp imbassar tal-kompetizzjoni fis-suq ma jkunx jippermetti lil BDZ Holding u lis-sussidjarji tagħha biex jirrettifikaw is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom fil-futur prevedibbli.

(d)   L-għajnuna ma għandhiex tmur lil hinn minn dak li hu meħtieġ għall-għan

(113)

Il-Kummissjoni tinnota li fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' BDZ Holding l-ammont ta' tħassir tad-dejn huwa l-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata s-sopravivenza tal-kumpanija u huwa prekundizzjoni għas-sostenibbiltà finanzjarja tagħha. L-ammont huwa essenzjalment meħtieġ għall-pagamenti pendenti lill-kredituri - istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u NRIC. BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha għandhom obbligazzjonijiet pendenti mġarrba qabel l-1 ta' Jannar 2007 li, jekk ma jitħallsux, ipoġġu lill-benefiċjarju f'riskju ta' likwidazzjoni. L-indikaturi finanzjarji juru li l-ħlasijiet ma jistgħux isiru mir-riżorsi proprji fil-preżent u ma jkunx realistiku li wieħed jistenna li l-kumpanija tista' żżid b'mod sinifikanti t-tariffi jew il-prezzijiet tagħha sabiex tiġġenera dħul akbar fi żmien qasir.

(114)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li matul il-perjodu wara l-adeżjoni, BDZ Holding ħallset lura lil BGN 166 miljun f'obbligazzjonijiet imġarrba qabel l-1 ta' Jannar 2007 mir-riżorsi proprji tagħha derivati prinċipalment minn bejgħ ta' assi. Billi dawn l-ammonti kienu potenzjalment eliġibbli għat-tħassir, huwa raġonevoli li wieħed jikkunsidra li BDZ Holding setgħet użat dawn ir-riżorsi għall-iżvilupp u l-immodernizzar tal-vetturi ferrovjarji u tas-servizzi pprovduti. Il-kumpanija ma kenitx qiegħda żżomm il-pass mal-iżvilupp tas-settur ferrovjarju fir-rigward ta' karatteristiċi tekniċi u sistemi tal-informazzjoni. Għaldaqstant, billi BDZ Holding iddependiet ukoll fuq ir-riżorsi proprji tagħha biex tħallas lura parti mid-dejn ta' qabel l-adeżjoni, it-tħassir tad-dejn ma jistax jitqies li jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju, anki jekk huwa jeħlisha milli tissodisfa l-obbligi ta' ħlas lura u jippermetti spazju finanzjarju biex isir investiment f'immodernizzar futur jew f'attivitajiet ta' tiswija futuri.

(115)

Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tqis li l-implimentazzjoni tat-tħassir tad-dejn ma tistax titqies li tqiegħed lil BDZ Holding f'sitwazzjoni aktar favorevoli minn dik ta' impriża medja mmexxija tajjeb li għandha l-istess profil ta' attività.

(e)   It-tħassir tad-djun tagħha ma jridx jagħti lill-impriża vantaġġ kompetittiv b'mod li jimpedixxi l-iżvilupp ta' kompetizzjoni effettiva fis-suq, pereżempju billi jiskoraġġixxi lil impriżi esterni jew lil atturi ġodda milli jidħlu f'ċerti swieq nazzjonali jew reġjonali.

(116)

It-tħassir propost tad-dejn se jippermetti lil BDZ Holding biss biex tinnormalizza l-finanzjament tal-attivitajiet operazzjonali tal-kumpanija u mhuwiex se jippermetti lil BDZ Holding jew lis-sussidjarji tagħha biex jespandu jew jidħlu fi swieq ġodda. F'dak is-sens, l-għajnuna mhijiex se timpedixxi l-iżvilupp ta' kompetizzjoni effettiva fis-suq. Hija mhux se taffettwa l-pożizzjoni fis-suq tal-kompetituri, u dawn se jkunu jistgħu jkomplu jikkompetu ma' BDZ Holding taħt l-istess kundizzjonijiet.

(117)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li t-tħassir tad-djun mhux se jfixkel b'mod mhux debitu l-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri, għax se jippermetti biss lil BDZ Holding biex tistabbilizza s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, li kienet imxekkla minn obbligazzjonijiet imġarrba qabel il-liberalizzazzjoni tas-suq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssib li l-atturi l-ġodda fis-suq mhumiex qed ikunu skoraġġuti milli jidħlu fis-suq Bulgaru tat-trasport. Kif deskritt fil-premessi 15 u 42, minbarra BDZ Cargo, tmien operaturi bħalissa huma attivi fis-suq tat-trasport ferrovjarju Bulgaru. Ma hemm l-ebda evidenza li l-miżura tat-tħassir tad-dejn se timmodifika din is-sitwazzjoni kompetittiva.

Konklużjoni

(118)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' tħassir ta' dejn (il-Miżura 2) li tammonta għal BGN 223,45 miljun (EUR 114,25 miljun) li l-Bulgarija qed tippjana li timplimenta tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-kompatibbiltà mas-suq intern stabbiliti fil-Kapitolu IV tal-Linji Gwida Ferrovjarji.

6.2.   MIŻURA 3: IN-NUQQAS TA' ĦLAS MINN BDZ HOLDING U MIS-SUSSIDJARJI TAGĦHA TA' DEJN LI SUPPOST DIĠÀ TĦALLAS LILL-AMMINISTRATUR TAL-INFRASTRUTTURA (NRIC)

(119)

Minħabba li l-Bulgarija ma ppreċiżatx l-oriġini u l-evoluzzjoni tal-obbligazzjonijiet pendenti ta' BDZ Holding dovuti lil NRIC qabel id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, in-nuqqas ta' infurzar ta' dawk l-obbligazzjonijiet li suppost diġà tħallsu tqies li potenzjalment jinvolvi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

(120)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Bulgarija (ara t-Taqsima 4.3), parti mill-obbligazzjonijiet pendenti ta' BDZ Holding dovuti lil NRIC kienu jikkostitwixxu obbligazzjonijiet imġarrba mill-kumpanija qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija mal-Unjoni. Parti minn dan id-dejn ta' qabel l-adeżjoni (sa BGN 26,3 miljun) sussegwentement ġie rifinanzjat bi dħul minn ħruġ ta' bonds tad-19 ta' Novembru 2007, li għadu dejn pendenti u, għalhekk, suġġett għal stima skont “il-Miżura 2”: Tħassir tad-djun imġarrba qabel l-2007 fit-Taqsima 6.1. Fi kliem ieħor, NRIC tħallset.

(121)

Barra minn hekk, u bl-għan li tispjega s-sitwazzjoni fir-rigward tal-bqija tal-obbligazzjonijiet pendenti, il-Bulgarija pprovdiet aktar informazzjoni dwar l-arranġamenti tal-infurzar u l-passi meħuda minn NRIC (ara t-Taqsima 4.3). Skont il-Bulgarija, NRIC kienet ħadet il-passi kollha meħtieġa biex tiġbor l-obbligi li suppost diġà tħallsu mingħand BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha sabiex timmassimizza l-irkupru tal-ammonti dovuti, iżda mingħajr ma nediet proċedimenti legali.

(122)

Sabiex jiġi vverifikat jekk NRIC ppreferietx b'mod indebitu lil BDZ Holding fir-rigward tad-dewmien u l-arranġamenti għall-ħlas ta' obbligazzjonijiet li suppost diġà tħallsu, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk setgħetx tibbenefika minn arranġamenti bħal dawn f'kundizzjonijiet normali tas-suq (33). Għal dak l-għan, il-Kummissjoni trid tevalwa jekk kreditur ipotetiku f'ekonomija tas-suq f'sitwazzjoni simili għal NRIC, li jkun qed ifittex li jikseb il-ħlas massimu tal-ammonti dovuti lilu, kieku kienx jaċċetta d-dewmien u kienx jidħol f'negozjar mill-ġdid tal-ħlas ta' obbligazzjonijiet li suppost diġà tħallsu fuq termini u kundizzjonijiet simili (34). Fi kliem ieħor, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk NRIC aġixxietx bl-istess diliġenza dovuta bħal kreditur f'ekonomija tas-suq, qabel ma għażlet bejn infurzar individwali u amikevoli tat-talbiet tagħha u t-tnedija ta' proċedura ta' rkupru kollettiv li eventwalment twassal għall-falliment ta' BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha.

(123)

Il-Kummissjoni tinnota li, sabiex jidentifika l-aktar alternattiva vantaġġuża, kreditur tal-ekonomija tas-suq diliġenti jevalwa l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' kull waħda mill-alternattivi, filwaqt li jqis, fost l-oħrajn, l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati, l-iskopertura ekonomika preċedenti tiegħu, it-tul tal-proċess tal-irkupru u l-ispejjeż (35).

(124)

Il-Kummissjoni l-ewwel tosserva li d-djun dovuti lil NRIC oriġinaw fil-kuntest ta' relazzjoni kummerċjali regolari u fit-tul bejn l-impriżi (tal-Istat): BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha kienu klijenti ta' importanza ewlenija ta' NRIC u kienu jiġġeneraw aktar minn 70 % tad-dħul operattiv tagħha. L-oriġini tal-BGN 46,5 miljun dejn dovut minn NRIC lil BDZ Holding akkumulat bejn l-2008 u l-2011 għal diversi servizzi pprovduti lil NRIC (it-tabella 3) wkoll tipprovdi xhieda addizzjonali li hemm interazzjoni u interdipendenza kontinwa bejn NRIC u BDZ Holding. Il-possibbiltà ta' ħruġ mis-suq ta' BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha li jirriżulta minn proċedimenti kollettivi ta' insolvenza għaldaqstant kien ikollha impatt negattiv immedjat serju fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta' NRIC. Min-naħa tiegħu, il-falliment ta' BDZ Holding kien inaqqas il-profitti ta' NRIC u l-ħila tagħha li żżomm b'mod adegwat in-netwerk ferrovjarju nazzjonali, u dan kien iwassal għal riskju ta' aktar tnaqqis ta' dħul kummerċjali li jiġi mingħand klijenti oħra, minbarra s-sussidjarji ta' BDZ Holding.

(125)

Minn dan isegwi li kreditur tas-suq involut bħal NRIC f'relazzjoni kummerċjali simili mad-debitur(i) tiegħu bħal BDZ Holding kien għalhekk jaffronta bi prudenza kull azzjoni ta' infurzar ipotetika li twassal biex il-klijent prinċipali tiegħu jisparixxi mis-suq, għall-kuntrarju ta' kreditur li jkollu pretensjonijiet ta' dejn ta' darba u li ma jkunx kummerċjalment u finanzjarjament dipendenti fuq li d-debitur tiegħu jibqa' attiv fis-suq wara l-infurzar tat-talbiet tiegħu.

(126)

It-tieni nett, il-pretensjonijiet ta' NRIC fir-rigward ta' BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha ma setgħux jiġu infurzati bħala pretensjonijiet preferenzjali fi proċedimenti kollettivi ta' insolvenza ipotetiċi, li fihom l-ebda preferenza partikolari għal ħlas lura lil NRIC fost kredituri oħra ma setgħet tiġi implimentata (ara l-premessa 49). Barra minn hekk, id-dejn identifikat fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ bħala dovut lil NRIC (BGN 45 miljun) kien iżgħar mid-dejn dovut lill-kredituri l-oħrajn (ara t-Tabella 1). Barra minn hekk, il-valur kontabbli tal-assi ta' BDZ Holding ikun jeħtieġ li jitnaqqas bi skont ta' likwidazzjoni f'bejgħ furzat fil-proċedimenti kollettivi ta' insolvenza. Skont it-tip ta' assi, l-iskont tal-likwidazzjoni jista' jammonta sa 75 % tal-valur tal-assi. Gћalhekk, huwa ferm probabbli li l-valur tal-likwidazzjoni tal-assi ta' BDZ Holding ma kienx ikun suffiċjenti biex ikopri l-ispejjeż tal-likwidazzjoni, is-salarji tal-impjegati tagħha u l-obbligazzjonijiet pendenti tagħha kollha. Jekk tittieħed l-2011 bħala eżempju, l-ispejjeż tal-likwidazzjoni, il-pagi tal-impjegati u l-obbligazzjonijiet kollha pendenti kienu jammontaw għal BGN 778 miljun filwaqt li l-valur kontabbli tal-assi ta' BDZ Holding kien ta' BGN 933 miljun. Konsegwentement, NRIC setgħet realistikament tistenna li tirkupra biss frazzjoni żgħira mill-pretensjonijiet pendenti tagħha, kieku kellhom jinbdew proċedimenti kollettivi ta' insolvenza.

(127)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li, b'mod konformi mal-ġurisprudenza stabbilita, l-ispejjeż, flimkien mat-tul tal-proċedimenti tal-qorti, jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjoni ta' kreditur li jipproċedi bil-likwidazzjoni ta' kumpanija (36). F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni taqbel li NRIC kellha interess partikolari biex tkompli l-kooperazzjoni tagħha ma' BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha, mhux biss minħabba dħul kummerċjali futur iġġenerat minn BDZ Holding iżda wkoll bl-għan li timmassimizza l-irkupru tal-obbligazzjonijiet pendenti mhux preferenzjali akkumulati sa Novembru 2011 minflok tniedi l-likwidazzjoni tal-kumpanija. Il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tnedija ta' proċedimenti kollettivi ta' insolvenza twal li jwasslu għal likwidazzjoni furzata tal-grupp b'rata ta' rkupru baxxa u inċerta, ma kenitx tkun għażla valida u realistika għal NRIC biex timmassimizza l-irkupru tal-pretensjonijiet ta' dejn tagħha.

(128)

Tabilħaqq, il-Kummissjoni tosserva li BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha għamlu l-ħlasijiet meħtieġa b'mod regolari fir-rigward tad-dejn tagħhom lejn NRIC u li NRIC ma ġietx trattata b'mod differenti minn kredituri privati oħrajn tal-grupp. Fejn kien hemm ħlasijiet tardivi, BDZ Holding ma kenitx vantaġġata mill-posponiment tal-ħlas lura billi ħlasijiet tard lil NRIC attiraw marġini kbir ta' 1 000 punt bażi fuq ir-rati tal-imgħax ta' bażi tal-Bank Nazzjonali Bulgaru (ara l-premessa 48). Bħala eżempju, il-Kummissjoni tikkunsidra li 1 000 punt bażi huwa indikatur ta' marġini tal-imgħax konformi mas-suq fuq selfa b'kollateral ta' kwalità baxxa għal kumpanija f'diffikultajiet finanzjarji, bħal BDZ Holding (37). L-obbligazzjonijiet li suppost diġà tħallsu tħallsu lura permezz ta' trasferimenti bankarji diretti, it-tpaċija tal-obbligazzjonijiet ta' NRIC lejn BDZ Holding u skambji ta' dejn ma' assi. Pereżempju, bejn l-2011 u l-2016, BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha ħallsu ammont ta' BGN 503 miljun (EUR 257 miljun) għal servizzi pprovduti minn NRIC. Meta mqabbla mal-probabbiltà baxxa li jiġi rkuprat imqar proporzjon minuri tal-pretensjonijiet ta' NRIC kieku BDZ Holding kellha tiġi likwidata, l-ammont tad-dejn imħallas lura lil NRIC mill-2011 jikkonferma a posteriori li l-għażla magħmula minn NRIC li ma tinfurzax il-pretensjonijiet tagħha kienet l-aktar waħda razzjonali.

(129)

Barra minn hekk, għalkemm l-informazzjoni mhijiex speċifika għad-dejn ta' qabel l-adeżjoni msemmi fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ, il-Kummissjoni tinnota, pereżempju, f'dak li jirrigwarda l-ħlas tal-obbligazzjonijiet permezz tal-iskambji ta' dejn ma' assi implimentati wara d-Deċiżjoni ta' Ftuħ, li NRIC daħlet fi ftehimiet ma' BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha fuq bażi ta' distakkament, kif deskritt fil-premessi 51, 52 u 53, li rrikonoxxa d-djun li suppost diġà tħallsu u b'hekk iffaċilita r-rimborż tagħhom.

(130)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni addizzjonali u tal-evidenza ta' sostenn li ngħatat mill-Bulgarija u fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li NRIC aġixxiet bħala kreditur f'ekonomija tas-suq, u għalhekk, il-posponiment tal-ħlas lura ta' djun u l-arranġamenti miftiehma bejn NRIC u BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha ma pprovdew lil din tal-aħħar bl-ebda vantaġġ ekonomiku mhux dovut li kieku ma kenitx tgawdi f'kundizzjonijiet normali tas-suq.

(131)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-mod li bih BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha indirizzaw id-dejn li suppost diġà tħallas tagħhom fir-rigward tal-amministratur tal-infrastruttura (NRIC) qabel Novembru 2011 ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

(132)

Billi l-kundizzjonijiet neċessarji li jiddeterminaw l-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat huma kumulattivi, id-dispożizzjonijiet tiegħu ma japplikawx jekk wieħed minnhom ma jkunx issodisfat. Għalhekk, ma hemm l-ebda bżonn li jiġi vvalutat jekk in-nuqqas ta' ħlas minn BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha ta' dejn li suppost diġà tħallas lil NRIC fil-passat jissodisfax il-kundizzjonijiet l-oħra tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

6.3.   MIŻURA 4: ĦLAS LURA TAL-VAT MILL-ISTAT LIL BDZ HOLDING EAD

(133)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni dwar il-Miżura 4 peress li l-Bulgarija ma ċċaratx il-motivi għar-rimborż tal-VAT u jekk dan kienx konformi mad-Direttiva 2006/112/KE. B'hekk, il-Kummissjoni qieset li r-rimborż tal-VAT jista' potenzjalment jinvolvi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Għalhekk, il-Kummissjoni stiednet lill-Bulgarija biex tipprovdi aktar informazzjoni dwar ir-raġunijiet għar-rimborż tal-VAT lil BDZ Holding.

(134)

Wara d-Deċiżjoni ta' Ftuħ il-Bulgarija ċċarat li l-Miżura 4 kienet tikkonċerna r-rimborż ta' VAT indebitament imposta u mħallsa, li kienet tammonta għal BGN 72 miljun (EUR 36,7 miljun) fuq il-kumpens tal-OSP riċevut mingħand il-Ministeru tat-Trasport għall-perjodu bejn l-1 ta' Diċembru 2004 u d-29 ta' Frar 2008 (ara l-premessi 55 sa 59). Il-Bulgarija kompliet tiċċara li l-iżball amministrattiv inqabad matul reviżjoni mill-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali kompetenti f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-iżball ġie kkoreġut bid-deċiżjonijiet ta' rimborż tat-taxxa numru 2900180 tal-14 ta' Jannar 2009, 290900153 tat-8 ta' Lulju 2009, 100337 tat-12 ta' Awwissu 2010 u 290100380 ta' Frar 2011.

(135)

Il-Kummissjoni tinnota li mhux biss l-għoti ta' vantaġġi ekonomiċi pożittivi huwa rilevanti għall-kunċett ta' għajnuna mill-Istat. Il-ħelsien minn piżijiet ekonomiċi, bħalma huma vantaġġi fiskali, jista' wkoll jikkostitwixxi vantaġġ. Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk ir-rimborż tal-VAT fuq il-kumpens tal-OSP riċevut mingħand il-Ministeru tat-Trasport ipprovdiex vantaġġ ekonomiku għal BDZ Holding permezz ta' mitigazzjoni tal-imposti normalment inklużi fil-baġit ta' impriża, (38) jew jekk il-VAT fuq il-kumpens tal-OSP kenitx fil-fatt ġiet miġbura indebitament. Ma hemm l-ebda vantaġġ fil-każ ta' rimborż ta' taxxi imposti b'mod illegali (39).

(136)

Skont l-Artikolu 73 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-forniment ta' servizzi, inklużi servizzi ta' trasport ta' passiġġieri, huwa suġġett għall-VAT, u l-ammont taxxabbli jinkludi dak kollu li jikkostitwixxi l-korrispettiv miksub jew li għandu jinkiseb mill-fornitur, bi skambju mas-servizz ipprovdut, jew mingħand il-klijent jew mingħand parti terza, inklużi l-kumpens jew is-sussidji marbuta direttament mal-prezz tal-provvista. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 132 ta' dik id-Direttiva, l-impriżi inkarigati b'obbligu ta' servizz pubbliku ma jaqgħux taħt l-eżenzjonijiet mill-VAT.

(137)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk il-kumpens għall-OSP riċevut minn BDZ Holding kienx marbut direttament mal-prezz tas-servizzi pprovduti. Il-kumpens tal-OSP kien maħsub sabiex jikkumpensa t-telf li jirriżulta mill-forniment tas-servizz tat-trasport tal-passiġġieri f'kundizzjonijiet speċifiċi, bħal pereżempju l-kilometri ferrovjarji, il-postijiet, il-frekwenzi u kriterji kwalitattivi oħra. B'mod partikolari, il-kumpens għal OSP jitnaqqas f'każ ta' devjazzjonijiet, fost l-oħrajn, fil-kilometri, postijiet u ħinijiet u kriterji kwalitattivi oħra li ġew determinati għas-servizzi pprovduti. Għalhekk, il-kumpens ta' OSP ma jistax jiġu kkunsidrat bħala konness direttament mal-prezz għall-provvista tas-servizzi tat-trasport, iżda pjuttost bħala kumpens għat-telf li jirriżulta mit-twettiq ta' OSP.

(138)

Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni Bulgara dwar il-VAT ma tistipulax li l-kumpens għal OSP b'konnessjoni mal-kopertura ta' telf ikun suġġett għall-VAT. L-iżball instab mill-awtoritajiet tat-taxxa rilevanti b'riżultat ta' spezzjoni u dan wassal għal diversi deċiżjonijiet mill-awtoritajiet tat-taxxa (ara l-premessa 59), li huma skont il-Kodiċi ta' Proċedura tal-Assigurazzjoni tat-Taxxa Bulgaru.

(139)

Konsegwentement, il-VAT kienet indebitament imposta fuq il-kumpens ta' BDZ Holding għall-OSP għall-perjodu mill-1 ta' Diċembru 2004 sad-29 ta' Frar 2008. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li r-rimborż tal-VAT miġbura indebitament ma jipprovdix vantaġġ ekonomiku għal BDZ Holding.

(140)

Fid-dawl tal-fatt li l-kundizzjonijiet neċessarji sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat huma kumulattivi, in-nuqqas ta' xi wieħed minnhom ikun deċiżiv. Għalhekk, ma hemm l-ebda bżonn li jiġi evalwat jekk il-Miżura 4 tissodisfax il-kundizzjonijiet l-oħra tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

(141)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Miżura 4 ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

7.   KONKLUŻJONI

(142)

Fid-dawl tal-irtirar tan-notifika fir-rigward tal-għajnuna għar-ristrutturar għal BDZ Holding (ara l-Miżura 1, it-Taqsima 5), il-proċedura ta' investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat rigward il-miżura nnotifikata ta' għajnuna għar-ristrutturar jenħtieġ li tingħalaq.

(143)

F'dak li jirrigwarda t-tħassir ta' djun ta' BDZ Holding u s-sussidjarji tagħha li kienu jammontaw għal BGN 223,45 miljun (EUR 114,25 miljun) (il-Miżura 2, it-Taqsima 6.1) jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà fil-Linji Gwida Ferrovjarji. Għalhekk, il-Miżura 2 jenħtieġ li tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3) c) tat-Trattat.

(144)

Fir-rigward tan-nuqqas ta' ħlas ta' BGN 45 miljun f'dejn li suppost diġà tħallas lil NRIC (il-Miżura 3, it-Taqsima 6.2), NRIC aġixxiet bħala kreditur f'ekonomija tas-suq. Il-miżura 3 għalhekk ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

(145)

Fir-rigward tar-rimborż tal-VAT imħallsa indebitament (il-Miżura 4, it-Taqsima 6.3), peress li l-VAT kienet ġiet imposta indebitament, ir-rimborż ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Wara l-irtirar tan-notifika tal-għajnuna għar-ristrutturar mill-Bulgarija, il-proċedura ta' investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat rigward l-għajnuna għar-ristrutturar ippjanata nnotifikata favur BDZ Holding EAD SA tilfet l-iskop tagħha u hija b'dan magħluqa.

Artikolu 2

1.   L-għajnuna mill-Istat favur BDZ Holding EAD SA fil-forma ta' tħassir ta' dejn li jammonta għal BGN 223 448 801, li l-Bulgarija qed tippjana li timplimenta, hija kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. L-implimentazzjoni tat-tħassir tad-dejn hija għalhekk awtorizzata.

2.   Il-mod li bih il-Kumpanija tal-Infrastruttura Ferrovjarja Nazzjonali ttrattat, qabel Novembru 2011, BGN 45 miljun fi djun li suppost diġà tħallsu ta' BDZ Holding EAD SA, BDZ Passenger EOOD u BDZ Cargo EOOD ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

3.   Ir-rimborż ta' BGN 72 miljun f'taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa bi żball ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 10, 12.1.2012, p. 9.

(2)  Minn hawn 'il quddiem f'din id-deċiżjoni t-terminu “BDZ Holding” jintuża biex ifisser kemm “BDZ EAD” qabel inbidel l-isem tan-negozju fit-22 ta' Ottubru 2011 kif ukoll “BDZ Holding EAD SA” minn hemm 'il quddiem. Ara n-Nota 4 f'qiegħ il-paġna.

(3)  Ara n-nota 2 f'qiegħ il-paġna

(4)  Permezz tad-deċiżjoni tal-Protokoll Nru 151 tat-22 ta' Ottubru 2011 maħruġa mill-Ministeru tat-Trasport, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, l-isem tal-kumpanija nbidel minn BDZ EAD għal Holding Bulgarian State Railways (BDZ) EAD (“BDZ Holding”).

(5)  Ir-rata tal-kambju użata għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni hija EUR 1 = BGN 1,9558, ĠU C 304, 20.8.2016, p. 2.

(6)  Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuniet mill-Istat għall-impriżi ferrovjarji (ĠU C 184, 22.7.2008, p. 13).

(7)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17).

(8)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' Ġunju 1999, Déménagements-Manutention Transport SA (DMT), C-256/97, ECLI:EU:C:1999:332, il-paragrafi 25-28.

(9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(10)  Bulgarian Gazette Nru 93/2002.

(11)  Pereżempju DB Schenker Rail Bulgaria rċeviet liċenzja f'Mejju 2010, u Port Rail għamlet dan f'April 2012.

(12)  Skont l-Artikolu 569(3) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili l-avviżi notarizzati jikkostitwixxu mezz ta' soluzzjoni volontarja u barra mill-qorti tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn żewġ partijiet qabel ma dawn jiġu solvuti minn qorti.

(13)  Pereżempju, il-Minuti tal-laqgħa tal-bord tat-tmexxija ta' NRIC Nru 109 tal-25 ta' Settembru 2009 jew il-Minuti tal-laqgħa tal-bord tat-tmexxija ta' NRIC Nru 145 tat-3 ta' Ġunju 2010.

(14)  Bulgarian Gazette Nru 42/2012.

(15)  Ittra mingħand l-Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul bin-numru ta' referenza 24-34-350/20.7.2007 u 24-00-39/17.8.2007.

(16)  Id-deċiżjoni tar-rimborż tat-taxxa nru 100337 tat-12 ta' Awwissu 2010 u d-deċiżjoni tat-taxxa numru 290100380, ta' Frar 2011 li jammontaw għal BGN 36 877 000 għall-perjodu ta' bejn Diċembru 2004 u April 2007; id-deċiżjoni tar-rimborż tat-taxxa nru 2900180 tal-14 ta' Jannar 2009, li tammonta għal BGN 19 167 000 għall-perjodu ta' bejn Mejju 2007 u Frar 2008; id-deċiżjoni tar-rimborż tat-taxxa nru 290900153 tat-8 ta' Lulju 2009, li tammonta għal BGN 16 000 000 għall-perjodu ta' bejn Marzu 2008 u Ottubru 2008.

(17)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Novembru 1984, Intermills vs Il-Kummissjoni, C-323/82, ECLI:EU:C:1984:345, il-paragrafi 11 et seq).

(18)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Diċembru 2010, AceaElectrabel Produzione SpA vs Il-Kummissjoni, C-480/09 P, ECLI:EU:C:2010:787, il-paragrafi 47 sa 55; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Jannar 2006, Cassa di Risparmio di Firenze SpA u Oħrajn, C-222/04, ECLI: EU:C:2006:8, il-paragrafu 112.

(19)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni(“Stardust Marine”), C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294.

(20)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Lulju 1996, Syndicat français de l'Express international (SFEI) u oħrajn vs La Poste u oħrajn, C-39/94, ECLI:EU:C:1996:285, il-paragrafu 60; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' April 1999, Ir-Renju ta' Spanja v il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, C-342/96, ECLI:EU:C:1999:210, il-paragrafu 41; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (“Stardust Marine”), C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294, il-paragrafu 69.

(21)  Is-Sentenza tal-Qorti tat-2 ta' Lulju 1974, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, (C-173/73, ECLI:EU:C:1974:71, il-paragrafu 13.

(22)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ġunju 2000, Alzetta et vs Il-Kummissjoni, T-298/97, ECLI:EU:T:2000:151, il-paragrafi 141 sa 147.

(23)  Id-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE dwar l-iżvilupp tal-ferroviji tal-Komunità (ĠU L 75, 15.3.2001, p. 1), id-Direttiva 2001/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE dwar l-għoti ta' liċenzji għal impriżi ferrovjarji (ĠU L 75, 15.3.2001, p. 26), id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU L 75, 15.3.2001, p. 29).

(24)  Ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1), id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44), id-Direttiva 2004/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li temenda d-Direttiva 96/48/KE dwar l-interoperabilità tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji ta' veloċità kbira u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema tran-Ewropea dwar ferroviji konvenzjonali (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 114) u d-Direttiva 2004/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 164).

(25)  It-tielet pakkett ġie adottat fl-2007, u dan jinkludi r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u (KEE) Nru 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1), ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14), id-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta' Ottubru 2007, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u d-Direttiva 2001/14/KE dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 44) u d-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51).

(26)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdenburg, C-280/00, ECLI:EU:C:2003:415, il-paragrafi 77-81.

(27)  Ara, b'mod partikolari, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Settembru 1980, Philip Morris vs il-Kummissjoni, C-730/79, ECLI:EU:C:1980:209, il-paragrafu 11; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Novembru 2001Ferring, C-53/00, ECLI:EU:C:2001:627, il-paragrafu 21; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' April 2004, l-Italja vs Il-Kummissjoni, C-372/97, ECLI:EU:C:2004:234, il-paragrafu 44.

(28)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' April 1998, Het Vlaamse Gewest v il-Kummissjoni, T-214/95, ECLI:EU:T:1998:77.

(29)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Jannar 2004, Fleuren Compost vs Il-Kummissjoni, T-109/01, ECLI:EU:T:2004:4.

(30)  Id-Direttiva 91/440/KEE tal-Kunsill tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25).

(31)  Skont il-punt 20(d) tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà, proporzjon ta' dejn-ekwità ogħla minn 7,5 għal sentejn konsekuttivi huwa wieħed mill-indikaturi li juru li l-impriża tkun f'diffikultà.

(32)  Digrieti tal-20 ta' Lulju 2015, CL-2015-000309 FMS Wertmanagement AöR vs BDZ Holding; CL-2015-000214 Dexia Credit Local vs BDZ Holding; CL-2015-000090 KA Finanz AG vs BDZ Holding.

(33)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Lulju 1996, SFEI et, C-39/94, ECLI:EU:C:1996:285, il-paragrafu 60; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' April 1999, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-342/96, ECLI:EU:C:1999:210, il-paragrafu 41.

(34)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta' Għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2016/C 262/01), il-punt 74; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Novembru 2007, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-525/04 P, ECLI:EU:C:2007:698; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Jannar 2013, Frucona vs Il-Kummissjoni, C-73/11 P, ECLI:EU:C:2013:32, il-paragrafu 78; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' Ġunju 1999, DMTransport, C-256/97, ECLI:EU:C:1999:332; Is-Sentenza tat-30 ta' April 1998, Cityflyer, IT-16/96, ECLI:EU:T:1998:78, il-paragrafu 51; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Marzu 2013, Il-Kummissjoni vs Buczek Automotive u l-Polonja (C-405/2011, ECLI:EU:C:2013:186, il-paragrafu 54-60.

(35)  Frucona vs Il-Kummissjoni, C-73/11 P, il-paragrafu 78, ECLI:EU:C:2013:32; Il-Kummissjoni vs Buczek Automotive u l-Polonja (C-405/2011, ECLI:EU:C:2013:186, il-paragrafi 54-60; Il-kawża C-124/10P Il-Kummissjoni Ewropea vs Électricité de France (EDF), ECLI:EU:C:2012:318, il-paragrafu 85.

(36)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Marzu 2013, Il-Kummissjoni vs Buczek Automotive, C-405/11 P, ECLI:EU:C:2013:186, il-paragrafu 59.

(37)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6).

(38)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Marzu 1994, Banco Exterior de España, C-387/92, ECLI:EU:C:1994:100, il-paragrafu 13; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Settembru 2000, il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-156/98, ECLI:EU:C:2000:467, il-paragrafu 25; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Mejju 1999, l-Italja vs il-Kummissjoni, C-6/97, ECLI:EU:C:1999:251, il-paragrafu 15; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Marzu 2005, Heiser, C-172/03, ECLI:EU:C:2005:130, il-paragrafu 36.

(39)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Marzu 1980, Amministrazione delle finanze dello Stato, 61/79, ECLI:EU:C:1980:100, il-paragrafi 29 sa 32.


19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/56


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2373

tal-14 ta' Diċembru 2017

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-idrossitirosol bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2017) 8423)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' Ġunju 2014, il-kumpanija Seprox Biotech għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti ta' Spanja biex tqiegħed l-idrossitirosol (“idrossitirosol”) fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. Il-popolazzjoni fil-mira hija l-popolazzjoni ġenerali minbarra t-tfal ta' taħt l-età ta' tliet snin, in-nisa tqal u n-nisa li qed ireddgħu.

(2)

Fit-2 ta' Marzu 2015, l-awtorità kompetenti ta' Spanja ħarġet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali tagħha. F'dak ir-rapport waslet għall-konklużjoni li l-idrossitirosol jissodisfa l-kriterji għal ingredjent tal-ikel ġdid kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(3)

Fl-10 ta' April 2015, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra.

(4)

Tqajmu oġġezzjonijiet motivati minn Stati Membri oħra fi żmien il-perjodu ta' 60 jum stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(5)

Fid-19 ta' Novembru 2015, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) fejn talbitha twettaq valutazzjoni oħra għall-idrossitirosol bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97.

(6)

Fil-31 ta' Jannar 2017, l-EFSA fl-opinjoni tagħha “Scientific Opinion on the safety of hydroxytyrosol as a novel food pursuant to Regulation (KE) Nru 258/97” (2) ikkonkludiet li l-idrossitirosol huwa sikur għall-użi u għal-livelli ta' użu proposti.

(7)

Dik l-opinjoni tagħti raġunijiet suffiċjenti biex jiġi stabbilit li l-idrossitirosol fl-użi u fil-livelli tal-użu proposti jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(8)

Meta jitqies li t-talba għal awtorizzazzjoni teskludi ċerti gruppi ta' popolazzjoni u timponi ċerti kundizzjonijiet għall-prestazzjoni teknika ta' ikel li jkun fih l-idrossitirosol meta jissaħħan, jenħtieġ li l-prodotti tal-ikel li jkun fihom l-idrossitirosol jkunu ttikkettati b'mod xieraq.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel. L-użu tal-idrossitirosol għandu jiġi awtorizzat mingħajr preġudizzju għal dak ir-Regolament.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, l-idrossitirosol kif speċifikat fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni jista' jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent ġdid tal-ikel maħsub għall-popolazzjoni ġenerali, minbarra t-tfal ta' taħt l-età ta' tliet snin, nisa tqal u nisa li qed ireddgħu, għall-użi definiti u fil-livelli massimi stabbiliti fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   L-isem tal-idrossitirosol awtorizzat b'din id-Deċiżjoni dwar it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel għandu jkun “idrossitirosol”.

2.   It-tikkettar ta' prodotti tal-ikel li fihom l-idrossitirosol għandu jkollu fuqu d-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Dan il-prodott tal-ikel m'għandux jiġi kkunsmat minn tfal ta' taħt l-età ta' tliet snin, minn nisa tqal u minn nisa li qed ireddgħu;

(b)

Dan il-prodott tal-ikel m'għandhux jiġi użat għat-tisjir, għall-ħami jew għall-qali”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Seprox Biotech, Centro Empresarial Ingenia N-8, Parque Tecnológico Fuente Álamo, 30320 Fuente Álamo, Murcia, Spanja.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  EFSA Journal 2017; 15(3):4728.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26).


ANNESS I

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-IDROSSITIROSOL

Definizzjoni:

Isem kimiku

Ismijiet IUPAC: 4-(2-idrossietil)-benżen-1,2-diol

Sinonimi:

3-idrossitirosol

3,4-diidrossifeniletanol

diidrossifeniletanol

2-(3,4-di-diidrossifenil)-etanol

Formula kimika

C8H10O3

Massa molekolari

154,16 Da

Nru tal-CAS

10597-60-1

Deskrizzjoni: L-idrossitirosol huwa likwidu viskuż isfar ċar.

Speċifikazzjonijiet:

Parametru

Speċifikazzjonijiet

Deskrizzjoni

Likwidu viskuż kemxejn isfar ċar

Indewwa

≤ 4,0 %

Riħa

Karatteristiku

Togħma

Kemxejn morr

Solubilità (ilma)

Jitħallat mal-ilma

pH

3,5–4,5

Indiċi Rifrattiv (25 °C)

1,571–1,575

L-idrossitirosol u l-prodotti sekondarji tas-sinteżi kimika

 

Idrossitirosol

≥ 99,0 %

Aċidu aċetiku

≤ 0,4 %

Aċetat tal-idrossitirosol

≤ 0,3 %

Is-somma tal-alkoħol omovanilliku, tal-alkoħol isoomovanilliku, u tat-3-metossi-4-idrossifeniglikol

≤ 0,3 %

Metalli tqal

 

Ċomb

≤ 0,03 mg/kg

Kadmju

≤ 0,01 mg/kg

Merkurju

≤ 0,01 mg/kg

Solventi residwi

 

Aċetat tal-etil

≤ 25,0 mg/kg

Isopropanol

≤ 2,50 mg/kg

Metanol

≤ 2,00 mg/kg

Tetraidrossifuran

≤ 0,01 mg/kg


ANNESS II

Użi awtorizzati tal-idrossitirosol

Kategorija tal-ikel

Livell massimu

Żjut tal-ħut u żjut veġetali (minbarra żjut taż-żebbuġ u żjut mir-residwi taż-żebbuġ kif iddefiniti fil-Parti VIII tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (1)), imqiegħda fis-suq

0,215 g/kg

Xaħmijiet li jistgħu jiddellku kif iddefiniti fil-Parti VII tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, imqiegħda fis-suq

0,175 g/kg


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).


19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/60


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2374

tal-15 ta' Diċembru 2017

li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-moviment, il-ħżin u il-ipproċessar ta' ċerti frott u l-ibridi tagħhom li joriġinaw f'pajjiżi terzi għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti organiżmi ta' ħsara

(notifikata bid-dokument C(2017) 8395)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari il-punti 16.2(e) u 16.4(e) tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE jistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi li jeħtieġ jiġu rispettati għall-introduzzjoni u l-moviment ta' pjanti u prodotti mill-pjanti lejn u fi ħdan l-Istati Membri kollha.

(2)

Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1279 (2) introduċiet il-punti 16.2(e) u 16.4(e) tas-Sezzjoni I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE. Dawk il-punti jistabbilixxu t-tali rekwiżiti speċjali fir-rigward ta' ċerti frott (frott ta' Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., Microcitrus Swingle, Naringi Adans., Swinglea Merr., u l-ibridi tagħhom) destinati għall-ipproċessar industrijali (minn hawn 'il quddiem: “il-frott speċifikat”). Skont dawn il-punti, il-Kummissjoni għandha tadotta l-kundizzjonijiet għall-moviment fi ħdan l-Unjoni, il-ħżin u l-ipproċessar ta' dak il-frott.

(3)

Sabiex il-korpi uffiċjali responsabbli u l-operaturi professjonali jkunu jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet applikabbli għall-frott speċifikat, huwa xieraq li tkun meħtieġa n-notifika tad-dettalji tal-frott speċifikat qabel ma dan il-frott ikun jista' jiġi soġġett għal moviment fi ħdan l-Unjoni.

(4)

Il-moviment tal-frott speċifikat fl-Unjoni jenħtieġ li jkun soġġett għal superviżjoni mill-korpi uffiċjali responsabbli biex dawn jassiguraw kontroll effettiv fuq il-konformità mal-kundizzjonijiet rilevanti.

(5)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għall-ipproċessar industrijali tal-frott speċifikat sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni fitosanitarja tat-territorju tal-Unjoni minn organiżmi ta' ħsara. Jenħtieġ li dawk il-kundizzjonijiet jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-bini, l-iskart u l-prodotti sekondarji u ż-żamma ta' rekords.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni fitosanitarja tal-Unjoni u, jekk ikun meħtieġ, kontroll ta l-attività ta' ħżin, il-frott speċifikat għandu jinħażen f'faċilità rreġistrata approvata għal dak l-għan mill-Istat Membru fejn tinsab il-faċilità u b'mod li jimpedixxi kull riskju potenzjali ta' tixrid tal-organiżmi speċifikati. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi dwar il-ħżin, sabiex jiġu żgurati t-traċċabbiltà effettiva ta' dawk il-prodotti, il-kontroll ta' dik l-attività u l-protezzjoni fitosanitarja tat-territorju tal-Unjoni.

(7)

Billi l-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom meħtieġa sabiex tiġi mħarsa d-Direttiva (UE) 2017/1279 sa mill-1 ta' Jannar 2018, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tibda tapplika mill-istess data.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-moviment, il-ħżin u l-ipproċessar ta' frott ta' Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., Microcitrus Swingle, Naringi Adans. u Swinglea Merr. u l-ibridi tagħhom, li joriġinaw minn pajjiżi terzi għall-finijiet tal-punti 16.2(e) u 16.4(e) tas-Sezzjoni I tal-Part A tal-Anness IV tadDirective 2000/29/KE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“organiżmi speċifikati” tfisser Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa, Xanthomonas citri pv. citri, u Xanthomonas citri pv. aurantifolii.

(b)

“frott speċifikat” tfisser frott ta' Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., Microcitrus Swingle, Naringi Adans. u Swinglea Merr. u l-ibridi tagħhom, li joriġinaw minn pajjiżi terzi.

Artikolu 3

Moviment fl-Unjoni tal-frott speċifikat

1.   Il-frott speċifikat jistgħu jiċċaqalqu biss fi ħdan l-Unjoni jekk l-importatur ikun innotifika id-dettalji ta' kull kontenitur lill-korp uffiċjali responsabbli fl-Istat Membru li fih ikun jinsab il-punt tad-dħul, u fejn applikabbli, lill-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru fejn se jsir l-ipproċessar industrijali.

Dik in-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-volum tal-frott speċifikat;

(b)

in-numri ta' identifikazzjoni tal-kontenituri;

(c)

id-data mistennija ta' introduzzjoni u l-punt ta' dħul fl-Unjoni,

(d)

l-ismijiet, l-indirizzi u l-postijiet tal-bini msemmija fl-Artikolu 4.

2.   L-importaturi għandhom jinformaw lill-korpi uffiċjali responsabbli msemmija fil-paragrafu 1 b'kull bidla fl-informazzjoni inkluża f'dik in-notifika, malli dawn ikunu magħrufin.

3.   Il-frott speċifikat jista' jiġi soġġett għal moviment lejn Stat Membru, għajr dak l-Istat Membru li minnu ġie introdott fl-Unjoni, sakemm il-korpi uffiċjali responsabbli tal-Istati Membri kkonċernati jaqblu li jseħħ dan il-moviment.

4.   Il-frott speċifikat għandu jiġi ttrasportat direttament u mingħajr dewmien fil-bini tal-ipproċessar imsemmi fl-Artikolu 4 jew f'faċilità ta' ħżin kif imsemmi fl-Artikolu 5. Il-moviment tal-frott speċifikat għandu jsir taħt is-superviżjoni tal-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru fejn dak il-moviment qed isseħħ.

5.   L-Istati Membri kkonċernati mill-moviment għandhom jikkooperaw biex jiżguraw li jkun hemm konformità ma' dan l-Artikolu.

Artikolu 4

Rekwiżiti li jikkonċernaw l-ipproċessar industrijali tal-frott speċifikat

1.   L-ipproċessar tal-frott speċifikat għandu jsir f'bini li jinsab f'żona fejn ma jiġi prodott ebda wieħed mill-frott speċifikat. Il-bini għandu jiġi rreġistrat u approvat uffiċjalment għal dik il-għan mill-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru li fih jinsab il-bini.

2.   L-iskart u l-prodotti inċidentali tal-frott speċifikat għandhom jintużaw jew jinqerdu f'żona fejn ma jiġi prodott ebda wieħed mill-frott speċifikat, li tinsab fl-Istat Membru fejn ikun ġie pproċessat dak il-frott.

3.   Il-prodotti inċidentali għandhom jinqerdu bi b'kwalunkwe metodu teknikament ġustifikat approvat mill-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru fejn il-frott speċifikat ġie pproċessat u taħt is-superviżjoni tal-korp uffiċjali b'mod li jimpedixxi kull riskju potenzjali ta' tixrid tal-organiżmi speċifikati.

4.   Il-proċessuri għandhom iżommu għal mill-anqas tliet snin reġistri tal-frott speċifikat ipproċessat u jagħmluhom disponibbli, wara talba, lill-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru fejn iseħħ l-ipproċessar. Dawk ir-reġistri għandhom jindikaw in-numri u l-marki distinti tal-kontenituri, il-volumi tal-frott speċifikat li jkun wasal u l-volumi u tipi oħra ta' informazzjoni ddettaljata dwar l-użu jew il-qerda tal-iskart u l-prodotti inċidentali.

Artikolu 5

Rekwiżiti li jikkonċernaw il-ħżin tal-frott speċifikat

1.   Jekk il-frott speċifikat ma jiġix ipproċessat immedjatament, dan għandu jinħażen f'faċilità rreġistrata u approvata għal dak il-għan mill-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru fejn tinsab il-faċilità.

2.   Il-lottijiet tal-frott speċifikat għandhom jibqgħu identifikabbli separatament.

3.   Il-frott speċifikat għandu jinħażen b'mod li jimpedixxi kull riskju potenzjali ta' tixrid tal-organiżmi speċifikati.

Artikolu 6

Data ta' applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Artikolu 7

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1279 tal-14 ta' Lulju 2017 li temenda l-Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 184, 15.7.2017, p. 33).


19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/63


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2375

tal-15 ta' Diċembru 2017

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-aċidu N-aċetil-D-newraminniku bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2017) 8431)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Settembru 2015, il-kumpanija Glycom A/S għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Irlanda biex tqiegħed l-aċidu N-aċetil-D-newraminniku (aċidu N-aċetil-D-newramminiku (NANA)) fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(2)

Fit-8 ta' Marzu 2016, l-awtorità kompetenti tal-Irlanda ħarġet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali tagħha. F'dak ir-rapport waslet għall-konklużjoni li l-aċidu N-aċetil-D-newramminiku jissodisfa l-kriterji għal ingredjent tal-ikel ġdid kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(3)

Fil-15 ta' Marzu 2016, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra.

(4)

Tqajmu oġġezzjonijiet motivati minn Stati Membri oħra fi żmien il-perjodu ta' 60 jum stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(5)

Fl-14 ta' Lulju 2016, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) u talbitha twettaq valutazzjoni oħra għal-aċidu N-aċetil-D-newramminiku bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97.

(6)

Fit-28 ta' Ġunju 2017, l-EFSA fl-opinjoni tagħha bl-isem “Scientific Opinion on the safety of N-acetyl-D-neuraminic acid as a novel food pursuant to Regulation (KE) Nru 258/97” (2) ikkonkludiet li l-aċidu N-aċetil-D-newramminiku huwa sikur meta jiżdied ma' ikel ieħor minbarra ma' supplimenti tal-ikel fl-użi proposti u fil-livelli tal-użi proposti għall-popolazzjoni ġenerali. Għas-supplimenti tal-ikel l-EFSA stabbiliet li l-aċiduN-aċetil-D-newramminiku huwa sikur fl-użi proposti u l-livelli tal-użi proposti għal individwi ta' età 'l fuq minn għaxar [10] snin u huwa sikur ukoll għat-trabi ta' inqas minn għaxar [10] snin, sakemm l-esponiment kkombinat minn sorsi differenti ma jaqbiżx il-11 mg/kg bw.

(7)

Għalhekk, l-Opinjoni Xjentifika tagħti raġunijiet suffiċjenti biex jiġi stabbilit li l-aċidu N-aċetil-D-newramminiku fl-użi u fil-livelli tal-użu proposti għall-popolazzjoni ġenerali jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. Barra minn hekk, l-opinjoni tagħti wkoll raġunijiet suffiċjenti biex jiġi stabbilit li l-aċidu N-aċetil-D-newramminiku fl-użi u fil-livelli tal-użu proposti, meta jintuża bħala ingredjent fis-supplimenti tal-ikel għall-popolazzjoni ġenerali jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 sakemm dak it-tikkettjar adegwat jiżgura li l-limitu ta' 11 mg/kg bw ma jinqabiżx mill-esponiment ikkombinat għat-trabi ta' età taħt l-għaxar [10] snin.

(8)

Ir-rekwiżiti tat-tikkettar jiżguraw li l-konsumaturi tas-supplimenti tal-ikel jiġu infurmati li diġà jeżistu għadd ta' dettalji li huma applikabbli għall-prodotti li fihom l-aċidu N-aċetil-D-newramminiku bis-saħħa tad-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-tikkettjar huma meħtieġa li jiżguraw is-sikurezza tas-supplimenti tal-ikel li fihom l-aċidu N-aċetil-D-newramminiku, meta jiġu kkunsmati mit-trabi, mit-tfal żgħar u minn tfal ta' eta ta' taħt l-għaxar [10] snin f'kumbinazzjoni mal-ħalib tas-sider jew ikel ieħor li jkunu żidulu l-aċidu N-aċetil-D-newramminiku.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-aċidu N-aċetil-D-newramminiku kif speċifikat fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni jista' jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent tal-ikel ġdid għall-użi ddefiniti u fil-livelli massimi stabbiliti fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   L-isem tal-aċidu N-aċetil-D-newramminiku awtorizzat b'din id-Deċiżjoni dwar it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel għandu jkun “aċidu N-aċetil-D-newramminiku”.

2.   Jenħtieġ li s-supplimenti tal-ikel li fihom l-aċidu N-aċetil-D-newramminiku jiġu ttikkettati f'konformita mar-rekwiżiti ta' preżentazzjoni applikati skont ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 b'dikjarazzjoni li tgħid li jenħtieġ li s-suppliment tal-ikel ma jingħatax lit-trabi, lit-tfal żgħar jew lit-tfal ta' età ta' taħt l-għaxar snin [10] meta jikkunsmaw il-ħalib tas-sider jew ikel ieħor li miegħu ikun ġie miżjud l-aċidu N-aċetil-D-newramminiku fi ħdan l-istess perjodu ta' erbgħa u għoxrin siegħa.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Glycom A/S, Kogle Allé 4, 2970 Hørsholm, id-Danimarka.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  EFSA Journal 2017;15(7):4918.

(3)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal- Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).


ANNESS I

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-AĊIDU N-AĊETIL-D-NEWRAMMINIKU (DIIDRAT)

Definizzjoni:

Isem kimiku

Ismijiet IUPAC:

 

aċidu N-aċetil-Dnewramminiku (diidrat)

 

aċidu 5-aċetammido-3,5-dideossi-D-gliċero-D-galatto-non-2-ulopiranosoniku (diidrat),

Sinonimi:

aċidu sialiku (diidrat)

Formula kimika

C11H19NO9 (aċidu)

C11H23NO11 (C11H19NO9 *2H2O) (diidrat)

Massa molekolari

309,3 Da (aċidu)

345,3 (309,3 + 36,0) (diidrat)

Nru tal-CAS

131-48-6 (aċidu liberu)

50795-27-2 (diidrat)

Deskrizzjoni: aċidu N-aċetil-D-newramminiku huwa trab kristallin minn abjad sa abjad miksur.

Speċifikazzjonijiet:

Parametru

Speċifikazzjonijiet

Deskrizzjoni

trab kristallin minn abjad sa abjad miksur

pH (20 °C, soluzzjoni ta' 5 %)

1,7 – 2,5

Aċidu N-aċetil-Dnewramminiku (diidrat)

> 97,0 %

Ilma (10,4 % fid-diidrat)

≤ 12,5 % (w/w)

Rmied, sulfat

< 0,2 % (w/w)

Aċidu aċetat (bħala aċidu liberu u/jew aċetat tas-sodju)

< 0,5 % (w/w)

Metalli tqal

 

Ħadid

< 20,0 mg/kg

Ċomb

< 0,1 mg/kg

Residwi ta' proteini

< 0,01 % (w/w)

Solventi residwi

 

2-Propanol

< 0,1 % (w/w)

Aċeton

< 0,1 % (w/w)

Aċetat tal-etil

< 0,1 % (w/w)

Speċifikazzjonijiet mikrobijoloġiċi

 

Salmonella

Nieqsa fi 25 g

L-għadd totali ta' aerobiċi meżofiliċi

< 500 CFU/g

Enterobacteriaceae

Nieqsa fi 10 g

Cronobacter (Enterobacter) sakazakii

Nieqsa fi 10 g

Listeria monocytogenes

Nieqsa fi 25 g

Bacillus cereus

< 50 CFU/g

Ħmira

< 10 CFU/g

Moffa

< 10 CFU/g

Residwi ta' endotossini

< 10 EU/mg

CFU: Unitajiet li Jiffurmaw il-Kolonji; UE: Unitajiet Endotissini.


ANNESS II

Użi awtorizzati tal-aċidu N-Aċetil-D-newramminiku

Kategorija tal-ikel

Livell massimu

Formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment kif iddefinit bir-Regolament (UE) Nru 609/2013

0,05 g/L ta' formula rikostitwita

Ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar kif definit bir-Regolament (UE) Nru 609/2013

0,05 g/kg għall-ikel solidu

Ikel għal skopijiet mediċi speċjali għat-trabi u għat-tfal żgħar kif definit bir-Regolament (UE) Nru 609/2013

Skont ir-rekwiżiti partikolari ta' nutrizzjoni tat-trabi u tat-tfal żgħar li għalihom huma maħsuba dawn il-prodotti iżda f'kull każ mhux ogħla mil-livelli massimi speċifikati għall-kategorija msemmija fl-Anness II li jikkorrispondi għall-prodotti.

Ikel bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż kif iddefinit bir-Regolament (UE) Nru 609/2013.

0,2 g/L (xorb)

1,7 g/kg (bars)

L-ikel b'dikjarazzjonijiet dwar l-assenza jew il-preżenza mnaqqsa tal-glutina skont ir-rekwiżiti tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 828/2014 (1)

1,25 g/kg

Prodotti tal-ħalib pasturizzat u sterilizzat bla togħmiet miżjuda (inkluż il-UHT)

0,05 g/L

Prodotti tal-ħalib iffermentat bla togħmiet miżjuda, trattat bis-sħana wara l-fermentazzjoni, prodotti tal-ħalib iffermentat b'togħmiet miżjuda inklużi prodotti trattati bis-sħana

0,05 g/L (xorb)

0,4 g/kg (solidi)

Analogi ta' prodotti tal-ħalib, inklużi whiteners tax-xorb

0,05 g/L (xorb)

0,25 g/kg (solidi)

Bars taċ-ċereali

0,5 g/kg

Dolċifikanti ta' fuq il-mejda

8,3 g/kg

Xarbiet ibbażati fuq il-frott u fuq il-ħxejjex

0,05 g/L

Xarbiet bit-togħmiet

0,05 g/L

Kafé ta' speċjalità, te, infuzjonijiet ta' pjanti u ta' frott, u ċikwejra; estratti tat-te, infużjoni tal-pjanti u tal-frott u taċ-ċikwejra; preparazzjonijiet tat-te, tal-pjanti, tal-frott u taċ-ċereali għall-infużjonijiet

0,2 g/kg

Supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE

300 mg/kuljum għall-popolazzjoni ġenerali ta' aktar minn 10 snin

55 mg/kuljum għat-trabi

130 mg/kuljum għat-tfal żgħar

250 mg/kuljum għat-tfal ta' età bejn tlieta [3] u għaxar [10] snin


(1)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 828/2014 tat-30 ta' Lulju 2014 dwar ir-rekwiżiti għall-għoti ta' informazzjoni lill-konsumaturi rigward in-nuqqas jew il-preżenza mnaqqsa ta' glutina fl-ikel (ĠU L 228, 31.7.2014, p. 5).


19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/68


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2376

tal-15 ta' Diċembru 2017

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/348 f'dak li għandu x'jaqsam mal-konsistenza tal-miri riveduti fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza inklużi fil-pjanijiet nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali emendati li bagħtu Malta, il-Bulgarija u l-Polonja

(notifikata bid-dokument C(2017) 8433)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 11(3)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 14(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, l-Istati Membri għandhom jadottaw pjanijiet nazzjonali jew pjanijiet għal blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali (“FABs”), fosthom miri nazzjonali vinkolanti jew miri fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, li jiżguraw il-konsistenza mal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha. Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 jistipula wkoll li l-Kummissjoni għandha tevalwa l-konsistenza ta' dawk il-miri abbażi tal-kriterji ta' evalwazzjoni msemmijin fl-Artikolu 11(6)(d) ta' dak ir-Regolament. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 stabbilixxa regoli ddettaljati dwar dan.

(2)

Wara li vvalutat il-pjanijiet tal-prestazzjoni, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/348 (3) li, fost l-oħrajn, stabbiliet li l-miri fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza li kienu inklużi fil-pjanijiet tal-prestazzjoni li bagħtu Malta, il-Bulgarija u l-Polonja kienu konsistenti mal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza (mill-2015 sal-2019).

(3)

Wara l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1985 (4) li kienet tippermetti lil dawk l-Istati Membri jirrevedu, fuq talba tagħhom stess, il-miri tagħhom fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għall-2017, l-2018 u l-2019 skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013.

(4)

Abbażi ta' dan, fl-2016 Malta, il-Bulgarija u l-Polonja t-tlieta li huma rrevedew dawk il-miri u emendaw il-pjanijiet tal-prestazzjoni tagħhom kif xieraq u bagħtuhom lill-Kummissjoni flimkien mat-talba biex issir ir-reviżjoni.

(5)

Il-Kummissjoni vvalutat dawk il-pjanijiet emendati u, b'mod partikulari, il-miri riveduti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013. Il-konsistenza tal-miri fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, mogħtija fi spejjeż iddeterminati għal kull unità en route, mal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha, ġiet ivvalutata skont il-prinċipji stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013, flimkien mal-punt 1 tiegħu, billi tqiesu b'mod partikulari x-xejriet tal-ispejjeż iddeterminati għal kull unità en route tul it-tieni perjodu ta' referenza meta mqabblin mal-mira ta' tnaqqis ta' 3,3 % fis-sena, bħala medja, u tul il-perjodu kkombinat tal-ewwel u tat-tieni perjodu ta' referenza (mill-2012 sal-2019) meta mqabblin mal-mira ta' tnaqqis ta' 1,7 % fis-sena, bħala medja, kif ukoll il-livell tal-ispejjeż iddeterminati għal kull unità en route meta mqabblin ma' dawk ta' Stati Membri li għandhom ambjent ekomoniku u operattiv simili.

(6)

F'dak li għandu x'jaqsam ma' Malta, il-valutazzjoni wriet li l-miri riveduti huma bbażati fuq tnaqqis ippjanat ta' 3 % fis-sena, bħala medja, tal-ispejjeż tagħha ddeterminati għal kull unità en route tul it-tieni perjodu ta' referenza. Dan huwa kemm kemm inqas mill-mira ta' tnaqqis għall-ispejjeż medji ddeterminati għal kull unità en route għall-Unjoni kollha tul dak il-perjodu. Madankollu, tul il-perjodu kkombinat tal-ewwel u tat-tieni perjodu ta' referenza, l-ispejjeż iddeterminati għal kull unità en route ppjanati se jonqsu b'rata ogħla mill-mira għall-Unjoni kollha (bi tnaqqis ta' 4,6 %). Barra minn hekk, il-mira riveduta ta' Malta għall-2019 hija bbażata fuq spejjeż iddeterminati għal kull unità en route ppjanati li huma ferm inqas mill-ispejjeż medji ddeterminati għal kull unità en route ta' Stati Membri li għandhom ambjent ekomoniku u operattiv simili (40,4 % inqas). Għalhekk il-Kummissjoni tqis li l-miri riveduti ta' Malta għall-2017, l-2018 u l-2019 huma konsistenti mal-miri għall-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għat-tieni perjodu ta' referenza.

(7)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-Bulgarija, il-valutazzjoni wriet li l-miri riveduti huma bbażati fuq tnaqqis ippjanat ta' 1,1 % fis-sena, bħala medja, tal-ispejjeż tagħha ddeterminati għal kull unità en route tul it-tieni perjodu ta' referenza. Dan huwa inqas mill-mira ta' tnaqqis għall-ispejjeż medji ddeterminati għal kull unità en route għall-Unjoni kollha tul dak il-perjodu. Madankollu, tul il-perjodu kkombinat tal-ewwel u tat-tieni perjodu ta' referenza, l-ispejjeż iddeterminati għal kull unità en route ppjanati se jonqsu b'rata ogħla mill-mira għall-Unjoni kollha (bi tnaqqis ta' 2,3 %). Barra minn hekk, il-mira riveduta tal-Bulgarija għall-2019 hija bbażata fuq spejjeż iddeterminati għal kull unità en route ppjanati li huma inqas mill-ispejjeż medji ddeterminati għal kull unità en route ta' Stati Membri li għandhom ambjent ekomoniku u operattiv simili (3,0 % inqas). Għalhekk il-Kummissjoni tqis li l-miri riveduti tal-Bulgarija għall-2017, l-2018 u l-2019 huma konsistenti mal-miri għall-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għat-tieni perjodu ta' referenza.

(8)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-Polonja, il-valutazzjoni wriet li l-miri riveduti huma bbażati fuq tnaqqis ippjanat ta' 0,1 % fis-sena, bħala medja, tal-ispejjeż tagħha ddeterminati għal kull unità en route tul it-tieni perjodu ta' referenza. Dan huwa inqas mill-mira ta' tnaqqis għall-ispejjeż medji ddeterminati għal kull unità en route għall-Unjoni kollha tul dak il-perjodu. Tul il-perjodu kkombinat tal-ewwel u tat-tieni perjodu ta' referenza, l-ispejjeż iddeterminati għal kull unità en route ppjanati se jiżdiedu (b'rata medja ta' 1,4 % fis-sena). Madankollu, il-mira riveduta tal-Polonja għall-2019 hija bbażata fuq spejjeż iddeterminati għal kull unità en route ppjanati li huma ferm inqas mill-ispejjeż medji ddeterminati għal kull unità en route ta' Stati Membri li għandhom ambjent ekomoniku u operattiv simili (14,9 % inqas). Minħabba l-livell favorevoli tal-ispejjeż iddeterminati għal kull unità en route u meta wieħed iqis iċ-ċirkustanzi speċifiċi li wasslu għax-xejriet mhux daqshekk favorevoli tal-ispejjeż iddeterminati għal kull unità en route, u b'mod partikulari l-fatt li kellhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa tas-sikurezza, il-Kummissjoni tqis li, b'mod ġenerali, il-miri riveduti tal-Polonja għall-2017, l-2018 u l-2019 huma konsistenti mal-miri għall-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għat-tieni perjodu ta' referenza.

(9)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/348 tiġi emendata sabiex jitqiesu l-miri riveduti ta' Malta, tal-Bulgarija u tal-Polonja,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/348 qed jinbidel bl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 128, 9.5.2013, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/348 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar il-konsistenza ta' ċerti miri inklużi fil-pjanijiet nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza (ĠU L 60, 4.3.2015, p. 55).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1985 tal-31 ta' Ottubru 2017 li tippermetti li jiġu riveduti l-miri għal Malta, għall-Bulgarija u għall-Polonja fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għall-2017, l-2018 u l-2019 għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 (ĠU L 287, 4.11.2017, p. 28).


ANNESS

ANNESS

Il-miri ta' prestazzjoni fl-oqsma ewlenin tal-prestazzjoni tas-sikurezza, tal-ambjent, tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza inklużi fil-pjanijiet nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali li ntbagħtu skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, li nstabu li huma konsistenti mal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza

IL-QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAS-SIKUREZZA

L-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza (l-“EOSM”) u l-applikazzjoni tal-klassifikazzjoni tas-severità bbażata fuq il-metodoloġija tal-għodda għall-analiżi tar-riskju (ir-“RAT”)

STAT MEMBRU

BLOKKA TAL-ISPAZJU TAL-AJRU FUNZJONALI (“FAB”)

L-EOSM

Il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (l-ATM) mal-art f'perċentwali (skont ir-RAT)

Il-livell ġenerali tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (tal-ATM) f'perċentwali (skont ir-RAT)

 

Fil-livell tal-istat

Fil-livell tal-fornitur ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru (l-ANSP)

Fl-2017

Fl-2019

Fl-2017

Fl-2019

 

SC

MO oħrajn

SMI

RIs

ATM-S

SMI

RIs

ATM-S

SMI

RIs

ATM-S

SMI

RIs

ATM-S

L-Awstrija

FAB CE

C

D

D

94,17

93,33

80

100

100

100

80

80

80

80

80

100

Il-Kroazja

Ir-Repubblika Ċeka

L-Ungerija

Ir-Repubblika Slovakka

Is-Slovenja

L-Irlanda

UK — IR FAB

C

C

D

80

80

80

100

100

100

80

80

80

80

80

100

Ir-Renju Unit

Il-Belġju/il-Lussemburgu

FAB EC

C

C

D

≥ 80

≥ 80

≥ 80

100

100

100

≥ 80

≥ 80

≥ 80

≥ 80

≥ 80

100

Franza

Il-Ġermanja

In-Netherlands

[L-Iżvizzera]

Il-Polonja

Baltic FAB

C

C

D

≥ 80

≥ 80

≥ 80

100

100

100

≥ 80

≥ 80

≥ 80

90

90

100

Il-Litwanja

Ċipru

Blue Med FAB

C

C

D

80

80

80

100

100

100

80

80

80

95

95

100

Il-Greċja

L-Italja

Malta

Il-Bulgarija

Danube FAB

C

C

D

90

90

80

100

100

100

80

85

80

90

90

100

Ir-Rumanija

Id-Danimarka

DK — SE FAB

C

C

D

80

80

80

100

100

100

80

80

80

80

80

100

L-Iżvezja

L-Estonja

NEFAB

C

C

D

95

95

85

100

100

100

90

90

85

100

100

100

Il-Finlandja

Il-Latvja

[In-Norveġja]

Il-Portugall

SW FAB

C

D

D

90

90

90

100

100

100

80

80

90

80

80

100

Spanja

Taqsiriet:

“SC”

:

l-għan ta' ġestjoni tal-“kultura tas-sikurezza” mniżżel fil-punt 1.1.(a) tat-Taqsima 2 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013;

“MO oħrajn”

:

l-għanijiet ta' ġestjoni mniżżlin fil-punt 1.1.(a) tat-Taqsima 2 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 minbarra dak tal-“kultura tas-sikurezza”;

“RIs”

:

l-inkursjonijiet fuq ir-runway;

“SMI”

:

il-ksur tas-separazzjoni minima;

“ATM-S”

:

l-okkorrenzi speċifiċi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (tal-ATM)

IL-QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-AMBJENT

L-effiċjenza ta' titjira en route orizzontali tat-trajettorja effettiva

STAT MEMBRU

BLOKKA TAL-ISPAZJU TAL-AJRU FUNZJONALI (“FAB”)

MIRA TAL-FAB B'RABTA MAL-AMBJENT (%)

 

 

Għall-2019

L-Awstrija

FAB CE

1,81

Il-Kroazja

Ir-Repubblika Ċeka

L-Ungerija

Ir-Repubblika Slovakka

Is-Slovenja

L-Irlanda

UK — IR FAB

2,99

Ir-Renju Unit

Il-Belġju/il-Lussemburgu

FAB EC

2,96

Franza

Il-Ġermanja

In-Netherlands

[L-Iżvizzera]

Il-Polonja

Baltic FAB

1,36

Il-Litwanja

Ċipru

Blue Med FAB

2,45

Il-Greċja

L-Italja

Malta

Il-Bulgarija

Danube FAB

1,37

Ir-Rumanija

Id-Danimarka

DK — SE FAB

1,19

L-Iżvezja

L-Estonja

NEFAB

1,22

Il-Finlandja

Il-Latvja

[In-Norveġja]

Il-Portugall

SW FAB

3,28

Spanja

IL-QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ

Id-dewmien fil-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru (l-AFTM) en route f'minuti għal kull titjira

STAT MEMBRU

BLOKKA TAL-ISPAZJU TAL-AJRU FUNZJONALI (“FAB”)

MIRA TAL-FAB B'RABTA MAL-KAPAĊITÀ EN ROUTE

Għall-2015

Għall-2016

Għall-2017

Għall-2018

Għall-2019

L-Irlanda

UK — IR FAB

0,25

0,26

0,26

0,26

0,26

Ir-Renju Unit

Il-Polonja

Baltic FAB

0,21

0,21

0,21

0,22

0,22

Il-Litwanja

Id-Danimarka

DK — SE FAB

0,10

0,10

0,10

0,09

0,09

L-Iżvezja

L-Estonja

NEFAB

0,12

0,12

0,13

0,13

0,13

Il-Finlandja

Il-Latvja

[In-Norveġja]

IL-QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KOSTEFFIĊJENZA

Spjega:

Simbolu

X'jirrappreżenta s-simbolu

L-unitajiet

(A)

It-total tal-ispejjeż iddeterminati en route

(f'termini nominali u fil-munita nazzjonali)

(B)

Ir-rata tal-inflazzjoni

(f'perċentwali)

(C)

L-indiċi tal-inflazzjoni

(100 = 2009)

(D)

It-total tal-ispejjeż iddeterminati en route

(fi prezzijiet reali tal-2009 u fil-munita nazzjonali)

(E)

It-total tal-unitajiet tas-servizzi en route

(f'unitajiet tas-servizzi totali (TSUs))

(F)

L-ispiża ddeterminata għal kull unità (id-DUC) en route

(fi prezzijiet reali tal-2009 u fil-munita nazzjonali)

BALTIC FAB

Żona tal-imposti: il-Litwanja — Munita: EUR

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

23 316 993

23 342 321

24 186 978

25 093 574

25 748 766

(B)

1,7 %

2,2 %

2,5 %

2,2 %

2,2 %

(C)

112,9

115,4

118,4

121,0

123,7

(D)

20 652 919

20 223 855

20 434 886

20 737 566

20 814 037

(E)

490 928

508 601

524 877

541 672

559 548

(F)

42,07

39,76

38,93

38,28

37,20


Żona tal-imposti: il-Polonja — Munita: PLN

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

658 592 342

687 375 337

807 874 605

840 660 505

795 098 157

(B)

2,4 %

2,5 %

1,1 %

1,9 %

2,4 %

(C)

115,9

118,7

111,3

113,4

116,1

(D)

568 474 758

578 848 069

725 678 008

741 339 221

685 060 982

(E)

4 362 840

4 544 000

4 299 929

4 419 000

4 560 000

(F)

130,30

127,39

168,77

167,76

150,23

BLUE MED FAB

Żona tal-imposti: Ċipru — Munita: EUR

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

52 708 045

53 598 493

55 916 691

57 610 277

59 360 816

(B)

1,6 %

1,7 %

1,7 %

1,8 %

2,0 %

(C)

112,9

114,8

116,8

118,9

121,3

(D)

46 681 639

46 676 772

47 881 610

48 459 560

48 952 987

(E)

1 395 081

1 425 773

1 457 140

1 489 197

1 521 959

(F)

33,46

32,74

32,86

32,54

32,16


Żona tal-imposti: il-Greċja — Munita: EUR

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

147 841 464

151 226 557

155 317 991

156 939 780

164 629 376

(B)

0,3 %

1,1 %

1,2 %

1,3 %

1,6 %

(C)

107,9

109,1

110,4

111,8

113,6

(D)

136 958 572

138 630 543

140 635 901

140 350 008

144 936 752

(E)

4 231 888

4 318 281

4 404 929

4 492 622

4 599 834

(F)

32,36

32,10

31,93

31,24

31,51


Żona tal-imposti: Malta — Munita: EUR

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

17 736 060

19 082 057

20 694 940

21 720 523

22 752 314

(B)

1,7 %

1,8 %

1,7 %

1,7 %

1,7 %

(C)

111,9

114,0

115,9

117,9

119,9

(D)

15 844 908

16 745 957

17 857 802

18 429 483

18 982 242

(E)

609 000

621 000

880 000

933 000

990 000

(F)

26,02

26,97

20,29

19,75

19,17

DANUBE FAB

Żona tal-imposti: il-Bulgarija — Munita: BGN

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

166 771 377

172 805 739

219 350 068

228 283 095

232 773 544

(B)

0,9 %

1,8 %

1,1 %

1,2 %

1,4 %

(C)

110,1

112,1

106,9

108,1

109,7

(D)

151 495 007

154 219 178

205 254 233

211 080 244

212 260 655

(E)

2 627 000

2 667 000

3 439 000

3 611 824

3 745 039

(F)

57,67

57,82

59,68

58,44

56,68


Żona tal-imposti: ir-Rumanija — Munita: RON

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

690 507 397

704 650 329

718 659 958

735 119 853

753 216 461

(B)

3,1 %

3,0 %

2,8 %

2,8 %

2,7 %

(C)

126,9

130,7

134,4

138,2

141,9

(D)

543 963 841

538 937 162

534 681 066

532 030 334

530 795 951

(E)

4 012 887

4 117 019

4 219 063

4 317 155

4 441 542

(F)

135,55

130,90

126,73

123,24

119,51

DENMARK-SWEDEN FAB

Żona tal-imposti: id-Danimarka — Munita: DKK

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

726 872 134

724 495 393

735 983 926

749 032 040

750 157 741

(B)

1,8 %

2,2 %

2,2 %

2,2 %

2,2 %

(C)

111,6

114,1

116,6

119,1

121,8

(D)

651 263 654

635 160 606

631 342 985

628 704 443

616 095 213

(E)

1 553 000

1 571 000

1 589 000

1 608 000

1 628 000

(F)

419,36

404,30

397,32

390,99

378,44


Żona tal-imposti: l-Iżvezja — Munita: SEK

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

1 951 544 485

1 974 263 091

1 970 314 688

1 964 628 986

1 958 887 595

(B)

1,6 %

2,4 %

2,1 %

2,0 %

2,0 %

(C)

106,1

108,6

110,9

113,1

115,4

(D)

1 840 204 091

1 817 994 673

1 777 040 937

1 737 169 570

1 698 130 296

(E)

3 257 000

3 303 000

3 341 000

3 383 000

3 425 000

(F)

565,00

550,41

531,89

513,50

495,80

FAB CE

Żona tal-imposti: il-Kroazja — Munita: HRK

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

670 066 531

687 516 987

691 440 691

687 394 177

674 346 800

(B)

0,2 %

1,0 %

1,5 %

2,5 %

2,5 %

(C)

109,2

110,4

112,0

114,8

117,7

(D)

613 414 184

622 991 131

617 287 272

598 707 050

573 017 597

(E)

1 763 000

1 783 000

1 808 000

1 863 185

1 926 787

(F)

347,94

349,41

341,42

321,34

297,40


Żona tal-imposti: ir-Repubblika Ċeka — Munita: CZK

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

3 022 287 900

3 087 882 700

3 126 037 100

3 149 817 800

3 102 014 900

(B)

1,9 %

2,0 %

2,0 %

2,0 %

2,0 %

(C)

111,5

113,7

116,0

118,3

120,7

(D)

2 710 775 667

2 715 303 433

2 694 955 079

2 662 212 166

2 570 401 338

(E)

2 548 000

2 637 000

2 717 000

2 795 000

2 881 000

(F)

1 063,88

1 029,69

991,89

952,49

892,19


Żona tal-imposti: l-Ungerija — Munita: HUF

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

28 133 097 383

29 114 984 951

29 632 945 277

30 406 204 408

31 345 254 629

(B)

1,8 %

3,0 %

3,0 %

3,0 %

3,0 %

(C)

119,3

122,8

126,5

130,3

134,2

(D)

23 587 547 923

23 699 795 100

23 418 852 735

23 330 056 076

23 350 067 982

(E)

2 457 201

2 364 165

2 413 812

2 453 639

2 512 526

(F)

9 599,36

10 024,60

9 702,02

9 508,35

9 293,46


Żona tal-imposti: is-Slovenja — Munita: EUR

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

32 094 283

33 168 798

33 870 218

34 392 801

35 029 005

(B)

1,6 %

2,1 %

1,9 %

2,0 %

2,0 %

(C)

111,9

114,3

116,5

118,8

121,2

(D)

28 675 840

29 018 678

29 079 819

28 949 500

28 906 876

(E)

481 500

499 637

514 217

529 770

546 470

(F)

59,56

58,08

56,55

54,65

52,90

NEFAB

Żona tal-imposti: l-Estonja — Munita: EUR

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

23 098 175

24 757 151

25 985 553

27 073 003

28 182 980

(B)

3,0 %

3,1 %

3,0 %

3,0 %

3,0 %

(C)

123,3

127,1

130,9

134,8

138,9

(D)

18 739 585

19 481 586

19 852 645

20 081 013

20 295 459

(E)

774 641

801 575

827 117

855 350

885 643

(F)

24,19

24,30

24,00

23,48

22,92


Żona tal-imposti: il-Finlandja — Munita: EUR

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

45 050 000

45 596 000

46 064 000

46 321 000

46 468 000

(B)

1,5 %

1,7 %

1,9 %

2,0 %

2,0 %

(C)

114,4

116,4

118,6

121,0

123,4

(D)

39 368 663

39 179 750

38 843 860

38 294 684

37 662 953

(E)

792 600

812 000

827 000

843 000

861 000

(F)

49,67

48,25

46,97

45,43

43,74


Żona tal-imposti: il-Latvja — Munita: EUR

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

22 680 662

23 118 000

23 902 000

24 692 818

25 534 000

(B)

2,5 %

2,3 %

2,3 %

2,3 %

2,3 %

(C)

109,7

112,2

114,8

117,4

120,1

(D)

20 683 885

20 603 685

20 823 477

21 028 777

21 256 247

(E)

802 000

824 000

844 000

867 000

890 000

(F)

25,79

25,00

24,67

24,25

23,88

SW FAB

Żona tal-imposti: il-Portugall — Munita: EUR

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

111 331 252

117 112 878

121 117 127

124 427 807

127 871 286

(B)

1,2 %

1,5 %

1,5 %

1,5 %

1,5 %

(C)

110,5

112,2

113,8

115,5

117,3

(D)

100 758 704

104 424 905

106 399 345

107 692 336

109 037 112

(E)

3 095 250

3 104 536

3 122 232

3 147 209

3 171 128

(F)

32,55

33,64

34,08

34,22

34,38

SPANJA

Żona tal-imposti: Spanja kontinentali — Munita: EUR

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

620 443 569

622 072 583

622 240 962

625 580 952

627 777 294

(B)

0,8 %

0,9 %

1,0 %

1,0 %

1,1 %

(C)

110,6

111,6

112,7

113,9

115,1

(D)

561 172 369

557 638 172

552 025 959

549 379 889

545 563 910

(E)

8 880 000

8 936 000

9 018 000

9 128 000

9 238 000

(F)

63,20

62,40

61,21

60,19

59,06


Żona tal-imposti: Spanja — il-Gżejjer Kanarji — Munita: EUR

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

98 528 223

98 750 683

99 003 882

98 495 359

98 326 935

(B)

0,8 %

0,9 %

1,0 %

1,0 %

1,1 %

(C)

110,6

111,6

112,7

113,9

115,1

(D)

89 115 786

88 522 066

87 832 072

86 497 790

85 450 091

(E)

1 531 000

1 528 000

1 531 000

1 537 000

1 543 000

(F)

58,21

57,93

57,37

56,28

55,38

UK-IR FAB

Żona tal-imposti: l-Irlanda — Munita: EUR

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

118 046 200

121 386 700

125 595 100

129 364 400

130 778 800

(B)

1,1 %

1,2 %

1,4 %

1,7 %

1,7 %

(C)

103,7

105,0

106,4

108,2

110,1

(D)

113 811 728

115 644 664

118 001 964

119 511 684

118 798 780

(E)

4 000 000

4 049 624

4 113 288

4 184 878

4 262 135

(F)

28,45

28,56

28,69

28,56

27,87


Żona tal-imposti: ir-Renju Unit — Munita: GBP

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

686 348 218

687 119 724

690 004 230

682 569 359

673 089 111

(B)

1,9 %

1,9 %

2,0 %

2,0 %

2,0 %

(C)

118,2

120,5

122,9

125,3

127,8

(D)

580 582 809

570 397 867

561 561 156

544 617 914

526 523 219

(E)

10 244 000

10 435 000

10 583 000

10 758 000

10 940 000

(F)

56,68

54,66

53,06

50,62

48,13


19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/80


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2377

tal-15 ta' Diċembru 2017

dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal kull Stat Membru għall-2015

(notifikata bid-dokument C(2017) 8476)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistabbilixxi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għal kull sena għall-perjodu mill-2013 sal-2020 u mekkaniżmu biex kull sena tiġi vvalutata l-konformità ma' dawk il-limiti. L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri, mogħtija f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' CO2, jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE (3). L-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru huma stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/634/UE (4).

(2)

L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 jistipula proċedura ta' rieżami tal-inventarji tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) tal-Istati Membri bl-għan li tiġi vvalutata l-konformità mad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE. Ir-rieżami annwali msemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 twettaq abbażi tad-dejta dwar l-emissjonijiet tal-2015 irrappurtata lill-Kummissjoni f'Marzu tal-2017 skont il-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 (5) u fl-Anness XVI tiegħu.

(3)

L-ammont totali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għal kull Stat Membru għall-2015 jenħtieġ li jqis il-korrezzjonijiet tekniċi u l-istimi riveduti kkalkulati waqt ir-rieżami annwali kif mogħtija fir-rapporti finali tar-rieżami mfassla skont l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) Nru 749/2014.

(4)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha sabiex tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(7) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 li jistabbilixxi d-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni bħala l-punt tat-tluq għall-perjodu ta' erba' xhur li matulu l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw il-mekkaniżmi ta' flessibbiltà skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għadd totali ta' emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għal kull Stat Membru għall-2015 li ġejjin mid-dejta kkoreġuta tal-inventarju wara li tlesta r-rieżami annwali msemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 huwa stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE tas-26 ta' Marzu 2013 dwar kif għandhom jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 90, 28.3.2013, p. 106).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/634/UE tal-31 ta' Ottubru 2013 dwar l-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 292, 1.11.2013, p. 19).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 tat-30 ta' Ġunju 2014 dwar l-istruttura, il-format u l-proċessi tat-tressiq u r-reviżjoni tal-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 203, 11.7.2014, p. 23).


ANNESS

Stat Membru

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2015 koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE

(f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' diossidu tal-karbonju)

Il-Belġju

72 719 520

Il-Bulgarija

25 354 866

Ir-Repubblika Ċeka

61 282 020

Id-Danimarka

32 520 220

Il-Ġermanja

444 080 615

L-Estonja

6 144 411

L-Irlanda

43 037 173

Il-Greċja

45 449 373

Spanja

196 153 196

Franza

353 009 851

Il-Kroazja

15 565 304

L-Italja

273 282 682

Ċipru

4 060 621

Il-Latvja

9 005 121

Il-Litwanja

13 250 961

Il-Lussemburgu

8 607 481

L-Ungerija

41 437 586

Malta

1 300 741

In-Netherlands

101 119 720

L-Awstrija

49 295 422

Il-Polonja

186 772 424

Il-Portugall

40 614 056

Ir-Rumanija

74 555 379

Is-Slovenja

10 719 610

Is-Slovakkja

20 084 623

Il-Finlandja

29 886 479

L-Iżvezja

33 897 178

Ir-Renju Unit

326 027 912


19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/83


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2378

tal-15 ta' Diċembru 2017

dwar il-konformità tar-rati unitarji tal-2017 għaż-żoni tal-imposti skont l-Artikolu 17 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013

(notifikata bid-dokument C(2017) 8501)

(It-testi biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bl-Olandiż, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta' servizz) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1)(d) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013 jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. L-iskema komuni ta' imposti hija element integrali għall-kisba tal-għanijiet tal-iskema ta' prestazzjoni kif stabbilita mill-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 (4).

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE (5) tistabbilixxi l-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha, fosthom il-mira tal-kosteffikaċja tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route, espressa f'kosti unitarji determinati għall-forniment ta' dawn is-servizzi, għat-tieni perjodu ta' referenza li jkopri u jinkludi s-snin mill-2015 sal-2019.

(3)

Skont l-Artikolu 17(1)(b) u (c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rati unitarji tal-2017 għaż-żoni tal-imposti ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni sal-1 ta' Ġunju 2016 bi qbil mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9(1) u 9(2) ta' dak ir-Regolament. Dik il-valutazzjoni tikkonċerna l-konformità ta' dawn ir-rati unitarji mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013.

(4)

Il-Kummissjoni wettqet il-valutazzjoni tagħha tar-rati unitarji bl-appoġġ tal-Unità ta' Eżami tal-Prestazzjoni ta' Eurocontrol, bl-użu tad-dejta u l-informazzjoni addizzjonali mogħtija mill-Istati Membri sal-1 ta' Novembru 2016. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni qieset ukoll l-ispjegazzjonijiet mogħtija u l-korrezzjonijiet li saru qabel il-laqgħa konsultattiva dwar ir-rati unitarji għall-2017 għas-servizzi en route, li saret fit-23 ta' Novembru 2016 b'applikazzjoni tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, kif ukoll il-korrezzjonijiet tar-rati unitarji li għamlu l-Istati Membri wara li saru komunikazzjonijiet sussegwenti mal-Kummissjoni.

(5)

F'konformità mal-Artikolu 17(1)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, abbażi ta' dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni sabet li r-rati unitarji tal-2017 għaż-żoni tal-imposti en route mressqa mill-Awstrija, mill-Belġju, mill-Kroazja, minn Ċipru, mir-Repubblika Ċeka, mid-Danimarka, mill-Estonja, mill-Finlandja, minn Franza, mill-Ġermanja, mill-Ungerija, mill-Irlanda, mill-Italja, mil-Latvja, mil-Litwanja, mil-Lussemburgu min-Netherlands, mill-Portugal, mir-Rumanija, mis-Slovakkja, mis-Slovenja, minn Spanja, mill-Iżvezja u mir-Renju Unit jikkonformaw mar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013.

(6)

Skont l-Artikolu 17(1)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jiġu avżati dwar dik is-sejba.

(7)

Is-sejba u l-avviż li r-rati unitarji għaż-żoni tal-imposti jikkonformaw mar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 huma mingħajr ħsara għall-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rati unitarji tal-2017 għaż-żoni tal-imposti en route stabbiliti fl-Anness jikkonformaw mar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Ċeka, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lill-Irlanda, lir-Renju ta' Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika tal-Kroazja, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta' Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, lill-Ungerija, lir-Renju tan-Netherlands, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju tal-Iżvezja u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

(2)  ĠU L 128, 9.5.2013, p. 31.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (ĠU L 128, 9.5.2013, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE tal-11 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-livelli limiti ta' twissija għat-tieni perjodu ta' referenza mill-2015 sal-2019 (ĠU L 71, 12.3.2014, p. 20).


ANNESS

 

Żona tal-imposti

Rata unitarja en route tal-2017 fil-munita nazzjonali (*1)

1

L-Awstrija

72,71

2

Il-Belgju - Il-Lussemburgu

67,46

3

Il-Kroazja

346,74

4

Ċipru

34,32

5

Ir-Repubblika Ċeka

1 134,76

6

Id-Danimarka

450,23

7

L-Estonja

28,46

8

Il-Finlandja

56,23

9

Franza

67,00

10

Il-Ġermanja

69,36

11

L-Ungerija

10 898,29

12

L-Irlanda

29,54

13

L-Italja

80,00

14

Il-Latvja

27,46

15

Il-Litwanja

44,42

16

In-Netherlands

66,26

17

Il-Portugall

40,12

18

Ir-Rumanija

149,21

19

Is-Slovakkja

52,54

20

Is-Slovenja

64,60

21

Spanja - il-Gżejjer Kanarji

58,36

22

Spanja Kontinentali

71,69

23

L-Iżvezja

580,71

24

Ir-Renju Unit

64,54


(*1)  Dawn ir-rati unitarji ma jinkludux ir-rata unitarja amministrattiva msemmija fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013 u japplikaw għal Stati li huma firmatarji tal-Ftehim Multilaterali tal-Eurocontrol dwar l-imposti tar-rotot.


19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/86


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2379

tat-18 ta' Diċembru 2017

dwar ir-rikonoxximent tar-rapport tal-Kanada li jinkludi l-emissjonijiet tipiċi ta' gassijiet serra mill-kultivazzjoni ta' materja prima agrikola skont id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2017) 8801)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(4) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-14 ta' Marzu 2016, il-Kanada ressqet rapport li jippreżenta r-riżultati tal-kalkoli tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-kultivazzjoni ta' żerriegħa tal-lift għar-reġjuni tal-Kanada simili għar-reġjuni NUTS 2 fl-UE.

(2)

Wara l-eżami tar-rapport ippreżentat mill-Kanada, il-Kummissjoni tqis li dan jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2009/28/KE biex jippermettu lill-pajjiż terz li juża valuri tipiċi għal żona ġeografika iżgħar (reġjuni Kanadiżi) minn dawk użati fil-kalkolu tal-valuri prestabbiliti: id-dejta ta' dan ir-rapport tirreferi għal emissjonijiet mill-kultivazzjoni ta' materja prima agrikola (żerriegħa tal-lift); l-emissjonijiet tipiċi ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-kultivazzjoni taż-żerriegħa tal-lift jistgħu jkunu mistennija li jkunu inqas jew ugwali għall-emissjonijiet li ġew stabbiliti fil-kalkolu tal-valuri prestabbiliti rilevanti; u l-emissjonijiet tipiċi ta' gassijiet b'effett ta' serra ġew irrappurtati lill-Kummissjoni.

(3)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijofjuwils u tal-Bijolikwidi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni tqis li r-rapport imressaq mill-Kanada għal rikonoxximent fl-14 ta' Marzu 2016 fih dejta preċiża biex jitkejlu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żerriegħa tal-lift prodotta fir-reġjuni Kanadiżi ekwivalenti għan-NUTS 2 għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE. Deskrizzjoni tad-dejta li tinsab fir-rapport hija stipulata fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija valida għal perjodu ta' ħames snin. Jekk il-kontenut jew ċirkostanzi tar-rapport, kif imressaq lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent fl-14 ta' Marzu 2016, jinbidel b'tali mod li jista' jaffettwa l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent magħmul fl-Artikolu 1, tali tibdil għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-tibdil innotifikat bil-għan li tistabbilixxi jekk ir-rapport għadux qed jipprovdi dejta preċiża.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni tista' tirrevoka din id-Deċiżjoni jekk ikun intwera biċ-ċar li dak ir-rapport ma għadux jinkudi dejta preċiża għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra assoċjati mal-kultivazzjoni ta' żerriegħa tal-kolza prodotta fil-Kanada.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.


ANNESS

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-kultivazzjoni taż-żerriegħa tal-lift fir-reġjuni Kanadiżi

Emissjonijiet uniċi

(kg CO2 ek/tunnellata niexfa)

Emissjonijiet totali

Reġjuni

Tiżrigħ

Produzzjoni tal-fertilizzant

N2O emissjonijiet mill-għalqa

Produzzjoni tal-pestiċidi

Operazzjonijiet tal-għalqa

(kg CO2ek/tunnellata niexfa)

Kg CO2ek/MJ FAME

RU 23

2,4

262,5

523,5

4,2

73,1

865,7

33

RU 24

2,2

266,5

510,6

3,7

64,9

847,9

33

RU 28

2,5

212,8

499,5

3,8

71,4

790,0

30

RU 29

2,5

203,1

319,4

3,6

63,4

592,0

23

RU 30

2,2

190,2

206,5

2,8

55,1

456,8

18

RU 34

2,2

170,4

421,2

3,3

57,7

654,8

25

RU 35

1,9

154,2

338,4

2,6

54,9

552,0

21

RU 37

2,1

166,6

198,2

2,8

58,3

428,0

16

Nota: B'RU qed jitfisser l-iżgħar unità spazjali li fiha dejta dwar l-attivitajiet minn sorsi differenti (bħal AAFC - Agriculture and AgriFood - Canada, il-Gvern tal-Kanada u s-Servizz tal-Foresterija Kanadiża) jistgħu jiġu armonizzati. L-RUs huma Żoni ta' Rappurtar tal-AAFC maqsuma skont il-fruntieri provinċjali. RU hija għalhekk fi ħdan Provinċja waħda. L-RUs fil-Kanada jissodisfaw ir-rekwiżiti amministrattivi u tal-popolazzjoni tal-kunċett NUTS 2.