ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 317 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
1.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 317/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2111
tal-5 ta’ Lulju 2016
dwar l-istabbiliment u l-kapitalizzazzjoni ta’ Airport Handling SpA SA.21420 (2014/C) (ex 2014/NN) implimentati mill-Italja
(notifikata bid-dokument C(2016) 4103)
(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) imsemmija aktar ’il fuq (1) u wara li kkunsidrat dawn il-kummenti,
Billi:
1. PROĊEDURA
(1) |
Fit-23 ta’ Ġunju 2010, wara lment, il-Kummissjoni nnotifikat lill-awtoritajiet Taljani bid-deċiżjoni tagħha li tniedi l-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”), f’konnessjoni mal-injezzjonijiet ta’ kapital imwettqa bejn l-2002 u l-2010 minn SEA S.p.A. (minn hawn ’il quddiem “SEA”), l-operatur proprjetà tal-Istat tal-ajruporti ta’ Milan Malpensa u Milan Linate, fis-sussidjarja tiegħu SEA Handling S.p.A. (minn hawn ’il quddiem “SEAH”), il-fornitur tas-servizzi fuq l-art f’dawk l-ajruporti. |
(2) |
Matul dak il-perjodu, SEA kienet kważi kompletament proprjetà ta’ korpi pubbliċi, jiġifieri l-Muniċipalità ta’ Milan (84,56 %) u l-Provinċja ta’ Milan (14,56 %), flimkien ma’ azzjonisti iżgħar (0,88 %). F’Diċembru 2011, 29,75 % tal-kapital ta’ SEA nbiegħ lill-fond privat F2i (Fondi italiani per le infrastrutture). Fi tmiem l-2012, F2i żied il-parteċipazzjoni azzjonarja tiegħu f’SEA għal 44,31 %. Fl-għeluq tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali b’din id-Deċiżjoni, SEA hi 54,81 % proprjetà tal-Muniċipalità ta’ Milan, 44,31 % ta’ F2i u 0,88 % ta’ azzjonisti oħra. |
(3) |
Fid-19 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni C(2012) 9448, ikkoreġuta mid-deċiżjoni C(2013)1668 tat-22 ta’ Marzu 2013 (minn hawn ’il quddiem “id-deċiżjoni ta’ rkupru”) dwar l-għajnuna mogħtija minn SEA lis-sussidjarja tagħha SEAH matul is-snin 2002-2010. Il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sħuħija tal-injezzjonijiet imwettqa minn SEA fil-kapital tas-sussidjarja tagħha kienet tikkostitwixxi għajnuna illegali mill-Istat. Il-Kummissjoni kkonkludliet ukoll li, għad li SEAH setgħet tiġi kklassifikata bħala impriża f’diffikultà, dawk l-injezzjonijiet ta’ kapital ma setgħux jiġu ddikjarati bħala kompatibbli mas-suq intern skont il-linji gwida tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta’ ditti f’diffikultà (2). |
(4) |
Konsegwentement, l-Italja ġiet ordnata tieħu l-passi neċessarji kollha, f’konformità mad-drittijiet nazzjonali applikabbli, biex tirkupra mingħand SEAH l-għajnuna inkompatibbli mill-Istat ta’ madwar EUR 359,644 miljun flimkien mal-imgħax tal-irkupru. |
(5) |
Fl-4 ta’ Marzu 2013, fil-15 ta’ Marzu 2013 u fit-18 ta’ Marzu 2013 rispettivament, l-Italja, SEAH u l-Muniċipalità ta’ Milan fetħu rikorsi għal annullament kontra d-deċiżjoni ta’ rkupru quddiem il-Qorti Ġenerali (Kawżi T-125/13, T-152/13 u T-167/13). Il-Kawżi T-125/13, T-152/13 u T-167/13 għadhom pendenti. |
(6) |
Fit-18 ta’ Marzu 2013 u fil-21 ta’ Marzu 2013, SEAH u l-Muniċipalità ta’ Milan introduċew applikazzjonijiet għas-sospensjoni tal-operat tad-deċiżjoni ta’ rkupru (Kawżi T-152/13 R u T-167/13 R). Fil-21 ta’ Mejju 2013, il-Qorti Amministrattiva ta’ Lombardia (“TAR Lombardia”) ordnat is-sospensjoni tal-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru. Fil-25 ta’ Settembru 2013, il-Kunsill tal-Istat (“CdS”) annulla l-ordni tat-TAR Lombardia. L-applikazzjoni għal sospensjoni ppreżentata quddiem il-Qorti Ġenerali ġiet irtrata f’Ġunju 2013 (3). |
(7) |
Fis-27 ta’ Novembru 2013, permezz ta’ proċess informali ta’ qabel in-notifika, l-Italja kkonsultat lill-Kummissjoni fuq il-proġetti li ġejjin: L-ewwel, fuq il-pjan ta’ SEA li tillikwida lil SEAH; it-tieni fuq l-intenzjoni ta’ SEA li tistabbilixxi sussidjarja ġdida li tipprovdi servizzi fuq l-art fl-ajruporti ta’ Milan, jiġifieri “Airport Handling S.p.A.” (minn hawn ’il quddiem “Airport Handling”) u li tinjetta ekwità inizjali fiha. F’dak il-proċess ta’ qabel in-notifika, l-Italja talbet lill-Kummissjoni tikkonferma li:
|
(8) |
Permezz ta’ ittra datata d-9 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni infurmat lill-Italja li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat fir-rigward tal-istabbiliment ta’ Airport Handling minn SEA (“id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2014”). B’dik il-proċedura, il-Kummissjoni stiednet lill-Italja tipprovdi din l-informazzjoni kollha peress li tista’ tgħin fil-valutazzjoni tal-kwistjoni tat-trasferiment tal-obbligu ta’ rkupru minn SEAH għal Airport Handling kif ukoll l-għajnuna possibbli inerenti fl-injezzjoni ta’ kapital ta’ SEA f’Airport Handling, fi żmien xahar mid-data tar-riċevuta ta’ din l-ittra. |
(9) |
Fid-19 ta’ Settembru 2014, l-Italja, SEA u Airport Handling ippreżentaw rikorsi għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2014 quddiem il-Qorti Ġenerali (Kawżi T-673/14, T-674/14 u T-688/14). Il-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) ċaħdet ir-rikors fil-Kawża T-673/14 bl-Ordni tat-8 ta’ Diċembru 2015; ir-rikorsi fil-Kawżi T-674/14 u T-688/14 ġew irtirati fl-14 u fil-15 ta’ Lulju 2015 rispettivament. |
(10) |
Fit-23 ta’ Settembru 2014 u fil-25 ta’ Settembru 2014, SEA u Airport Handling introduċew applikazzjonijiet għal miżuri interim għas-sospensjoni tal-operat tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2014 tal-Kummissjoni (Kawżi T-674/14 R u T-688/14 R). Fid-29 ta’ Settembru 2014, il-President tal-Qorti Ġenerali ordna s-sospensjoni tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2014 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fit-28 ta’ Novembru 2014, il-President tal-Qorti Ġenerali ċaħad it-talbiet ta’ SEA u ta’ Airport Handling għal miżuri interim u rrevoka l-miżura interim preliminari li fiha kien ordna lill-Kummissjoni ma tippubblikax id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2014 (4). |
(11) |
Fis-6 ta’ Frar 2015, id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2014 ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) u fiha l-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom fuq il-miżuri investigati. |
(12) |
L-Italja ppreżentat il-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2014 permezz tal-ittra ddatata d-9 ta’ Settembru 2014. |
(13) |
Il-Kummissjoni rċiviet kummenti mingħand erba’ partijiet interessati: Hi għaddiet dawk il-kummenti lill-Italja u tatha l-opportunità li tirreaġixxi. L-Italja informat lill-Kummissjoni dwar l-osservazzjonijiet tagħha fuq it-tali kummenti bl-ittra tas-26 ta’ Mejju 2015. |
(14) |
Il-Kummissjoni talbet lill-Italja tipprovdi informazzjoni addizzjonali permezz tal-ittra datata l-20 ta’ Mejju 2015. L-Italja wieġbet permezz tal-ittri datati d-19 u t-22 ta’ Ġunju 2015 u t-2 ta’ Lulju 2015. |
(15) |
Il-laqgħat bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u r-rappreżentanti tal-awtoritajiet Taljani u l-Milan Airport Handling Trust saru fit-30 ta’ Jannar 2015, fis-7 ta’ Mejju 2015 u fil-15 ta’ Settembru 2015. Dawk il-laqgħat ġew segwiti minn diversi sottomissjonijiet lill-Kummissjoni mit-Trust fis-6 ta’ Frar 2015, fit-8 ta’ Ġunju 2015, fit-13 ta’ Awwissu 2015 u fit-23 ta’ Settembru 2015, essenzjalment bl-għan li jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-istat tal-proċedura għall-bejgħ ta’ parteċipazzjoni azzjonarja ta’ minoranza f’Airport Handling. In-natura u l-kompitu tat-Trust sejrin jiġu spjegati fit-Taqsima 2.3 iktar ’il quddiem. |
(16) |
Permezz tal-ittra datata t-23 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni talbet lill-Italja tipprovdi informazzjoni supplimentari. L-Italja wieġbet permezz tal-ittra datata l-10 ta’ Novembru 2015. |
(17) |
Fil-25 ta’ Novembru 2015 saret laqgħa bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet Taljani, il-Milan Airport Handling Trust u l-kumpanija D’Nata li kienet qed tħejji biex takkwista parteċipazzjoni fil-kapital azzjonarju ta’ Airport Handling. |
(18) |
Permezz tal-ittra tas-16 ta’ Diċembru 2015, l-Italja informat lill-Kummissjoni dwar pjanijiet biex tbiddel b’mod parzjali l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi ta’ Airport Handling. |
(19) |
L-Italja ppreżentat sommarju tal-elementi ewlenin li kienet forniet tul il-proċedimenti, permezz tal-ittra tat-18 ta’ Diċembru 2015. Il-Kummissjoni wieġbet permezz tal-ittra tad-19 ta’ Jannar 2016. |
(20) |
Permezz tal-ittri datati d-29 ta’ Jannar u l-15 ta’ Frar 2016, l-Italja aġġornat lill-Kummissjoni dwar il-proċess ta’ privatizzazzjoni ta’ Airport Handling. |
2. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA
(21) |
Dawn huma ż-żewġ miżuri investigati: L-ewwel, il-ħolqien ta’ Airport Handling flimkien mal-likwidazzjoni ta’ SEAH. Il-Kummissjoni vvalutat jekk din il-miżura kinitx tinvolvi kontinwità ekonomika bejn iż-żewġ kumpaniji, li wasslet għal trasferiment tal-obbligu ta’ rkupru minn SEAH għal Airport Handling. It-tieni, il-forniment ta’ kapital ta’ ekwità lil Airport Handling mill-kumpanija prinċipali pubblika tagħha SEA. Il-Kummissjoni vvalutat jekk din il-miżura ġietx implimentata skont it-termini tas-suq. F’dawn li ġejjin tingħata deskrizzjoni taċ-ċirkustanzi li fihom saru dawn it-tranżazzjonijiet. |
2.1. Ftehimiet mat-trade unions u kuntratti tax-xogħol ġodda
(22) |
Fil-perjodu li matulu ġew implimentati l-miżuri investigati, il-Grupp SEA (SEA u SEAH), SEAH u Airport Handling rispettivament ikkonkludew ftehimiet mat-trade unions li rrappreżentaw lill-impjegati ta’ SEAH, fl-isfond tal-likwidazzjoni volontarja ta’ SEAH, imnedija minn SEA. L-objettiv ġenerali ta’ dawn il-ftehimiet kien is-salvagwardja tal-impjiegi tal-persunal kollu ta’ SEAH u l-iżgurar ta’ operazzjonijiet sostenibbli ta’ forniment ta’ servizz fil-Grupp SEA. Ġew konklużi l-ftehimiet li ġejjin: |
(23) |
Wara li SEA kienet iddeċidiet li SEAH jenħtieġ li tiġi stralċata biex tinżamm konformità mad-deċiżjoni ta’ rkupru, il-Grupp SEA kkonkluda ftehim mal-organizzazzjonijiet tat-trade unions, fl-4 ta’ Novembru 2013, biex isolvi l-kwistjoni tas-sensji tal-ħaddiema ta’ SEAH. Il-ftehim kien jipprovdi għal pjan ta’ inċentiv b’terminazzjoni volontarja għall-impjegati kollha ta’ SEAH, li għandu jiġi implimentat permezz ta’ sensji kollettivi u l-inkorporazzjoni ta’ sussidjarja ġdida proprjetà kollha kemm hi ta’ SEA li tkun taħtar sehem mill-forza tax-xogħol ta’ SEAH. |
(24) |
Dak il-ftehim speċifika “abbozz ta’ soluzzjoni” u stipula li “Ftehim ta’ Implimentazzjoni” kien neċessarju biex jiġu stabbiliti r-regoli għal kundizzjonijiet kuntrattwali ġodda u struttura ġdida tax-xogħol għall-impjegati ta’ Airport Handling, għaliex ir-rekwiżit għal diskontinwità stipulat mill-Kummissjoni jkun jeħtieġ il-ħolqien ex novo tar-relazzjonijiet tax-xogħol. Skont dak il-ftehim ukoll, il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Implimentazzjoni bħal dan ikun possibbli biss wara t-tlestija tan-“negozjati kummerċjali bejn Airport Handling u l-operaturi li joperaw fl-Ajruporti ta’ Linate u ta’ Malpensa, f’kuntest ta’ kompetizzjoni libera” (6). Fil-qosor, il-Ftehim ta’ Implimentazzjoni kellu jkun ibbażat fuq il-prinċipji li ġejjin:
|
(25) |
Fit-22 ta’ April 2014, SEAH nediet is-sistema ta’ mobilità tal-ħaddiema mkeċċija (Collocamento in mobilità), sistema tas-sigurtà soċjali implimentata mill-Istat Taljan primarjament bl-għan li jkunu sostnuti l-impjegati ta’ kumpaniji f’diffikultajiet matul il-perjodi tal-qgħad (7). F’dak iż-żmien, SEAH kellha 2 214-il impjegat, li huma ekwivalenti għal 1 980 impjegat full-time. |
(26) |
Fil-31 ta’ Mejju 2015, Airport Handling kellha […] (*1) impjegat ([…] (*1) ekwivalenti għall-full-time, minn hawn ’il quddiem “FTE”), li […] (*1) impjegat minnhom ([…] (*1) FTE) kienu eks impjegati ta’ SEAH. |
(27) |
Fl-4 ta’ Ġunju 2014, SEAH u t-trade unions iffirmaw il-Ftehim ta’ Implimentazzjoni li kellu l-għan li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-abbozz ta’ soluzzjoni deskritt taħt il-premessa 24 iktar ’il fuq. |
(28) |
Il-ftehim stabbilixxa li SEA kienet tat il-kunsens, l-ewwel nett, li Airport Handling timpjega lil persunal ta’ SEAH, sa fejn u soġġetta għall-fatt li dawn ikunu profili ta’ impjiegi meħtieġa minn Airport Handling u, it-tieni, li n-negozjati mal-organizzazzjonijiet tat-trade unions jibdew fir-rigward tal-kriterji tal-għażla tal-persunal. Il-ftehim jindika wkoll li kwalunkwe kuntratt ta’ impjieg ġdid ma’ Airport Handling bilfors li jkun ikkaratterizzat minn waqfien mill-kuntratt formali u sostantiv tal-kuntratt ta’ impjieg ma’ SEAH. |
(29) |
Skont dak il-ftehim, SEAH uriet id-disponibbiltà tagħha li tipprovdi għal skema ta’ inċentivi finanzjarji għall-ħaddiema li sat-30 ta’ Ġunju 2014 jaqblu li ma jopponux il-miżuri ta’ sensja. |
(30) |
Fl-4 ta’ Ġunju 2014 ukoll, Airport Handling ikkonkludiet ftehim mal-organizzazzjonijiet tat-trade unions. Dak il-ftehim jispeċifika n-numru ta’ impjegati b’kuntratti b’durata indefinita meħtieġa minn Airport Handling fl-1 ta’ Lulju 2014. Hu speċifikat ukoll li Airport Handling qablet li terġa’ timpjega bi prijorità lill-eks ħaddiema ta’ SEAH. |
(31) |
Dak il-ftehim jindika d-domanda għall-ħaddiema preżunta ta’ Airport Handling espressa f’FTE. F’dak il-kuntest, il-ftehim jenfasizza li dawk l-indikazzjonijiet jistgħu jkunu soġġetti għal bidla f’termini tan-numru totali u/jew tal-varjabbli ddikjarati fil-ftehim. L-istimi tal-persunal kienu kif ġej: […] (*1) membri tal-persunal permanenti FTE għall-operazzjonijiet; […] (*1) membri tal-persunal amministrattiv FTE; […] (*1) membri tal-persunal b’terminu fiss FTE għal attivitajiet staġjonali. Il-ftehim jistipula li, biex tiġi ssodisfata dik id-domanda, l-istrateġija ta’ pirjorità ta’ Airport Handling se tkun li tidħol f’kuntatt mal-individwi li bħalissa huma impjegati ta’ SEAH. Il-ftehim jipprovdi wkoll għall-proċedura ta’ reklutaġġ, għall-kontenut legali u finanzjarju tal-kuntratti ta’ impjieg, għall-politika tal-benefiċċji soċjali u għall-organizzazzjoni tax-xogħol. Id-dispożizzjonijiet tal-ftehim jimplikaw li l-eks persunal ta’ SEAH se jiġi rreklutat b’kuntratti ġodda b’kundizzjonijiet ekonomiċi materjalment differenti. |
(32) |
L-arranġamenti tax-xogħol stipulati f’dak il-ftehim ivarjaw minn dawk li SEAH applikat għall-impjegati tagħha. B’mod partikolari:
|
(33) |
Skont l-Italja, minħabba dan:
|
(34) |
Fid-9 ta’ Ġunju 2014, l-Assemblea Straordinarja tal-Azzjonisti ta’ SEAH approvat l-istralċ tal-kumpanija u t-tqegħid ta’ din f’likwidazzjoni volontarja, bid-data ta’ stralċ effettiva li ġiet stabbilita għall-1 ta’ Lulju 2014 (8). |
(35) |
Likwidatur inħatar u ngħata l-kompitu li jbigħ l-assi tal-kumpanija, iħassar lill-kredituri u jħejji l-karta bilanċjali u r-rapport tal-likwidazzjoni finali. |
(36) |
L-organizzazzjonijiet tat-trade unions kienu kkundizzjonaw id-dħul fis-seħħ tal-ftehimiet tal-4 ta’ Ġunju 2014 fuq ir-riżultat pożittiv ta’ referendum fost l-impjegati ta’ SEAH. Dak ir-referendum sar bejn il-11 u t-13 ta’ Ġunju 2014. F’dak ir-referendum, il-ftehim tal-4 ta’ Ġunju 2014 ġie miċħud. |
(37) |
Għaldaqstant, fl-1 ta’ Lulju 2014, l-Assemblea tal-Azzjonisti ta’ SEAH iddeċidiet li ttawwal l-iskadenza għall-waqfien tal-attivitajiet ta’ SEAH għall-31 ta’ Awwissu 2014, biex b’hekk il-likwidatur (li kien assuma r-rwol tiegħu fl-1 ta’ Lulju 2014) ingħata s-setgħa li jimmaniġġja l-kumpanija b’mod provviżorju sa dik id-data, u, malli jiskadi dak it-terminu, ikunu jistgħu jipproċedu għad-disponiment tal-assi ta’ SEAH u l-waqfien tal-attività ta’ din. |
(38) |
Biex jingħeleb il-vot negattiv tar-referendum tal-14 ta’ Ġunju 2014, fl-4 ta’ Lulju 2014 l-organizzazzjonijiet tat-trade unions ipproponew ċerti kjarifiki fuq il-punti stipulati fil-ftehim tal-4 ta’ Ġunju 2014, b’tali mod li l-jiem addizzjonali tax-xogħol kellhom jitqassmu b’mod regolari matul is-sena, dik ir-referenza għall-“effikaċja tas-sigħat tax-xogħol” kienet tfisser li mill-inqas kellhom jinħadmu seba’ sigħat u nofs (7,5) kuljum, għal kull ġimgħa tax-xogħol ta’ ħamest (5) ijiem, u li l-ħaddiema kellhom il-possibbiltà li jagħżlu, bejn żewġ għażliet, kif jaħdmu matul ċerti festi li ma jibqgħux jitħallsu skont il-ftehim il-ġdid. Fis-7 ta’ Lulju 2014, Airport Handling approvat dawk il-proposti. Fil-15 ta’ Lulju 2014, Airport Handling iffirmat ftehim supplimentari li kkonferma l-validità tal-ftehim tal-4 ta’ Ġunju 2014 u inkludiet il-kjarifiki mitluba mill-organizzazzjonijiet tat-trade unions. Madankollu, dak il-ftehim il-ġdid ma introduċa ebda tibdil materjali meta mqabbel mal-ftehim miċħud qabel fl-4 ta’ Ġunju 2014. |
(39) |
F’Awwissu 2014, SEAH kompliet bl-għoti tas-sensja lill-forza tax-xogħol kollha tagħha. Fl-istess ħin, Airport Handling bdiet taħtar, fost l-eks ħaddiema ta’ SEAH, dawk il-ħaddiema li hi qieset li kienu essenzjali għall-attivitajiet tagħha. Airport Handling ikkuntattjat ukoll lil Adecco, fornitur ta’ servizz fil-qasam tax-xogħol temporanju, għall-akkwist ta’ ħaddiema temporanji. |
(40) |
SEAH waqqfet l-operazzjonijiet fl-1 ta’ Settembru 2014. Dakinhar, Airport Handling bdiet topera fl-ajruporti ta’ Milan. Mill-1 ta’ Settembru 2014, Airport Handling kellha […] (*1) ħaddiem ([…] (*1) FTE), u b’hekk kienet timpjega […] (*1) % mill-ħaddiema impjegati ta’ SEAH sat-22 ta’ April 2014, data li fiha SEAH nediet il-proċedimenti uffiċjali għas-sensji kollettivi tal-impjegati tagħha. Minbarra dan, Airport Handling użat […] (*1) ħaddiem interim ([…] (*1) FTE) […] (*1). |
2.2. Kuntratt mat-trasportaturi tal-ajru
(41) |
Permezz tal-ittra tat-22 ta’ April 2014, SEAH informat lit-trasportaturi tal-ajru, lill-fornituri u lil partijiet interessati oħra, li kienet se twaqqaf l-operazzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2014 u li, għalhekk, f’dik id-data, kienet se tieqaf tipprovdi servizzi fuq l-art fl-Ajruporti ta’ Milan. |
(42) |
Wara l-komunkazzjoni ta’ hawn fuq, għaxar linji tal-ajru ddeċidew li jafdaw is-servizzi fuq l-art fl-ajruporti ta’ Milan ma’ fornituri oħra li mhumiex SEAH u Airport Handling. |
(43) |
Fl-istess ħin, Airport Handling intgħażlet bħala fornitur ta’ servizzi fuq l-art minn 19-il linja tal-ajru li kienu joperaw fl-ajruporti ta’ Milan fuq il-bażi ta’ proċess ta’ offerti miftuħ. Linji tal-ajru oħra għażlu lil Airport Handling fuq il-bażi ta’ proċeduri ta’ djalogu kompetittiv. Skont l-Italja, l-għażla tal-fornitur ta’ servizz normalment tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni ta’ ċerti fatturi bħall-prezz, is-solidità finanzjarja tal-fornitur, id-disponibbiltà ta’ tagħmir effiċjenti, l-eżistenza ta’ netwerk, ir-rekord storiku, l-esperjenza u l-kompetenzi tal-operatur. |
2.3. Il-ħolqien ta’ Airport Handling u t-trasferiment tal-parteċipazzjoni ta’ SEAH lil Milan Airport Handling Trust; kapitalizzazzjoni ta’ Airport Handling
(44) |
Airport Handling ġiet inkorporata fid-9 ta’ Settembru 2013 bħala kumpanija b’responsabbiltà limitata b’kapital azzjonarju ta’ EUR 10 000. |
(45) |
Fl-10 ta’ Marzu 2014, il-Bord tad-Diretturi ta’ SEA ddeċieda li jżid il-kapital ta’ Airport Handling b’sa EUR 2,5 miljun, biex Airport Handling tissodisfa r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi fuq l-art mill-Awtorità Nazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ENAC). Skont ir-regoli nazzjonali fis-seħħ, ENAC tagħti liċenzja lill-fornituri tas-servizzi fuq l-art li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin (9):
|
(46) |
Fit-30 ta’ Ġunju 2014, il-Bord tad-Diretturi ta’ SEA ddeċieda li jistabbilixxi l-Milan Airport Handling Trust (“it-Trust”) u li ssir żieda fil-kapital ta’ Airport Handling b’sa EUR 25 miljun. |
(47) |
It-Trust ġiet inkorporata fit-30 ta’ Ġunju 2014 u l-Att tat-Trust ġie ffirmat dakinhar stess. Skont l-att tal-inkorporazzjoni tagħha, it-Trust (i) taġixxi bħala l-azzjonist uniku ta’ Airport Handling sakemm tinbiegħ parteċipazzjoni azzjonarja ta’ minoranza fil-kumpanija u (ii) tiżgura li Airport Handling topera f’diskontinwità ekonomika minn SEA Handling. |
(48) |
Skont l-Att tat-Trust, it-Trust ġie stabbilit għall-finijiet speċifiċi biex:
|
(49) |
L-Att tat-Trust jiddikjara li biex timplimenta din il-missjoni, it-Trust teżerċita s-setgħa tagħha biex:
|
(50) |
B’mod partikolari, skont l-Att tat-Trust, it-trustee għandha tivverifika li, mill-inkorporazzjoni ta’ Airport Handling, ma ddaħħal fis-seħħ ebda att legali li jirriżulta fit-trasferiment minn SEAH lil Airport Handling ta’ kwalunkwe assi, ta’ proprjetà mobbli u immobbli, ta’ kuntratti ma’ linji tal-ajru u/jew ma’ fornituri ta’ servizzi fuq l-art, ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jew ta’ intrapriżi unilaterali b’effetti ekonomiċi (jiġifieri garanziji reali jew personali) għajr dawk stipulati fl-Att tat-Trust. |
(51) |
F’dan is-sens, l-Att tat-Trust jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni is-setgħa ta’ kontroll tat-trustee:
|
(52) |
Barra minn dan, l-Att tat-Trust jipprovdi wkoll li t-trustee hi meħtieġa tivverifika li:
|
(53) |
Madankollu, skont l-Att tat-Trust, mhuwiex il-kompitu tat-trustee li tivverifika jew tivvaluta ċ-ċirkustanzi li:
|
(54) |
F’dak li għandu x’jaqsam mad-dħul ta’ investitur terz f’Airport Handling, l-Att tat-Trust jipprovdi li l-fażi inizjali tal-proċedura għall-ftuħ tal-kapital ta’ Airport Handling għal “azzjonisti eliġibbli” (jiġifieri persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew entitajiet li, jekk residenti l-Italja, ma jikkwalifikawx bħala entitajiet pubbliċi jew kumpaniji kkontrollati mill-istat Taljan, bl-eċċezzjoni ta’ kumpaniji elenkati) kellha tiġi mmaniġġjata minn SEA u kellha titlesta sat-28 ta’ Frar 2015. |
(55) |
L-Att tat-Trust jistipula li jekk sal-1 ta’ Marzu 2015 SEA tkun għadha azzjonist ta’ Airport Handling għal iktar minn […] (*1) %, it-trustee għandha tibda tfittex investituri li jridu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li qabel tkun ikkomunikatilha SEA permezz ta’ att li jrid jiġi nnotifikat lill-avukat li jaġixxi bħala l-Gwardjan tat-Trust, u soġġett għal reviżjoni minn SEA fi żmien debitu. Fi kwalunkwe każ ieħor, it-trustee ma tistax taljena l-parteċipazzjoni azzjonarja f’Airport Handling mingħajr il-kunsens ta’ SEA. |
(56) |
L-Att tat-Trust jistipula wkoll li wara l-bejgħ ta’ […] (*1) % tal-parteċipazzjoni azzjonarja ta’ SEA f’Airport Handling, SEA għandha tfittex investituri privati li lesti li jieħdu parteċipazzjonijiet azzjonarji ulterjuri fil-kapital ta’ Airport Handling, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet soċjali u l-obbligu fuq SEA li tkompli tiżgura l-forniment ta’ servizzi fuq l-art fl-ajruporti ta’ Milan. |
(57) |
Fis-26 ta’ Awwissu 2014, il-Bord tad-Diretturi ta’ Airport Handling approva Addendum għall-Att tat-Trust. L-Addendum stabbilixxa li Airport Handling kienet se toħroġ 20 000 strument azzjonarju parteċipi – SFPs (strumenti finanziari partecipativi) skont il-paragrafu 6 tal-Artikolu 2346 tal-Kodiċi Ċivili Taljan (10), b’valur nominali ta’ EUR 1 000 kull wieħed, li għandhom jiġu proposti lil SEA. L-Addendum ġie ffirmat l-għada. |
(58) |
Fis-27 ta’ Awwissu 2014, l-Assemblea tal-Azzjonisti ta’ Airport Handling (11) iddeċidiet li żżid il-kapital ta’ Airport Handling minn EUR 1,3 miljun għal EUR 5 miljun, sottoskritt u mħallas totalment minn SEA. |
(59) |
Fl-istess jum, SEA ttrasferixxiet il-parteċipazzjoni azzjonarja sħiħa ta’ Airport Handling lit-Trust u ħatret trustee, jiġifieri Crowe Horwath Trustee Service (“it-Trustee”) biex timmaniġġja lil Airport Handling. |
(60) |
Fis-27 ta’ Awwissu 2014, it-Trustee ħatret Bord tad-Diretturi ġdid ta’ Airport Handling. SEA […] (*1) maniġer superjuri […] (*1), minn ħamsa, […] (*1). Skont l-Italja, it-tnejn iwettqu l-attivitajiet tagħhom fl-interess esklużiv ta’ Airport Handling fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ sekondament mill-kumpanija prinċipali SEA. |
(61) |
Dejjem fis-27 ta’ Awwissu 2014, wara l-għoti tal-parteċipazzjoni ta’ SEA fit-Trust, l-Assemblea tal-Azzjonisti ta’ Airport Handling (12) iddeċidiet fuq il-konverżjoni ta’ Airport Handling minn kumpanija b’responsabbiltà limitata (S.R.L) għal kumpanija b’ishma konġunti (S.p.A) u fuq il-ħruġ ta’ 20 000 SFP, offruti għas-sottoskrizzjoni lil SEA bi prezz ta’ EUR 1 000 kull wieħed. L-SFP ġew sottoskritti u mħallsa totalment minn SEA l-għada, u b’hekk żdied il-kapital ta’ Airport Handling għal EUR 25 miljun b’kollox (EUR 5 miljun kapital azzjonarju u EUR 20 miljun fil-forma ta’ SFPs). |
2.4. It-tentattiv ta’ bejgħ tal-assi ta’ SEAH; il-kuntratt ta’ lokazzjoni ma’ Airport Handling
(62) |
Fit-12 ta’ Novembru 2014, il-likwidatur ħareġ sejħa għall-espressjoni ta’ interess fix-xiri tal-assi ta’ SEAH, is-sejħa ġiet ippubblikata fis-Suppliment għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea: “Italy – Milan: Sale of equipment comprising, for information only: Cargo loaders, transporters, lifting platforms, pallet jack, mobile/mobile/conveyor belts, towed/BAE towed stairs, electric/diesel/hybrid tractors, barrels, generators, air conditioner units, compressors, baggage/goods trolleys 2014/5 218-385934 — Call for expression of interest” (13). Għall-finijiet tas-sejħa għal espressjoni ta’ interess, l-assi ġew raggruppati f’disa’ lottijiet. |
(63) |
SEAH ikkummissjonat Istituto del Marchio di Qualità S.p.A. (“IMQ”) biex tistabbilixxi valwazzjoni komprensiva tal-assi ta’ SEAH u fuq dik il-bażi biex tistabbilixxi t-tariffa għal-lokazzjoni tat-tagħmir tas-servizzi fuq l-art kif ukoll il-prezz għall-bejgħ tal-assi. IMQ forniet żewġ rapporti: Fil-25 ta’ Ġunju 2014, fir-rigward tat-tariffa tal-lokazzjoni; fis-16 ta’ Ottubru 2014 fir-rigward tad-diviżjoni tal-assi f’lottijiet għall-bejgħ. Skont IMQ, il-valur stmat tal-assi għandu jinftiehem bħala l-valur tas-suq probabbli li jkollhom assi b’karatteristiċi tekniċi, bi prestazzjoni, b’kundizzjoni u bi stat ta’ ħżin, b’użu u bi żmien simili f’termini monetarji. |
(64) |
Id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-offerti għad-disa’ lottijiet għall-bejgħ ġiet stabbilita għas-26 ta’ Jannar 2015. |
(65) |
IMQ ipproponiet bħala tariffa għal-lokazzjoni tat-tagħmir tas-servizzi fuq l-art ta’ SEAH EUR […] (*1) għal kull semestru (EUR […] (*1) fis-sena). |
(66) |
Fl-1 ta’ Settembru 2014, SEAH u Airport Handling daħlu f’kuntratt ta’ lokazzjoni li bih Airport Handling tagħti b’lokazzjoni tagħmir tas-servizzi fuq l-art ta’ SEAH b’tariffa ta’ lokazzjoni ta’ EUR […] (*1), jiġifieri l-ammont propost minn IMQ. Il-kuntratt ta’ lokazzjoni kien jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2015. |
(67) |
Biex jikkonfermaw il-korrettezza tal-proċess ta’ valwazzjoni mwettaq minn IMQ, Airport Handling u SEAH fl-1 ta’ Settembru 2014 ikkuntrattaw lit-tieni espert indipendenti, Ernst & Young financial-business Advisors SpA (“E&Y”), biex jirrivaluta l-livell tat-tariffa tal-lokazzjoni. F’dan il-kuntest, SEAH u Airport Handling kienu qablu b’kuntratt li, jekk it-tieni valwazzjoni tikkonkludi li l-valur tas-suq tbiegħed b’tal-inqas […] (*1) % mil-livell stabbilit minn IMQ, it-tariffa kuntrattwali tiġi aġġustata kif xiearq b’effett retroattiv. |
(68) |
Fil-15 ta’ Ottubru 2014, E&Y ipprovdiet ir-rapport tagħha u stabbilixxiet ir-rata tas-suq għal-lokazzjoni tal-assi ta’ SEAH għal EUR […] (*1) fis-sena. Fil-25 ta’ Ottubru 2014, Airport Handling u SEAH qablu li jwessgħu l-analiżi mwettqa minn E&Y u inkarigaw lil din tal-aħħar bil-kompitu li tanalizza l-kundizzjonijiet operatorji attwali u l-istat fiżiku tal-assi (E&Y għall-ewwel kienet ibbażat il-valutazzjoni tagħha fuq kontroll fiżiku tal-assi fuq bażi ta’ kampjun). Din l-analiżi sabet li numru ta’ makkinarju u ta’ tagħmir ma kienx xieraq biex jintuża b’kunsiderazzjoni tad-durata qasira tal-lokazzjoni u tal-kostijiet għoljin tat-tiswijiet neċessarji fid-dawl tan-natura obsoleta tad-diversi biċċiet ta’ tagħmir. Skont it-Trust, fid-data meta din issottomettiet il-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2014, SEAH u Airport Handling kienu qed jikkontemplaw soluzzjoni biex jevitaw litigazzjoni. Konsegwentement, it-tariffa tal-lokazzjoni ġiet aġġustata b’mod retroattiv għal EUR […] (*1) fis-sena. |
(69) |
Fis-26 ta’ Noembru 2014, il-Bord tad-Diretturi ta’ Airport Handling iddeċieda li jibda l-offerti pubbliċi għax-xiri ta’ tagħmir ġdid fis-suq. Fil-11 ta’ Frar 2015, bħala riżultat ta’ dik il-proċedura tal-offerti, Airport Handling biddlet madwar […] (*1) % tat-tagħmir tagħha b’assi mixtrija fis-suq, li swieha bejn wieħed u ieħor EUR […] (*1). Skont l-awtoritajiet Taljani, Airport Handling iffinanzjat dik ix-xirja esklussivament permezz tar-riżorsi proprji tagħha. |
(70) |
Fid-9 ta’ Frar 2015, ġie ddikjarat li l-offerta għall-bejgħ tal-assi ta’ SEAH ma ntlaqgħetx, peress li l-ebda offerent ma esprima interess fix-xiri ta’ xi wieħed mil-lottijiet. |
(71) |
Fis-26 ta’ Frar 2015, SEAH irċiviet l-ewwel avviż mingħand Airport Handling, li bih din tal-aħħar esprimiet l-interess tagħha fix-xiri ta’ 6 mid-9 lottijiet tal-proċedura tal-offerti. Fit-3 ta’ Ġunju 2015, Airport Handling ġeddet l-avviż ta’ interess tagħha. Fit-18 ta’ Settembru 2015, […] (*1) inbiegħu lil Airport Handling bil-prezz indikat fil-proċedura inizjali tal-offerti, jiġifieri EUR […] (*1). |
2.5. Il-bejgħ ta’ parteċipazzjoni azzjonarja ta’ minoranza f’Airport Handling
(72) |
Kif stabbilit mill-Att tat-Trust, it-Trustee nieda l-proċedura għall-bejgħ ta’ sehem ta’ minoranza fil-kapital ta’ Airport Handling. |
(73) |
Għal dak l-għan, fis-27 ta’ Jannar 2015 it-Trustee qabbdet lill-fergħa Taljana ta’ BNP Paribas bħala konsulent finanzjarju b’rabta mal-bejgħ ta’ “mill-inqas 30 %” tal-kapital azzjonarju ta’ Airport Handling lil investituri terzi. L-awtoritajiet Taljani indikaw li BNP Paribas fil-kapaċità tagħha ta’ konsulent finanzjarju organizzat il-proċess tal-bejgħ b’indipendenza sħiħa. BNP Paribas skedat il-fażijiet ta’ bejgħ li ġejjin: 1. Skrinjar preliminari; 2. Organizzazzjoni tat-tranżazzjoni; 3. Għeluq tat-tranżazzjoni. |
(74) |
Ħames investituri interessati ssottomettew offerti mhux vinkolanti għax-xiri ta’ sehem ta’ […] (*1)-[…] (*1) % f’Airport Handling. […] (*1),[…] (*1),[…] (*1),[…] (*1), u […] (*1). |
(75) |
Skont l-abbozz tal-kuntratt tal-bejgħ ipprovdut mill-Italja, biex l-investitur jitħalla jkollu kontroll operazzjonali fuq Airport Handling, it-Trustee tieħu impenn, għall-perjodu sħiħ sal-iskadenza tal-perjodu ta’ sospensjoni (14), li tagħti lill-investitur id-dritt li jaħtar il-maġġoranza, jiġifieri tlieta mill-ħames membri, tal-Bord tad-Diretturi, fosthom is-CEO tal-kumpanija, filwaqt li l-President tal-Bord tad-Diretturi għandu jinħatar matul il-laqgħa tal-azzjonisti. |
(76) |
Fil-21 ta’ Settembru 2015, it-Trustee ffirmat ftehim Qafas vinkolanti ta’ Investiment ma’ D’Nata, għall-bejgħ ta’ […] (*1) tal-ishma ta’ Airport Handling. Skont dak il-ftehim, japplikaw l-arranġamenti li ġejjin: |
(77) |
Investiment inizjali: Wara l-fużjoni, l-awtoritajiet ta’ kontroll ikklerjaw l-akkwiżizzjoni, D’Nata takkwiżixxi […] (*1) % tal-ishma ta’ Airport Handling bid-dritt li taħtar il-maġġoranza tal-bord tad-diretturi u s-CEO. L-objettiv ta’ dak l-arranġament kien li D’Nata, minkejja li hi azzjonist ta’ minoranza, tkun effettivament f’pożizzjoni ta’ azzjonist kontrollanti. |
(78) |
Investiment addizzjonali: Skont l-arranġament ta’ opzjoni ta’ xiri, D’Nata hi intitolata takkwiżixxi sehem ulterjuri ta’ […] (*1) % f’Airport Handling. “Opzjoni Put tal-Għajnuna mill-Istat” speċifika tistipula li D’Nata se jkollha d-dritt li tbigħ lura s-sehem tagħha ta’ […] (*1) % għall-prezz tal-akkwiżizzjoni inizjali aġġustat, jekk il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni negattiva, jew inkella jekk 18-il xahar wara t-tlestija tal-investiment inizjali, il-proċedura tal-għajnuna mill-Istat tkun għadha pendenti. |
(79) |
Fit-8 ta’ Frar 2016, l-Awtorità Taljana tal-Kompetizzjoni, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, ikklerjat l-akkwiżizzjoni tal-kontroll esklussiv ta’ Airport Handling minn D’Nata skont il-liġi Taljana dwar il-kontroll tal-fużjonijiet. It-Trustee informat lill-Kummissjoni li wara dak l-ikklerjar, kienet se tipproċedi ma’ D’Nata għall-għeluq tal-investiment fit-8 ta’ Marzu 2016. |
2.6. Il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju 2014 – 2017
2.6.1. Il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tal-14 ta’ Novembru 2013
(80) |
Matul il-fażi tal-investigazzjoni preliminari, l-Italja kienet ipprovdiet il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Airport Handling għall-perjodu 2014 – 2017, datat l-14 ta’ Novembru 2013 (“il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Novembru 2013”), biex turi li l-investiment ta’ SEA fil-kapital ta’ Airport Handling kien jirrispetta l-prinċipju ta’ investitur li jopera f’ekonomija tas-suq. L-elementi ewlenin ta’ dak il-pjan huma miġbura fil-qosor hawn taħt: |
(81) |
Il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jiffoka fuq servizzi fuq ir-rampa (15) u ta’ trasport ta’ passiġġieri (16), li jirrappreżentaw il-parti ewlenija tan-negozju ta’ Airport Handling. Is-sehem mis-suq kumplessiv tal-kumpanija kemm fl-ajruport ta’ Malpensa kif ukoll f’dak ta’ Linate kien mistenni li jkun [50-70] (*1) % u [50-70] (*1) % rispettivament fit-tieni semestru tal-2014 u li jiżdied għal [60-80] (*1) % u [60-80] (*1) % rispettivament sal-2017. |
(82) |
Il-projezzjonijiet żviluppati fil-pjan juru dħul operazzjonali dejjem ikbar bis-saħħa taż-żieda prevista fis-sehem mis-suq. Ġie ssopponut li d-dħul totali se jiżdied minn EUR […] (*1) għat-tieni nofs tal-2014 għal EUR […] (*1) fl-2017, fuq il-bażi ta’ suppożizzjoni ta’ żieda ta’ […] (*1)–[…] (*1) % fis-sena fi traffiku tal-passiġġieri għall-perjodu 2014 – 2017. |
(83) |
In-numri medji tal-persunal ġew projjettati li se jiżdiedu minn […] (*1) FTE fl-2014 għal […] (*1) FTE fl-2017 minħabba żieda fin-numru ta’ kuntratti b’durata fissa. Il-kostijiet lavorattivi ġew stmati li jkunu madwar […] (*1) % tal-kostijiet operatorji totali. SEA żżid il-produttività bi 12 % fil-perjodu referenzjarju, billi tuża t-tliet fatturi ewlenin:
|
(84) |
L-ispejjeż tal-bidu għar-rinegozjar tal-kuntratti ma’ klijenti u ma’ fornituri, għall-ftehimiet mal-forza tax-xogħol, għar-reklutaġġ, għall-kitba tal-proċeduri organizzazzjonali/amministrattivi/operazzjonali, għall-kostijiet legali, għat-tariffi tal-bank, għall-konsulenza u għax-xiri ta’ oġġetti żgħar u ta’ diversi provvisti kienu mistennija jammontaw għal EUR […] (*1). |
(85) |
L-ispejjeż operazzjonali tal-bidu, jiġifieri n-nefqa kapitali meħtieġa biex Airport Handling issir operazzjonali ġew stmati għal EUR […] (*1) għat-tagħmir il-ġdid. Madankollu, għall-finijiet tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Novembru 2013, ġie ssopponut li Airport Handling takkwista tagħmir użat tas-servizzi fuq l-art li jiswa EUR […] (*1). |
(86) |
Biex tirkupra n-nefqa għall-ispejjeż tal-bidu kollha stmati, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jeħtieġ żieda ta’ kapital ta’ EUR […] (*1) fi […] (*1). |
2.6.2. Il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tas-6 ta’ Awwissu 2014
(87) |
Iktar ’il quddiem matul l-investigazzjoni, l-Italja ssottomettiet pjan ta’ direzzjoni tan-negozju rivedut għall-perjodu 2014-2017, datat is-6 ta’ Awwissu 2014 (“il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Awwissu 2014”), kif approvat mill-Bord ta’ Airport Handling fis-26 ta’ Awwissu 2014. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Italja, dik ir-reviżjoni diġà kienet qed tiġi ffinalizzata fix-xahar ta’ Lulju 2014. Is-suppożizzjonijiet ewlenin ta’ dak il-pjan huma miġbura fil-qosor hawn taħt: |
(88) |
Sehem mis-suq: Rigward […] (*1), il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Awwissu 2014 jassumi tkabbir ftit inqas mill-pjan ta’ qabel, b’sehem mis-suq ta’ [70-80] (*1) % fi […] (*1), fuq il-bażi tal-livelli mbassra aġġornati tat-traffiku ta’ […] (*1), u […] (*1). |
(89) |
Prezzijiet: Il-pezzijiet unitarji (għal kull moviment tal-inġenji tal-ajru) huma ogħla mill-prezzijiet issoponuti fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Novembru 2013, u huma kostanti f’termini nominali tul il-perjodu sħiħ 2014-2017. |
(90) |
Kostijiet tal-persunal: Il-kostijiet stmati tal-persunal fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Awwissu 2014 huma ftit ogħla minn dawk issoponuti għall-Pjan ta’ Direzzjoni tan-Negozju ta’ Novembru 2013 u qed ivarjaw bejn […] (*1) u […] (*1) % tal-kostijiet operatorji. Dik iż-żieda hi dovuta għal […] (*1). |
(91) |
Kostijiet oħrajn meqjusin kienu l-kostijiet esterni, id-deprezzament u l-provvedimenti, li flimkien ammontaw għal madwar […] (*1) % tal-kostjiet operazzjonali totali, u l-kostijiet regolati (madwar […] (*1) %) tas-servizzi li SEA tipprovdi lil Airport Handling għall-użu ta’ infrastrutturi kondiviżi komuni tal-ajruport (b’mod partikolari […] (*1)). Il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Awwissu 2014 ħareġ stima li EUR […] (*1) ikollhom jiġu investiti għax-xiri ta’ tagħmir, li […] (*1) % minnhom għax-xiri ta’ tagħmir ġdid u […] (*1) % għax-xiri ta’ vetturi użati fis-suq. Dawn iċ-ċifri kienu bbażati fuq offerti minn fornituri potenzjali riċevuti minn Airport Handling f’Marzu 2014. |
(92) |
Bħall-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Novembru 2013, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Awwissu 2014 juri tnaqqis fil-kostijiet operatorji meta mqabbel mal-istruttura tal-kostijiet ta’ SEAH, miksub fl-essenza permezz ta’ żieda fl-effiċjenza u tnaqqis fil-persunal. |
2.6.3. Valwazzjonijiet ekonomiċi tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju
2.6.3.1.
(93) |
Airport Handling ikkummissjonat lil Boston Consulting Group b’evalwazzjoni preliminari indipendenti tal-Pjan ta’ Direzzjoni tan-Negozju 2014 – 2017 (“ir-Rapport ta’ BCG”). BCG ipprovda r-rapport tiegħu fl-14 ta’ Ottubru 2014. |
(94) |
Ir-Rapport ta’ BCG hu bbażat fuq il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju approvat fis-26 ta’ Awwissu 2014, fuq il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju mfassal f’Novembru 2013, fuq l-esperjenza industrijali ta’ BCG stess u fuq l-għarfien espert kif ukoll fuq id-data pubblika relatata mal-iżviluppi tas-suq u mal-operaturi ewlenin tas-servizzi fuq l-art. |
(95) |
Fil-qosor, BCG evalwa s-suppożizzjonijiet li ġejjin li huma l-bażi tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju: Il-perspettivi tad-dħul (fuq il-bażi tal-potenzjal issoponut ta’ tkabbir tat-traffiku, it-tkabbir supponut tal-volumi ġestiti minn Airport Handling); il-kostijiet tal-persunal (fuq il-bażi tal-kostijiet għal kull FTE; il-gwadanji supponuti fil-produttività); l-investimenti ppjanati (ammont totali EUR […] (*1)). |
(96) |
BCG ġabar is-sejbiet tiegħu kif ġej: |
(97) |
Essenzjalment, is-suppożizzjonijiet li jikkonċernaw il-volumi tat-traffiku fil-livell ta’ SEA jidhru li huma sostenibbli u konsistenti mal-provvedimenti li għamlu organizzazzjoniet kbar, b’mod partikolari IATA u Eurocontrol. Madankollu, BCG innota li l-intenzjoni li tinżamm taħlita kostanti ta’ trasportaturi, li tikkonsisti fi trasportaturi low-cost (“LCCs”) u l-hekk imsejħa trasportaturi tradizzjonali, ma tkunx konformi mal-iżvilupp storiku tat-taħlita fit-terminal ta’ Malpensa, fejn tul l-aħħar erba’ snin is-sehem ta’ LCC kien jiżdied bi […] (*1) punti perċentwali. Barra minn hekk, regolament nazzjonali ġdid (Decreto Linate) jista’ jwassal għar-rilokazzjoni ta’ wħud mit-trasportaturi minn Malpensa għal Linate. |
(98) |
Is-suppożizzjoni dwar l-iżvilupp possibbli tal-volumi ġestiti minn Airport Handling tidher li tista’ tinkiseb b’mod ġenerali għaliex, l-ewwel nett, il-ftehimiet iffirmati ma’ trasportaturi ġodda fid-data li fiha BCG kitbet ir-rapport jiżguraw sehem mis-suq ta’ [60-70] (*1) %; it-tieni, is-sehem mis-suq fil-mira ta’ [70-80] (*1)% għall-2017 ikun sostenibbli fid-dawl tad-dinamika kompetittiva kurrenti fis-settur kif ukoll is-sehem mis-suq storiku ta’ [70-80] (*1) % ta’ SEAH. |
(99) |
Skont BCG, is-suppożizzjonijiet dwar id-dħul mis-servizzi għall-maniġer tal-ajruport jidhru li huma mfittxija fin-negozjati attwali ma’ SEA. Madankollu, BCG ma setgħetx tivvaluta d-dħul mistenni fl-aħħar sena tal-pjan (2017), minħabba d-durata supponuta ta’ sentejn tal-kuntratt. |
(100) |
Suppożizzjonijiet dwar iż-żidiet medji fil-kostijiet unitarji tal-persunal ta’ […] (*1) % fis-sena mill-2014 sal-2017 ikunu fil-parti l-kbira allinjati mal-ftehim iffirmat bejn l-Assoċjazzjoni Taljana ta’ Operaturi ta’ Ajruporti, Assaeroporti, u t-trade unions f’Ottubru 2014. |
(101) |
It-titjib ta’ […] (*1) % fil-produttività tar-riżorsi tkun tidher li hi fil-parti l-kbira sostenibbli għaliex, l-ewwel nett, diġà kien inkiseb gwadann ta’ […] (*1) fil-produttività meta nkiteb ir-rapport u, it-tieni, […] (*1) % li jifdal jidher raġjonevoli fid-dawl tal-livers organizzazzjonali attwali u tal-istadju tekniku tal-implimentazzjoni. |
(102) |
BCG sab ukoll li l-baġit ta’ EUR […] (*1) għall-investimenti jidher fil-parti l-kbira konsistenti max-xiri ta’ flotta ġdida li primarjament tikkonsisti f’vetturi ġodda (95 %), kif muri mill-valuri dettaljati tax-xiri indikati fl-offerti riċevuti minn Airport Handling fid-data ta’ Marzu 2014. |
(103) |
BCG sab li, fil-qosor, il-marġni tal-profitt previst fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju sal-2017 ([…] (*1) %, EUR […] (*1)) jidher fil-parti l-kbira allinjat, jew ftit inqas, meta mqabbel mal-profittabbiltà medja ta’ kampjun sinifikanti ta’ kumpaniji Ewropej oħra li joperaw fis-settur privat u pubbliku (fuq il-bażi ta’ tqabbil ma’ Portway, Acciona, Aviapartner, Fraport u ATA-Handling). Madankollu, BCG indikat li l-evoluzzjoni attwali tat-taħlita tat-traffiku kif ukoll l-impatti possibbli ta’ regolament ġdid li jikkonċerna lil Linate (Decreto Linate) jistgħu jwasslu għal inqas traffiku f’Malpensa. |
2.6.3.2.
(104) |
SEA kkummissjonat lil Brattle Group biex janalizza l-injezzjoni ta’ ekwità ta’ SEA f’Airport Handling, u b’mod partikolari biex janalizza jekk dak l-investiment kienx jikkonforma mal-prinċipju ta’ investitur li jopera f’ekonomija tas-suq. Brattle pprovda r-rapport tiegħu fit-30 ta’ Marzu 2015. |
(105) |
Skont ir-Rapport ta’ Brattle, l-analiżi hi bbażata fuq l-informazzjoni li kienet magħrufa għal SEA fi żmien it-teħid tad-deċiżjoni ta’ investiment f’Airport Handling, kif ukoll fuq data pubblika li tikkonċerna l-pożizzjoni kompetittiva ta’ SEA. Skont ir-rapport ta’ Brattle, is-suppożizzjonijiet fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Novembru 2013 huma l-iktar rilevanti għat-test tal-investitur li jopera f’ekonomija tas-suq, peress li dawn jirrappreżentaw il-bażi li fuqha SEA wettqet l-investiment (17). |
(106) |
Skont ir-Rapport ta Brattle, id-dubju li qasmet il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2014, jiġifieri li l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Airport Handling kien wieħed ottimist wisq, jista’ jitwarrab, peress li s-suppożizzjonijiet ewlenin tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ġew irrealizzati fil-prattika. B’mod partikolari, is-sehem mis-suq ta’ Airport Handling fl-2014 qabeż il-previżjonijiet tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Novembru 2013. |
(107) |
Skont ir-Rapport ta’ Brattle, il-prezzijiet unitarji (il-prezzijiet mitluba minn Airport Handling għal kull moviment tal-inġenji tal-ajru) murija fil-Pjan ta’ Direzzjoni tan-Negozju ta’ Awwissu 2014 huma bbażati fuq kuntratti diġà ffirmati mal-linji tal-ajru, li bħala medja kienu EUR […] (*1), jiġifieri ogħla mill-prezz supponut fil-Pjan ta’ Direzzjoni tan-Negozju ta’ Novembru 2013, li jvarja minn EUR […] (*1) fl-2014 sa EUR […] (*1) fl-2017. Dan wassal lill-esperti għall-konklużjonijiet li ġejjin: L-ewwel nett, il-prezzijiet tas-suq fil-Pjan ta’ Direzzjoni tan-Negozju ta’ Awwissu 2014 huma eqreb għall-proċess attwali miksub, peress li kienu bbażati fuq kuntratti ffirmati. It-tieni, li l-Pjan ta’ Direzzjoni tan-Negozju ta’ Novembru 2013, li fuqu SEA bbażat id-deċiżjoni ta’ investiment tagħha, fil-fatt kien issottovaluta l-prezz tas-suq li Airport Handling setgħet titlob. It-tielet, dan jikkonferma li l-prezzijiet tas-suq fil-Pjan ta’ Direzzjoni tan-Negozju ta’ Novembru 2013 ma kinux biss raġonevoli iżda fil-fatt kienu baxxi wisq. |
(108) |
Finalment, l-esperti nnotaw li l-prezzijiet tas-suq li nnegozjat Airport Handling mal-linji tal-ajru kienu inqas mill-prezzijiet il SEAH fil-fatt kienet qed titlob. |
(109) |
L-esperti jaqblu li s-sehem mis-suq inizjali għal Airport Handling, kif antiċipat fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Novembru 2013, jista’ jidher għoli wisq għal min jidħol ġdid. Madankollu, huma jassumu li investitur li jopera f’ekonomija tas-suq kien ikun jaf li l-għeluq ta’ SEAH kien joħloq sitwazzjoni mhux tas-soltu, li fiha numru kbir mill-kuntratti ta’ servizzi fuq l-art fl-ajruporti ta’ SEA kienu “lesti biex jinħatfu”. Għaldaqstant, l-esperti jikkonkludu li Airport Handling kienet tisfrutta din is-sitwazzjoni bl-istess mod bħalma setgħu jagħmlu l-operaturi l-oħra fl-ajruporti ta’ Milan. Barra minn hekk, skont ir-rapport, is-sehem mis-suq antiċipat ta’ Airport Handling tipikament ikun kbir għall-ajruporti Taljani kbar, fejn l-ikbar fornitur ta’ servizzi fuq l-art normalment ikollu sehem ta’ madwar 70 % mis-suq. Barra minn hekk, l-esperti kienu stabbilixxew li Airport Handling kienet l-uniku fornitur ta’ servizzi fuq l-art b’biżżejjed assi u tagħmir biex tiggarantixxi servizz sħiħ ta’ 24 siegħa, xi ħaġa li tkun vantaġġ importanti meta mqabbla mal-kompetituri. |
(110) |
L-esperti sabu wkoll li l-kostijiet inferjuri tal-persunal kienu wħud mir-raġunijiet ewlenin għaliex Airport Handling stenniet li tkun tagħmel il-profitt minkejja li SEAH kienet qed tagħmel it-telf. L-esperti qiesu li t-tali suppożizzjoni kienet raġjonevoli, peress li Airport Handling kienet qed tinnegozja kuntratti tax-xogħol ġodda li fihom il-ħaddiema qablu li jaħdmu 20 jum addizzjonali fis-sena b’rabta mal-kuntratt preċedenti ta’ SEAH. |
(111) |
Barra minn hekk, skont ir-rapport ta’ Brattle, għad li l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Novembru 2013 issottovaluda l-kostijiet lavorattivi bi ftit, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Awwissu 2014 wera kostijiet FTE ta’ EUR […] (*1)/siegħa, […] (*1). |
(112) |
Fil-fehma tal-esperti, meta jinvesti f’Airport Handling, investitur li jopera f’ekonomija tas-suq kien jistenna li jiggwadanja rata ta’ redditu (Rata Interna ta’ Redditu – IRR) daqs jew ikbar mill-Kost Medju Ponderat tal-Kapital (WACC) skont it-teorija finanzjarja standard. F’dan il-każ, il-kalkoli kkonfermaw li fix-xenarji kollha, l-IRR mistenni tal-proġett taqbeż id-WACC u, għalhekk, investitur privat kien jistenna li jagħmel profitt mill-investiment tiegħu f’Airport Handling. |
(113) |
Il-konsulent innota wkoll li meta SEA ħadet id-deċiżjoni tagħha li tistabbilixxi lil Airport Handling fl-2013, il-fond privat tal-ekwità F2i kien proprjetarju ta’ 44,31 % tal-kumpanija. F2i taħtar żewġ membri tal-Bord tad-Diretturi ta’ SEA u skont ir-rapport ta’ Brattle ebda membru tal-Bord ma kien ivvota kontra l-proposta biex SEA tinvesti f’Airport Handling, xi ħaġa li tkun evidenza li l-investiment kien mistenni jħalli l-profitt u, għalhekk, kien konsistenti mal-prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq. |
(114) |
Skont ir-rapport ta’ Brattle wkoll, investitur li jopera f’ekonomija tas-suq kien jikkunsidra l-probabbiltà li l-Kummissjoni ssib kontinwità ekonomika bejn SEAH u Airport Handling u, għalhekk, jeħtieġ li din tal-aħħar tħallas lura l-għajnuna misjuba inkompatibbli fid-deċiżjoni ta’ rkupru, li tkun relattivament baxxa. Dan għaliex SEA wettqet miżuri biex tiddelimita lil Airport Handling u tipprevjeni kontinwità ekonomika, bħall-issettjar tat-Trust. Skont l-istimi finanzjarji ta’ Brattle fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Novembru 2013, dment li l-possibbiltà li tinstab kontinwità ekonomika kienet inqas minn […] (*1) % (jekk jiġi supponut il-kost tal-kapital stmat propost minn SEA) jew inqas minn […] (*1) % (jekk jiġi supponut il-kost tal-kapital stmat propost minn Brattle), l-investiment ta’ SEA f’AH kien konsistenti mal-prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq. Brattle sabet li kien raġonevoli li jiġi supponut li, fid-dawl tal-kuntestu b’mod partikolari tan-notifika lill-Kummissjoni, investitur li jopera f’ekonomija tas-suq jiġġudika t-tali probabbiltà li hi inqas minn […] (*1) %, u għalhekk jinvesti f’Airport Handling b’termini purament ekonomiċi. |
2.7. It-tnaqqis imħabbar fl-ambitu tal-attivitajiet ekonomiċi ta’ Airport Handling
(115) |
L-Italja pproponiet it-tnaqqis ulterjuri tal-ambitu tal-attivitajiet bħalissa mwettqa minn Airport Handling meta mqabbla ma’ dawk imwettqa fl-imgħoddi minn SEAH. B’mod partikolari b’rabta ma’ […] (*1). |
(116) |
Bħalissa SEA tipprovdi […] (*1), skont ftehim ġdid u differenti li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2018. |
(117) |
SEA ddikjarat li kienet lesta li tittermina, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016, il-ftehim relatat ma’ […] (*1), u għalhekk tieħdu minn Airport Handling, u li taħtar ukoll madwar […] (*1) impjegat ta’ Airport Handling li bħalissa […] (*1). Minħabba din il-bidla, il-fatturat ta’ Airport Handling, li kien ta’ EUR […] (*1) fl-ewwel sena tal-attività tagħha, jitnaqqas b’madwar EUR […] (*1). |
3. MOTIVI GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI
3.1. Dwar il-kontinwità ekonomika u t-trasferiment tal-obbligu ta’ rkupru
(118) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2014, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li f’dan il-każ, il-kriterji identifikati mill-Qorti tal-Ġustizzja biex tistabbilixxi jekk kumpanija li mhix il-benefiċjarju inizjali tal-għajnuna tistax tinżamm responsabbli biex tħallas lura l-għajnuna kienu fil-parti l-kbria ssodisfati. B’mod partikolari:
|
(119) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li l-oġġett u l-effett tal-ħolqien tal-kumpanija ġdida dehru li huma l-evitar tal-obbligu ta’ ħlas lura tal-għajnuna u li Airport Handling kienet is-suċċessur ta’ SEAH. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li Airport Handling setgħet tinżamm responsabbli biex tħallas lura l-għajnuna mogħtija lil SEAH fl-imgħoddi u misjuba inkompatibbli fid-deċiżjoni ta’ rkupru tal-2012. |
3.2. Dwar l-injezzjoni ta’ kapital
(120) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li d-deċiżjonijiet ta’ SEA li tistabbilixxi lil Airport Handling u tinjetta ekwità fiha kienet imputabbli lill-Istat: L-ewwel nett, il-Kummissjoni nnotat li l-Muniċipalità ta’ Milan kienet proprjetarja ta’ sehem ta’ maġġoranza ta’ 54,81 % f’SEA u li, għalhekk, jenħtieġ li l-Istat jitqies li għandu influwenza fuq il-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u li kien involut fid-deċiżjonijiet meħuda mill-kumpanija. It-tieni, il-Kummissjoni rreferiet għal ċerti dikjarazzjonijiet li għamlu r-rappreżentanti tal-awtoritajiet Taljani b’rabta mal-kwistjoni, li dehru li jindikaw li l-ħolqien ta’ Airport Handling kien orkestrat mill-awtoritajiet Taljani, b’mod partikolari biex jipproteġu l-impjiegi fl-ajruporti ta’ Milan. |
(121) |
Barra minn hekk, peress li SEA kienet tidher li kienet ikkontrollata mill-awtoritajiet Taljani, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-injezzjoni ta’ kapital, li kien iffinanzjat minn SEA, kienet tinvolvi riżorsi tal-Istat. |
(122) |
Il-Kummissjoni kienet ukoll tal-fehma preliminari li SEA ma aġixxietx bħala investitur li jopera f’ekonomija tas-suq meta wettqet l-injezzjoni fil-kapital ta’ Airport Handling. |
(123) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni esprimiet dubji li investitur privat kien jipprovdi kapital lil Airport Handling fiż-żmien li fih għamlet dan SEA, peress li s-servizzi tal-Kummissjoni diġà kienu infurmaw lill-awtoritajiet Taljani li l-istabbiliment maħsub ta’ fornitur ġdid ta’ servizzi fuq l-art kien aktar li jwassal għal kontinwità ekonomika u, b’hekk, għal responsabbiltà tal-kumpanija ġdida li tirrimborża l-għajnuna misjuba mhux kompatibbli fid-deċiżjoni ta’ rkupru tal-2012. Madankollu, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Novembru 2013 ma qiesx ir-riskju ta’ trasferiment tar-responsabbiltà ta’ rkupru minn SEAH lil Airport Handling. |
(124) |
It-tieni, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li kien il-bażi tad-deċiżjoni ta’ SEA li tinvesti f’Airport Handling kienx ibbażat fuq suppożizzjonijiet robusti biżżejjed. |
(125) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li l-investiment ta’ SEA ta’ EUR 25 miljun f’Airport Handling ma kienx jidher li hu bbażat fuq evalwazzjonijiet ekonomiċi komparabbli għal dawk li, fiċ-ċirkustanzi rilevanti, setgħu jsiru minn investitur razzjonali privat f’sitwazzjoni simili, qabel jagħmel investimenti bħal dawn biex jiddetermina l-profittabbiltà tiegħu fil-ġejjieni. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 25 miljun kienet tfisser għajnuna mill-Istat favur Airport Handling. |
4. KUMMENTI MILL-ITALJA
4.1. Dwar il-kontinwità ekonomika
(126) |
L-Italja fakkret li skont il-ġurisprudenza stabbilita, l-irkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli mill-Istat għandu l-għan li jelimina d-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-vantaġġ kompetittiv mogħti mill-għajnuna illegali. Konsegwentement, l-għajnuna illegali u inkompatibbli trid tiġi rkuprata mill-intrapriża li fil-fatt ibbenefikat minnha. L-obbligu ta’ rkupru jista’ jiġi estiż biss lil kumpaniji oħra li mhumiex il-benefiċjarju oriġinali tal-għajnuna jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
(127) |
Fil-fehma tal-Italja, f’dan il-każ it-trasferiment tal-vantaġġ kompetittiv marbut mal-għajnuna mogħtija lil SEAH jista’ jiġi eskluż mill-bidu nett. |
(128) |
B’mod partikolari, l-Italja tinnota li l-vantaġġ allegat mogħti lil SEAH ġie ddefinit mill-Kummissjoni fil-premessi 219 et seq. tad-deċiżjoni ta’ rkupru tagħha bħala wieħed li jikkorrispondi għall-kumpens tat-telf ta’ SEAH matul il-perjodu 2002 – 2010. Kif indikat mill-Kummissjoni, dak it-telf kien ġie ġġenerat minn kostijiet għoljin tal-persunal, li jirrappreżentaw sehem sinifikanti mill-istruttura tal-kostijiet ta’ fornitur tas-servizzi fuq l-art. Peress li l-injezzjonijiet ta’ kapital, ikklassiifkati bħala għajnuna mill-Istat mill-Kummissjoni, servew primarjament biex ikopru t-telf li rriżulta mill-kostijiet eċċessivi tal-persunal ta’ SEAH, fil-fehma tal-Italja l-vantaġġ kompetittiv li SEAH bbenefikat minnu jkun ipso facto mneħħi bil-likwidazzjoni u bil-ħruġ tagħha mis-suq. |
(129) |
L-Italja nnotat ukoll li anki jekk parti – għad li żgħira – mill-vantaġġ kompetittiv marbut mal-għajnuna mogħtija lil SEAH setgħet tiġi assoċjata mal-assi tal-kumpanija, jiġifieri l-assi użati minn SEAH biex twettaq l-attività tagħha ta’ servizzi fuq l-art fl-ajruporti ta’ Milan, dawk l-assi però ma jkunux soġġetti għal trasferiment minn SEAH għal Airport Handling. Minflok, dawn jingħataw b’lokazzjoni temporanja minn din tal-aħħar bil-kundizzjonijiet tas-suq sakemm jinbiegħu fis-suq miftuħ. |
(130) |
L-Italja nnotat ukoll li, anki jekk effettivament seħħ trasferiment tal-vantaġġ kompetittiv minn SEAH lil Airport Handling, f’dan il-każ ma jistax jiġi stabbilit li Airport Handling de facto tkompli bl-attività ekonomika ta’ SEAH. |
(131) |
L-ewwel nett, ma jkun seħħ ebda trasferiment de facto jew de jure tal-kuntratti tax-xogħol bejn SEAH u Airport Handling. Skont l-Italja, Airport Handling kienet impjegat biss, b’kundizzjonijiet sostanzjalment ġodda, lill-persunal strettament neċessarju għat-twettiq tal-attività ta’ servizzi fuq l-art. Barra minn hekk, il-kuntratti ta’ impjieg il-ġodda kienu rregolati minn reġim differenti (it-Taqsima tal-Fornituri tas-Servizzi fuq l-Art minflok it-Taqsima tal-Operaturi ta’ ajruporti tal-kuntratt kollettiv nazzjonali tax-xogħol (Contratto Collettivo Nazionale di Lavoro (CCNL)) u minn assoċjazzjoni tal-impjegati differenti (Assohandlers minflok Assoaeroporti). Fuq dik il-bażi, l-Italja indikat li Airport Handling kienet tikseb tnaqqis tal-kostijiet tal-persunal, b’żieda sinifikanti fil-produttività. |
(132) |
L-Italja żiedet ukoll li d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2014 li l-eks impjegati ta’ SEAH kienu ggarantiti d-drittijiet miksuba fir-rigward tal-kuntratti preċedenti ma’ SEAH ma tkunx sostnuta minn evidenza fattwali. Skont l-Italja, il-ftehim tal-4 ta’ Novemrbu 2013 ma kienx jipprovdi għal xi garanzija għall-benefiċċju tal-eks impjegati ta’ SEAH dwar id-drittijiet miksuba, u stabbilixxa biċ-ċar il-ħtieġa ta’ kuntratti ta’ impjieg ġodda li jkunu bbażati fuq kundizzjonijiet ġodda. |
(133) |
Lanqas ma jkun hemm xi trasferiment tal-kuntratti bejn SEAH u t-trasportaturi tal-ajru li joperaw fl-ajruporti ta’ Milan lil Airport Handling. Skont l-Italja, mat-terminazzjoni tal-kuntratti bejn SEAH u t-trasportaturi tal-ajru, Airport Handling innegozjat ex novo l-kuntratti mat-trasportaturi tal-ajru li joperaw fl-ajruporti ta’ Milan. Barra minn hekk, skont l-Italja, SEA u Airport Handling ma għamlux sforzi komuni ta’ kummerċjalizzazzjoni, għall-kuntrarju tal-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2014 tagħha li skont l-Italja ma hi sostnuta minn ebda evidenza fattwali. Iċ-ċirkustanza xorta waħda tkun irrilevanti għall-valutazzjoni tal-kontinwità ekonomika bejn SEAH u Airport Handling. F’dak ir-rigward, l-Italja fakkret li l-portafoll eżistenti ta’ klijenti ta’ Airport Handling hu differenti minn dak ta’ SEAH. Minflok, Airport Handling setgħet tikkonkludi ċerti kuntratti ma’ trasportaturi tal-ajru li ma kinux diġà klijenti ta’ SEAH, filwaqt li fl-istess ħin naqset milli żżomm uħud mill-eks klijenti ta’ SEAH. |
(134) |
L-Italja ddikjarat li l-fatt li l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Airport Handling jipprovdi għal sehem mis-suq […] (*1) ma jistax, bħala tali, jitqies bħala prova ta’ kontinwità ekonomika. Jenħtieġ li t-tali sehem mis-suq jiġi vvalutat fid-dawl tal-objettiv imfittex minn Airport Handling ta’ lħuq tal-vijabbiltà fit-terminu medju. |
(135) |
L-Italja ssottomettiet ukoll li Airport Handling ma kinitx involuta fil-proċedura għall-bejgħ tal-assi ta’ SEAH u, għalhekk, ma jkun hemm ebda trasferiment tal-assi bejn iż-żewġ kumpaniji. Barra minn hekk, fil-fehma tal-Italja, is-sempliċi fatt li l-assi tal-benefiċjarju tal-għajnuna jingħataw b’lokazzjoni lil intrapriża terza ma jistax jikkostitwixxi biżżejjed evidenza li din tal-aħħar gawdiet mill-vantaġġ kompetittiv marbut mal-għajnuna. Fil-fehma tal-Italja, biex dan jikkostitwixxi indikazzjoni ta’ kontinwità, il-lokazzjoni ta’ dawk l-assi jrid iseħħ bi prezz inqas mill-prezz tas-suq. Madankollu, f’dan il-każ, il-prezz tal-lokazzjoni kien jiġi ddeterminat minn kumpanija indipendenti (IMQ). |
(136) |
L-Italja fakkret ukoll li l-parteċipazzjoni azzjonarja ta’ SEA tvarja b’mod sinifikanti mill-perjodu li fih ingħatat l-għajnuna allegata lil SEAH. Filwaqt li SEA kienet kompletament tal-Istat fil-perjodu 2002 – 2010, investitur privat, F2i, bħalissa hu proprjetarju ta’ 44,31 % tal-kapital tagħha. |
(137) |
Barra minn dan, fil-fehma tal-Italja, l-istabbiliment tat-Trust jikkostitwixxi garanzija addizzjonali tan-nuqqas ta’ kontinwità bejn SEAH u Airport Handling. Tabilħaqq, kif stabbilit mill-Att tat-Trust, l-attivitajiet tat-Trustee jenħtieġ li jkunu strumentali fl-ilħuq tal-objettivi li ġejjin:
|
(138) |
Bħala riżultat tat-trasferiment ta’ 100 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja ta’ SEA f’Airport Handling lit-Trust, it-Trustee ddaħħlet fir-reġistru kummerċjali bħala l-azzjonist esklussiv tal-kumpanija. F’din il-kapaċità, it-Trustee jkollu kontroll sħiħ u sostanzjali fuq il-parteċipazzjoni ta’ SEA f’Airport Handling. |
(139) |
Bħala azzjonist esklussiv ta’ Airport Handling, it-Trustee trid, fost l-oħrajn:
|
4.2. Dwar l-injezzjoni ta’ kapital
4.2.1. Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat
(140) |
Fil-fehma tal-Italja, l-istatus ta’ SEA bħala intrapriża pubblika mhuwiex biżżejjed biex jiġi konkluż li r-riżorsi tagħha jikkwalifikaw bħala riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. F’dak ir-rigward, l-Italja fakkret li r-riżorsi finanzjarji ta’ Airport Handling mhumiex fil-pussess jew taħt il-kontroll ta’ SEA peress li l-parteċipazzjoni tagħha f’Airport Handling qed tiġi mmaniġġjata minn korp indipendenti, it-Trust, b’indipendenza totali minn SEA. |
(141) |
Għaldaqstant, SEA ma jkollhiex il-possibbiltà li teżerċita s-setgħat tipiċi ta’ azzjonist b’maġġoranza, jiġifieri, fost l-oħrajn, is-setgħa li taħtar il-membri tal-korp maniġerjali tas-sussidjarja u, għalhekk, li tieħu sehem b’mod deċiżiv fl-immaniġġjar tal-kumpanija. |
(142) |
Skont l-Italja, il-Kummissjoni ma tistax tinferixxi l-imputabbiltà tal-miżuri kkontestati lill-Istat minħabba s-sempliċi fatt li hu ferm improbabbli li dawk il-miżuri ttieħdu mingħajr ebda intervent mill-Istat. Skont l-Italja, il-Kummissjoni hi meħtieġa tilħaq standard għoli ta’ prova. Il-miżuri inkwistjoni jistgħu jitqiesu imputabbli lill-Istat biss jekk l-azzjonist pubbliku ta’ SEA qeda rwol importanti fl-adozzjoni tal-injezzjoni ta’ kapital favur Airport Handling. F’dan is-sens, l-Italja tqis li hu ta’ min jgħid li l-Artikolu 15 tal-ordinamenti ta’ SEA jipprovdi li d-deliberazzjonijiet relatati, fost l-oħrajn, maż-żieda fil-kapital tas-sussidjarji jridu jittieħdu bil-vot favorevoli ta’ mill-inqas sitt membri minn sebgħa, li jeħtieġ il-kunsens tal-amministraturi maħtura mill-azzjonist privat F2i. Konsegwentement, irrispettivament mis-sjieda tal-maġġoranza tal-ishma ta’ SEA, l-azzjonist pubbliku ma jistax jiddelibera b’mod validu żieda ta’ kapital mingħajr rikors għall-kunsens (jew, iktar minn hekk, il-vot deċiżiv) tad-diretturi maħtura mill-azzjonist privat. |
(143) |
Barra minn hekk, l-Italja ssottomettiet li dikjarazzjonijiet bħal dawk li għamel il-Ministru għall-Infrastruttura u għat-Trasport biex iserraħ ras il-ħaddiema, ikkwotati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ, huma kompletament konformi mal-prattika Ewropea u Taljana u, għalhekk, ma jistgħux jintużaw bħala prova tal-imputabbiltà tal-miżura lill-Istat. Id-dikjarazzjonijiet inkwistjoni jridu jitqiesu bħala dikjarazzjonijiet politiċi maħsuba għall-mitigazzjoni tal-effetti avversi tal-qgħad. |
(144) |
Fuq din il-bażi, l-Italja tqs li l-investiment ta’ SEA f’Airport Handling mhuwiex imputabbli lill-Istat u ma jinvolvix riżorsi tal-Istat u, b’hekk, ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
4.2.2. Dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku
(145) |
L-Italja fakkret li l-azzjonist privat jikkontribwixxi għal injezzjonijiet ta’ kapital b’mod proporzjonat għas-sehem tal-kapital miżmum f’SEA 44,31 %. Skont l-Italja, il-parteċipazzjoni tal-investitur privat F2i għandha impatt ekonomiku reali u hi sinifikanti. F’dan ir-rigward, l-Italja tqis li hu importanti li jiġi nnotat li skont il-prattika tal-Kummissjoni, investiment privat ta’ madwar terz mill-investiment totali tqies sinifikanti. Fil-fehma tal-Italja, dan minnu nnifsu hu biżżejjed biex tiġi eskluża l-kwalifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat tal-injezzjoni ta’ kapital. |
(146) |
It-tieni, l-Italja tiddikjara li l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Airport Handling ġie evalwat minn espert indipendenti li kkonkluda li l-investiment ta’ SEA hu ġġustifikat minn perspettiva purament ekonomika u, għalhekk, jikkonforma mal-prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq. |
(147) |
Fuq din il-bażi, l-Italja tqis li l-investiment ta’ SEA f’Airport Handling sar f’ċirkustanzi li jkunu aċċettabbli għal investitur privat li jopera f’kundizzjonijiet normali tas-suq u li, għalhekk, il-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
5. KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI
(148) |
Il-Kummissjoni rċiviet kummenti mingħand SEAH (f’likwidazzjoni), il-Milan Airport Handling Trust u Airport Handling, SEA u parti interessata li talbet li tibqa’ anonima. |
5.1. Kummenti mingħand il-Milan Airport Handling Trust u Airport Handling (minn hawn ’il quddiem imsejħa “t-Trust”)
5.1.1. Dwar it-trasferiment tal-forza tax-xogħol
(149) |
Skont it-Trust, mill-bidu tal-attività tagħha Airport Handling strutturat il-mudell kummerċjali tagħha fuq il-bażi ta’ loġika ekonomika differenti minn dik ta’ SEAH, li bħala objettiv kellha li topera fis-suq fuq bażi awtonoma u li tikseb il-vijabbiltà mingħajr interventi kapitali mill-azzjonist tagħha. |
(150) |
B’mod partikolari, Airport Handling dejjem kienet ikkunsidrat li l-mudell kummerċjali tagħha jenħtieġ li jsegwi modulazzjoni tal-forza tax-xogħol organizzata skont il-kriterji ta’ effiċjenza u ta’ rilevanza. Skont it-Trust, l-attività tas-servizzi fuq l-art hi kkaratterizzata minn livelli massimi ta’ ħaddiema f’ċerti żminijiet tas-sena (eż. is-sajf). Biex jindirizza dawk it-tibdiliet rapidi fid-domanda, il-fornitur ta’ servizz jeħtieġlu jwieġeb b’mod flessibbli, billi jaħtar persunal temporanju għal dawk il-perjodi meta r-reklutaġġ ikun iġġustifikat b’rabta mal-volum ta’ xogħol meħtieġ. |
(151) |
Filwaqt li SEAH fil-parti l-kbira użat […] (*1) ([…] (*1)), Airport Handling adottat approċċ bbażat fuq […] (*1) (eż. […] (*1)). Għad li dan ikun jeħtieġ attivitajiet ta’ taħriġ, ta’ mmaniġġjar u ta’ koordinazzjoni iktar kumplessi, min-naħa tiegħu jkun iwassal għal flessibilità ikbar u, konsegwentement, għal tnaqqis fil-kostijiet operatorji. Skont it-Trust, dan ippermetta biex […] (*1) (Fil-31 ta’ Diċembru 2014, Airport Handling kienet […] (*1)). |
(152) |
It-Trust issottomettiet li ma kien hemm ebda trasferiment tal-kuntratti ta’ impjieg bejn SEAH u Airport Handling, kif muri miċ-ċirkustanzi li ġejjin:
|
(153) |
Barra minn hekk, it-Trust fakkret il-klima ta’ oppożizzjoni qawwija u r-relazzjonijiet diffiċli ħafna mal-organizzazzjonijiet tat-trade unions f’Ġunju 2014. Fil-fehma tat-Trust hu evidenti li jekk tabilħaqq Airport Handling kienet terġa’ timpjega lill-eks impjegati ta’ SEAH fuq il-bażi tal-istess kundizzjonijiet, dawk l-impjegati ma kien ikollhom ebda raġuni għaliex jilmentaw. Għall-kuntrarju, ir-reżistenza b’saħħitha tat-trade unions għall-ftehim ta’ Ġunju 2014 tkun evidenza tal-fatt li l-ħaddiema kienu kompletament konxji mill-fatt li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom marru għall-agħar. |
5.1.2. Dwar il-kuntratti mat-trasportaturi tal-ajru
(154) |
L-ewwel nett, it-Trust issottomettiet li, fin-natura tagħhom stess, il-kuntratti mat-trasportaturi tal-ajru mhumiex trasferibbli lil partijiet terzi. L-Artikolu 3.2 tal-Ftehim Standard dwar is-Servizzi fuq l-Art jistipula b’mod espliċitu li, ħlief f’każijiet eċċezzjonali li jridu jiġu miftiehma mal-kumpaniji tas-servizzi fuq l-art, it-trasportatur ma jistax jassenja kompiti lil partijiet terzi skont il-kuntratt: “L-operatur m’għandu jaħtar lil ebda persuna, kumpanija jew organizzazzjoni oħra biex tipprovdi s-servizzi li l-kumpanija tas-servizzi fuq l-art qablet li tipprovdi permezz ta’ dan il-Ftehim, ħlief f’każijiet speċjali bħal dawk li għandhom jiġu miftiehma b’mod reċiproku bejn il-partijiet”. |
(155) |
It-Trust ipprovdiet diversi dikjarazzjonijiet mil-linji tal-ajru li ma kinux wettqu proċedura tal-offerti skont it-tifsira tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratt, biex Airport Handling tintgħażel bħala fornitur tas-servizzi fuq l-art. Dawk il-linji tal-ajru indikaw li madankollu Airport Handling kienet intgħażlet fuq il-bażi ta’ proċedura kompetittiva fuq il-bażi ta’ parametraġġ referenzjarju ma’ fornituri oħra tas-servizzi fuq l-art. |
(156) |
Barra minn dan, it-Trust fakkret li d-durata tal-ftehim ta’ servizzi fuq l-art hi stabbilita mit-trasportatur tal-ajru u spiss tipprovdi għall-possibbiltà li dan tal-aħħar jirtira b’avviż. Pereżempju, il-kuntratt standard ta’ IATA jipprovdi li kull parti tista’ tittermina l-kuntratt b’avviż ta’ 60 jum bil-quddiem. Għalhekk, il-kuntratt mat-trasportatur tal-ajru mhux bilfors li jkun kuntratt dejjiemi li abbażi tiegħu l-fornitur tas-servizzi fuq l-art jista’ jiġi protett mill-kompetizzjoni. Fil-fatt, it-trasportaturi jistgħu jirtiraw mill-kuntratt jekk jiksbu kundizzjonijiet aħjar mingħand fornituri oħra ta’ servizzi. |
(157) |
Skont it-Trust, meta SEAH ħarġet mis-suq u Airport Handling innegozjat kuntratti ġodda mat-trasportaturi tal-ajru, dawn tal-aħħar ipproponew lil Airport Handling, kif ukoll lill-fornituri ta’ servizzi l-oħra kkuntattjati, kundizzjonijiet differenti – iktar favorevoli – minn dawk miksuba mingħand SEAH. Skont it-Trust, hu pjuttost komuni li trasportatur tal-ajru jiddeċiedi li jittermina l-kuntratt meta jirċievi kundizzjonijiet iktar favorevoli mingħand fornituri kompetituri oħra ta’ servizzi fuq l-art; jew li jhedded il-kontinwazzjoni tal-kuntratt jekk il-fornitur attwali ta’ servizzi fuq l-art ma jkunx lest li jtejjeb l-offerta tiegħu meta mqabbla ma’ dik ta’ fornituri oħra. |
(158) |
Airport Handling bdiet bl-attività tagħha fl-ajruporti ta’ Milan fl-1 ta’ Settembru 2014, wara li l-parteċipazzjoni azzjonarja ta’ SEA ġiet ittrasferita lit-Trust. Għad li għall-ewwel Airport Handling kienet innotifikat lil ENAC u lit-trasportaturi tal-ajru dwar il-bidu tal-attività tagħha fl-1 ta’ Lulju 2014, id-dewmien li rriżulta mit-trasferiment tal-ishma lit-Trust u d-diffikultajiet mat-trade unions komplew jittardjaw it-tnedija tal-operazzjonijiet għall-1 ta’ Settembru 2014. |
(159) |
Fit-28 ta’ Frar 2015, Airport Handling kienet ikkonkludiet kuntratti ta’ servizzi fuq l-art ma’ […] (*1) trasportaturi tal-ajru, […] (*1) li joperaw f’Linate u […] (*1) li joperaw f’Malpensa. It-Trust issottomettiet ukoll li Airport Handling ma kkonkludietx kuntratti mat-trasportaturi kollha li qabel kellhom relazzjonijiet kuntrattwali ma’ SEAH. B’mod aktar speċifiku, […] (*1). |
(160) |
Skont it-Trust, il-kuntratti ffirmati minn Airport Handling mat-trasportaturi tal-ajru huma differenti minn dawk ta’ ma’ SEAH:
|
(161) |
B’mod partikolari, skont it-Trust, […] (*1) operaturi kisbu mingħand Airport Handling, fi ħdan il-qafas tan-negozjati tal-kuntratt il-ġdid ta’ servizzi fuq l-art, […] (*1). Fl-istess ħin, […] (*1) operaturi kkuntrattaw […] (*1) ma’ SEAH. |
(162) |
It-Trust issottomettiet ukoll li wħud mill-iktar kuntratti importanti mat-trasportaturi ([…] (*1)) kienu se jiskadu kif ġej:
|
5.1.3. Dwar l-isforzi konġunti preżunti ta’ kummerċjalizzazzjoni
(163) |
Bħall-Italja, it-Trust tqis li kwalunkwe sforz konġunt ta’ kummerċjalizzazzjoni mwettaq minn SEA/SEAH u minn Airport Handling, jekk it-tali sforz jista’ jintwera bil-provi, ikun irrilevanti għall-valutazzjoni tal-kontinwità ekonomika. |
(164) |
Barra minn hekk, it-Trust tqis li l-fatt li SEA setgħet iddikjarat pubblikament u/jew ikkomunikat lit-trasportaturi li l-grupp kellu l-ħsieb li jkompli bl-operazzjonijiet ta’ servizzi fuq l-art hu irrilevanti għall-finijiet tal-investigazzjoni peress li l-ħolqien u l-kapitalizzazzjoni ta’ Airport Handling kienu magħrufa għall-Kummissjoni mill-2013. |
5.1.4. Dwar is-sehem mis-suq mistenni ta’ Airport Handling
(165) |
Skont it-Trust, il-fatt li Airport Handling tista’ takkwiżixxi preżenza sinifikanti fis-suq għas-servizzi fuq l-art fl-ajruporti ta’ Milan ma jirriżultax mit-trasferiment ta’ xi ass mingħand SEAH lil Airport Handling, iżda mill-kuntest partikolari tal-ajruporti ta’ Milan u mill-mudelli kummerċjali li jimxu fuqhom il-fornituri differenti ta’ servizzi. |
(166) |
Fil-fehma tat-Trust, il-fatt li kumpanija li toħroġ mis-suq u operatur ieħor (li jkun għadu kif daħal jew operatur diġà eżistenti) jiggwadanjaw ishma simili mis-suq hu fenomenu li s-swieq josservaw fuq bażi regolari, u hu r-riżultat ta’ elastiċità inkroċjata bejn l-intrapriżi kompetituri. F’suq ipotetiku b’żewġ intrapriżi A u B biss, hu probabbli li, jekk il-kumpanija A tfalli, il-klijenti u s-sehem mis-suq tagħha jittrasferixxu għall-intrapriża B, mingħajr ebda rabta legali jew fattwali bejn iż-żewġ intrapriżi. Fil-każ tal-ajruporti ta’ Milan, hu minnu li joperaw iktar minn żewġ fornituri ta’ servizzi fuq l-art, iżda skont it-Trust sal-lum tnejn biss minn dawk l-operaturi ffokaw il-mudell kummerċjali tagħhom fuq l-ajruporti ta’ Milan. L-ishma simili mis-suq jistgħu fil-fehma tat-Trust ikunu ġġustifikati b’referenza għall-fatt li Airport Handling hi l-uniku fornitur ta’ servizz li organizza l-attività tiegħu fl-ajruporti ta’ Milan bħala fornitur-hub, biex jissodisfa l-parti l-kbira tad-domanda tat-trasportaturi u jipprovdi servizzi ta’ kwalità għolja. |
(167) |
Skont it-Trust, ir-raġunament tal-Kummissjoni hu ċirkolari: Jew is-sehem mis-suq li Airport Handling kienet mistnennija tilħaq fl-ajruporti ta’ Milan, kif stmat mill-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, mhuwiex realistiku u, għalhekk, l-injezzjoni ta’ kapital f’Airport Handling tkun issarraf f’għajnuna mill-Istat, jew inkella s-sehem mis-suq fil-fatt hu realistiku, iżda f’dak il-każ il-fatt li Airport Handling setgħet tikseb dak is-sehem mis-suq hu rilevanti għall-kwistjoni ta’ kontinwità ekonomika. |
5.1.5. Dwar l-użu tal-assi ta’ SEAH minn Airport Handling
(168) |
It-Trust tisħaq li l-proċedura tal-offerti għall-bejgħ tal-assi ta’ SEAH ma ntlaqgħetx peress li l-ebda offerent ma esprima interess fix-xiri tal-lottijiet offruti għall-bejgħ. |
(169) |
Skont Airport Handling, ir-raġuni ewlenija għal dan hu li l-assi ta’ SEAH huma obsoleti u, għalhekk, ma jidhrux attraenti għas-suq. Tabilħaqq, it-Trust tiddikjara li mill-iktar […] (*1) komponent ta’ valur (jiġifieri […] (*1)), madwar […] (*1) assi biss inxtraw minn SEAH wara l-31 ta’ Diċembru 2006. Ħafna mill-assi jkunu eqdem minn 15-il sena, u dan jikkaġuna diffikultajiet sinifikanti fil-kisba tal-parts tal-bdil u, konsegwentement, fl-iżgurar tal-livelli meħtieġa ta’ prestazzjoni. |
(170) |
It-Trust fakkret ukoll li Airport Handling ma offrietx fl-offerta għall-bejgħ tal-assi ta’ SEAH. Madankollu, hi tqis li l-akkwiżizzjoni minnha tal-assi ma tkunx tikkostitwixxi prova ta’ kontinwità ekonomika ma’ SEAH. |
(171) |
It-Trust issottomettiet ukoll li Airport Handling bħalissa qed tuża l-assi ta’ SEAH b’kuntratti bilaterali ffirmati fl-1 ta’ Settembru 2014. Skont it-Trust, il-kuntratt ġie nnegozjat f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta minn SEAH u mit-Trustee fil-perjodu bejn id-data tal-istabbiliment tat-Trust (it-30 ta’ Ġunju 2014) u d-data tat-trasferiment propju tal-parteċipazzjoni ta’ SEA f’Airport Handling lit-Trust (is-27 ta’ Awwissu 2014). |
(172) |
Inġiebu tibdiliet sinifikanti fil-kuntratt mit-Trustee, bħal:
|
(173) |
It-Trust fakkret li t-tariffa tal-lokazzjoni kienet ġiet stabbilita fuq il-bażi ta’ valwazzjonijiet indipendenti minn esperti differenti u, għalhekk, kienet tirrifletti l-prezz tas-suq. |
(174) |
It-Trust issottomettiet ukoll li Airport Handling diġà kienet implimentat proċeduri għax-xiri mingħand partijiet terzi ta’ sehem sinifikanti ta’ assi ([…] (*1) %) meħtieġ biex jitmexxa n-negozju, biex jiġu sostitwiti l-assi meħuda b’lokazzjoni mingħand SEAH fl-iskadenza tal-kuntratt ta’ lokazzjoni. F’dan is-sens:
|
5.1.6. Dwar it-twaqqit u l-loġika tal-operazzjoni
(175) |
Skont it-Trust, konklużjoni li l-ħolqien ta’ sussidjarja ġdida tas-servizzi fuq l-art minn SEA għandu l-għan li jevita l-ordni ta’ rkupru hi l-istess bħal dikjarazzjoni li deċiżjoni negattiva dwar għajnuna mill-Istat tipprevjeni lill-benefiċjarju tal-għajnuna allegata milli jkompli bin-negozju tiegħu bil-kundizzjonijiet il-ġodda. |
5.1.7. Dwar l-azzjonijiet meħuda mit-Trustee biex tiġi żgurata diskontinwità ekonomika
(176) |
It-Trust tindika li fl-1 ta’ Awwissu 2014, it-Trustee u SEA kkonkludew Protokoll biex it-Trustee tkun tista’ tibda twettaq ċerti funzjonijiet li jmexxu u jissorveljaw l-operazzjoni ta’ Airport Handling matul ix-xhur ta’ Lulju u ta’ Awwissu 2014. |
(177) |
F’dak l-istadju, minbarra l-miżuri meħuda f’konsultazzjoni ma’ SEAH rigward il-lokazzjoni tal-assi ta’ SEAH u l-perizja, it-Trustee talbet u kisbet mingħand SEA r-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex twettaq il-ħidma tagħha b’indipendenza sħiħa minn din tal-aħħar. Barra minn hekk, it-Trustee saħqet biex SEA terġa’ tiddefinixxi l-kuntratti ta’ servizz tagħha ma’ Airport Handling, identifikat konsulent ġenerali ġdid għal Airport Handling u talbet tibdiliet fl-ordinamenti ta’ Airport Handling biex tiżgura l-awtonomija sħiħa tal-kumpanija. |
(178) |
Wara t-trasferiment tal-parteċipazzjoni ta’ SEA lit-Trust, fis-27 ta’ Awwissu 2014 it-Trustee ħatret Bord tad-Diretturi ġdid. |
(179) |
It-Trustee aċċertat ukoll li l-Bord il-ġdid:
|
(180) |
Barra minn hekk, it-Trustee ħadet miżuri biex tiżgura diskontinwità ekonomika. Fil-qosor, dawk il-proċeduri jkopru:
|
(181) |
Skont it-Trust, dawk il-proċeduri interni ġew spjegati f’żewġ sessjonijiet ta’ taħriġ għall-maniġment superjuri u medju ta’ Airport Handling rispettivament. |
5.1.8. Dwar l-imputabbiltà tal-miżuri lill-Istat
(182) |
Skont it-Trust, fil-perjodu Ġunju – Awwissu 2014, l-awtoritajiet Taljani ma eżerċitawx influwenza diretta fuq SEA u fuq id-deċiżjoni ta’ din li tinvesti f’Airport Handling. Qatt ma kien ikun hemm xi indikazzjoni, diretta jew indiretta, li setgħet twassal biex jitqajjem anki l-iktar dubju remot li d-deċiżjoni ta’ stabbiliment u/jew ta’ kapitalizzazzjoni ta’ Airport Handling kienet tiddependi mill-awtoritajiet Taljani. |
5.1.9. Dwar il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Airport Handling u l-konformità mal-prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq
(183) |
Skont it-Trust, ma hemm ebda kontinwità bejn SEAH u Airport Handling, u għalhekk kwalunkwe investitur privat kien jikkunsidra l-fraġilità tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2014 u ma kienx ikun influwenzat minn dik il-valutazzjoni fid-deċiżjoni tiegħu li jinvesti f’Airport Handling. |
(184) |
It-Trust iċċarat li sadanittant il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Novembru 2013 ippreżentat b’mod inizjali lill-Kummissjoni kien ġie rfinat. Għaldaqstant, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju fuq il-bażi tad-deċiżjoni ta’ kapitalizzazzjoni ta’ Airport Handling kien il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Awwissu 2014 adottat mill-Bord tad-Diretturi ta’ Airport Handling fis-26 ta’ Awwissu 2014. |
(185) |
Wara t-trasferiment tal-parteċipazzjoni ta’ SEA lit-Trust, it-Trustee pproċediet bil-verifika li l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Airport Handling kien kredibbli. Skont it-Trust, il-Bord maħtur ġdid ta’ Airport Handling l-ewwel eżamina jekk il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tas-6 ta’ Awwissu 2014 kienx affidabbli, u inkariga lil Boston Consulting Group (“BCG”) b’dan il-kompitu. |
(186) |
BCG irrapporta s-sejbiet tiegħu lil Airport Handling fl-14 ta’ Ottubru 2014. BCG wasal għall-konklużjoni li l-għan tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, jiġifieri EBIT fl-2017 ta’ EUR […] (*1), b’marġni ta’ […] (*1) %, kien raġonevoli u li l-livell ta’ devjazzjoni kien fil-parti l-kbira konformi jew ftit inqas mill-profittabilità medja ta’ kampjun sinifikanti ta’ kumpaniji pubbliċi u privati Ewropej oħra li joperaw fis-settur tas-servizzi fuq l-art. BCG ikkonferma wkoll il-validità tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Novembru 2013. |
5.1.9.1.
(187) |
Skont it-Trust, Airport Handling hi ddeterminata li tforni effiċjenza u flessibilità massimi permezz ta’ […] (*1). Skont il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tas-6 ta’ Awwissu 2014, Airport Handling hi mistennija timpjega […] (*1). Dan se jinkiseb bis-simplifikazzjoni tal-istrutturi ta’ koordinazzjoni u bl-introduzzjoni ta’ tagħmir performant ġdid u b’sistemi tal-kompjuter għall-ġestjoni tal-persunal, li se jippermettu biex Airport Handling ma tissostitwixxix il-persunal li tielaq. |
5.1.9.2.
(188) |
Skont it-Trust, grad saħansitra ikbar ta’ effiċjenza se jirriżulta mis-sensiela ta’ miżuri li ġejja:
|
(189) |
Skont it-Trust, ir-riżultati miksuba minn Airport Handling fl-ewwel xhur tal-operat tagħha jippermettu lill-Kummissjoni tivverifika ex post li s-suppożizzjonijiet fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju kienu solidi. It-Trust indikat ir-riżultati tal-ewwel erba’ xhur ta’ attività, li wrew […] (*1) EBIT ta’ EUR […] (*1) u […] (*1) ta’ EUR […] (*1) meta mqabbla mal-previżjonijiet tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tas-6 ta’ Awwissu 2014. Din it-tendenza pożittiva kienet ir-riżultat ta’ […] (*1) dħul (EUR […] (*1)) u […] (*1) kostijiet (EUR […] (*1)). |
5.2. Kummenti minn SEAH (f’likwidazzjoni)
5.2.1. Dwar l-assi ta’ SEAH
(190) |
Skont SEAH, it-tagħmir tas-servizzi fuq l-art kellu valur kontabilistiku ta’ EUR […] (*1) qabel id-dħul ta’ SEAH f’likwidazzjoni. L-età medja ta’ dawn l-assi kienet ta’ […] (*1). Mill-madwar […] (*1) oġġett ta’ valur ogħla […] (*1) tagħmir ħlief […] (*1)), […] (*1) biss kienu nxtraw wara l-31 ta’ Diċembru 2006. |
(191) |
Meta SEAH tqiegħdet f’likwidazzjoni, l-uniċi assi oħra tal-kumpanija kienu jikkonsistu f’kapital operatorju relatat man-negozju li twaqqaf fl-1 ta’ Settembru 2014. Barra minn hekk, kienu preżenti ċerti […] (*1). Sadanittant dawk il-pożizzjonijiet kienu ġew illikwidati. Għaldaqstant, skont SEAH, il-likwidatur jista’ jibbaża biss fuq il-bejgħ tat-tagħmir tas-servizzi fuq l-art biex jiffinanzja l-kostijiet tal-likwidazzjoni u kwalunkwe dejn residwu ieħor. |
5.2.2. Dwar il-proċedura tal-offerti għall-bejgħ tal-assi ta’ SEAH
(192) |
Wieħed mill-kompiti ewlenin tal-likwidatur kien li jlesti proċedura tal-offerti miftuħa, pubblika u nondiskriminatorja għall-bejgħ tal-assi ta’ SEAH diġà mnedija qabel id-dħul tal-kumpanija fi proċedimenti ta’ likwidazzjoni. |
(193) |
Skont SEAH, l-assi ġew raggruppati f’disa’ gruppi li inkludew assi kumplimentari ta’ valuri differenti, u b’awtonomija funzjonali. L-objettiv kien li tiġi ggarantita parteċipazzjoni usa’ fil-proċedura tal-offerti. Id-distribuzzjoni tal-assi fi gruppi kellha l-għan li tindirizza r-rekwiżiti tas-suq, kif identifikati fuq il-bażi tal-attività ta’ fornituri ewlenin tas-servizzi fuq l-art fl-ajruporti Taljani. L-informazzjoni disponibbli turi li l-proċedura tal-bejgħ kienet ristretta għall-fornituri ta’ servizzi fuq l-art, għall-operaturi ta’ ajruporti, għat-trasportaturi tal-ajru, għall-manifatturi tat-tipi ta’ tagħmir mibjugħ, għar-rivendituri u għall-kumpaniji ta’ lokazzjoni. Barra minn hekk, ġew stabbiliti ċerti rekwiżiti minimi tas-solvenza, li b’mod partikolari jikkonċernaw (i) fatturat ta’ mill-inqas EUR 1 miljun għal kull grupp ta’ assi li għalih kien biħsiebhom jissottomettu offerta; (ii) assi netti ta’ mill-inqas EUR 1 miljun jew EUR 2 miljuni fil-każ li x-xerrejja potenzjali joffru għal iktar minn grupp wieħed; (iii) proporzjon tad-dejn għall-assi totali mhux ogħla minn 3. Is-sejħa għall-offerti ma stabbilixxiet ebda kriterju tal-għażla għajr ir-rekwiżiti obbligatorji stipulati hawn fuq. |
(194) |
SEAH tinnota li ebda offerent potenzjali ma esprima interess fl-akkwiżizzjoni ta’ dawk l-assi. L-uniċi talbiet għal informazzjoni kienu jiġu sottomessi barra mill-qafas tal-proċedura minn partijiet interessati fl-akkwiżizzjoni ta’ ċerti assi biss, madankollu bi prezzijiet ferm inqas minn dawk stabbiliti mill-esperti indipendenti. SEAH issottomettiet ukoll li Airport Handling kienet esprimiet interess biex takkwiżixxi l-assi inkwistjoni iżda ma kinitx għamlet offerta. Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Taljani diġà kienu ddikjaraw fis-27 ta’ Novembru 2013, meta kkonsultaw lill-Kummissjoni dwar il-pjan ta’ SEA li tillikwida lil SEAH, tistabblixxi lil Airport Handling u tipprovdiha bil-kapital, li Airport Handling ma kinitx se tieħu sehem fil-proċedura tal-bejgħ u għalhekk ma kinitx se tissottometti xi offerta f’dik il-proċedura. |
(195) |
Wara t-tentattiv li ma rnexxiex ta’ bejgħ tal-assi ta’ SEAH, il-likwidatur kompla billi kkuntattja lill-operaturi ewlenin fis-settur biex jiddiskutu l-possibbiltà ta’ bejgħ ta’ dawk l-assi u l-kundizzjonijiet li jistgħu japplikaw għat-tali bejgħ. |
5.2.3. Dwar il-valwazzjoni tal-assi
(196) |
SEAH fakkret li qabel id-dħul ta’ SEAH f’likwidazzjoni, il-Bord tad-Diretturi tagħha kien għażel lil IMQ bħala espert indipendenti inkarigat bil-valwazzjoni tal-assi. Il-valwazzjoni ġiet ipprovduta fil-25 ta’ Ġunju 2014 u pproponiet tariffa tal-lokazzjoni ta’ EUR […] (*1) fis-sena, bħala valur ikkunsidrat konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq. Fl-1 ta’ Settembru 2014, SEAH inkarigat lil E&Y bit-tieni valwazzjoni tal-assi. Fuq talba mit-Trustee, SEAH u t-Trustee inkarigaw lil E&Y b’mod konġunt bil-forniment tat-tali tieni valwazzjoni. Imbagħad E&Y ipproponiet tariffa tal-lokazzjoni ta’ EUR 1,4 miljun fis-sena. |
(197) |
SEAH żiedet li bħalissa Airport Handling tuża l-assi ta’ SEAH taħt kuntratt ta’ lokazzjoni u hi responsabbli għall-manutenzjoni tagħhom (il-kostijiet tal-manutenzjoni huma stmati għal EUR […] (*1) fis-sena). |
5.2.4. Dwar il-kuntratt ta’ lokazzjoni
(198) |
Skont SEAH, qabel il-konklużjoni tiegħu, il-kuntratt ta’ lokazzjoni kien soġġett għal negozjati intensi bejn il-partijiet, mingħajr ebda interferenza minn SEA. SEAH iddikjarat li l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ lokazzjoni hi kundizzjoni obbligatorja għaż-żamma tal-valur tal-assi fid-dawl tat-tneħħija tagħhom. Fin-nuqqas tal-kuntratt ta’ lokazzjoni ma’ Airport Handling, SEAH kien ikollha tneħħi t-tagħmir mill-bini tal-ajruport u għalhekk iġġarrab kostijiet sinifikanti relatati mat-trasport u mal-manutenzjoni. |
(199) |
SEAH iddikjarat ukoll li, minħabba l-iskadenza tal-kuntratt ta’ lokazzjoni fil-31 ta’ Awwissu 2015, il-likwidatur kien qed jikkunsidra għażliet għat-tneħħija tal-assi. SEAH tindika li bejgħ tal-assi lil Airport Handling ladarba jkunu tneħħew id-dubji tal-Kummissjoni dwar il-kontinwità ekonomika jkun jippermetti lil SEAH timmassimizza l-valur ta’ dawk l-assi fil-proċedura ta’ likwidazzjoni. |
5.3. Kummenti minn SEA
5.3.1. Dwar il-kontinwità ekonomika
(200) |
Fil-fehma ta’ SEA, il-ġurisprudenza kkwotata fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2014 tvarja b’mod kemxejn sinifikanti mill-każ inkwistjoni. |
(201) |
L-ewwel nett, il-ġurisprudenza tkun tirreferi b’mod esklussiv għal sitwazzjonijiet ikkaratterizzati mill-preżenza ta’ trasferiment tal-assi mill-benefiċjarju tal-għajnuna għal kumpanija maħluqa ġdida. Essenzjalment il-ġurisprudenza tkun tikkonċerna każijiet li fihom l-intrapriża li kienet ibbenefikat mill-għajnuna inkompatibbli mill-Istat u li ma kinitx f’pożizzjoni li tħallas lura t-tali vantaġġ tkun stabbilixxiet intrapriża li fiha ttrasferixxiet parti mill-attivitajiet tagħha. It-tieni, fil-każijiet kollha kkwotati mill-Kummissjoni, it-trasferiment bejn il-benefiċjarju u l-intrapriża l-ġdida kien jikkonċerna assi ta’ valur sinifikanti (attivitajiet, faċilitajiet, oġġetti, proprjetà, trademarks, drittijiet ta’ proprjetà industrijali). |
(202) |
Skont SEA, il-karatteristiċi ta’ dan il-każ wasslu għall-konklużjoni li Airport Handling ma setgħetx tkompli tgawdi mill-vantaġġ kompetittiv marbut mal-għajnuna preżunta riċevuta minn SEAH, peress li din ma kinitx akkwiżixxiet xi ass mingħand SEAH. Minflok, il-vantaġġ kompetittiv allegat mogħti lil SEAH kien jiġi tterminat mal-likwidazzjoni tal-kumpanija u għalhekk ma setax jiġi ttrasferit. |
(203) |
SEA tfakkar li fid-deċiżjoni ta’ rkupru tal-2012, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-vantaġġ kompetittiv allegat mogħti lil SEAH kien jikkorrispondi għall-finanzjament tat-telf imġarrab mill-kumpanija, li kien iġġenerat primarjament minn kostijiet għoljin tal-persunal. Filwaqt li tfakkar li l-kostijiet tal-persunal għandhom impatt qawwi fuq l-istruttura tal-kostijiet tal-fornituri ta’ servizzi fuq l-art, tant li jammontaw għal bejn 65 % u 80 % tal-kostijiet totali, SEA tindika li, għall-kuntrarju ta’ dawk il-każijiet ikkwotati mill-Kummissjoni, dan il-każ la jikkonċerna t-trasferiment ta’ ishma jew t’assi meħtieġa biex tiġi eżerċitata (jew, iktar minn hekk, biex titkompla) l-attività ta’ SEAH u lanqas operazzjoni bl-għan li tipproteġi l-assi tal-benefiċjarju u, għalhekk, tevita l-ordni ta’ rkupru. |
(204) |
Skont SEA, jenħtieġ li jingħad li peress li l-vantaġġ idderivat mill-għajnuna mill-Istat allegata riċevuta minn SEAH intuża biex ikopri telf li rriżulta minn kostijiet lavorattivi eċċessivi, it-tali vantaġġ ċertament li kien itterminat mal-likwidazzjoni tal-kumpanija u mas-sensja tal-ħaddiema. Fid-dawl tal-fatt li l-eks impjegati ta’ SEAH imbagħad ġew irreklutati minn Airport Handling b’kundizzjonijiet formalment u sostanzjalment differenti ma jistax ibiddel b’mod materjali din il-konklużjoni. |
(205) |
SEA żżid li, anki li kieku kellu jiġi aċċettat li n-nuqqas ta’ trasferiment ta’ assi minn SEAH lil Airport Handling ma kienx biżżejjed biex tinstilet konklużjoni dwar l-assenza ta’ kontinwità ekonomika, iċ-ċirkustanzi tat-tranżazzjoni li huma l-bażi tal-ħolqien ta’ Airport Handling, meqjusa fis-sħuħija tagħhom, ma jistgħux jitqiesu li kellhom l-effett ta’ ċirkomvenzjoni tal-ordni ta’ rkupru. |
(206) |
Skont SEA, id-deċiżjoni ta’ stabbiliment ta’ kumpanija ġdida ta’ servizzi fuq l-art li topera bil-kundizzjonijiet tas-suq f’kompetizzjoni ma’ fornituri oħra ta’ servizzi hi bbażata fuq loġika ekonomika u hi ġġustifikata minn mudell maniġerjali li jvarja b’mod sinifikanti minn dak tal-eks operatur SEAH ([…] (*1)) biex jitfittex objettiv ta’ profittabilità sostenibbli fit-terminu medju sa twil. |
(207) |
SEA tiddikjara li t-tħabbira ta’ SEAH li l-kumpanija kienet se twaqqaf l-operazzjonijiet fl-ajruporti ta’ Milan u t-tidħil f’likwidazzjoni ta’ SEAH ħolqu momentum ta’ kompetizzjoni effettiva fis-suq, li matulu t-trasportaturi tal-ajru li operaw fl-ajruporti ta’ Milan setgħu jagħżlu l-fornitur tas-servizzi fuq l-art fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni komparattiva tal-offerti sottomessi minn fornituri differenti. |
(208) |
Skont SEA, kien wara dan il-proċess kompetittiv li Airport Handling irnexxielha tikkonkludi kuntratti ma’ trasportaturi tal-ajru, b’indipendenza sħiħa minn SEA. Tabilħaqq, ċerti trasportaturi, eks klijenti ta’ SEAH, iddeċidew li ma jużawx is-servizzi ta’ Airport Handling filwaqt li Airport Handling ikkonkludiet kuntratti ma’ trasportaturi li qabel ma kinux moqdija minn SEAH. |
(209) |
Barra minn hekk, skont SEA, fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE (18) u 83/349/KEE (19) dwar il-kontijiet konsolidati, trasposti fil-leġiżlazzjoni Taljana bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 127 tad-9 ta’ April 1991, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe setgħa ta’ kontroll u ta’ mmaniġġjar minn SEA ta’ Airport Handling wara t-trasferiment tal-parteċipazzjoni ta’ din fit-Trust, Airport Handling m’għadhiex parti mill-grupp SEA għall-finijiet kontabilistiċi u għalhekk il-baġit tagħha mhuwiex ikkonsolidat ma’ dak ta’ SEA. |
(210) |
Barra minn hekk, biex jitħaffef id-dħul ta’ partijiet terzi fil-kapital ta’ Airport Handling, fis-26 ta’ Jannar 2015 SEA u t-Trustee ffirmaw “regolament ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 20 tal-Att tat-Trust”, bl-għan li jagħtu lit-Trustee r-responsabbiltà li jfittxu investitur terz. It-Trustee u SEA ddeċidew li jaħtru lil BNP Paribas bħala konsulent indipendenti għall-assenjament. |
(211) |
BNP Paribas assistiet lil Airport Handling fit-tħejjija tal-offerta għall-bejgħ tal-ishma, daħlet f’kuntatt ma’ diversi investituri potenzjalment interessati biex jidħlu fil-kapital ta’ Airport Handling u organizzat laqgħat ma’ investituri potenzjali. |
(212) |
SEA żiedet li ladarba investitur privat ikun akkwista mill-inqas 30 % ta’ Airport Handling, SEA tikkunsidra li tfittex investituri interessati li jakkwistaw il-parteċipazzjoni azzjonarja ta’ maġġoranza fil-kumpanija. |
5.3.2. Dwar ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat
(213) |
SEA hi tal-fehma li l-fatt li Airport Handling hi intrapriża pubblika mhuwiex biżżejjed biex jiġi konkluż li r-riżorsi tagħha huma riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Barra minn hekk, wara l-istabbiliment tat-Trust, ir-riżorsi finanzjarji ta’ Airport Handling mhumiex taħt il-kontroll ta’ SEA, u għalhekk ma jistax jiġi ddikjarat li dawn huma riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
(214) |
F’dan ir-rigward, SEA żżid li:
|
(215) |
SEA tisħaq li, mit-trasferiment tagħhom, ir-riżorsi finanzjarji ta’ Airport Handling baqgħu f’kull ħin taħt il-kontroll tat-Trustee, l-azzjonist esklussiv ta’ Airport Handling. |
(216) |
Fil-fehma ta’ SEA, dan ta’ hawn fuq juri li l-azzjonist pubbliku ta’ SEA (Muniċipalità ta’ Milan) ma jistax jeżerċita – b’mod dirett jew indirett – xi influwenza fuq l-użu ta’ strumenti finanzjarji fir-rigward ta’ Airport Handling u li matul id-durata tat-Trust, it-tali riżorsi se jibqgħu taħt il-kontroll tat-Trustee. Fi kwalunkwe każ, minħabba l-istabbiliment tat-Trust, SEA tilfet is-setgħa tagħha li taħtar il-membri tal-Bord tad-Diretturi ta’ Airport Handling. |
5.4. Kummenti minn parti interessata
(217) |
Il-Kummissjoni rċiviet kummenti mingħand parti interessata li talbet li la l-identità tagħha u lanqas il-kummenti tagħha ma jiġu żvelati lil xi parti terza. |
6. KUMMENTI MILL-ITALJA DWAR IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI
(218) |
L-Italja kkummentat dwar l-osservazzjonijiet sottomessi fil-kuntest tal-investgazzjoni mit-Trust u minn SEA. |
(219) |
L-Italja sostniet bis-sħiħ l-osservazzjonijiet sottomessi mill-partijiet interessati msemmija hawn fuq u saħqet li dawn kienu evidenza, minn naħa, tan-nuqqas ta’ xi interferenza mill-awtoritajiet Taljani fl-attività ta’ SEA u fid-deċiżjoni ta’ din tal-aħħar li tinvesti f’Airport Handling, u, min-naħa l-oħra, li Airport Handling ma tkomplix l-attività ekonomika ta’ SEAH. |
7. VALUTAZZJONI
(220) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni kellha tivvaluta żewġ kwistjonijiet differenti: L-ewwel, it-trasferiment possibbli tal-obbligu ta’ rkupru li jirriżulta mid-deċiżjoni ta’ rkupru minn SEA Handling lil Airport Handling; it-tieni, l-għajnuna possibbli inerenti fl-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 25 miljun ta’ SEA f’Airport Handling. |
7.1. Il-kontinwità ekonomika u t-trasferiment tal-obbligu ta’ rkupru
(221) |
Fuq il-bażi tal-ġurisprudenza stabbilita, l-għajnuna illegali u inkompatibbli trid tiġi rkuprata mill-intrapriżi li fil-fatt ibbenefikaw minnha (20). |
(222) |
Fil-każ ta’ benefiċjarji insolventi tal-għajnuna mill-Istat, l-obbligu ta’ rkupru jista’ jiġi ssodisfat bir-reġistrazzjoni tal-obbligazzjoni relatata mar-ripagament tal-għajnuna fl-iskeda ta’ obbligazzjonijiet, diment li l-benefiċjarju tal-għajnuna jitlaq mis-suq (21). Il-Qorti ddikjarat li “meta l-impriża benefiċjarja tal-għajnuna illegali tkun falluta, u kumpanija nħolqot sabiex tkompli parti mill-attivitajiet ta’ din l-impriża falluta, it-tkomplija ta’ din l-attività, mingħajr ma l-għajnuna kkonċernata tkun ġiet irkuprata kollha kemm hi, tista’ tkompli ttawwal id-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-vantaġġ kompetittiv li din il-kumpanija tkun ibbenefikat minnu fis-suq meta mqabbla mal-kompetituri tagħha. Għaldaqstant, tali kumpanija maħluqa b’dan il-għan tista’, jekk dan il-vantaġġ jippersisti favuriha, tkun obbligata tirrimborsa l-għajnuna inkwistjoni. Dan huwa b’mod partikolari l-każ meta jiġi stabbilit li din il-kumpanija għadha effettivament tgawdi minn dan il-vantaġġ kompetittiv marbut mal-benefiċċju ta’ din l-għajnuna, b’mod partikolari, meta din tipproċedi għall-akkwist tal-attiv tal-kumpanija fi stralċ mingħajr ma tħallas, inkambju, prezz skont il-kundizzjonijiet tas-suq jew meta jiġi stabbilit li l-ħolqien ta’ tali kumpanija kellu l-effett li jiġi evitat l-obbligu li titħallas lura tal-imsemmija għajnuna” (22). |
(223) |
Fil-kuntest tat-trasferiment tal-assi minn benefiċjarju tal-għajnuna għal kumpanija oħra li tkompli bl-attivitajiet ta’ dik ta’ qabilha, il-Qorti kkonfermat li l-fatturi li ġejjin jistgħu jittieħdu f’kunsiderazzjoni għall-valutazzjoni tal-kontinwità ekonomika bejn iż-żewġ kumpaniji (23): L-ambitu tat-trasferiment (assi u obbligazzjonijiet, il-kontinwità tal-forza tax-xogħol, assi raggruppati, eċċ.); il-prezz tat-trasferimenti; l-identità tal-azzjonisti jew tas-sidien tad-ditta akkwirenti u tad-ditta oriġinali; il-mument li fih isir it-trasferiment (wara l-bidu tal-investigazzjoni, it-tnedija tal-proċedura jew tad-deċiżjoni finali); u, finalment, il-loġika ekonomika tat-tranżazzjoni. |
(224) |
Skont il-ġurisprudenza, il-fatturi msemmija hawn fuq jistgħu jitqiesu sa gradi varji, skont il-karatteristiċi speċifiċi tal-każ inkwistjoni (24). Minn dan isegwi li l-Kummissjoni mhix meħtieġa tqis kull wieħed minn dawk il-fatturi, kif inhu muri mill-użu tal-espressjoni “jistgħu jittieħdu f’kunsiderazzjoni” (25). |
(225) |
Biex jiġi deċiż jekk hemmx kontinwità ekonomika bejn SEAH u Airport Handling u jekk din tal-aħħar tistax tinżamm responsabbli għar-rimborż tal-għajnuna inkompatibbli mogħtija lil dik imsemmija l-ewwel, il-Kummissjoni applikat l-indikaturi msemmija hawn fuq għaċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ inkwistjoni. |
7.1.1. L-ambitu tat-trasferiment
7.1.1.1.
(226) |
Wara li SEAH tqiegħdet f’likwidazzjoni, ħafna mill-eks impjegati tagħha reġgħu ġew impjegati minn Airport Handling, u inizjalment kienu jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-forza tax-xogħol ta’ din tal-aħħar. Għaldaqstant, hu rilevanti li jiġi analizzat jekk din is-sitwazzjoni hix indikazzjoni ta’ ċirkomvenzjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġi vvalutat jekk il-proċess li wassal għal dak l-eżitu kienx isarraf fi trasferiment tal-forza tax-xogħol ta’ SEAH għal Airport Handling filwaqt li jinżammu l-karatteristiċi ewlenin tagħha. Dan hu dejjem iktar rilevanti peress li għal kumpanija tas-servizzi fuq l-art, il-forza tax-xogħol hi r-riżorsa primarja neċessarja biex topera (26). |
(227) |
Skont l-Italja, ma hemm ebda kontinwità tal-forza tax-xogħol bejn SEAH u Airport Handling peress li l-kuntratti tax-xogħol ġew itterminati minn SEAH u l-persunal reġa’ ġie impjegat minn Airport Handling b’kuntratti ġodda, fuq il-bażi ta’ kundizzjonijiet sostanzjalment differenti. Din il-fehma kienet sostnuta kemm minn Airport Handling kif ukoll minn SEA. |
(228) |
Fil-fehma tal-Italja, il-ftehim iffirmat minn SEA, minn SEAH u mit-trade unions fl-4 ta’ Novembru 2013 jenħtieġ li ma jitqiesx li ggarantixxa lill-eks impjegati ta’ SEAH id-drittijiet miksuba bil-kuntratti preċedenti ma’ SEAH. Tali ftehim ikun essenzjalment dokument programmatiku li mbagħad ġie sostitwit mill-ftehimiet iffirmati fl-4 ta’ Ġunju 2014. Ikun evidenti mit-test ta’ dawk il-ftehimiet li l-eks impjegati ta’ SEAH ma ġewx iggarantiti drittijiet miksuba preċedentement iżda minflok reġgħu ġew impjegati minn Airport Handling b’kundizzjonijiet ġodda. |
(229) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni miksuba fil-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni vvalutat (i) il-proċess li bih sehem sinifikanti mill-forza tax-xogħol ta’ SEAH reġgħet ġiet impjegata minn Airport Handling, (ii) u l-ftehimiet mat-trade unions dwar l-impjegar mill-ġdid tal-forza tax-xogħol ta’ SEAH. |
(230) |
L-ewwel nett, rigward il-proċess, jenħtieġ li jiġi nnotat mill-bidu nett li ma kien hemm ebda trasferiment de jure tal-kuntratti tax-xogħol minn SEAH lil Airport Handling. Il-kuntratti ma’ SEAH ġew itterminati legalment u ġew konklużi kuntratti ġodda ma’ Airport Handling. Barra minn hekk, il-kuntratti tax-xogħol la kienu ttrasferiti b’mod awtomatiku u lanqas globali minn SEAH lil Airport Handling. Fil-fatt, ma seħħ ebda trasferiment affattu tal-kuntratti tax-xogħol. Minflok, l-eks kumpanija tterminat il-kuntratti tax-xogħol qabel l-impjegar mill-ġdid ta’ sehem mill-ħaddiema minn din tal-aħħar b’kundizzjonijiet differenti. |
(231) |
It-tieni, fir-rigward tal-ambitu tat-trasferiment, ta’ min jinnota dan li ġej: Fit-22 ta’ April 2014, meta SEAH nediet l-iskema ta’ mobilità tal-ħaddiema mogħtija s-sensja, il-forza tax-xogħol tagħha kienet tammonta għal […] (*1), ekwivalenti għal […] (*1) FTE. Id-data disponibbli turi li fil-31 ta’ Mejju 2015, wara li kienet ilha topera disa’ (9) xhur, Airport Handling kellha […] (*1) impjegati, li […] (*1) minnhom kienu eks impjegati ta’ SEAH. B’hekk, sa dak iż-żmien Airport Handling kienet ħadet taħt ir-responsabbiltà tagħha madwar […] (*1) % tal-impjegati ta’ SEAH. Għaldaqstant, it-trasferiment ma kienx komplut, u saħansitra lanqas komplut fil-prattika. Minkejja dan, għandu jiġi nnotat ukoll li l-forza tax-xogħol ta’ Airport Handling, tal-inqas fil-fażi bikrija wara l-bidu tal-operazzjonijiet, kienet tikkonsisti kważi esklussivament minn eks membri tal-persunal ta’ SEAH. |
(232) |
It-tielet, fir-rigward tal-kundizzjonijiet materjali tal-impjegar mill-ġdid, il-Kummissjoni tinnota li l-kuntratti ffirmati minn Airport Handling mal-eks impjegati ta’ SEAH varjaw kemm b’mod formali kif ukoll b’mod materjali mill-kuntratti preċedenti ma’ SEAH, b’mod partikolari għaliex kienu japplikaw kundizzjonijiet differenti rigward:
|
(233) |
Finalment, anki ċ-ċirkustanzi li fihom it-termini tal-impjieg ġew innegozjati bejn il-partijiet involuti u finalment miftiehma f’dan il-każ jindikaw li l-kundizzjonijiet tax-xogħol inbidlu b’mod materjali: SEA, SEAH u Airport Handling innegozjaw b’mod separat mat-trade unions u laħqu ftehimiet separati magħhom. Airport Handling u t-trade unions ħadu iktar minn tmien xhur biex jilħqu ftehim dwar it-termini tal-proċedura ta’ reklutaġġ, il-kontenut legali u finanzjarju tal-kuntratti ta’ impjieg, il-politika tal-benefiċċji soċjali u l-organizzazzjoni tax-xogħol. Skont it-Trust, il-ħaddiema ta’ SEAH għall-ewwel kienu kontra t-tibdiliet li t-trade unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema kienu taw il-kunsens għalihom fil-ftehim ta’ Ġunju 2014. Il-ħaddiema rrifjutaw dawn it-tibdiliet f’referendum. Skont id-dokumentazzjoni pprovduta mit-Trust, imbagħad it-Trade Unions qablu mat-termini l-ġodda tax-xogħol wara li Airport Handling aċċettat li tintroduċi ċerti kjarifiki fil-ftehim imsemmi hawn fuq. Il-Kummissjoni tinnota li Airport Handling innegozjat b’mod separat mat-trade unions u, minkejja n-nuqqas ta’ qbil inizjali, irnexxielha timplimenta t-tibdiliet deskritti hawn fuq. Kif ġie deskritt fil-premessa 38 iktar ’il fuq, il-ftehim bejn Airport Handling u t-trade unions tal-4 ta’ Ġunju 2014 ma ġiex mibdul b’mod materjali wara li t-trade unions irrifjutawh f’referendum, fejn huma talbu numru ta’ kjarifiki għal dak il-ftehim. |
(234) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, it-trasferiment attwali tal-forza tax-xogħol la kien komplut u lanqas ma kien jimplika xi replika fis-sustanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol li kienu prevalenti taħt il-kuntratti ta’ SEAH. |
(235) |
Din is-sejba mhix affettwata mill-ftehimiet bejn SEA, SEAH u Airport Handling rispettivament mal-organizzazzjonijiet tat-trade unions li jikkonċernaw il-forza tax-xogħol. Tabilħaqq, l-objettiv tal-ftehimiet la jindika li l-forza tax-xogħol se tiġi ttrasferita bis-sħiħ minn SEAH lil Airport Handling, u lanqas li l-kundizzjonijiet prevalenti taħt il-kuntratti tax-xogħol ta’ SEAH se jibqgħu. Il-Kummissjoni tinnota b’mod partikolari li skont l-abbozz inizjali tal-qbil tal-4 ta’ Novembru 2013 bejn SEA u t-trade unions, ftehim ta’ implimentazzjoni futur irid ikun ispirat mill-objettiv ta’ salvagwardja tal-impjiegi tal-persunal kollu ta’ SEAH (27). Dak il-ftehim jenumera numru ta’ miżuri biex jinkiseb dak l-objettiv, essenzjalment il-mekkaniżmi kollha mqiegħda għad-dispożizzjoni mil-leġiżlazzjoni rilevanti li tirregola l-impjiegi u n-negozjar kollettiv bħal xibka ta’ sikurezza soċjali u sensji volontarji, li għandhom jiġu implimentati wkoll fi ħdan il-Grupp SEA, u soluzzjonijiet li jinvolvu r-rilokazzjoni fi ħdan il-Grupp. B’hekk, tabilħaqq dak il-ftehim kien jimplika li l-impjiegi kellhom jiġu riattribwiti fi ħdan il-grupp SEA fis-sħuħija tagħhom (28), iżda mhux biss għal Airport Handling, u biss bħala miżura waħda fost diversi oħrajn. Barra minn hekk, dawk il-ftehimiet ma ġewx konklużi ma’ Airport Handling, li kkonkludiet ftehimiet separati mal-persunal. Għalhekk, in-numru ta’ impjiegi riallokati lil Airport Handling ma kienx ippredeterminat mill-partijiet iżda ġie stabbilit skont il-ħtiġijiet ta’ persunal tal-kumpanija wara l-konklużjoni tal-kuntratti mal-linji tal-ajru. |
(236) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li ma hemm ebda indikazzjoni li Airport Handling kienet taħt xi obbligu, impost mill-awtoritajiet pubbliċi jew mill-kumpanija prinċipali tagħha SEA, li timpjega lill-eks ħaddiema ta’ SEAH. |
(237) |
Bħala konklużjoni, fir-rigward tal-ambitu tat-trasferiment tal-forza tax-xogħol, il-Kummissjoni tqis li ċ-ċirkustanzi jindikaw element prima facie iktar b’saħħtu ta’ kontinwità ekonomika minħabba l-impjegar mill-ġdid ta’ sehem sinifikanti mill-forza tax-xogħol ta’ SEAH minn Airport Handling. Madankollu, il-fatti marbuta mal-impjegar mill-ġdid iridu jiġu kkunsidrati, b’mod partikolari t-terminazzjoni tal-kuntratti kollha u l-konklużjoni ta’ kuntratti ġodda b’kundizzjonijiet kuntrattwali ġodda. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-trasferiment tal-forza tax-xogħol ma jistax jitqies bħala indikazzjoni b’saħħitha ta’ kontinwità ekonomika bejn SEAH u Airport Handling. |
7.1.1.2.
(238) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha tal-2014, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-ishma mis-suq mistennija ta’ Airport Handling għall-ewwel sitt xhur tal-operazzjonijiet jistgħu jitqiesu realistiċi biss minħabba l-kisba minn sorsi interni tan-negozju li qabel kien jitwettaq minn SEAH. |
(239) |
Matul l-investigazzjoni, l-Italja, SEA u Airport Handling iddikjaraw li dawk l-aspettattivi kienu bbażati fuq il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Awwissu 2014 ta’ Airport Handling. Dawn kienu possibbli billi ġew stabbiliti tnaqqisiet sinifikanti fil-kostijiet operatorji, miksuba permezz tal-effiċjenza fix-xogħol u permezz tat-tnaqqis fil-persunal. |
(240) |
Barra minn hekk, il-kuntratti mal-linji tal-ajru li joperaw fl-ajruporti ta’ Milan ġew innegozjati ex novo minn Airport Handling. Skont l-Italja, it-tali kuntratti ma setgħux jiġu ttrasferiti legalment minn SEAH għal Airport Handling. Kellhom jiġu nnegozjati ex novo f’kompetizzjoni mal-fornituri l-oħra tas-servizzi li joperaw fl-ajruporti ta’ Milan. |
(241) |
Tabilħaqq, kif ġie deskritt hawn fuq fil-premessi 133 u 208, il-portafoll tal-klijenti ta’ Airport Handling ivarja minn dak ta’ SEAH. Meta SEAH ħarġet mis-suq, għadd ta’ klijenti tagħha ddeċidew li jafdaw is-servizzi fuq l-art lil operaturi oħrajn u mhux lil Airport Handling. Għall-kuntrarju, Airport Handling irnexxielha tattira klijenti li qabel ma kinux moqdija minn SEAH. |
(242) |
Bħala evidenza ulterjuri tal-fatt li l-kuntratti l-ġodda konklużi minn Airport Handling mat-trasportaturi tal-ajru ma kinux soġġetti biss għal negozjati ex novo iżda jipprovdu wkoll għal kundizzjonijiet kuntrattwali materjalment differenti, l-Italja ssottomettiet informazzjoni li turi li ċerti linji tal-ajru li qabel kienu moqdija minn SEAH (bħal […] (*1)) irnexxielhom jiksbu kundizzjonijiet ferm iktar favorevoli mingħand Airport Handling milli mingħand SEAH. B’mod partikolari, matul in-negozjati ma’ Airport Handling, […] (*1) talbet li […] (*1). B’hekk[…] (*1) kisbet […] (*1) (29). |
(243) |
Matul l-investigazzjoni, l-Italja spjegat li SEA ma kinitx ikkundizzjonat l-għoti ta’ skontijiet mit-tariffi tal-ajruport lil trasportaturi tal-ajru li joperaw fl-ajruporti ta’ Milan fuq il-konklużjoni minn dawn tal-aħħar ta’ kuntratti ta’ servizzi fuq l-art ma’ Airport Handling. Fuq il-bażi tal-kummenti riċevuti fl-investigazzjoni, ma hemm ebda evidenza dokumentarja li turi bil-provi li SEA kienet involuta b’mod effettiv f’tali mġiba li twassal biex il-linji tal-ajru li joperaw fl-ajruporti ta’ Milan jikkonkludu kuntratti ġodda ta’ servizzi fuq l-art ma’ Airport Handling. |
(244) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2014, il-Kummissjoni esprimiet dubji li l-kuntratti mal-linji tal-ajru setgħu jiġu nnegozjati mill-ġdid. F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni indikat informazzjoni li tissuġġerixxi li anki qabel l-iskadenza tat-tali kuntratti, SEA u Airport Handling kienu wettqu sforzi konġunti ta’ kummerċjalizzazzjoni bl-għan li jserrħu ras il-linji tal-ajru li joperaw fl-ajruport li SEA kienet se tkompli bin-negozju ta’ servizzi fuq l-art. Madankollu, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali ma pproduċietx evidenza fattwali li SEA u Airport Handling kienu organizzaw, permezz ta’ sforzi konġunti ta’ kummerċjalizzazzjoni, sempliċi tibdil tal-kuntrattur mingħajr ma tħalla marġni għal-linji tal-ajru, bħala prinċipali, marġni għar-rinegozjar tat-termini kuntrattwali. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma kisbet ebda evidenza li SEA jew Airport Handling kienet f’pożizzjoni li ttellef b’mod effettiv tentattivi ta’ eks klijenti ta’ SEAH biex jiksbu termini iktar favorevoli mingħand fornituri oħra tas-servizzi fuq l-art. |
(245) |
Il-Kummissjoni vvalutat jekk Airport Handling, meta ħejjiet id-dħul tagħha fis-suq, kienet de facto fil-pożizzjoni ta’ min jidħol ġdid jew minflok ibbenefikat mill-pożizzjoni fis-suq u mill-kuntratti mal-klijenti ta’ SEAH, biex tiżgura l-kontinwità tal-operazzjonijiet. Fiċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ inkwistjoni, li kieku l-ħruġ mis-suq ta’ SEAH ma rriżultax f’opportunità għall-klijenti tagħha biex jinnegozjaw kuntratti ġodda ma’ fornitur tas-servizzi fuq l-art apparti Airport Handling, dan jista’ jkun jindika ċirkomvenzjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru peress li jkun isarraf fi trasferiment ta’ klijenti minn SEAH għal Airport Handling. |
(246) |
F’dak ir-rigward, dan li ġej hu ta’ rilevanza partikolari: Il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Airport Handling ma qiesx xenarji alternattivi b’inqas ishma mis-suq. Dan jista’ jindika li Airport Handling kienet kunfidenti li takkwiżixxi l-klijentela ta’ SEAH bi grad relattivament għoli ta’ probabbiltà u b’hekk setgħet tistenna li tibbenefika mill-pożizzjoni preċedenti fis-suq u mill-kuntratti ta’ klijenti preċedenti ta’ SEAH biex tattra lill-klijenti tagħha u l-kuntratti korrispondenti mingħajr ma taffaċċja kompetizzjoni minn kumpaniji oħra tas-servizzi fuq l-art biex tirbaħ dawk il-kuntratti. |
(247) |
Madankollu, ċerti fatturi formali u materjali juru li dan ma kienx il-każ. |
(248) |
L-ewwel nett, rigward il-forma tat-trasferiment, il-kuntratti ta’ servizz ma ġewx ittrasferiti legalment minn SEAH lil Airport Handling. B’hekk, il-linji tal-ajru kienu ħielsa li jagħżlu fornitur li ma kienx Airport Handling malli ġew itterminati l-kuntratti tagħhom ma’ SEAH, kif deskritt fil-premessa 43 ta’ din id-deċiżjoni. |
(249) |
It-tieni, l-informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li l-klijenti kienu f’pożizzjoni li jidħlu f’kuntatt ma’ fornituri oħra ta’ servizzi meta SEAH informathom li kienet se twaqqaf l-attivitajiet. Tabilħaqq, il-fatt li numru ta’ klijenti telqu hu prova li kienet teżisti t-tali opportunità. Fuq kollox, SEAH ma kellha ebda bażi ġuridika biex tittrasferixxi b’mod unilaterali l-kuntratti lil xi parti terza, ħlief f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali. Madankollu, skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Taljani, il-klawżola dwar sitwazzjonijiet eċċezzjonali ma ġietx invokata. L-awtoritajiet Taljani pprovdew ħarsa ġenerali lejn il-klijentela ta’ Airport Handling, sal-14 ta’ Frar 2014, li turi li mit-68 eks klijent ta’ SEAH, […] (*1) kienu marru ma’ fornituri oħra ta’ servizzi fuq l-art, li minn […] (*1) klijent li kellha Airport Handling dak iż-żmien, wieħed kien ġie mingħand kompetitur, tlieta kienu ġodda fl-ajruport u […] (*1) kienu eks klijenti ta’ SEAH. […] (*1) minn dawk […] (*1) eks klijent ta’ SEAH innegozjaw termini kuntrattwali ġodda li kienu iktar favorevoli għall-klijenti, billi stipulaw prezzijiet orħos (13-il klijent), portafoll ta’ servizz immodifikat ([…] (*1) klijent), jew saħansitra taħlita tat-tnejn ([…] (*1) klijent). B’hekk, 20 klijent biss ikkonkludew kuntratti ta’ servizz li essenzjalment jistipulaw l-istess kundizzjonijiet bħall-kuntratti preċedenti ma’ SEAH. It-tnaqqisiet tal-prezz ivarjaw minn […] (*1) sa […] (*1) % meta mqabbla mal-prezzijiet miftiehma preċedentement ma’ SEAH. |
(250) |
Fid-dawl ta’ dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ma tara ebda indikazzjoni ta’ ċirkomvenzjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru (u b’hekk ta’ kontinwità ekonomika) fil-proċess li wassal biex Airport Handling tidħol fi ftehimiet ma’ numru ta’ eks klijenti ta’ SEAH. Tabilħaqq, Airport Handling dehret li kienet esposta għal kompetizzjoni ġenwina meta nnegozjat ma’ operaturi li joperaw fl-ajruporti ta’ Milan, u hemm indikazzjonijiet li l-kompetizzjoni bejn il-fornituri ta’ servizzi fl-ajruporti ta’ Milan infetħet b’mod effettiv meta SEAH kienet se toħroġ mis-suq. |
7.1.1.3.
(251) |
Bħala t-tielet punt fl-analiżi tal-ambitu tat-trasferiment, il-Kummissjoni vvalutat il-kamp ta’ applikazzjoni tat-trasferiment tal-assi. |
(252) |
Il-Kummissjoni tinnota li, meta Airport Handling bdiet bl-operazzjonijiet, hi kisbet 100 % tat-tagħmir kollu tagħha tas-servizzi fuq l-art mingħand SEAH permezz ta’ lokazzjoni. Ħames xhur wara, gradwalment bdiet tbiddel dak it-tagħmir ma’ assi mixtrija mis-suq u, finalment, f’Settembru 2015, hi xtrat […] (*1) minn […] (*1) lott ta’ assi mingħand SEAH. |
(253) |
Speċifikament, Airport Handling bdiet tipprovdi servizzi fuq l-art billi tuża l-assi ta’ SEAH b’kuntratt ta’ lokazzjoni. Dak il-kuntratt kellu skadenza fil-31 ta’ Awwissu 2015. Qabel ma ntemm il-kuntratt ta’ lokazzjoni, Airport Handling esprimiet l-interess tagħha fl-akkwiżizzjoni ta’ […] (*1) minn […] (*1) lott tal-proċedura tal-offerti, jiġifieri l-lottijiet nri […] (*1). Skont Airport Handling, għad li realistikament madwar terz mit-tagħmir tas-servizzi fuq l-art proprjetà ta’ SEAH u meħuda b’lokazzjoni minn Airport Handling kien qadim, Airport Handling kienet lesta li tixtri madwar […] (*1) % minn dak it-tagħmir (li jkun biżżejjed biex Airport Handling topera n-negozju tagħha) peress li sadanittant Airport Handling kienet kisbet mis-suq stokk sinifikanti ta’ parts tal-bdil li setgħu jintużaw għas-sostituzzjoni ta’ wħud mill-partijiet tal-iktar tagħmir antik ta’ SEAH. |
(254) |
Id-dokumentazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li n-negozjati tal-bejgħ bejn Airport Handling u SEAH bdew meta permezz tal-ittra datata t-3 ta’ Ġunju 2015, Airport Handling għamlet il-proposti li ġejjin:
|
(255) |
Dakinhar stess saret laqgħa bejn il-partijiet. Permezz tal-ittra tal-10 ta’ Ġunju 2015, il-likwidatur ta’ SEAH wieġeb għall-proposti ta’ Airport Handling, fis-sens spjegat fil-qosor hawn taħt:
|
(256) |
Skont l-awtoritajiet Taljani, in-negozjati baqgħu għaddejjin sa Settembru 2015, meta SEAH qablet li tħallas il-prezz tax-xiri […] (*1) għall-bejgħ ta’ […] (*1) lott, […] (*1). Il-prezz tax-xiri kien ta’ EUR […] (*1), jiġifieri l-prezz indikat inizjalment fil-proċedura tal-offerti li ma rnexxietx. Il-lokazzjoni oriġinali ġiet estiża b’mod eċċezzjonali sa […] (*1), għal […] (*1) oġġetti tal-flotta u kontra l-ħlas ta’ lokazzjoni ġenerali ta’ EUR […] (*1), liema tariffa kienet ibbażata fuq il-valur attribwit lil dawk l-oġġetti mill-istimi indipendenti msemmija iktar ’il fuq. Airport Handling irritornat dawn […] (*1) oġġetti lil SEAH fi […] (*1). |
(257) |
Skont Airport Handling, ix-xiri xorta waħda kien ekonomikament iġġustifikat, b’mod partikolari għar-raġunijiet li ġejjin:
|
(258) |
Sadanittant Airport Handling kienet nediet proċedura tal-offerti, minn Novembru 2014 sa Jannar 2015, għax-xiri ta’ tagħmir ġdid fis-suq. Skont l-awtoritajiet Taljani, il-valur tat-tagħmir mixtri permezz ta’ din l-ewwel proċedura tal-offerti hu ta’ madwar EUR […] (*1). |
(259) |
Il-Kummissjoni vvalutat jekk it-tqabbil tal-valur u tan-numru ta’ assi ta’ Airport Handling mixtrija mis-suq mal-valur u man-numru ta’ oġġetti meħuda b’lokazzjoni u mbagħad mixtrija mingħand SEAH huwiex indikatur affidabbli għal kontinwità ekonomika. Fir-rigward tal-komparabilità taż-żewġ tipi ta’ assi, il-Kummissjoni sabet li:
|
(260) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tqabbil tal-valur u tan-numru ta’ tagħmir ġdid mal-valur ta’ tagħmir meħud b’lokazzjoni u dak mixtri ma jistax jintuża bħala indikatur għall-kontinwità ekonomika f’dan il-każ. |
(261) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni vvalutat l-importanza tal-assi (għodod operazzjonali) bħala fattur tal-produzzjoni f’Airport Handling b’mod proporzjonat għax-xogħol bħala fattur tal-produzzjoni, u wkoll b’mod proporzjonat għall-fatturat kemm ta’ SEAH kif ukoll ta’ Airport Handling. |
(262) |
Fir-rigward tal-importanza tal-assi b’rabta max-xogħol, fl-aħħar karta bilanċjali ta’ SEAH qabel il-likwidazzjoni, il-valur tal-għodod operazzjonali ammonta għal madwar EUR […] (*1). Min-naħa tagħha, fl-2015 Airport Handling kienet il-proprjetarju ta’ assi kapitali li jiswew EUR […] (*1). (30) Għall-kuntarjru, il-kost lavorattiv ta’ Airport Handling ammonta għal EUR […] (*1) fis-sena Settembru 2014 – Awwissu 2015, skont id-dikjarazzjoni operazzjonali ta’ Airport Handling għal dak il-perjodu. (31) |
(263) |
Il-valur tal-assi hu ta’ importanza inferjuri meta mqabbel mal-fatturat: Id-dikjarazzjoni operatorja ta’ Airport Handling għal Settembru 2014 – Awwissu 2015 turi fatturat li jammonta għal EUR […] (*1). Għaldaqstant, l-assi inkwistjoni jidhru li huma fattur tal-produzzjoni ta’ importanza minuri meta mqabbla max-xogħol. Il-valur tagħhom hu modest ħafna wkoll meta mqabbel mal-fatturat iġġenerat kemm bix-xogħol kif ukoll bl-assi. Iżda l-informazzjoni miksuba fil-proċedura ta’ investigazzjoni formali tindika li kemm SEAH kif ukoll Airport Handling qed imexxu mudell kummerċjali ferm intensiv fuq ix-xogħol iktar milli fuq l-assi. |
(264) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li, għad li Airport Handling inizjalment kisbet l-assi kollha tagħha mingħand SEAH, dan ma jistax jinftiehem per se bħala indikatur ta’ kontinwità ekonomika għaliex l-assi huma biss fattur ta’ produzzjoni ta’ importanza minuri fin-negozju tas-servizzi fuq l-art. |
7.1.1.4.
(265) |
Il-valutazzjoni tal-kwistjoni ta’ kemm l-ambitu tat-trasferiment jista’ jindika li hemm kontinwità ekonomika bejn SEAH u Airport Handling twassal għall-indikazzjoni li ġejja: |
(266) |
L-ewwel nett, ma kien hemm ebda trasferiment tal-portafoll tal-klijenti minn SEAH għal Airport Handling. Minflok, bil-likwidazzjoni ta’ SEAH, il-kuntratti kollha ġew itterminati u Airport Handling kellha terġa’ takkwista l-kuntratti biex b’hekk hi setgħet tattira wħud mill-eks klijenti ta’ SEAH u xi klijenti ġodda, u fejn hi tilfet uħud mill-klijenti għall-kompetituri. Il-kundizzjonijiet kuntrattwali ġew innegozjati b’mod indipendenti mill-kundizzjonijiet preċedenti fil-ftehimiet ma’ SEAH. F’dan ir-rigward, Airport Handling kienet fl-istess pożizzjoni bħal kwalunkwe kompetitur ieħor jew min jidħol ġdid. Il-Kummissjoni tqis il-fatt li ma kien hemm ebda trasferiment tal-portafoll tal-klijenti bħala indikazzjoni b’saħħitha kontra kontinwità ekonomika. |
(267) |
It-tieni, Airport Handling irreklutat il-forza tax-xogħol inizjali tagħha kompletament mingħand SEAH, iżda b’kuntratti ġodda u b’kundizzjonijiet kuntrattwali ġodda. Ma kien hemm ebda trasferiment ġenerali tal-kuntratti ta’ impjieg, ebda trasferiment awtomatiku tat-tali kuntratti u ebda replika tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. |
(268) |
It-tielet, filwaqt li hu minnu li Airport Handling għall-ewwel ħadet b’lokazzjoni l-assi tas-servizzi fuq l-art kollha ta’ SEAH, finalment, wara l-iskadenza tal-lokazzjoni, hi akkwistat biss sehem mill-assi ta’ SEAH peress li sadanittant kienet bdiet tixtri t-tagħmir mingħand partijiet terzi. Barra minn hekk, l-informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li l-assi jirrappreżentaw biss sehem minuri mill-assi tal-produzzjoni fin-negozju tas-servizzi fuq l-art u mhumiex deċiżivi għall-istruttura tal-kostijiet u għall-kosteffiċjenza ta’ Airport Handling. |
(269) |
B’mod ġenerali, il-ġudizzju mill-perspettiva tal-ambitu tat-trasferiment, il-Kummissjoni tqis li ċ-ċirkustanzi kollha marbuta mal-istabbiliment ta’ Airport Handling wara l-likwidazzjoni ta’ SEAH meqjusa flimkien mhumiex b’saħħithom biżżejjed biex jindikaw li kien hemm kontinwità ekonomika bejn iż-żewġ kumpaniji bl-għan li jevitaw id-deċiżjoni ta’ rkupru. |
7.1.2. Il-pagament tal-prezz tas-suq
(270) |
Skont il-ġurisprudenza, it-trasferiment tal-assi bi prezz orħos mill-prezz tas-suq ikun ukoll indikatur tal-kontinwità ekonomika bejn il-kumpanija likwidata li għandha d-dejn tal-għajnuna mill-Istat u l-kumpanija maħluqa ġdida. |
7.1.2.1.
(271) |
Fil-kuntest tal-proċeduri ta’ falliment, iċ-ċirkomvenzjoni ta’ Deċiżjoni negattiva dwar l-għajnuna mill-Istat permezz ta’ trasferiment tal-assi tista’ sseħħ b’mod partikolari meta:
|
(272) |
Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni tqis li trasferiment – jew lokazzjoni – tal-assi minn kumpanija insolventi li rċiviet għajnuna inkompatibbli lil kumpanija ġdida mhuwiex indikatur ta’ ċirkomvenzjoni ta’ deċiżjoni ta’ rkupru jekk:
|
(273) |
F’dan il-każ:
|
7.1.2.2.
(274) |
Wara l-falliment tal-proċedura ta’ offerti, it-tagħmir tas-servizzi fuq l-art ingħata b’lokazzjoni lil Airport Handling permezz ta’ kuntratt ta’ lokazzjoni bi skadenza fil-31 ta’ Awwissu 2015. |
(275) |
Skont il-ġurisprudenza, is-sempliċi fatt li kumpanija ħadet b’lokazzjoni għal ċertu perjodu l-assi kollha jew uħud mill-assi ta’ kumpanija insolventi mhux bilfors ifisser li l-kumpanija l-ġdida gawdiet mill-vantaġġ kompetittiv marbut ma’ għajnuna li qabel ingħata lil-lokatur (33). Il-lokazzjoni tal-assi mir-riċevitur tal-għajnuna lil kumpanija li twettaq attività simili mhijiex indikazzjoni ta’ kontinwità ekonomika jekk il-prezz tal-lokazzjoni jirrifletti l-prezz tas-suq. Madankollu, jekk il-prezz tal-lokazzjoni mħallas mill-kumpanija l-ġdida lill-benefiċjarju tal-għajnuna kien inqas mill-prezz tas-suq, dan jista’ jkun indikazzjoni ta’ kontinwità ekonomika peress li l-vantaġġ mogħti lill-benefiċjarju mill-għajnuna illegali u inkompatibbli jista’ jingħad li ġie ttrasferit kompletament jew parzjalment lill-kumpanija l-ġdida permezz ta’ prezz inqas mill-valur tas-suq. |
(276) |
L-informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li SEAH u t-Trustee nnegozjaw il-kuntratt ta’ lokazzjoni f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Barra minn hekk, it-tariffa tal-lokazzjoni ġiet iddeterminata minn żewġ valwazzjonijiet esterni sussegwenti. Biex jikkonfermaw is-solidità tal-ewwel valwazzjoni, li kienet stabbilixxiet it-tariffa tal-lokazzjoni annwali għal EUR […] (*1), SEAH u Airport Handling flimkien inkarigaw lil E&Y bil-kompitu ta’ rivalutazzjoni tat-tariffa ta’ lokazzjoni. Dik it-tieni valwazzjoni għall-ewwel irrakkomandat tariffa ta’ lokazzjoni ta’ […] (*1), jiġifieri ta’ EUR […] (*1). Imbagħad, wara li SEAH u Airport Handling kienu qablu li jwessgħu t-tieni valwazzjoni biex din tinkludi informazzjoni ġdida miġbura fir-rapporti tal-konsenja tat-tagħmir, l-esperti sabu li numru ta’ makkinarju u ta’ oġġetti tat-tagħmir ma kienx xieraq għall-użu u rrevedew l-istima inizjali tagħhom […] (*1), għal EUR […] (*1). Fuq il-bażi ta’ dak it-tieni rapport ta’ evalwazzjoni, SEAH u Airport Handling qablu li jnaqqsu l-ammont tal-lokazzjoni għal EUR […] (*1) fis-sena. |
(277) |
Bħala konklużjoni, l-informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li SEAH u Airport Handling innegozjaw f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta, u bbażaw fuq perizji dwar il-valur tal-assi inkwistjoni. Il-fatt li t-tieni valwazzjoni ġiet riveduta ’l fuq permezz ta’ talba reċiproka taż-żewġ partijiet jindika li t-tnejn kien biħsiebhom iżommu l-prezz tal-lokazzjoni l-iktar qrib possibbli b’rispett tal-kundizzjonijiet tas-suq u jevitaw minn qabel kwalunkwe dubju ta’ kollużjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li t-tariffa tal-lokazzjoni miftiehma tal-inqas hi l-prezz tas-suq. |
7.1.2.3.
(278) |
Airport Handling xtrat l-assi wara l-falliment tal-proċess ta’ offerti u wara l-iskadenza tal-ftehim ta’ lokazzjoni. Il-Kummissjoni vvalutat jekk permezz tat-tranżazzjoni Airport Handling irċivietx xi vantaġġ li joriġina minn għajnuna illegali preċedenti mogħtija lil SEAH. Dik il-valutazzjoni tibda fuq il-bażi tal-fatt li vantaġġ jiġi eskluż jekk il-prezz tax-xiri ta’ EUR […] (*1) jikkorrispondi għal tal-inqas il-prezz tas-suq. |
(279) |
Is-sejħa għall-espressjoni ta’ interess għall-assi ta’ SEAH ġiet ippubblikata fit-12 ta’ Novembru 2014 fis-Suppliment għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fid-dawl tan-numri kbar ta’ oġġetti, il-likwidatur, bl-assistenza ta’ kumpanija ta’ konsulenza indipendenti IMQ, iddeċieda li jaqsam l-oġġetti f’disa’ lottijiet. Skont SEAH, ir-raġuni kienet biex tiġi evitata ineffiċjenza minħabba frammentazzjoni eċċessiva. Bl-għan li jiġi attirat l-ikbar numru possibbli ta’ offerenti, kull lott ġie ddefinit bħala taħlita awtonoma ta’ assi, inklużi oġġetti li huma komplimentari u għandhom valuri differenti. Espert estern stabbilixxa prezz minimu għal kull wieħed mil-lottijiet. |
(280) |
Il-proċedura tal-bejgħ kienet ristretta għall-fornituri ta’ servizzi fuq l-art, għall-operaturi ta’ ajruporti, għat-trasportaturi tal-ajru, għall-manifatturi tat-tipi ta’ tagħmir mibjugħ, għar-rivendituri u għall-kumpaniji ta’ lokazzjoni li jissodisfaw ċerti kriterji ta’ solvenza minima. |
(281) |
Skont l-Italja, ma ġiet riċevuta ebda espressjoni formali ta’ interess fil-proċedura tal-offerti. SEAH irċiviet biss komunikazzjonijiet informali mingħand partijiet terzi bl-għan li tiġi esplorata l-possibbiltà li jinxtraw ċerti assi biss, iżda bi prezzijiet orħos minn dawk indikati fil-proċedura tal-offerti. Dawk il-komunikazzjonijiet ġew ipprovduti lill-Kummissjoni fl-investigazzjoni. |
(282) |
L-Italja ssottomettiet l-eżitu negattiv li ġej tal-offerta, il-likwidatur ta’ SEAH ipprovat iżżid l-interess tax-xerrejja potenzjali tal-assi ta’ SEAH, billi tikkuntattja lil ċerti operaturi attivi fis-settur tas-servizzi fuq l-art, kif ukoll lil dawk l-operaturi li kienu esprimew l-interess tagħhom b’mod informali matul il-proċedura tal-offerti, u billi tat aċċess għall-kamra tad-data kif ukoll għal-assi, biex kwalunkwe operatur interessat ikun jista’ jispezzjona l-assi fuq il-post. |
(283) |
B’riżultat ta’ dan ġew riċevuti ċerti avviżi ta’ interess fix-xiri tat-tagħmir ta’ SEAH, iżda xorta bi prezzijiet orħos minn dawk indikati fil-proċedura tal-offerti. Finalment, l-uniku xerrej kredibbli interessat fix-xiri tat-tagħmir ta’ SEAH kien Airport Handling. |
(284) |
Il-Kummissjoni vvalutat jekk il-proċedura tal-offerti inkwistjoni indirizzatx is-suq b’mod effettiv, b’tali mod li l-falliment tagħha jkun jista’ jitqies bħala indikazzjoni li s-suq ma kienx interessat li jixtri l-assi ta’ SEAH. Il-Kummissjoni tassumi li proċedura tal-offerti tkun miftuħa b’mod effettiv għas-suq u mmirata lejn il-massimizzazzjoni tad-dħul jekk il-proċedura tkun miftuħa, trasparenti, nondiskriminatorja u inkundizzjonali. |
(285) |
Rigward il-kwistjoni ta’ kemm kienet miftuħa l-proċedura, il-Kummissjoni tinnota li l-bejgħ ġie ppubblikat fis-Suppliment għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE u b’hekk ingħata pubbliċità mifruxa biżżejjed. |
(286) |
Madankollu, il-proċedura kienet ristretta għal ċerti tipi ta’ xerrejja, jiġifieri fornituri tas-servizzi fuq l-art, operaturi ta’ ajruporti, trasportaturi tal-ajru, produtturi, rivendituri u kumpaniji tal-lokazzjoni li jissodisfaw ċerti kriterji ta’ solvenza minima (il-premessa 193 iktar ’il fuq). |
(287) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Taljani ma pprovdew ebda raġuni valida għal restrizzjoni a priori tal-medda ta’ xerrejja potenzjali. Għaldaqstant, il-proċedura ta’ offerti ma kinitx miftuħa għalkollox, peress li l-kriterji ta’ eliġibbiltà setgħu llimitaw il-proċedura ta’ offerti b’tali mod li s-sid pubbliku ma setax ikun ċert li se jirċievi l-iktar offerta ekonomikament favorevoli. |
(288) |
Madankollu, fil-prattika l-Kummissjoni hi tal-fehma li ma hemm ebda indikazzjoni li tissuġġerixxi li, li kieku l-proċedura tal-offerti ma kinitx limitata għall-operaturi tas-servizzi fuq l-art jew għal negozji relatati, il-proċedura tal-offerti kienet tirnexxi. Dan hu korroborat mill-fatt li t-tentattivi biex jiġu attirati offerenti b’mod informali minn barra l-ambitu tal-proċedura tal-offerti fallew ukoll milli jipproduċu offerti li jilħqu l-prezzijiet mitluba. |
(289) |
Il-likwidatur ta’ SEAH irċieva numru ta’ espressjonijiet ta’ interess għax-xiri tat-tagħmir ta’ SEAH bi prezzijiet orħos minn dawk indikati fil-proċedura tal-offerti. Din hi indikazzjoni biżżejjed li l-operaturi tas-suq barra l-qasam ristrett ta’ offerenti inizjalment eliġibbli ma kinux lesti li jħallsu l-prezz mitlub minn SEAH. |
(290) |
L-eżitu deskritt hawn fuq tal-proċedura tal-bejgħ kif ukoll tan-negozjati bejn SEAH bħala l-bejjiegħ u Airport Handling bħala x-xerrej jindika li l-prezz mitlub inizjali kien ogħla mill-prezz li l-operaturi tas-suq kienu lesti li jħallsu. B’mod partikolari, il-likwidatur ta’ SEAH bħala bejjiegħ innegozja f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta biex jikseb il-benefiċċju ekonomiku massimu mill-bejgħ tal-assi kkonċernati. Id-dokumentazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Taljani turi li l-offerta li saret minn Airport Handling tabilħaqq kienet l-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża li kienet irċiviet SEAH. Min-naħa tagħha, Airport Handling kellha raġunijiet ekonomiċi biex takkwiżixxi l-assi minkejja r-rifjut ta’ SEAH milli tagħti skont jew termini ta’ pagament iktar favorevoli. Il-prezz tax-xiri jista’ jitqies li tal-inqas hu l-prezz tas-suq. B’hekk, m’hemmx indikazzjoni li permezz tax-xiri ta’ parti mill-assi ta’ SEAH Airport Handling irċiviet xi vantaġġ li jirriżulta mill-għajnuna illegali preċedenti lil SEAH. |
7.1.2.4.
(291) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li ċ-ċirkustanzi tal-lokazzjoni u l-bejgħ sussegwenti jeskludu b’mod effettiv kwalunkwe trasferiment ta’ vantaġġ ekonomiku minn SEAH lil Airport Handling. B’hekk, il-prezz tal-lokazzjoni u l-prezz tax-xiri ma jistgħux jitqiesu bħala indikatur ta’ kontinwità ekonomika f’dan il-każ. |
7.1.3. L-identità tal-azzjonisti
(292) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2014, il-Kummissjoni nnotat li l-Italja ħadet impenn li tafda l-immaniġġjar ta’ Airport Handling lil trustee indipendenti għal perjodu ta’ tliet snin (34). Barra minn hekk, l-Italja pproponiet li tiftaħ 20 % mill-kapital azzjonarju ta’ Airport Handling lill-investituri. Imbagħad, il-Kummissjoni sabet li, l-ewwel nett, in-negozju tas-servizzi fuq l-art kien ikollu l-istess sid, SEA, u, it-tieni, li l-proposta tal-Italja li toffri permezz ta’ proċedura tal-offerti 20 % tal-kapital tal-fornitur il-ġdid tas-servizzi fuq l-art ma kinitx biżżejjed biex tiggarantixxi diskontinwità minn SEAH peress li, l-ewwel nett, il-propsota hi limitata għal parteċipazzjoni azzjonarja ta’ minoranza biss u, it-tieni, ma ġiet ipprovduta ebda garanzija f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, dan il-ftuħ tal-kapital iseħħ biss wara d-dħul ta’ Airport Handling fis-suq. |
(293) |
Matul l-investigazzjoni, l-Italja allegat li l-istabbiliment tat-Trust ikun jiggarantixxi n-nuqqas ta’ kontinwità bejn SEAH u Airport Handling. It-Trustee tkun tiżgura l-ġestjoni indipendenti tal-parteċipazzjoni ta’ SEA f’Airport Handling, billi tassumi kontroll esklussiv fuq il-kumpanija u b’hekk tiggarantixxi n-nuqqas ta’ kwalunkwe interess u/jew fluss ta’ informazzjoni bejn Airport Handling u l-grupp SEA. |
(294) |
Il-Kummissjoni vvalutat il-karatteristiċi kronoloġiċi u materjali tal-identità tas-sjieda fil-każ inkwistjoni. |
(295) |
L-ewwel nett, rigward il-kronoloġija, il-Kummissjoni tinnota li SEA stabbilixxiet lil Airport Handling fid-9 ta’ Settembru 2013. It-Trust ġiet inkorporata fit-30 ta’ Ġunju 2014; l-Att tat-Trust ġie ffirmat dakinhar stess. Il-Kummissjoni tinnota li t-Trust ħadet taħt ir-responsabbiltà tagħha l-ġestjoni proprja ta’ Airport Handling iktar tard, fis-27 ta’ Awwissu 2014, meta SEA ttrasferixxiet il-parteċipazzjoni sħiħa ta’ Airport Handling lit-Trust u ħatret trustee. Imbagħad, din tal-aħħar ħatret Bord tad-Diretturi ġdid ta’ Airport Handling. Airport Handling bdiet bl-operazzjonijiet ftit jiem wara, fl-1 ta’ Settembru 2014. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li skont l-informazzjoni disponibbli, il-kumpanija diġà kienet wettqet attivitajiet ekonomiċi billi offriet is-servizzi tagħha fis-suq qabel dik id-data, u milli jidher sa minn April 2014, peress li numru ta’ kuntratti ta’ servizzi kienu […] (*1) ġew konklużi. (35) Madankollu, imbagħad Airport Handling saret proprjetà u taħt kontroll totali minn SEA. |
(296) |
It-tieni, fir-rigward tal-karatteristiċi materjali tat-tranżizzjoni tas-sjieda u tal-kontroll lit-Trust, il-Kummissjoni vvalutat jekk il-fatt li Airport Handling ftit qabel ma bdiet bl-operazzjonijiet kienet immaniġġjata b’mod temporanju minn Trustee kienx biżżejjed biex jiġi eskluż li SEA setgħet teżerċita d-drittijiet fir-rigward tal-ġestjoni ta’ Airport Handling b’tali mod li tkun tista’ tieħu deċiżjonijiet kummerċjali b’mod unilaterali. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota dan li ġej: |
(297) |
Skont l-Att tat-Trust, l-attività tat-Trustee hi soġġetta għal ċerti restrizzjonijiet materjali, b’mod partikolari t-Trustee mhuwiex meħtieġ jinvestiga:
|
(298) |
Barra minn hekk, għad li fuq il-bażi tal-Att tat-Trust il-maniġment ta’ Airport Handling suppost li hu separat minn dak ta’ SEAH, Airport Handling qed tiġi ġestita mill-eks kap tal-Iżvilupp tan-Negozju tal-Avjazzjoni ta’ SEA. |
(299) |
Tabilħaqq, il-Kummissjoni tinnota li SEA ssekondat żewġ maniġers superjuri lil AH. It-tnejn li huma bħalissa għandhom karigi fil-maniġment superjuri f’Airport Handling. Skont l-Italja ma jkun hemm ebda relazzjoni ġerarkika bejn SEA u dawk il-maniġers u dawn tal-aħħar ma jwettqu ebda attività favur SEA. Ir-remunerazzjoni tagħhom tkun iddeterminata wkoll b’mod indipendenti minn Airport Handling. |
(300) |
Skont l-Italja, id-deċiżjoni ta’ SEA ta’ ssekondar ta’ dawk il-maniġers lil Airport Handling kienet ittieħdet fid-dawl tal-proposti tal-Italja rigward il-ftuħ tal-kapital ta’ Airport Handling għal partijiet terzi. Għal dak l-għan, kien ikun neċessarju li jiġi żgurat li, minn naħa, il-maniġment ta’ Airport Handling kien ikkwalifikat bis-sħiħ u li, min-naħa l-oħra, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-maniġers kienu flessibbli. Fil-fatt, l-Italja ċċarat li Airport Handling iffirmat kuntratti ta’ ssekondar ma’ SEA għal […] (*1) impjegat. |
(301) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni ssib li kemm il-kronoloġija kif ukoll id-dispożizzjonijiet materjali tal-inkarigu jikkonfermaw li SEA matul il-fażi tal-bidu ta’ Airport Handling u d-dħul f’attivitajiet ekonomiċi gawdiet minn kontroll fuq dik il-kumpanija sa punt li, għad li varja, kontinwament żgura influwenza sinifikanti fuq il-maniġment ta’ kuljum tagħha. |
(302) |
Il-Kummissjoni ħadet nota ta’ dan ta’ hawn fuq deskritt fil-Ftehim Qafas ta’ Investiment tal-21 ta’ Settembru 2015, bejn it-Trustee u l-operatur tas-suq privat D’Nata, rigward il-bejgħ ta’ sehem ta’ […] (*1) % f’Airport Handling, flimkien mad-dritt ta’ ħatra tal-maġġoranza tal-bord tad-diretturi u anki s-CEO ta’ Airport Handling, u rigward ukoll għażla ta’ akkwiżizzjoni ta’ sehem ulterjuri ta’ […] (*1) % f’Airport Handling. |
(303) |
D’Nata ser ikollha kontroll effettiv fuq Airport Handling meta tkun ħatret il-maġġoranza tal-bord tad-diretturi u anki s-CEO ta’ Airport Handling. Barra minn hekk, l-informazzjoni disponibbli dwar il-proċess ta’ offerti, li ġie organizzat minn bank privat b’mod indipendenti kemm minn SEA kif ukoll mit-Trustee, tikkonferma li D’Nata akkwistat sehem f’Airport Handling bil-prezz tas-suq. Finalment, l-informazzjoni disponibbli tikkonferma li D’Nata mhix identika għal SEA u lanqas ma hi assoċjata b’xi mod ieħor magħha. |
(304) |
Minkejja dan, it-trasferiment tal-kontroll fuq Airport Handling minn SEA u mit-Trustee lil D’Nata seħħ iktar minn sentejn wara li SEA stabbilixxiet lil Airport Handling, u iktar minn sena wara l-kumpanija kienet bdiet bl-operazzjonijiet. |
(305) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi unikament fuqi l-bażi tal-kriterju rigward l-identità tal-azzjonisti li ma hemm ebda kontinwità ekonomika. Minkejja dan, il-Kummissjoni vvalutat dan il-kriterju flimkien mal-kriterji rilevanti l-oħrajn, biex tikkonkludi jekk jistax jiġi stabbilit in-nuqqas ta’ kontinwità ekonomika. |
7.1.4. It-twaqqit tat-tranżazzjoni
(306) |
Il-likwidazzjoni ta’ SEAH fl-1 ta’ Lulju 2014 u l-istabbiliment ta’ Airport Handling fid-9 ta’ Settembru 2013 seħħew wara li l-Kummissjoni kienet adottat id-deċiżjoni ta’ rkupru fit-12 ta’ Diċembru 2012. Il-kumpanija f’likwidazzjoni żgurat operazzjonijiet ta’ servizzi fuq l-art sakemm Airport Handling bdiet bl-operazzjonijiet fl-1 ta’ Settembru 2014. |
(307) |
B’hekk, it-twaqqit tal-avvenimenti jista’ jkun prima facie indikazzjoni li l-proċess li wassal għall-ħolqien ta’ Airport Handling kellu l-effett ta’ ċirkomvenzjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru, li kienet ġiet adottata qabel ma twettaq dak il-proċess. Madankollu, il-Kummissjoni tfakkar li l-ġurisprudenza ma teħtieġx li l-Kummissjoni teżamina, b’mod partikolari b’mod prevalenti fuq il-kriterji l-oħra, iż-żmien li fih seħħ it-trasferiment tal-assi, li hu wieħed mill-fatturi li “jista’” jiġi kkunsidrat biex tiġi eliminata l-kontinwità ekonomika bejn dawk iż-żewġ entitajiet (36). |
7.1.5. Loġika ekonomika tat-tranżazzjoni
(308) |
L-informazzjoni disponibbli tikkonferma li, essenzjalment, Airport Handling tkompli l-istess tip ta’ attivitajiet kummerċjali ta’ SEAH, jiġifieri toffri servizzi fuq l-art fl-ajruporti ta’ Linate u ta’ Malpensa. |
(309) |
F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tirreferi għall-ġurisprudenza li skontha, din is-sempliċi ċirkostanza li l-akkwirent fil-fatt qed ikompli bin-negozju ta’ intrapriża li hi obbligata trodd lura l-għajnuna mhux bilfors ifisser li l-eks intrapriża gawdiet il-vantaġġ kompetittiv marbut mal-għajnuna mogħtija lil din tal-aħħar. Fil-każ speċifiku msemmi, l-eks intrapriża ħadet b’lokazzjoni impjant bi prezz tas-suq mill-intrapriża li kienet irċiviet għajnuna kważi tliet snin qabel il-ħolqien tal-eks intrapriża (37). Il-Kummissjoni tfakker li fil-każ inkwistjoni, Airport Handling ħadet b’lokazzjoni, imbagħad xtrat, l-assi ta’ SEAH bi prezz li jista’ jitqies tal-inqas bħala l-prezz tas-suq, u li l-għajnuna illegali li għandha tiġi rkuprata mingħand SEAH ingħatat matul is-snin 2002 – 2010, jiġifieri tliet snin qabel ma Airport Handling ġiet inkorporata u erba’ snin qabel ma Airport Handling bdiet bl-attività ekonomika tagħha. |
(310) |
B’mod iktar partikolari, fir-rigward tal-loġika ekonomika tat-tranżazzjoni, il-Kummissjoni tinnota dan li ġej: |
(311) |
Kif ġie deskritt hawn fuq fil-punti 2.6.1 u 2.6.2, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Airport Handling ivarja minn dak ta’ SEAH f’numru ta’ punti, b’mod partikolari:
|
(312) |
B’hekk, Airport Handling immaniġġjat l-attivitajiet tagħha taħt kundizzjonijiet operazzjonali differenti minn dawk ta’ SEAH, permezz tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tagħha stess. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Taljani ma kinux jesiġu li Airport Handling issegwi mudell kummerċjali speċifiku u lanqas li żżomm ċertu ambitu tal-attivitajiet, u lanqas li takkwista assi jew impjegati speċifiċi. |
7.1.6. Konklużjoni ġenerali dwar il-kontinwità ekonomika minn SEAH għal Airport Handling
(313) |
Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-każ inkwistjoni fih kemm elementi li jkunu argumenti favur il-kontinwità ekonomika kif ukoll elementi li jsostnu s-sejba kuntrarja. |
(314) |
Mil-lat tal-elementi li jsostnu sejba ta’ kontinwità ekonomika, il-Kummissjoni identifikat il-fatt li kien l-eks sid ta’ SEAH li ħoloq lil Airport Handling, kumpanija attiva fl-istess negozju bħal SEAH, li rreklutat il-forza tax-xogħol inizjali ta’ Airport Handling kważi b’mod esklussiv mill-eks impjegati ta’ SEAH u akkwiżixxiet sehem kbir mill-assi, u dan kollu wara d-deċiżjoni ta’ rkupru tal-Kummissjoni. |
(315) |
Madankollu, numru ta’ fatturi oħra jindikaw minflok li Airport Handling ma twaqqfitx bħala kumpanija għaċ-ċirkomvenzjoni iżda bħala kumpanija ġenwinament ġdida. L-iktar element b’saħħtu f’dan ir-rigward hu li l-portafoll tal-klijenti kellu jinħoloq mill-ġdid billi jiġu kkuntattjati l-linji tal-ajru b’offerti indipendenti mill-eks kuntratti ta’ SEAH u bil-konklużjoni ta’ ftehimiet ġodda b’kundizzjonijiet ġodda magħhom. Għaldaqstant, Airport Handling kellha takkwiżixxi l-klijenti ġodda tagħha u tiggwadanja l-ishma mis-suq bħalma jkollu jagħmel kwalunkwe kompetitur jew min jidħol ġdid. Peress li l-portafoll tal-klijenti hu l-bażi għan-negozju ta’ servizzi fuq l-art, il-Kummissjoni tagħti piż kbir lil dan l-elementi. |
(316) |
Rigward l-assi akkwiżiti mingħand SEAH, Airport Handling ħallset tal-inqas prezz tas-suq għal-lokazzjoni tal-assi u, iktar tard, meta hi xtrat parti mill-assi, hi ħallset prezz li tal-inqas kien il-prezz tas-suq li l-operaturi kienu lesti li jħallsu. |
(317) |
Barra minn dan, il-forza tax-xogħol ma ġietx ittrasferita bħala blokka. Airport Handling ikkonkludiet kuntratti ġodda b’kundizzjonijiet ġodda. Kwalunkwe kompetitur jew min jidħol ġdid kien ikollu l-istess possibbiltà li jaħtar eks impjegati ta’ SEAH, u l-eks ħaddiema ta’ SEAH sempliċiment dehru li kienu l-iktar mira xierqa għar-reklutaġġi l-ġodda. Parti biss mill-assi ġiet ittrasferita; u barra minn hekk din tirrappreżenta biss parti minuri mill-fattur ta’ produzzjoni kumplessiva fin-negozju tas-servizzi fuq l-art. |
(318) |
Fir-rigward tal-loġika ekonomika tal-operazzjoni, Airport Handling timmaniġġja l-attivitajiet tagħha b’kundizzjonijiet operazzjonali differenti minn SEAH u bil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tagħha stess. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Taljani ma kinux jesiġu li Airport Handling issegwi mudell kummerċjali speċifiku u lanqas li żżomm ċertu ambitu tal-attivitajiet, u lanqas li takkwista assi jew impjegati speċifiċi. |
(319) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tqis li, bħala bilanċ, ma hemm ebda kontinwità ekonomika bejn SEAH u Airport Handling u l-ħolqien ta’ din tal-aħħar ma jistax jitqies bħala ċirkomvenzjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru. Konsegwentement, Airport Handling ma tistax tinżamm responsabbli biex tħallas lura l-għajnuna misjuba inkompatibbli fid-deċiżjoni ta’ rkupru. |
7.2. L-investiment ta’ SEA f’Airport Handling – l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat
(320) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, “kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”. |
(321) |
Il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat huma kumulattivi. Għalhekk, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-miżuri jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha msemmija hawn fuq. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju:
|
7.2.1. Vantaġġ ekonomiku selettiv – il-prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq
(322) |
L-Italja hi tal-fehma li l-injezzjoni ta’ SEA fil-kapital ta’ Airport Handling ikkonformat mal-prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq u b’hekk ma ngħata ebda vantaġġ lil Airport Handling, u għalhekk il-miżura ma kkostitwixxietx għajnuna mill-Istat. Għad li SEAH irreġistrat telf b’mod konsistenti mill-2000, ikun leġittimu li jiġi ssoponut li l-attività ta’ Airport Handling min-naħa tagħha tibda trendi biżżejjed redditu biex l-injezzjoni ta’ ekwità ssir profittabbli, b’mod partikolari fid-dawl tal-azzjonijiet stipulati fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għal Airport Handling għall-2014 – 2017. Għalhekk, meta tiddeċiedi li tinvesti fil-kapital ta’ Airport Handling, SEA tkun aġixxiet bħala investitur prudenti fis-suq. |
(323) |
Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq, hemm bżonn li jiġi ddeterminat jekk, f’ċirkustanzi simili bħal dawk li fil-kuntest tagħhom ġiet adottata l-miżura vvalutata, investitur ipotetiku li jopera f’ekonomija tas-suq, iggwidat minn prospetti ta’ profittabilità, u mhux minn objettivi tal-ordni pubbliku, kien iġib ruħu b’mod simili. Sabiex jiġi eżaminat jekk l-Istat adottax jew le l-imġiba ta’ investitur prudenti f’ekonomija tas-suq, wieħed għandu jerġa’ jpoġġi ruħu fil-kuntest taż-żmien meta kienu ttieħdu l-miżuri ta’ appoġġ finanzjarju sabiex tiġi vvalutata r-razzjonalità ekonomika tal-imġiba tal-Istat, u b’hekk tiġi evitata kwalunkwe valutazzjoni bbażata fuq sitwazzjoni posterjuri (38). |
(324) |
Konsegwentement, il-ħsieb wara l-ekonomija tas-suq ta’ investiment pubbliku jrid jiġi vvalutat b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni disponibbli u tal-iżviluppi prevedibbli fiż-żmien li fih sar l-investiment (39). |
(325) |
Matul l-investigazzjoni, l-Italja spjegat li d-deċiżjoni ta’ investiment f’Airport Handling kienet ibbażata fuq il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tas-6 ta’ Awwissu 2014. Madankollu, il-Kummissjoni tosserva li dan il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju hu datat biss wara li kienet ittieħdet id-deċiżjoni finali li jiżdied il-kapital tal-kumpanija sa EUR 25 miljun fit-30 ta’ Ġunju 2014. Il-Kummissjoni tqis li d-deċiżjoni inizjali li tiġi stabbilita Airport Handling u li jiġu investiti EUR 25 miljun bilfors li ttieħdet mhux wara l-istabbiliment tal-kumpanija fid-9 ta’ Settembru 2013. Il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju disponibbli għall-Kummissjoni li hu l-eqreb għal dik id-data hu l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tal-14 ta’ Novembru 2013. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li dan il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju diġà jassumi l-investiment ta’ EUR 25 miljun. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Novembru 2013 hu dak rilevanti għall-ittestjar tal-prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq. |
(326) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2014, il-Kummissjoni esprimiet dubji li SEA aġixxiet bħala investitur li jopera f’ekonomija tas-suq. L-ewwel nett, għaliex SEA ma qisitx ir-riskju li Airport Handling tkun responsabbli li tħallas lura l-għajnuna inkompatibbli mogħtija qabel lil SEAH wara sejba ta’ kontinwità ekonomika mill-Kummissjoni. It-tieni, il-Kummissjoni ddubitat jekk il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, li kien il-bażi li fuqha SEA ħadet id-deċiżjoni li tinvesti f’Airport Handling, kienx imsejjes fuq suppożizzjonijiet plawżibbli biżżejjed. Finalment, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk id-deċiżjoni ta’ investiment f’Airport Handling ittiħdix bit-termini tas-suq. Fi kliem ieħor, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk l-investitur setax jistenna redditu raġjonvoli b’kunsiderazzjoni tar-riskji prevedibbli relatati mal-investiment. |
7.2.2. Il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji meħuda minn SEA
(327) |
Fir-rigward tal-ewwel dubju, il-Kummissjoni tosserva li SEA kienet taf bir-riskju ta’ sejba ta’ kontinwità ekonomika u ħadet miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju: |
(328) |
SEA kienet taf bit-tali riskju, kif muri mid-dokumenti sottomessi lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-pre-notifika ta’ Novembru 2013. Ir-riskju li l-obbligazzjoni setgħet tiġi ttrasferita lil Airport Handling permezz ta’ kontinwità ekonomika minn SEAH kien riskju legali: Il-perċezzjoni u l-ponderazzjoni tar-riskju u l-miżuri adegwati ta’ mitigazzjoni tar-riskju jiddependu minn suppożizzjonijiet legali li saru fi żmien l-investiment. |
(329) |
L-informazzjoni disponibbli turi li SEA kienet ikkunsidrat il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju li ġejjin b’rabta mal-forza tax-xogħol: Fil-ftehim bejn SEA u t-Trade Unions, tal-4 ta’ Novembru 2013, SEA ddikjarat li “ġiet attribwita importanza fundamentali lir-rekwiżit ta’ ‘diskontinwità’, li jrid jifforma parti minn kwalunkwe soluzzjoni alternattiva għall-pagament fi flus, bħala garanzija li ma kienx possibbli li l-obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna jiġi estiż għal xi parti terza.” Matul in-negozajti dwar it-trasferiment parzjali tal-forza tax-xogħol minn SEAH għal Airport Handling, l-istruttura tax-xogħol u ċerti kundizzjonijiet tal-impjiegi ġew mibdula b’mod materjali kif spjegat f’dettall fil-premessi 232-234 iktar ’il fuq. Il-prinċipji applikabbli ġew stabbiliti fil-Ftehimiet ta’ Implimentazzjoni deskritti hawn fuq mat-Trade Unions, tal-4 ta’ Ġunju 2014 u diġà kienu tħabbru fil-ftehim mat-Trade Unions tat-13 ta’ Novembru 2013, u b’hekk qabel l-implimentazzjoni taż-żewġ injezzjonijiet ta’ kapital il-kbar tal-10 ta’ Marzu u tat-30 ta’ Ġunju 2014 (il-premessi 45 u 46 iktar ’il fuq). |
(330) |
SEA implimentat il-miżuri li ġejjin ta’ mitigazzjoni tar-riskju biex tiżgura diskontinwità mit-trasferiment tal-assi ta’ SEAH: L-ewwel, it-Trustee eskludiet lil Airport Handling mill-proċedura pubblika ta’ offerti għall-bejgħ tal-assi. It-tieni, Airport Handling ħadet b’lokazzjoni assi mingħand SEAH billi ħallset tariffa tal-lokazzjoni tas-suq li ġiet iddeterminata minn żewġ rapporti ta’ esperti indipendenti. |
(331) |
SEA ħadet miżuri biex tiżgura d-diskontinwità ta’ Airport Handling minn SEAH anki fid-dawl tal-klijentela. Il-klijenti ta’ SEAH ġew informati minn qabel dwar il-likwidazzjoni tal-kumpanija. Ġew iffirmati kuntratti ta’ servizzi ġodda b’kundizzjonijiet finanzjarji ġodda mal-linji tal-ajru li għażlu lil Airport Handling bħala l-fornitur ta’ servizzi tagħhom. |
(332) |
Bħala miżura ta’ mitigazzjoni tar-riskju ulterjuri, SEA waqqfet Trust. Kif ġie spjegat fit-Taqsima 2.3 iktar ’il fuq, l-iskop ewlieni tat-Trust kien li taġixxi bħala azzjonist esklussiv ta’ Airport Handling u tiżgura li Airport Handling topera f’diskontinwità ekonomika minn SEAH. |
(333) |
Il-Kummissjoni tinnota li r-riskju li jirriżulta minn obbligazzjoni futura possibbli li tħallas lura l-għajnuna mhuwiex imsemmi fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Airport Handling ta’ Novembru 2013. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li SEA għamlet dak il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-finijiet tagħha stess. Peress li hi l-kumpanija prinċipali ta’ attur stabbilit fis-suq fis-servizzi fuq l-art u peress li uriet bil-provi li kienet taf bir-riskji li jirriżultaw minn diversi fatturi tal-kontinwità, SEA kienet f’pożizzjoni li tieħu deċiżjonijiet informati ta’ investiment mingħajr ma ssemmi b’mod espliċitu dak ir-riskju f’dak il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju. Barra minn hekk, id-deċiżjoni finali li tiġġenera kapital sa EUR 25 miljun ittieħdet biss wara li ġew żgurati l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju. Barra minn dan, l-evalwazzjoni esterna deskritta hawn fuq tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Novembru 2013 (premessa 114 iktar ’il fuq) tikkonferma li investitur razzjonali kien jiġġudika l-probabbiltà ta’ kontinwità ekonomika, u b’hekk l-obbligazzjoni ta’ ħlas lura tal-għajnuna, bħala inqas minn […] (*1) % u, għalhekk, kien isib li investiment f’AH kien ekonomikament razzjonali. |
7.2.3. Il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Airport Handling
(334) |
Fir-rigward tat-tieni dubju, jiġifieri jekk il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li hu l-bażi tad-deċiżjoni ta’ SEA li tinvesti f’Airport Handling huwiex ibbażat fuq suppożizzjonijiet plawżibbli biżżejjed, il-Kummissjoni tagħmel l-osservazzjonijiet li ġejjin: |
7.2.3.1.
(335) |
Il-previżjonijiet tat-traffiku tal-ajru fl-ajruporti ta’ Milan, flimkien mal-ishma mis-suq ta’ Airport Handling, huma fattur determinanti fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ dik il-kumpanija. Kif ikkonfermat minn esperti esterni (BCG) li evalwaw il-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Airport Handling, il-previżjonijiet tat-traffiku tal-kumpanija huma koerenti mal-previżjonijiet maħruġa minn IATA u minn Eurocontrol. Il-Kummissjoni tqis li daw il-korpi huma sorsi tad-data affidabbli biex jagħmlu previżjonijiet tat-traffiku fis-settur tal-avjazzjoni. Fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dawn il-previżjonijiet għall-ajruport ta’ Malpensa, il-Kummissjoni tinnota li skont ir-rapport ta’ BCG, l-intenzjoni ta’ Airport Handling li żżomm taħlita kostanti ta’ trasportaturi f’dak l-ajruport ma tkunx konformi mal-iżviluppi storiċi u li regolament ġdid jista’ jwassal għar-rilokazzjoni ta’ wħud mit-trasportaturi f’Linate. |
7.2.3.2.
(336) |
Skont il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Novembru 2013, il-kostijiet tal-persunal jikkostitwixxu medja ta’ […] (*1) % tal-kostijiet operazzjonali fil-perjodu 2014-2017. |
(337) |
Il-Kummissjoni vvalutat il-plawżibbiltà tas-suppożizzjonijiet li huma l-bażi tal-partita tal-kost sinifikanti. |
(338) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li fid-dawl tar-rapport ta’ Brattle, il-perċentwal ta’ kostijiet tal-persunal mill-kostijiet operatorji totali previsti minn Airport Handling hu fil-parti l-kbira konformi mal-istruttura tal-kostijiet tal-industrija Ewropea tas-servizzi fuq l-art, xi ħaġa li turi inċidenza tal-kostijiet tal-persunal fuq il-kostijiet operatorji totali li jammontaw għal 65 % – 80 %. F’dak ir-rigward, ir-rapport jirreferi għaċ-ċifri msemmija fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni li takkumpanja l-proposta tagħha għal Regolament ġdid dwar is-servizzi fuq l-art (40). |
(339) |
It-tieni, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Italja, il-Kummissjoni tinnota li l-kostijiet medji fis-siegħa fuq il-persunal għal kull FTE ta’ Airport Handling jidhru li huma […] (*1). Il-kost medju fis-siegħa fuq il-persunal fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Novembru 2013 hu ta’ EUR […] (*1), u ta’ EUR […] (*1) fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Awwissu 2014, li hu rispettivament […] (*1) mill-kostijiet medji fis-siegħa mħallsa minn SEAH fl-2013 ta’ madwar EUR[…] (*1) (41). Ir-rapport ta’ Brattle jikkonferma li Airport Handling kisbet dawn il-kostijiet lavorattivi fir-realtà u għalhekk jikkonkludi li l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ma kienx ottimist iżżejjed. |
(340) |
Il-Kummissjoni ssib li t-tnaqqis issoponut fil-kostijiet lavorattivi ma jidhirx li mhuwiex realistiku fid-dawl tal-istruttura tipika tal-kostijiet fl-industrija. |
7.2.3.3.
(341) |
Il-Kummissjoni esprimiet tħassib dwar is-suppożizzjonijiet tas-sehem mis-suq relattivament għoli tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Novembru 2013 ta’ Airport Handling. Is-sehem mis-suq għas-servizzi fir-rampa hu previst għal [60-70] (*1) % fl-2014 u jitla’ għal [70-80] (*1) % fl-2017. Is-sehem mis-suq għas-servizzi ta’ trasport ta’ passiġġieri hu previst għal [60-70] (*1) % fl-2014 u jitla’ għal [60-70] (*1) % fl-2017. |
(342) |
Fl-2013, is-sehem mis-suq kumplessiv ta’ SEAH kien ta’ [70-80] (*1) % (42). Il-Kummissjoni tosserva li s-sehem mis-suq antiċipat ta’ Airport Handling hu inqas mis-sehem mis-suq ta’ SEAH. Konsegwentement, ma kienx mistenni li Airport Handling irċiviet il-kuntratti kollha ta’ SEAH. Ċertu telf fis-sehem mis-suq tal-kumpanija l-ġdida fil-fatt huwa meqjus. |
(343) |
L-istrateġija ta’ Airport Handling hu li toffri livell ogħla ta’ disponibbiltà meta mqabbla ma’ fornituri oħra tas-servizzi fuq l-art f’Linate u f’Malpensa. Hi tiggarantixxi servizz għal 24 siegħa biex is-servizzi fuq l-art jiġu pprovduti anki jekk ajruplan jasal tard. Dan hu vantaġġ kompetittiv li jista’ jkun partikolarment siewi għal trasportaturi tal-ajru b’ħafna operazzjonijiet u bi frekwenzi ta’ titjiriet għoljin fl-ajruporti ta’ Milan, bħal Alitalia u EasyJet. Dawn it-trasportaturi tal-ajru jistgħu jkunu inklinati li jibqgħu mal-fornitur li kapaċi jipprovdilhom dawn is-servizzi. Dan jista’ raġjonevolment jispjega għaliex Airport Handling setgħet tistenna sehem mis-suq relattivament għoli mit-tnedija tal-operazzjonijiet tagħha. |
(344) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li, kif innotat fir-rapport ta’ Brattle, fuq il-bażi tad-data tal-2013, is-sehem mis-suq antiċipat ta’ Airport Handling kien inqas meta mqabbel ma’ dak stmat għal fornituri ikbar tas-servizzi fuq l-art f’ajruporti Taljani oħra: (i) Bergamo (78,23 %), (ii) Cagliari (75,61 %), (iii) Katanja (77,18 %), (iv) Palermo (75,85 %), (v) Turin (68,8 %). |
(345) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li s-sehem mis-suq li kisbet Airport Handling fl-2014 hu fil-fatt ogħla minn dak imbassar fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Novembru 2013. Dan is-sehem mis-suq għoli jista’ primarjament jiġi spjegat mill-fatt li Airport Handling irnexxielha tiffirma kuntratti ma’ […] (*1). Flimkien, dawn jammontaw għal sehem sinifikanti tat-traffiku fiż-żewġ ajruporti, jiġifieri […] (*1) % tat-traffiku tal-ajru ta’ Linate u […] (*1) ta’ Malpensa. |
(346) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni ma tiddubitax mill-plawżibbiltà tas-suppożizzjonijiet dwar is-sehem mis-suq ta’ Airport Handling: L-ewwel nett, dawn huma bbażati fuq vantaġġi kompetittivi offruti minn Airport Handling. It-tieni, dawn is-suppożizzjonijiet jidhru li huma konservattivi meta mqabbla mal-ishma mis-suq ta’ grupp ta’ pari ta’ kumpaniji tas-servizzi fuq l-art fl-ajruporti fi żmien meta tfassal il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li dawn is-suppożizzjonijiet immaterjalizzaw irwieħhom fil-prattika. |
7.2.3.4.
(347) |
Il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Novembru 2013 jantiċipa EBIT ta’ […] (*1) profitt qabel it-taxxa ta’ […] (*1) mit-tieni sena tal-operat. EBIT u profitt wara t-taxxa ta’ […] (*1). Il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Novembru 2013 ma jurix il-metrika tas-soltu tal-profittabilità bħal pereżempju r-rata ta’ redditu interna (IRR) jew il-valur preżenti nett (VPN). Madankollu, ir-rapport ta’ Brattle jippreżenta dawn il-kalkoli fuq il-bażi tan-numri fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju. |
(348) |
Biex jinvesti f’Airport Handling, investitur privat razzjonali jeħtieġlu jistenna redditu daqs jew ikbar mill-kost tal-għażla tal-kapital tiegħu li jista’ jiġi approssimat bil-kost medju ponderat tal-kapital (WACC). |
(349) |
Ir-rapport ta’ Brattle jikkalkola l-IRR tal-ekwità tal-investiment f’Airport Handling u jivverifika jekk hijiex daqs jew ikbar mid-WACC tagħha. Ir-rapport juża żewġ valuri alternattivi tad-WACC. L-ewwel wieħed hu […] (*1) % li hu skont ir-rapport tad-WACC wara t-taxxa mingħajr ingranaġġ użat fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju (43). It-tieni wieħed hu […] (*1) % u hu kkalkolat fir-rapport bħala l-livell inferjuri tal-kost tal-għażla tal-kapital. Skont il-valur terminali tal-investiment, ir-rapport ta’ Brattle jistma li r-redditu tal-ekwità mistennija tal-investiment f’Airport Handling ivarja minn […] (*1) % sa […] (*1) %. Il-kalkoli juru li fix-xenarji kollha l-IRR mistennija taqbeż il-kost tal-għażla tal-kapital u għalhekk l-investiment hu profittabbli. |
(350) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-perjodu ta’ żmien tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju (2014-2017) hu relattivament qasir. Għal dik ir-raġuni, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jista’ jkun sensittiv għal varjazzjonijiet tas-suppożizzjonijiet sottostanti. Madankollu, dik l-iskeda ta’ żmien trid tiġi kkunsidrata fid-dawl tal-fatti li ġejjin. L-ewwel nett, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tfassal għall-operatur ta’ ajruport SEA, li kienet proprjetarja ta’ sussidjarja ta’ Airport Handling għal ħafna snin. It-tieni, ir-ristrutturar diġà kien għaddej u diġà kienu nkisbu gwadanji sinifikanti fil-produttività f’SEAH. Għaldaqstant, ma jidhirx li mhuwiex raġjonevoli li jiġi limitat l-ambitu tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-minimu neċessarju għal investitur tal-esperjenza bħal SEA. |
(351) |
Il-Kummissjoni tinnota li wħud mis-suppożizzjonijiet ewlenin tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Novembru 2013 fil-parti l-kbira mmaterjalizzaw, b’mod partikolari f’termini tal-profittabilità u tal-ishma mis-suq. Airport Handling diġà kienet qed tagħmel il-profitt fl-ewwel sena tal-operat tagħha: Skont ir-rapport tal-introjtu għal Settembru 2014 sa Awwissu 2015, il-kumpanija ġġenerat EBIT ta’ EUR […] (*1). |
(352) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li bl-użu tas-suppożizzjonijiet rigward l-evoluzzjoni tal-kostijiet lavorattivi u tas-sehem mis-suq li ma jidhrux li mhumiex irraġonevoli, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju juri redditu għoli biżżejjed fuq l-ekwità għal SEA għall-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 25 miljun. |
7.2.4. Konklużjoni dwar il-vantaġġ ekonomiku selettiv
(353) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li SEA ħadet biżżejjed miżuri biex tillimita r-riskji ta’ sejbien ta’ kontinwità ekonomika. Il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju kien ibbażat fuq suppożizzjonijiet li investitur privat razzjonali, li għandu esperjenza sinifikanti fl-industrija ta’ servizzi fuq l-art fl-ajruporti u li għandu l-għan li jirristruttura l-kumpanija, kien iqisha plawżibbli u suffiċjenti li jistabbilixxi l-profittabilità futura ta’ Airport Handling. Għaldaqstant, l-investiment f’Airport Handling ma jikkostitwixxix vantaġġ li Airport Handling ma setgħetx tikseb f’kundizzjonijiet normali tas-suq. |
7.2.5. Konklużjoni dwar il-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat fl-investiment ta’ SEA f’Airport Handling
(354) |
L-investiment ma fih ebda vantaġġ li Airport Handling ma setgħetx tikseb f’kundizzjonijiet normali tas-suq. B’hekk, wieħed mill-kriterji kumulattivi skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE mhuwiex issodisfat. Konsegwentament, l-investiment ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-proċess li wasal għal-likwidazzjoni ta’ SEA Handling S.p.A. u għall-ħolqien ta’ Airport Handling S.p.A. ma wassalx għal kontinwità ekonomika bejn l-eks intrapriża u dik imsemmija l-aħħar.
2. Airport Handling mhix obbligata tħallas lura l-għajnuna mill-Istat misjuba inkompatibbli mas-suq intern fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 9448 tad-19 ta’ Diċembru 2012, ikkoreġuta mid-deċiżjoni C(2013)1668 tat-22 ta’ Marzu 2013 dwar l-għajnuna mogħtija minn SEA lis-sussidjarja tagħha SEA Handling S.p.A. matul is-snin 2002 – 2010.
Artikolu 2
L-istabbiliment u l-kapitalizzazzjoni li l-Italja implimentat għal Airport Handling S.p.A., li ammontaw għal Eur 25 miljun, ma jikkostitwixxux għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1.
(3) Ara l-Ordni tal-20 ta’ Ġunju 2013, il-Kawża T-152/13 R, ECLI:EU:T:2013:337, u l-Ordni tal-1 ta’ Lulju 2013, il-Kawża T-167/13 R, ECLI:EU:T:2013:331.
(4) Ara l-Ordni tat-28 ta’ Novembru 2014, il-kawża T-688/14 R, numru ECLIU:T:2014:1010. Il-President tal-Qorti Ġenerali ċaħad l-applikazzjoni fil-kawża T-674/14 R permezz tal-Ordni tas-27 ta’ Novembru 2014, numru ECLI:EU:T:2014:1009.
(6) Punt 5 tal-ftehim tal-4 ta’ Novembru 2013.
(7) Il-Liġi Nru 223 tat-23 ta’ Lulju 1991 dwar regoli relatati mal-fond għas-sensji, mal-mobilità tal-ħaddiema mkeċċija, mal-benefiċċji tal-qgħad, mal-implimentazzjoni tad-direttivi tal-UE, mal-kollokament f’impjieg u ma’ dispożizzjonijiet oħra relatati mas-suq tax-xogħol (GURI Nru 175 tas-27 ta’ Lulju 1991).
(*1) Sigriet kummerċjali
(8) Il-likwidazzjoni volontarja hi essenzjalment simili għall-istralċ mill-Qorti, ħlief għall-fatt li hu f’idejn l-azzjonisti fil-laqgħa ġenerali, u mhux il-Qorti, li jieħdu d-deċiżjoni li jistralċaw il-kumpanija, jaħtru l-likwidaturi u jiddeterminaw is-setgħat tagħhom. Hu biss meta l-maġġoranza tal-azzjonisti ma tkunx tista’ tiġi assemblata li l-kumpanija trid tapplika mal-qorti għal dikjarazzjoni li tqiegħed lill-kumpanija f’likwidazzjoni. Imbagħad il-Qorti tinnomina l-likwidaturi f’konformità mal-istatut ta’ assoċjazzjoni tal-kumpanija jew skont id-deċiżjoni tal-azzjonisti fil-laqgħa ġenerali, sakemm ma jkunx ċar li n-nuqqas ta’ qbil bejn l-azzjonisti mhux se jħallihom jieħdu deċiżjoni f’laqgħa ġenerali, f’liema każ il-qorti stess taħtar likwidatur.
(9) Airport Handling ippreżentat it-talba għal-liċenzja għall-forniment ta’ servizzi fuq l-art f’Linate u f’Malpensa fil-21 ta’ Jannar 2014. ENAC tat il-liċenzja lil Airport Handling fis-17 ta’ April 2014.
(10) L-SFPs huma strumenti bbażati fuq l-ekwità, u għalhekk mhumiex soġġetti għal obbligu ta’ ripagament tal-ammont ikkontribwit minn SEA. Dawn ma jġorru ebda dritt amministrattiv iżda huma simili għal ishma f’termini ta’ drittijiet ta’ ekwità. B’mod partikolari, dawn l-istrumenti jipprovdu drittijiet ta’ qsim fil-profitti u ta’ riżerva u drittijiet għal partiti oħra tal-ekwità, inkluż fil-każ ta’ stralċ tal-kumpanija.
(11) Dakinhar SEA kienet għadha l-uniku azzjonist ta’ Airport Handling.
(12) Dakinhar, it-Trust kienet l-uniku azzjonist ta’ Airport Handling.
(13) Avviż dwar kuntratt Nru 2014/S218-385934 tat-12.11.2014 fis-suppliment ta’ “tenders electronic daily” (TED) għall-ĠU: http://ted.europa.eu/udl?uri=TED:NOTICE:385934-2014:TEXT:EN:HTML&src=0.
(14) “Data ta’ waqfien fit-tul” 18-il xahar tal-kalendarju mill-eżekuzzjoni u mill-iskambju tad-dokumenti kollha u t-twettiq u l-konsum tal-obbligi kollha li jirriżultaw mill-kuntratt tal-bejgħ.
(15) Is-servizzi tan-naħa tal-ajru, inklużi t-tlugħ abbord/l-inżul mill-ajruplan ta’ passiġġieri, ta’ bagalji u ta’ merkanzija, l-ibbilanċjar tal-inġenji tal-ajru, u d-distribuzzjoni tal-bagalji.
(16) Servizzi pprovduti fuq l-art.
(17) Ir-Rapport ta’ Brattle, p. 1, par.1 u p. 7, par. 34.
(18) Ir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat fuq il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji (ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11).
(19) Is-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat fuq il-kontijiet konsolidati (ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1).
(20) Il-Kawża C-303/88 L-Italja vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:1991:367, il-punt 57; il-Kawża C-277/00, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (“SMI”), ECLI:EU:C:2004:238, il-punt 75. Bil-ħlas lura tal-għajnuna, ir-riċevitur jeħtieġlu jirrinunzja l-vantaġġ li qabel kien igawdi fis-suq, u s-sitwazzjoni ta’ qabel l-għajnuna tiġi restawrata.
(21) Il-Kawża C-454/09, Il-Kummissjoni vs L-Italja (“Għajnuna favur New Interline SpA”), ECLI:EU:C:2011:650, il-punt 36.
(22) C-610/10 Il-Kummissjoni vs Spanja, ECLI:EU:C:2012:781, il-punt 106.
(23) Il-Kawżi Magħquda C-328/99 u C-399/00 L-Italja u SIM 2 Multimedia vs Il-Kummissjoni (“Seleco-Multimedia”) ECLI:EU:C:2003:252, il-punti 69, 77-78. Imbagħad, dan is-sett ta’ indikaturi ġie kkonfermat fil-Kawża T123/09 Ryanair vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2012:164, il-punt 155.
(24) Il-Kawżi Magħquda T-415/05, T-416/05 u T-423/05 Ir-Repubblika Ellenika et al. vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2010:386, il-punt 135.
(25) Il-Kawża T-123/09 Ryanair vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2012:164, il-punt 156.
(26) Ara n-nota 40 f’qiegħ il-paġna.
(27) “il-kontinwazzjoni tal-objettiv ta’ salvagwardja tal-impjiegi tal-persunal kollu ta’ SEAH.” Ara l-punt 6, subparagrafu 1 tal-ftehim tal-4 ta’ Novembru 2013.
(28) “Rikors għall-mekkaniżmi kollha mqiegħda għad-dispożizzjoni mil-leġiżlazzjoni rilevanti li tirregola l-impjiegi u n-negozjar kollettiv (primarjament ix-xbieki ta’ sikurezza soċjali u s-sensji volontarji, li għandhom jiġu implimentati wkoll fi ħdan il-Grupp SEA, mingħajr telf ta’ żmien firrigward tal-iskadenza pendenti tal-31 ta’ Diċembru 2013 ) u soluzzjonijiet li jinvolvu r-rilokazzjon fi ħdan il-Grupp (kemm f’konformità ma’ opportunitajiet kummerċjali ġodda u f’konformità mal-proċessi ta’ kisba minn sorsi interni implimentati wara l-fethimiet tal-kumpanija ta’ wara d-dehubbing, u bil-mobilità interna mfassla biex jiġu indirizzati r-rekwiżiti organizzazzjonali ta’ SEA SpA)”; Ibid.
(29) […] (*).
(30) Il-Kummissjoni tinnota li skont id-dikjarazzjonijiet u l-inventarji kompluti pprovduti minn Airport Handling, il-parti l-kbira tal-assi ta’ SEAH kienet antika, teħtieġ ħafna tiswijiet u mħassra totalment.
(31) Skont ir-rapport ta’ Brattle msemmi iktar ’il fuq dwar il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, il-kostijiet lavorattivi tal-kumpanija kienu […] (*).
(32) Il-Kawża C-277/00 Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (“SMI”), ECLI:EU:C:2004:238, il-punt 93.
(33) Il-Kawża C-277/00 Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (“SMI”), ECLI:EU:C:2004:238, il-punt 88.
(34) Il-Premessa 16 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(35) Id-dati tal-firma tal-kuntratt skont lista pprovduta mill-Italja: eż. […] (*).
(36) Il-Kawża T-123/09 Ryanair vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2012:164, il-punt 156.
(37) Il-Kawża C-277/00 Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (“SMI”), ECLI:EU:C:2004:238, il-paragrafi 86-89.
(38) Il-Kawża C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni, iċċitata, il-punt 71.
(39) Il-Kawża T-16/96 Cityflyer Express vs Il-Kummissjoni [1998] Ġabra II-757, punt 76.
(40) Anness għall-Valutazzjoni tal-Impatt, Li jakkumpanja d-dokument “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta’ groundhandling fl-ajruporti tal-Unjoni u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE”, tas-16.1.2012, SEC(2011) 1439 final. Fil-p. 95 ta’ dak id-dokument, il-Kummissjoni tinnota li “L-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tas-servizzi fuq l-art u t-tmiem tal-monopolji jew tad-duopolji (ajruport/trasportatur taċ-ċentru) fl-ajruporti fissru li l-fornituri tas-servizzi fuq l-art kellhom jadattaw biex isiru iktar kompetittivi u kellhom jaffaċċjaw kompetizzjoni iktar ħarxa. L-iktar konsegwenza viżibbli għall-ħaddiema tas-servizzi fuq l-art kienet iż-żieda fil-produttività u fil-flessibilità tax-xogħol. Il-fornituri tas-servizzi fuq l-art spiss jispjegaw li din iż-żieda fil-produttività tax-xogħol hi imperattiva peress li l-kostijiet tal-persunal jammontaw għal 65-80 % tal-kostijiet totali tagħhom, filwaqt li l-assoċjazzjonijiet tal-ħaddiema normalment jiddikjaraw li l-kumpaniji tas-servizzi fuq l-art jiffokaw wisq fuq il-fattur tax-xogħol biex inaqqsu l-kostijiet. [traduzzjoni mhux uffiċjali]”
(41) Skont ir-rapport ta’ Brattle, par. 48, p. 11.
(42) Ir-rapport ta’ Brattle Par. 40, p. 9
(43) Dan id-WACC hu ogħla skont ir-rapport ta’ Brattle għaliex jieħu f’kunsiderazzjoni riskji speċifiċi għall-proġetti permezz ta’ żieda fil-beta tal-ekwità.
1.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 317/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2112
tas-6 ta’ Marzu 2017
dwar il-miżura/l-iskema ta’ għajnuna/l-għajnuna mill-Istat SA.38454 — 2015/C (ex 2015/N) li l-Ungerija qed tippjana li timplimenta biex tappoġġja l-iżvilupp ta’ żewġ reatturi nukleari ġodda fl-impjant tal-enerġija nukleari Paks II
(notifikata bid-dokument C(2017) 1486)
(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hi awtentika)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
(1) |
Fuq il-bażi tal-artikli fl-istampa u tal-kuntatti informali mal-awtoritajiet Ungeriżi, fit-13 ta’ Marzu 2014, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni preliminari f’għajnuna mill-Istat possibbli involuta fil-bini tal-impjant tal-enerġija nukleari Paks II (“Paks II”) skont in-numru tal-każ SA.38454 (2014/CP). |
(2) |
Wara diversi skambji ta’ informazzjoni u laqgħat formali, l-awtoritajiet Ungeriżi nnotifikaw il-miżura għaċ-ċertezza tad-dritt fit-22 ta’ Mejju 2015 billi ddikjaraw li l-proġett ma kien jinvolvi ebda għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). |
(3) |
Permezz tal-ittra bid-data tat-22 ta’ Mejju 2015, l-Ungerija nnotifikat lill-Kummissjoni miżura biex tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-iżvilupp ta’ żewġ reatturi nukleari ġodda fis-sit Paks. |
(4) |
Permezz tal-ittra bid-data tat-23 ta’ Novembru 2015, il-Kummissjoni infurmat lill-Ungerija li hi kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward tal-miżura (id-Deċiżjoni tal-Ftuħ). Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom. |
(5) |
L-Ungerija bagħtet il-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ fil-29 ta’ Jannar 2016. |
(6) |
Il-Kummissjoni rċiviet l-osservazzjonijiet min-naħa tal-partijiet interessati. Għaddiethom lill-Ungerija, li ngħatat l-opportunità li tirreaġixxi. Il-kummenti tal-Ungerija waslu permezz tal-ittra bid-data tas-7 ta’ April 2016. |
(7) |
L-Ungerija ssottomettiet iktar informazzjoni fil-21 ta’ April, fis-27 ta’ Mejju, fid-9 ta’ Ġunju, fis-16 ta’ Ġunju, fit-28 ta’ Lulju 2016, fis-16 ta’ Jannar 2017 u fl-20 ta’ Frar 2017. |
(8) |
Fit-12 ta’ Settembru 2016, l-awtoritajiet Ungeriżi pprovdew deroga lingwistika u qablu li d-deċiżjoni tiġi adottata bl-Ingliż bħala l-lingwa awtentika. |
2. DESKRIZZJONI DDETTALJATA TAL-MIŻURA
2.1. DESKRIZZJONI TAL-PROĠETT
(9) |
Il-miżura tikkonsisti fl-iżvilupp ta’ żewġ reatturi nukleari ġodda (l-unitajiet 5 u 6) fl-Ungerija, li l-bini tagħhom hu ffinanzjat għalkollox mill-Istat Ungeriż għall-benefiċċju tal-entità Paks II (MVM Paks II Nuclear Power Plant Development Private Company Limited by Shares) li se tkun is-sid u se topera r-reatturi l-ġodda. |
(10) |
Fl-14 ta’ Jannar 2014, il-Federazzjoni Russa u l-Ungerija kkonkludew ftehim intergovernattiv (IGA) dwar programm nukleari (3). Fuq il-bażi tal-IGA, iż-żewġ pajjiżi għandhom jikkooperaw fil-manutenzjoni u fl-iżvilupp ulterjuri tal-impjant tal-enerġija nukleari attwali Paks (Paks NPP). Dan jinkludi d-disinn, il-bini, l-ikkummissjonar u d-dekummissjonar ta’ żewġ unitajiet tal-enerġija ġodda 5 u 6 b’reatturi tat-tip VVER (moderati bl-ilma mkessħa bl-ilma) b’kapaċità installata ta’ kull unità tal-enerġija ta’ mill-inqas 1 000 MW (4) minbarra l-unitajiet tal-enerġija eżistenti 1-4. L-operar tal-unitajiet 5 u 6 hu maħsub biex jikkumpensa għat-telf fil-kapaċità meta jirtiraw l-unitajiet 1-4 (2 000 MW flimkien). L-Ungerija ssottomettiet li l-unitajiet 1-4 ser ikunu qed joperaw sa tmiem l-2032, l-2034, l-2036 u l-2037, rispettivament, mingħajr il-prospettiva prevista ta’ estensjoni ulterjuri tal-ħajja. |
(11) |
Skont l-IGA (5) kemm ir-Russja kif ukoll l-Ungerija għandhom jinnominaw organizzazzjoni bl-esperjenza waħda li tkun tal-Istat u kkontrollata mill-Istat li tkun finanzjarjament u teknikament responsabbli għall-issodisfar tal-obbligi tagħha bħala kuntrattur/sid b’rabta mal-proġett. |
(12) |
Ir-Russja ħatret lill-Kumpannija b’Ishma Konġunti Nizhny Novgorod Engineering Company Atomenergoproekt (JSC NIAEP) għall-bini tar-reatturi l-ġodda (l-unitajiet 5 u 6) u l-Ungerija ħatret lil MVM Paks II Nuclear Power Plant Development Private Company Limited by Shares (1) (“Paks II”) sabiex tkun is-sid taż-żewġ reatturi u tħaddimhom. |
(13) |
Filwaqt li l-IGA jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi ġenerali tal-kooperazzjoni nukleari bejn iż-żewġ pajjiżi, l-implimentazzjoni ddettaljata tal-IGA għandha tiġi speċifikata fi ftehimiet separati msejħa “Ftehimiet ta’ Implimentazzjoni” (6) kif ġej:
|
(14) |
JSC NIAEP u Paks II ikkonkludew il-Kuntratt tal-EPC fid-9 ta’ Diċembru 2014, li jistipula li ż-żewġ unitajiet il-ġodda 5 u 6 għandhom it-tir li jibdew joperaw fl-2025 u fl-2026, rispettivament. |
(15) |
B’mod separat, ir-Russja ħadet impenn li tipprovdi lill-Ungerija b’self mill-istat biex tiffinanzja l-iżvilupp ta’ Paks II. Dan is-self hu rregolat mill-Ftehim Intergovernattiv ta’ Finanzjament (l-IGA ta’ Finanzjament) (7) u jipprovdi faċilità ta’ kreditu rotanti ta’ EUR 10 biljun li hi limitata biex tintuża biss għad-disinjar, għall-kostruzzjoni u għall-ikkummissjonar tal-unitajiet tal-enerġija 5 u 6 f’Paks II. L-Ungerija se tuża din il-faċilità ta’ kreditu rotanti biex tiffinanzja direttament l-investimenti f’Paks II li huma neċessarji għad-disinjar, għall-kostruzzjoni u għall-ikkummissjonar tal-unitajiet tal-enerġija l-ġodda 5 u 6 kif stipulat mill-IGA ta’ Finanzjament. Minbarra l-IGA ta’ Finanzjament, l-Ungerija se tipprovdi ammont addizzjonali li jasal sa EUR 2,5 biljun mill-baġit tagħha stess biex tiffinanzja l-investiment f’Paks II. |
(16) |
Minbarra l-appoġġ għall-investiment spjegat fil-premessa 15, l-Ungerija mhix biħsiebha tagħti xi appoġġ finanzjarju ieħor lil Paks II ladarba jkunu nbnew l-unitajiet tal-enerija 5 u 6. L-unitajiet il-ġodda se joperaw bil-kundizzjonijiet tas-suq mingħajr ebda ammont fiss ta’ dħul jew prezz garantit. L-Ungerija tqis li f’dan l-istadju t-teħid ta’ kwalunkwe dejn direttament minn Paks II mhux se jkun neċessarju. |
2.2. L-GĦAN TAL-MIŻURA
(17) |
Kif spjegat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, Paks NPP hu l-uniku impjant tal-enerġija nukleari li jopera fl-Ungerija. Jappartjeni għan-negozjant tal-elettriku u l-produttur tal-enerġija 100 % tal-Istat Magyar Villamos Művek Zártkörűen Működő Részvénytársaság (“il-Grupp MVM”) (8). L-erba’ unitajiet tiegħu għandhom kapaċità installata totali ta’ 2 000 MW, b’kull waħda minnhom li bħalissa hi mgħammra b’teknoloġija Russa (VVER-440/V213). L-unitajiet se jiġu eliminati b’mod gradwali sal-2037 [ara l-premessa 10]. |
(18) |
Il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi nukleari taqdi rwol strateġiku fit-taħlita enerġetika tal-Ungerija, peress li madwar 50 % tal-elettriku totali ġġenerat domestikament ġej mill-erba’ reatturi eżistenti f’Paks NPP (9). |
(19) |
Fuq il-bażi tal-objettivi li ġejjin:
il-Gvern talab lill-Grupp MVM biex jinvestiga l-alternattivi għall-espansjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f’impjanti tal-enerġija nukleari. Il-Grupp MVM ħejja Studju tal-Fattibbiltà li esplora l-implimentazzjoni u l-finanzjament ta’ impjant ġdid tal-enerġija nukleari li jista’ jiġi integrat fis-sistema tal-elettriku u li jista’ jiġi operat b’mod ekonomiku, sikur u ekoloġiku. Fuq il-bażi ta’ dan l-Istudju tal-Fattibbiltà ppreżentat fl-2008 mill-Grupp MVM, il-Gvern ippropona l-proġett lill-Parlament Ungeriż, li ta l-kunsens għall-bidu tax-xogħol preparatorju għall-implimentazzjoni ta’ unitajiet ġodda tal-impjant tal-enerġija nukleari fis-sit Paks (10). Dan kien sostnut minn kalkoli li wrew li l-irtirar ta’ 6 000 MW mill-kapaċità installata gross ta’ 8-9 000 MW kien previst sal-2025 bħala riżultat tal-għeluq tal-impjanti tal-enerġija obsoleti. Dawn l-impjanti kellhom jiġu parzjalment sostitwiti mill-espansjoni ta’ Paks NPP. |
(20) |
Fl-2011, ġiet implimentata l-Istrateġija Nazzjonali dwar l-Enerġija għall-perjodu sal-2030 (11). Dik l-istrateġija tiffoka fuq xenarju Nukleari-Faħam-Ekoloġija għall-Ungerija. L-Operatur tas-Sistema ta’ Trażmissjoni (it-“TSO”) tal-Ungerija, MAVIR, jipproġetta li se jkun hemm bżonn mill-inqas 5,3 GW ta’ kapaċità ġenerattiva ġdida fl-Ungerija sal-2026, u kemxejn iktar minn 7 GW sal-2031 bħala riżultat tad-domanda futura u tal-irtirar tal-kapaċità ġenerattiva eżistenti fl-Ungerija (12). MAVIR ibassar ukoll li kważi l-flotta attwali kollha tal-ġenerazzjoni tal-faħam se tkun ġiet irtirata bejn l-2025 u l-2030, u li l-kapaċità installata tal-flotta tal-gass tal-Ungerija se tkun naqset b’bejn wieħed u ieħor 1 GW, kif muri fit-Tabella 1 sottomessa mill-Ungerija fis-16 ta’ Jannar 2017. L-Ungerija spjegat li l-istjdu ta’ MAVIR ma jqis ebda importazzjonijiet, jew kapaċità installata ġdida fil-projezzjoni tas-7 GW meħtieġa f’kapaċità ġdida. Tabella 1 Eliminazzjonijiet gradwali mistennija tal-kapaċitajiet installati domestiċi sal-2031
|
(21) |
L-Ungerija u r-Russja ffirmaw l-IGA bl-objettiv li jiżviluppaw kapaċitajiet ġodda fis-sit Paks. L-Ungerija spjegat li billi żżomm il-ġenerazzjoni nukelari fit-taħlita tal-fjuwil, hi tkun tista’ tindirizza l-bżonn li tiġi sostitwita l-kapaċità eliminata gradwalment, li tiżviluppa kapaċitajiet ġodda u li tissodisfa l-mira tal-Ungerija fir-rigward tal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni (speċjalment dawk relatati mat-tnaqqis antiċipat tal-emissjonijiet ta’ CO2). |
2.3. DESKRIZZJONI TAL-UNITAJIET IL-ĠODDA – IT-TEKNOLOĠIJA LI SE TIĠI SKJERATA
(22) |
L-unitajiet il-ġodda 5 u 6 f’Paks II NPP se jkunu mgħammra b’teknolġija VVER 1 200 (V491) u se jkunu reatturi iktar avvanzati tal-Ġenerazzjoni III+. L-Ungerija tispjega li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-unitajiet li se jiġu skjerati f’Paks se jġibu magħhom vantaġġi notevoli fuq l-unitajiet attwali tal-Paks NPP bħal effiċjenza ikbar, u operat iktar ekonomiku minbarra karatteristiċi tas-sikurezza msaħħa. |
(23) |
Minbarra l-kapaċità installata ferm ogħla tal-VVER 1 200 (V491), hemm ukoll differenza materjali fil-ħajja operattiva prevista (60 sena għall-unitajiet VVER 1 200 meta mqabbla ma’ 30 sena għall-unitajiet eżistenti ta’ Paks NPP) u manuvrabilità ikbar, li tippermetti biex il-kapaċità ta’ kull unità tiġi aġġustata skont id-domanda fil-grilja fi ħdan ċerta medda. |
(24) |
It-tnaqqis fl-ammont ta’ fjuwil meħtieġ mill-unitajiet il-ġodda jirrifletti wkoll titjib teknoloġiku fis-snin riċenti. Minflok iċ-ċiklu eżistenti tal-fjuwil ta’ 12-il xahar, l-unitajiet il-ġodda jistgħu joperaw b’ċiklu ta’ 18-il xahar. Dan ifisser li l-unitajiet il-ġodda se jkunu jeħtieġu inqas għeluq fis-sena għall-illowdjar mill-ġdid tal-fjuwil u l-impjant se jkun jista’ jopera għal iktar żmien bħala medja kull sena u ma jitlifx żmien tal-produzzjoni. |
(25) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jindikaw ukoll li d-densità tal-enerġija, li se tiġi pprovduta mill-assemblaġġi l-ġodda tal-fjuwil, se tkun ferm ogħla mill-assemblaġġi eżistenti tal-fjuwil. Min-naħa tiegħu dan ifisser li tista’ tinkiseb output ogħla għal kull massa ta’ unità ta’ materjal tal-fjuwil, li tista’ ttejjeb l-ekonomija tal-impjant. |
2.4. IL-BENEFIĊJARJU
(26) |
Kif spjegat fit-Taqsima 2.3 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-benefiċjarju tal-miżura hu l-kumpannija Paks II, bħalissa proprjetà tal-Istat Ungeriż. Id-drittijiet ta’ azzjonist huma eżerċitati mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Paks II se jkun is-sid u se jopera l-unitajiet reatturi 5 u 6 li huma mħallsa mill-Istat Ungeriż. |
(27) |
Il-premessa 19 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ tispjega kif l-ishma ta’ Paks II oriġinarjament miżmuma mill-Grupp MVM ġew ittrasferiti lill-Istat Ungeri (13). Skont l-informazzjoni sottomessa mill-Ungerija fit-30 ta’ Jannar 2016, il-prezz tax-xiri tat-trasferiment kien HUF 10,156 biljun, li jiġi madwar EUR 33 miljun. |
2.5. L-ISTRUTTURA TA’ FINANZJAMENT TAL-PROĠETT U D-DRITTIJIET U L-OBBLIGI SKONT IL-KUNTRATT TAL-EPC
2.5.1. FTEHIM INTERGOVERNATTIV TA’ FINANZJAMENT (L-“IGA TA’ FINANZJAMENT”)
(28) |
Fi ħdan il-qafas tal-IGA (14), ir-Russja pprovdiet lill-Ungerija b’self mill-istat fil-forma ta’ faċilità ta’ kreditu rotanti ta’ EUR 10 biljun biex tiffinanzja l-iżvilupp tal-unitajiet tal-enerġija nukleari 5 u 6 f’Paks. Ir-rata tal-imgħax tas-self tvarja bejn 3,95 % u 4,95 % (15). Is-self hu allokat għad-disinjar, għall-kostruzzjoni u għall-ikkummissjonar ta’ dawn l-unitajiet tal-enerġija l-ġodda. |
(29) |
Skont l-IGA ta’ Finanzjament, is-self irid jintuża mill-Ungerija biex din tiffinanzja 80 % tal-valur tal-kuntratt tal-EPC għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet u tas-servizzi u għall-konsenja tat-tagħmir, filwaqt li l-bilanċ ta’ 20 % tal-kuntratt tal-EPC għandu jitħallas mill-Ungerija [ara l-premessa 15]. Is-self irid jintuża mill-Ungerija sal-2025. |
(30) |
Is-self irid jitħallas mill-Ungerija fi ħdan 21 sena mill-15 ta’ Marzu jew mill-15 ta’ Settembru wara d-data tal-ikkummissjonar taż-żewġ unitajiet tal-enerġija nukleari l-ġodda 5 u 6 mhux iktar tard mill-15 ta’ Marzu 2026 (16). |
(31) |
Il-pagamenti skont l-IGA ta’ Finanzjament jistgħu jsiru biss ladarba jinħarġu talba mill-Ministeru għall-Ekonomija Nazzjonali tal-Ungerija u avviż ta’ approvazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi tar-Russja. |
2.5.2. IL-KUNTRATT TAL-EPC
(32) |
Skont il-kuntratt tal-EPC, JSC NIAEP trid tlesti ż-żewġ reatturi kif stipulat fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati sad-dati miftiehma u bil-prezz miftiehem imħallas bħala somma f’daqqa (EUR […] (*1) biljun). Kull kost li qabel ma ġiex iddefinit hu meqjus li hu inkluż f’dan il-prezz […] (17). |
(33) |
Il-kuntratt jipprovdi għal danni likwidati (18) li għandhom jitħallsu f’ċirkustanzi speċifiċi, […]. |
(34) |
[…] |
(35) |
[…] |
2.5.3. IR-RELAZZJONI BEJN L-ISTAT U L-BENEFIĊJARJU
(36) |
Għall-ewwel, l-Ungerija kienet ipprevediet li Paks II tibqa’ sussidjarja 100 % ta’ MVM Hungarian Electricity Ltd., li hi stess hi proprjetà tal-Istat u tal-muniċipalitajiet Ungeriżi. Minn Novembru 2014, il-kumpannija Paks II ma baqgħetx sussidjarja ta’ MVM Hungarian Electricity Ltd. jew parti mill-Grupp MVM iżda saret kumpannija 100 % direttament tal-Istat li bħalissa m’għandha ebda relazzjoni mal-Grupp MVM. |
(37) |
Fir-rigward tal-attività ta’ Paks II, b’mod partikolari l-bejgħ tal-elettriku, l-Ungerija ddikjarat li f’dan l-istadju la hemm fis-seħħ u lanqas mhu previst xi ftehim separat ta’ xiri tal-enerġija ma’ fornitur separat. L-awtoritajiet Ungeriżi jipprevedu li l-elettriku ġġenerat minn Paks II jinbiegħ fis-suq u lil konsumaturi tal-elettriku f’konformità mal-ftehmiet ta’ bejgħ tal-enerġija tal-karga bażika skont il-prattika tipika tas-suq. Skont l-awtoritajiet Ungeriżi, Paks II, bħala ġeneratur tal-karga bażika għal perjodu twil antiċipat ta’ operat, tkun prenditur tal-prezzijiet simili għall-ġeneraturi tal-enerġija nukleari eżistenti fl-Ewropa. |
(38) |
Paks II tkun is-sid tal-impjant tal-enerġija nukleari Paks II u, matul il-fażi tal-kostruzzjoni taż-żewġ reatturi, hi se tkun ffinanzjata b’ekwità għalkollox mill-Istat Ungeriż. L-awtoritajiet Ungeriżi jqisu li t-teħid ta’ kwalunkwe dejn direttament minn Paks II mhux ser ikun neċessarju għalissa. |
(39) |
L-Ungerija mhix se tittrasferixxi l-fondi meħtieġa għat-trasferiment tal-prezz tax-xiri għall-impjant tal-enerġija nukleari Paks II fil-kontijiet ta’ Paks II. L-ikbar sehem minn dawk il-fondi se jkun miżmum mill-Bank għall-Iżvilupp u għall-Affarijiet Ekonomiċi Barranin tar-Russja (Vnesheconombank). Għal kull avveniment ta’ tragward li jitqies issodisfat, Paks II se tippreżenta talba lil Vnesheconombank biex tħallas 80 % tal-ammont dovut direttament lil JSC NIAEP. Se tippreżenta wkoll talba lill-Aġenzija tal-Gvern tal-Ungerija għall-Immaniġġjar tad-Dejn biex tħallas l-20 % li jifdal. |
(40) |
Il-bqija tar-rekwiżiti finanzjarji ta’ Paks II matul il-fażi tal-kostruzzjoni se tiġi żgurata permezz tal-ekwità mill-baġit tal-Istat Ungeriż. L-ammont inizjali allokat matul il-fażi tal-kostruzzjoni se jitla’ sa EUR […] biljun (id-differenza bejn l-ammont ta’ EUR 12,5 biljun stabbilit għall-proġett nukleari fl-IGA u l-prezz tax-xiri propju ta’ Paks II NPP li jammonta għal EUR […] biljun). Dan hu meqjus mill-Ungerija li jirrappreżenta limitu massimu fuq ir-riżorsi tal-Istat li jistgħu jintużaw għall-kostruzzjoni tal-impjant tal-enerġija nukleari Paks II, mill-inqas mingħajr valutazzjoni ulterjuri. Madankollu, f’każ li r-rekwiżiti ta’ ekwità jaqbżu t-tali ammont, l-Ungerija tiddikjara li se tinvesti iktar jekk il-valutazzjoni tagħha f’dak iż-żmien tikkonkludi li jkun ekonomikament raġonevoli li hi tagħmel dan. |
(41) |
L-Ungerija tiddikjara li analiżi tas-sensittività dwar il-kostijiet żejda possibbli mġarrba minn Paks II matul il-fażi tal-kostruzzjoni kkonkludiet li l-kostijiet tagħha jkollhom jiġu moltiplikati b’10 biex l-IRR mistenni jonqos b’1 %. Għaldaqstant, l-Ungerija tistenna li l-impatt taż-żidiet fil-kostijiet ikun wieħed minuri. |
2.6. IS-SUQ TAL-ELETTRIKU UNGERIŻ
2.6.1. DESKRIZZJONI TAS-SUQ TAL-ELETTRIKU UNGERIŻ
(42) |
L-istruttura attwali tas-suq elettriku Ungeriż ġiet ifformata madwar l-1995, meta l-maġġoranza tal-impjanti tal-enerġija l-kbar u l-fornituri tal-utilitajiet pubbliċi kif ukoll il-kumpanniji tad-distribuzzjoni ġew ipprivatizzati. L-Istat iżomm pożizzjoni dominanti fis-settur permezz ta’ kumpannija tal-enerġija tal-Istat integrata vertikalment, il-Grupp MVM. |
(43) |
L-Istudju ta’ MAVIR imsemmi fil-premessa 20 jispjega li l-konsum domestiku totali żdied b’2,7 % mill-2014 u laħaq konsum domestiku totali ta’ 43,75 Twh fl-2015. Minn dan il-konsum, il-produzzjoni domestika ammontat għal 30,06 Twh, u laħqet it-68,72 % tal-konsum tal-elettriku totali (ara l-Figura 1). L-importazzjonijiet ammontaw għal 13,69 Twh, li jikkorrispondu għal 31,28 % mill-konsum totali. Bħala ġeneratur, il-Grupp MVM proprjetà tal-Istat għandu preżenza sinifikanti fis-suq, minħabba l-assi ta’ ġenerazzjoni ewlieni tiegħu, Paks NPP, li pprovda 52,67 % mill-elettriku ġġenerat domestikament fl-2015, kif turi l-Figure 1. Mátra Power Plant hu impjant tal-enerġija li jaħdem bil-linjite li s-sid primparju tiegħu hu RWE Power AG (50,92 %) filwaqt li l-Grupp MVM hu proprjetarju ta’ 26,15 % tal-ishma tiegħu wkoll. L-impjanti tal-enerġija ikbar (többi nagyerőmű) u iżgħar (kiserőművek) addizzjonali jaqdu rwol modest fl-istruttura tal-ġenerazzjoni kumplessiva tas-suq Ungeriż. Barra minn hekk, il-fergħa tal-bejgħ bl-ingrossa integrata vertikalment tal-Grupp MVM, MVM Partner, għandha pożizzjoni dominanti fis-suq tal-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku (19). Figura 1 Kompożizzjoni tal-konsum totali tal-elettriku fl-Ungerija fl-2015
Figura 2 Ġenerazzjoni domestika gross tal-elettriku fl-Ungerija fl-2015
|
(44) |
Fl-Ungerija, l-iktar tranżazzjonijiet komuni fil-bejgħ bl-ingrossa huma konklużi permezz ta’ ftehimiet bilaterali ta’ xiri tal-enerġija (PPAs) li fihom il-ġeneraturi jaqblu li jbigħu volum minimu predefinit lil negozjanti tal-bejgħ bl-ingrossa u li fihom in-negozjanti huma obbligati jixtru volum minimu. Fil-parti l-kbira l-PPAs jiġu konklużi skont l-istandards stabbiliti mill-Federazzjoni Ewropea ta’ Negozjanti tal-Enerġija. |
(45) |
Il-Hungarian Power Exchange Company Ltd. (HUPX) bdiet topera f’Lulju 2010 bħala kumpannija sussidjarja tat-TSO, MAVIR. Din toffri negozji ġurnata bil-quddiem kif ukoll negozji fiżiċi ta’ futuri. In-negozju ġurnata bil-quddiem jibda kuljum fil-11 ta’ filgħodu fuq il-bażi tal-offerti li jsiru kull siegħa għall-għada. In-negozjar jagħlaq mhux iktar tard minn 11:40. In-negozji fiżiċi ta’ futuri jistgħu jsiru għal erba’ ġimgħat bil-quddiem, tliet xhur bil-quddiem, erba’ trimestri bil-quddiem u tliet snin bil-quddiem. Hemm jiem iddeżinjati ta’ negozjar għat-tali tranżazzjonijiet li fihom l-offerti jsiru fi ħdan ċertu perjodu ta’ ħin. Minn Marzu 2016 fis-Suq tal-Istess Ġurnata ta’ HUPX, kemm prodotti ta’ 15-il minuta kif ukoll il-blokok ta’ siegħa saru negozjabbli. Minbarra s-swieq organizzati ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata, HUPX għandha ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ żewġ kumpanniji sensara li jipprovdu servizz ta’ sottomissjoni ta’ negozji barra l-Borża (OTC) għall-ikklerjar tal-borża għal klijenti komuni. |
(46) |
Minbarra l-irkanti ta’ ġurnata bil-quddiem mhux organizzati minn HUPX, l-elettriku hu nnegozjat ukoll fuq boroż ibbażati fl-UE jew fuq pjattaformi OTC kif ukoll permezz ta’ negozji bilaterali diretti [ara l-premessa 44]. |
(47) |
Kif jidher fil-Figura 1 fil-premessa 43, l-Ungerija hi importatur nett tal-elettriku b’importazzjonijiet li jammontaw għal madwar 30 % tal-konsum tal-elettriku tal-Ungerija. Kif turi l-Figura 3, il-prezz tal-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku kien l-ogħla fl-Ungerija fir-reġjun interkonness biswit il-pajjiż (jiġifieri eskluża l-Polonja jew is-Slovenja). Figura 3 Prezzijiet medji tax-xahar tal-karga bażika ta’ ġurnata bil-quddiem fir-reġjun CEE (inkluża l-Ungerija) u l-Ġermanja (2010 – 2016)
|
(48) |
Il-projezzjoni għal terminu qasir tal-prezzijiet tal-karga bażika fir-reġjun tissuġġerixxi l-istess tendenza, jiġifieri li l-prezzijiet tal-karga bażika tal-Ungerija se jkunu l-ogħla fir-reġjun (ara l-Figura 4). Figura 4 Prezzijiet tal-futuri tal-karga bażika reġjonali għal Jannar – Ġunju 2017
|
(49) |
Il-pajjiż hu ferm interkonness mal-pajjiżi ġirien – il-kapaċità tal-interkonnessjoni għall-elettriku kienet ta’ 30 % fl-2014, ogħla mill-mira tal-2020 (21). Fl-2014, l-akkoppjament tas-swieq tar-Repubblika Ċeka-Slovakkja-Ungerija-Rumanija sar operazzjonali, u rriżulta f’żieda fil-likwidità ta’ HUPX u fi tnaqqis fil-volatilità tal-prezzijiet. Il-Figura 5 tiġbor id-dejta tal-kambju tal-elettriku mal-pajjiżi ġirien fl-2014. Figura 5 Il-kambju tal-elettriku bejn l-Ungerija u l-pajjiżi ġirien
|
2.6.2. DESKRIZZJONI TAL-EVOLUZZJONI PREVISTA TAS-SUQ TAL-ELETTRIKU UNGERIŻ
(50) |
Fuq il-bażi tal-istudju msemmi fil-premessa 20 maħruġ minn MAVIR (22), kważi l-flotta kollha tal-ġenerazzjoni tal-faħam se tkun ġiet irtirata bejn l-2025 u l-2030 u l-kapaċità installata tal-flotta tal-gass tal-Ungerija se tkun naqset b’1 GW. Meta mqabbla mal-istimi tiegħu ta’ tkabbir fid-domanda massima, il-kapaċità tal-ġenerazzjoni disponibbli mill-produtturi domestiċi tal-enerġija hi mistennija tinżel f’livelli taħt il-karga massima sal-2021. Bħala riżultat ta’ dan, it-TSO jistma li s-suq Ungeriż se jkun jeħtieġ mill-inqas 5,3 GW ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku ġdida addizzjonali sal-2026 u kemxejn iktar minn 7 GW sa tmiem il-perjodu tat-tbassir fl-2031. Dan hu muri fil-Figura 6 hawn taħt li turi li se jkun meħtieġ ammont sinifikanti ta’ kapaċità installata lil hinn mill-Karga Massima li qed tikber. Fis-sottomissjoni tagħha datata s-16 ta’ Jannar 2017, l-Ungerija spjegat li hi meħtieġa tiżgura ċertu livell ta’ kapaċità li jifdal li tirrifletti l-prattiki standard tal-industrija ta’ TSOs tal-ENTSO-E. Il-kapaċità li jifdal hi d-differenza bejn il-kapaċità domestika affidabbli disponibbli flimkien mal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni nazzjonali kif ukoll il-karga massima u r-riżerva tas-servizzi tas-sistema. Il-kapaċità li jifdal hi l-parti tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni nazzjonali li jifdal fis-sistema biex tkopri kwalunkwe esportazzjoni pprogrammata, varjazzjoni mhux mistennija fit-tagħbija, riżerva tas-servizzi tas-sistema u indisponibilitajiet mhux ippjanati f’punt ta’ referenza. Figura 6 Rekwiżit ta’ kapaċità addizzjonali fis-settur tal-elettriku tal-Ungerija
|
(51) |
L-Ungerija tistipula li minkejja d-dikjarazzjonijiet dwar ir-rekwiżit relattivament kbir għall-kapaċità ta’ ġenerazzjoni l-ġdida, id-dejta minn Platts Powervision tissuġġerixxi li kapaċità ġdida relattivament żgħira fil-fatt qiegħda tinbena, kif muri fit-Tabella 2. L-Ungerija tiddikjara wkoll li skont id-dejta ta’ Platt, impjant ta’ 44 MW mill-iskart għall-enerġija hu l-uniku impjant tal-enerġija li bħalissa qiegħed jinbena fl-Ungerija. L-Ungerija tispjega wkoll li, filwaqt li hemm pjanijiet ta’ investituri biex jibnu impjanti ikbar (li jaħdmu bil-gass), l-ebda wieħed minn dawk il-proġetti ma jista’ jitqies ikkonfermat, peress li l-investituri għadhom ma ġarrbux spejjeż irrekuperabbli sostanzjali bħal kostijiet tal-kostruzzjoni, li jkunu juru impenn biex fil-fatt iwettqu l-proġett. Tabella 2: Kapaċitajiet ġodda li se jinbnew fis-settur tal-elettriku tal-Ungerija
|
2.7. RAĠUNIJIET BIEX JINGĦATA BIDU GĦALL-PROĊEDURA
(52) |
F’Mejju 2015, l-Ungerija nnotifikat lill-Kummissjoni l-pjanijiet tagħha li tinvesti fil-kostruzzjoni taż-żewġ reatturi nukleari fis-sit Paks għaċ-ċertezza tad-dritt u ddikjarat li l-miżura ma kienet tinvolvi ebda għajnuna mill-Istat, peress li l-Istat qed jaġixxi bħala investitur fis-suq li jfittex profitt raġonevoli. Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet tħassib li l-miżura tkun tinvolvi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107 TFUE, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli f’dak l-istadju. B’mod partikolari, il-Kummissjoni esprimiet dubji serji dwar jekk il-miżura kinitx tinvolvi vantaġġ selettiv għal Paks II, peress li l-Ungerija ma oġġezzjonatx għall-eżistenza tal-elementi l-oħra tal-għajnuna mill-Istat matul il-fażi tan-notifika. |
(53) |
Ir-raġunijiet għad-dubji derivati mir-riżultat tat-test tal-Prinċipju ta’ Investitur f’Ekonomija tas-Suq (“MEIP”), li jivvaluta jekk investitur tas-suq kienx jinvesti fil-proġett bl-istess patti u kundizzjonijiet bħall-investitur pubbliku fiż-żmien li fih ittieħdet id-deċiżjoni li jsir l-investiment pubbliku (23). It-test tal-MEIP hu rikonoxxut mill-ġurisprudenza wkoll (24). |
(54) |
F’termini formali, it-test tal-MEIP fittex li jiġġustifika jekk ir-rata ta’ redditu interna (“IRR”) mistennija tal-investiment tkunx ogħla minn parametru referenzjarju bbażat purament fuq is-suq tal-kost medju ponderat tal-kapital (“WACC”) għall-proġett sottomess għall-investiment (25). Filwaqt li l-Ungerija stmat l-IRR tal-proġett bħala ikbar minn WACC referenzjarju bbażat purament fuq is-suq, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk id-WACC kellux jitqies bħala ogħla. |
(55) |
Fid-dawl tad-dubji fir-rigward tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk kwalunkwe miżura ta’ għajnuna mill-Istat tistax tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq intern. Madankollu, peress li l-awtoritajiet Ungeriżi qiesu li l-miżura kienet ħielsa minn għajnuna mill-Istat, l-awtoritajiet Ungeriżi ma kinux issottomettew, il-fażi preliminari, xi raġuni dwar għaliex il-miżura tkun kompatibbli mas-suq intern. Il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji fuq kemm il-miżura ma kinitx taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (26), peress li dawk il-linji gwida jkopru miżuri fil-qasam tal-enerġija nukleari u l-iskart radjuattiv. Għad li l-Kummissjoni kkonkludiet li ebda Linja Gwida oħra ma kienet applikabbli għall-valutazzjoni tal-miżura nnotifikata, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li tista’ tiddikjara miżura bħala direttament kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE, jekk il-miżura jkollha l-għan li tikseb objettiv ta’ interess komuni, jekk tkun neċessarja u proporzjonata u fejn l-effetti pożittivi tal-kisba tal-objettiv komuni jisbqu l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. |
(56) |
Il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-miżura tistax titqies bħala proporzjonata, jiġifieri, jekk il-miżura kinitx limitata għal-livell minimu ta’ appoġġ ta’ investiment neċessarju biex issir il-kostruzzjoni b’suċċss tal-unitajiet addizzjonali tal-ġenerazzjoni tal-elettriku għall-kisba tal-objettiv komuni mfittex. Il-benefiċjarju jkun qed jirċievi assi tal-ġenerazzjoni bla ma jaffaċċja ebda riskju partikolari marbut mal-kostijiet ta’ rifinanzjament li operaturi oħra tas-suq ikunu jaffaċċjaw. Il-Kummissjoni ma ġiet ipprovduta b’ebda evidenza dar kif l-Ungerija tkun qed tipprevjeni tali kumpens eċċessiv. |
(57) |
Il-Kummissjoni saħqet li s-suq tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-Ungerija hu kkaratterizzat minn konċentrazzjoni relattivament għolja tas-suq, bil-Paks NPP eżistenti li tipprovdi madwar 50 % tal-ġenerazzjoni domestika. Fin-nuqqas ta’ kapaċitajiet ġodda, il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn Paks NPP u minn Paks II aktarx li tipprovdi sehem saħansitra ikbar mis-suq tal-provvista, li jkollha effett distorsiv fuq is-suq tal-elettriku tal-Ungerija. L-Ungerija ma pprovdietx evidenza dettaljata lill-Kummissjoni dwar kif tiżgura l-operat indipendenti kontinwu tal-assi tal-ġenerazzjoni eżistenti u ġodda. |
(58) |
Finalment, il-Kummissjoni nnotat li minħabba l-partikolaritajiet tas-suq tal-elettriku tal-Ungerija, l-operat ta’ Paks II jista’ jikkawża wkoll riskju ta’ likwidità fis-suq tal-bejgħ bl-ingorssa bil-limitazzjoni tan-numru ta’ offerti tal-provvista disponibbli fis-suq. Skont il-mod li bih jinbiegħ l-elettriku prodott mir-reatturi l-ġodda fis-suq, tista’ tkun ferm affettwata l-likwidità, jistgħu jiddaħħlu ostakli għad-dħul u tista’ titnaqqas il-kompetizzjoni f’diversi livelli tas-suq. L-Ungerija ma pprovdietx spjegazzjoni dettaljata dwar kif l-elettriku jkun innegozjat minn Paks II u kif tkun żgurata l-likwidità fis-suq. |
(59) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni esprimiet dubji għaliex il-miżura tista’ tinvolvi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
(60) |
Fin-nuqqas ta’ biżżejjed evidenza, il-Kummissjoni lanqas ma setgħet tasal għal xi konklużjoni dwar il-kompatibbiltà ta’ kwalunkwe miżura bħal din mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c). Barra minn hekk, fuq il-bażi tad-dubji mqajma fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ u minħabba n-nuqqas ta’ argumenti dwar il-kompatibilità mill-Ungerija f’dak iż-żmien, il-Kummissjoni stħarrġet sensiela ta’ kwistjonijiet relatati mad-distorsjoni tal-kompetizzjoni u possibbiltajiet li Paks II tista’ tkun ikkumpensata b’mod eċċessiv. |
(61) |
Fir-rigward tad-dubji dwar il-proporzjonalità mqajma fil-premessa 56 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni eżaminat jekk Paks II tistax, fid-dawl tal-għajnuna, terġa’ tinvesti kwalunkwe profitt li ma jitħallasx lill-Istat fil-forma ta’ dividendi biex tiżviluppa jew tixtri assi addizzjonali tal-ġenerazzjoni u, b’hekk, issaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fis-suq. |
(62) |
Fir-rigward tad-dubji dwar il-proporzjonalità espressi fil-premessa 56, il-Kummissjoni investigat ukoll il-politika tad-dividendi ppjanata tal-Ungerija, b’mod partikolari jekk tkunx titlob dividendi (bid-diskrezzjoni tagħha skont il-profitt miksub minn Paks II) jew, minflok, tħallix il-profitti ma’ Paks II. Il-Kummissjoni kienet imħassba li Paks II tista’ tuża l-profitti tagħha biex terġa’ tinvesti billi tiżviluppa jew tixtri assi addizzjonali ta’ ġenerazzjoni u tkompli toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
(63) |
Kif stipulat fil-premessa 57, minħabba l-livell relattivament għoli ta’ konċentrazzjoni tas-suq tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-Ungerija u bl-impjant tal-enerġija nukleari attwali Paks NPP (Grupp MVM) li jipprovdi madwar 50 % tal-ġenerazzjoni domestika, il-Kummissjoni kienet imħassba dwar jekk Paks NPP u Paks II ikunux miżmuma b’mod separat u jistgħux jitqiesu indipendenti u mhux konnessi ma’ xulxin. Il-fatt li bħalissa Paks II hi legalment indipendenti mill-Grupp MVM ma kienx biżżejjed għall-Kummissjoni peress li din ma rċiviet ebda informazzjoni matul il-fażi ta’ notifika dwar jekk Paks NPP u Paks II ikomplux joperaw b’mod legalment u strutturalment separati għalkollox. Tali kjarifiki dehru neċessarji biex jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ żieda ulterjuri ta’ konċentrazzjoni tas-suq. |
(64) |
Barra minn hekk, kif spjegat fit-taqsima 2.6, l-iktar tranżazzjonijiet komuni fis-settur tal-enerġija tal-bejgħ bl-ingrossa tal-Ungerija huma konklużi permezz ta’ PPAs bilaterali u li l-Kambju tal-Enerġija tal-Ungerija (“HUPX”) kien għadu ma skattax livell adegwat ta’ likwidità. Peress li n-notifika tal-Ungerija ma għamlix riferiment għall-metodi mistennija ta’ bejgħ tal-elettriku minn Paks II, il-Kummissjoni investigat l-effett ta’ Paks II fuq il-livelli attwali ta’ likwidità tal-Ungerija fi ħdan is-settur tal-enerġija tal-bejgħ bl-ingrossa. |
(65) |
Fid-dawl tad-dubji dwar il-likwidità fis-suq ippreżentati fil-premessa 58, il-Kummissjoni xtaqet tiżgura li jkun hemm firxa wiesgħa ta’ offerti tal-provvista disponibbli fis-suq, b’mod partikolari fid-dawl tal-pożizzjoni dominanti ta’ MVM Partner fis-suq tal-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku (27). Il-Kummissjoni kienet imħassba li l-livelli ta’ likwidità jistgħu jkunu ferm affettwati u li l-kostijiet tar-rivali downstream jistgħu jiżdiedu minħabba r-restrizzjoni tal-aċċess kompetittiv tagħhom għal input importanti (esklużjoni ta’ dħul). Dan jista’ jseħħ jekk l-elettriku prodott minn Paks II jinbiegħ primarjament permezz ta’ kuntratti fit-tul lil ċerti fornituri biss, u b’hekk is-saħħa fis-suq ta’ Paks II fis-suq tal-ġenerazzjoni tiġi kkonvertita għas-suq fil-livell tal-konsumatur. |
(66) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni fittxet informazzjoni addizzjonali b’rabta mal-istrateġija tan-negozjar tal-output tal-enerġija ta’ Paks II, b’attenzjoni speċjali għal jekk din tkunx b’termini ta’ kompetizzjoni ġusta billi toffri l-elettriku tagħha fil-kambju jew fi kwalunkwe pjattaforma trasparenti oħra ta’ negozjar. |
3. IL-POŻIZZJONI TAL-GVERN UNGERIŻ
3.1. IL-POŻIZZJONI TAL-UNGERIJA DWAR L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA
3.1.1. VANTAĠĠ EKONOMIKU
(67) |
Fin-notifika l-Ungerija tiddikjara li l-investiment ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107 TFUE peress li dan ma jagħtix vantaġġ ekonomiku lil Paks II. L-Ungerija ssostni din id-dikjarazzjoni billi tindika li l-investiment ta’ Paks II jikkonforma mat-test tal-MEIP [ara l-premessi 53 u 54]. |
(68) |
B’mod partikolari, l-Ungerija tiddikjara li t-test tal-MEIP hu ssodisfat b’żewġ modi (28). L-ewwel nett, id-WACC tal-proġett instab li kien inqas mill-IRR tiegħu. It-tieni, hu argumentat li l-kost livellat tal-elettriku (“LCOE”) hu baxx biżżejjed biex it-teknoloġija nukleari ssir kompetittiva meta mqabbla ma’ teknoloġiji oħra tal-ġenerazzjoni u toffri redditi raġonevoli bil-prezzijiet prevalenti tal-elettriku (29). |
(69) |
L-istudji u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn li ġejjin ġew sottomessi mill-Ungerija b’appoġġ tal-fehma tagħha:
|
(70) |
Barra minn hekk, il-Gvern Ungeriż issottometta wkoll mudell finanzjarju li ntuża biex jiġu kkalkolati ċ-ċifri tal-IRR għall-proġett. Ġew sottomessi żewġ verżjonijiet tal-mudell lill-Kummissjoni:
|
(71) |
Ħlief għall-“Kjarifiki Ulterjuri”, id-dokumenti elenkati fil-premessa 69 jindirizzaw is-suġett tal-komputazzjoni tad-WACC u tal-IRR, għad li b’diversi livelli ta’ dettall. L-IRR tal-proġett hi kkalkolata bl-użu tal-Mudell Finanzjarju (31). L-approċċ tal-LCOE hu diskuss fl-Istudju Ekonomiku u fil-“Kjarifiki Ulterjuri” [ara l-premessa 69]. |
(72) |
F’termini tal-analiżi mill-Ungerija, id-dokumenti elenkati fil-premessi 69(c)-69(f) jinkludu diversi aġġornamenti taċ-ċifri sottomessi fl-istudju tal-MEIP, u sussegwentement fl-Istudju Ekonomiku. B’mod partikolari, ċerti aġġornamenti huma datati wara d-data ta’ ffirmar tal-kuntratt tal-EPC tad-9 ta’ Diċembru 2014, jiġifieri d-deċiżjoni ta’ investiment inizjali. |
(73) |
Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ tipprovdi evalwazzjoni dettaljata tal-pożizzjoni tal-Ungerija dwar kull kwistjoni ewlenija kif riflessa fis-sottomissjonijiet tagħha sad-data tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ (32). Il-bqija ta’ din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-pożizzjoni tal-Ungerija dwar il-kwistjonijiet ewlenin imqajma wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ. B’mod partikolari, l-applikazzjoni tad-WACC u tal-IRR, kif ukoll tal-LCOE se tiġi ppreżentata b’mod separat. |
3.1.1.1. Il-pożizzjoni tal-Ungerija dwar id-WACC
(74) |
Fit-Tweġiba tagħha għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-Ungerija tenniet il-medda stmata tagħha ta’ bejn 6,2 %-7,7 % għad-WACC bħal fis-sottomissjonijiet preċedenti tagħha. Tenniet ukoll fuq l-argumenti preċedenti tagħha mressqa fl-Ittri ta’ Kjarifika u nnotat li l-Kummissjoni ma vvalutatx dawn l-argumenti fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. |
3.1.1.2. Il-pożizzjoni tal-Ungerija dwar l-IRR
(75) |
Din it-taqsima tirrieżamina l-pożizzjoni tal-Ungerija b’rabta mal-kalkolu tal-IRR li uża l-Mudell Finanzjarju għall-komputazzjoni tal-flussi ta’ flus ħielsa minn futuri għall-proġett u tiddetermina l-IRR tiegħu. L-elementi ewlenin tal-Mudell Finanzjarju huma:
|
(A) Previżjonijiet tal-prezz tal-elettriku
(76) |
Il-previżjonijiet tal-prezz użati mill-Gvern Ungeriż ġew rieżaminati fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Fit-Tweġiba tagħha għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-Ungerija kkritikat il-Kummissjoni talli użat kurva waħda biss ta’ previżjoni tal-prezzijiet (fuq il-bażi tal-pubblikazzjoni World Energy Outlook 2014 tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (IEA WEO 2014) biex tikkalkola l-IRR tal-proġett (33). B’mod partikolari, hi indikat li jenħtieġ li jintużaw il-previżjonijiet kollha tal-prezzijiet sottomessi fl-Istudju Ekonomiku għall-valutazzjoni tal-IRR. |
(B) Suppożizzjonijiet operazzjonali
(77) |
Is-suppożizzjonijiet operazzjonali għall-Mudell Finanzjarju u għall-kalkoli tal-IRR ġew ipprovduti mit-tim tekniku ta’ Paks II. Għad li oriġinarjament ma ġewx ipprovduti dettalji li jiġġustifikaw dawk is-suppożizzjonijiet operazzjonali, sussegwentement l-Ungerija ssottomettiet informazzjoni ta’ sfond dwar dawk is-suppożizzjonijiet fit-tweġibiet tagħha għat-talbiet għal informazzjoni mill-Kummissjoni. Sottomissjoni importanti f’dan ir-rigward hi l-Kjarifiki Ulterjuri sottomessi bħala tweġiba għat-Talba għal Informazzjoni wara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ u l-kummenti ta’ partijiet terzi. |
(C) L-IRR tal-proġett
(78) |
Fit-Tweġiba għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-Ungerija tenniet ir-riżultati tal-komputazzjonijiet preċedenti tagħha ta’ bejn 8,6 %-12,0 % għall-IRR tal-proġett. |
(79) |
It-Tweġiba tal-Ungerija għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ikkritikat il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-impatt ta’ dewmien fuq l-IRR tal-proġett (tnaqqis ta’ 0,9 % għal dewmien ta’ 5 snin). Iċ-ċifra ġiet ikkalkolata b’suppożizzjoni ta’ dewmien matul il-perjodu operazzjonali. Madanollu, l-Ungerija argumentat li dewmien fil-perjodu tal-kostruzzjoni jista’ jżid l-IRR tal-proġett meta jkun hemm dewmien fit-tiġrib tal-kostijiet ukoll. |
3.1.1.3. Il-pożizzjoni tal-Ungerija dwar l-LCOE
(80) |
Din it-taqsima tirrieżamina l-pożizzjoni tal-Ungerija dwar l-LCOE għal Paks II (34). |
(A) L-Istudju Ekonomiku
(81) |
L-Ungerija argumentat fl-Istudju Ekonomiku li l-LCOE ta’ Paks II hu baxx biżżejjed biex ikun kompetittiv ma’ teknoloġiji oħra tal-ġenerazzjoni. B’mod partikolari, l-istudju ppreżenta tliet stimi tal-LCOE fir-rigward ta’ proġett nukleari fl-Ungerija. L-ewwel stima ta’ EUR 70/MWh kienet ibbażata fuq rata ta’ skont ta’ 7 % (il-limitu massimu tad-WACC stmat ippreżentat fl-istess Studju Ekonomiku) u ttieħdet minn pubblikazzjoni konġunta tal-2015 tal-OECD/IEA/NEA “Projected Costs of Generating Electricity” (“l-istudju tal-2015 tal-OECD/IEA/NEA”) (35). It-tieni stima tal-LCOE ta’ EUR 50-63/MWh kienet ibbażata fuq studju minn Aszodi et al. (2014) li tuża rata skontata bbażata fuq ir-rata tal-imgħax tas-self Russu, li taqa’ fil-medda ta’ 4-5 % (36). It-tielet stima tal-LCOE ta’ EUR 58-120/MWh (prezzijiet reali tal-2013) ġiet ikkalkolata permezz ta’ analiżi referenzjarja bbażata fuq ċifri ppubblikati minn diversi aġenziji internazzjonali li toffri medda potenzjali għal-LCOE (37). L-istudju kkonkluda li l-LCOE għal impjant tal-enerġija nukleari tal-Ungerija jaqa’ fi ħdan il-medda ta’ bejn EUR 50,5-57,4/MWh (prezzijiet reali tal-2013) 1 fejn iż-żewġ valuri tat-tmiem ġew ikkalkolati bit-teħid ta’ rata tal-imgħax daqs iż-żewġ punti tat-tmiem tal-medda tad-WACC (6,2 % u 7,0 %) irrapportati fl-istess Studju ekonomiku (38). Meta mqabbla mal-prezzijiet tal-elettriku tal-futur mill-istess Studju Ekonomiku, jista’ jiġi argumentat li l-proġett tal-impjant tal-enerġija nukleari tal-Ungerija hu wieħed li jħalli l-profitt u, għalhekk, l-Ungerija targumenta li investitur privat iħoss li hu raġonevoli li jwettaq il-proġett. |
B) Kjarifiki ulterjuri
(82) |
Bħala tweġiba għall-mistoqsija mill-Kummissjoni dwar kif il-medda tal-LCOE ta’ bejn EUR 50,5-57,4/MWh fil-konklużjoni finali tal-Istudju Ekonomiku tista’ tiġi rrikonċiljata mal-medda ta’ bejn USD 89-94/MWh stabbilita fl-istudju tal-OECD/IEA/NEA, l-Ungerija spjegat fil-“Kjarifiki Ulterjuri” li d-differenza kienet dovuta għal suppożizzjonijiet differenti ħafna użati fl-Istudju Ekonomiku u l-istudju tal-OECD/IEA/NEA, eż. id-differenza fil-fattur tal-kapaċità supponut (85 % vs 92 %) għall-impjanti tal-enerġija nukleari u fid-dati tal-ikkummissjonar (2020 vs 2025). |
3.2. IL-POŻIZZJONI TAL-UNGERIJA DWAR IL-KOMPATIBBILTÀ POSSIBBLI TAL-MIŻURA MAS-SUQ INTERN
(83) |
Għad li fit-tweġiba tagħha għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ l-Ungerija enfasizzat li l-miżura ma kinitx tinvolvi għajnuna mill-Istat, hi ssottomettiet kummenti biex tindirizza t-tħassib imqajjem mill-Kummissjoni fir-rigward tal-kompatibbiltà possibbli tal-miżura mas-suq intern, espressa fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ f’każ li l-Konklużjoni tasal għall-konklużjoni li kienet teżisti għajnuna mill-Istat. |
3.2.1. IL-POŻIZZJONI DWAR L-OBJETTIV TA’ INTERESS KOMUNI
(84) |
Fit-tweġiba tagħha għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-Ungerija stabbilixxiet diversi kunsiderazzjonijiet relatati mal-politika li hi qieset li huma rilevanti għad-definizzjoni tal-objettiv ta’ interess komuni fuq il-bażi ta’ dawn li ġejjin:
|
(85) |
L-Ungerija saħqet li, fuq il-bażi tal-Artikolu 194(2) TFUE, kull Stat Membru għandu d-dritt sovran li jagħżel it-taħlita enerġetika tiegħu u hi tirreferi għall-Istrateġija Nazzjonali tagħha tal-Enerġija għall-2030 [ara l-premessa 20] li tidentifika approċċ nukleari-faħam-rinnovabbli bħala strateġija tal-enerġija għat-terminu medju tal-pajjiż. |
(86) |
L-Ungerija tirreferi wkoll għall-Artikolu 2(c) tat-Trattat Euratom li jiddikjara li l-Komunità Euratom għandha tiffaċilita l-investiment u tiżgura l-istabbiliment tal-installazzjonijiet bażiċi neċessarji għall-iżvilupp tal-enerġija nukleari fil-Komunità Euratom. L-Ungerija tisħaq li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom, li jorbtu lil kull Stat Membru firmatarju, għandhom jinftiehmu bħala objettiv komuni tal-Unjoni. |
(87) |
Barra minn hekk, l-Ungerija tispjega li hemm tkabbir projettat ta’ madwar 4 % fid-domanda tal-elettriku mistennija mit-TSO sas-sena 2030, primarjament minħabba l-elettrifikazzjoni proposta tat-trasport, tal-industrija u tas-sistemi ta’ tisħin tal-Ungerija. L-istess studju tat-TSO jikkonkludi li ħafna mill-impjanti eqdem eżistenti tal-Ungerija li jaħdmu bil-faħam u bil-gass qed isiru obsoleti u huma mistennija jingħalqu sal-2030. L-istudju sab ukoll li huma tassew ftit il-kapaċitajiet installati ġodda li huma mistennija jiġu installati fi ħdan l-istess perjodu ta’ żmien. Dan ser iwassal għal tnaqqis previst ta’ 32 % fil-kapaċità eżistenti u l-Ungerija targumenta li l-bini ta’ Paks II se jkun tweġiba mmirata tajjeb għal din id-diskrepanza prevista fil-kapaċità ta’ ġenerazzjoni fil-futur. |
(88) |
Barra minn hekk, l-Ungerija tisħaq li d-dipendenza tagħha fuq il-gass importat hi ogħla mill-medja tal-UE 28. Iktar minn 95 % tal-gass użat fl-Ungerija hu importat, u primarjament mir-Russja. Hi targumenta li mingħajr nukleari fit-taħlita enerġetika, id-dipendenza tal-Ungerija fuq iż-żejt jew il-gass tiżdied b’mod sinifikanti. Dan ikun il-każ b’mod partikolari wara l-eliminazzjoni gradwali tal-unitajiet operazzjonali eżistenti tal-Paks NPP fejn unitajiet addizzjonali oħra tal-ġenerazzjoni tal-elettriku jkollhom jużaw fjuwils bħal dawn biex inaqqsu d-diskrepanza futura fil-kapaċità installata nazzjonali totali deskritta fil-premessa 50. Konsegwentement, l-Ungerija tqis li l-miżura tkun qed tikkontribwixxi għad-diversità tas-sorsi tal-fjuwil fit-taħlita enerġetika u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-pajjiż. |
(89) |
L-Ungerija targumenta li l-proġett se jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Unjoni tal-2020 ta’ tnaqqis tal-gassijiet serra peress li l-fissjoni nukleari hi meqjusa bħala sors ta’ enerġija b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju. L-awtoritajiet Ungeriżi jargumentaw li l-post topografiku u ġeografiku tal-pajjiż ma jippermettix li jiġu skjerati impjanti eoliċi jew idroelettriċi fil-baħar. L-għażliet li jifdal għall-ġenerazzjoni rinnovabbli huma minn impjanti eoliċi, solari u tal-bijomassa fuq l-art, iżda l-iżvilupp ta’ tali teknoloġiji ma jkunx biżżejjed biex ikopri d-diskrepanza prevista fil-kapaċità futura msemmija fil-premessa 50 iktar ’il fuq meta ma tkun prevista ebda ġenerazzjoni addizzjonali min-nukleari. Konsegwentement, l-Ungerija targumenta li l-proġett qiegħed ifittex l-objettiv ta’ dekarbonizzazzjoni. |
(90) |
L-awtoritajiet Ungeriżi jallegaw li l-proġett (kemm matul kif ukoll wara l-kostruzzjoni) se jġib miegħu ħolqien sinifikanti tax-xogħol. Dan ikun partikolarment importanti fid-dawl tal-pożizzjoni ġeografika tal-impjant tal-enerġija nukleari Paks II, li jinsab f’reġjun NUTS II, b’PDG ta’ inqas minn 45 % ta’ dak tal-medja tal-UE per capita. Bħala tali, l-Ungerija tqis li l-implimentazzjoni tal-proġett ikollha objettiv ta’ tkabbir u ta’ ħolqien sinifikanti tax-xogħol f’diversi setturi. |
(91) |
Finalment, l-Ungerija targumenta li l-investiment f’kapaċità ġdida tal-ġenerazzjoni nukleari se jsarraf direttament fi prezzijiet tal-elettriku orħos għall-industrija u għall-konsumatur, li huma konformi ma’ objettiv tal-UE kollha ta’ affordabilità tas-servizzi. L-Ungerija tiddikjara wkoll li l-fatt li m’għandu jingħata ebda appoġġ lil Paks II matul l-operat tagħha jsostni l-argument ta’ affordabilità. |
3.2.2. IL-POŻIZZJONI DWAR IN-NEĊESSITÀ TAL-MIŻURA
(92) |
Fid-dawl tad-diskrepanza bejn il-ġenerazzjonijiet li dejjem qiegħda tikber u li qed taffaċċja l-Ungerija, din tispjega li ammont sinifikanti ta’ investiment fil-kapaċità ta’ ġenerazzjoni hu meħtieġ, bil-kwantum tat-tali investiment meħtieġ li hu ikbar mill-proġetti li bħalissa qed jinbnew jew li huma fil-fażi ta’ żvilupp. |
(93) |
Għal dawn ir-raġunijiet, l-Ungerija qabbdet lil Nera Economic Consulting biex tanalizza l-iżvilupp tas-swieq tal-elettriku tal-Ungerija u tal-pajjiżi ġirien u d-definizzjoni tas-swieq xierqa għall-proġett Paks II meta jsir operazzjonali (l-“Istudju ta’ NERA”). Dan l-istudju jissuġġerixxi li l-bini tal-unitajiet il-ġodda 5 u 6 f’Paks II jista’ jkun kummerċjalment preferibbli meta mqabbel ma’ tipi oħra ta’ investimenti għall-ġenerazzjoni tal-enerġija fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet tas-suq tal-Ungerija, bħall-kapaċità simili pprovduta minn turbini tal-gass b’ċiklu miftuħ (“OCGTs”) u minn CCGTs. L-Ungerija tikkonkludi li b’hekk m’hemm ebda kontrafattwali possibbli li jissodisfa l-objettivi tal-politika. |
3.2.3. IL-POŻIZZJONI DWAR IL-PROPORZJONALITÀ TAL-MIŻURA
(94) |
L-Ungerija ttenni li hi tistenna li tirċievi kumpens sħiħ mill-investiment fl-impjant tal-enerġija nukleari Paks II kemm mill-apprezzament tal-kapital kif ukoll mid-dividendi. |
(95) |
Barra minn hekk, fis-sottomissjoni tagħha tat-28 ta’ Lulju 2016, filwaqt li sostniet li l-proġett ma jkunx jinvolvi għajnuna mill-Istat u li kien konformi mal-MEIP, l-Ungerija pprovdiet informazzjoni addizzjonali bi tweġiba għat-tħassib imqajjem fit-taqsima 3.3.6 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ rigward il-proporzjonalità f’każ li l-Kummissjoni ssib li jkun hemm għajnuna mill-Istat fil-proġett innotifikat. |
(96) |
Skont is-sottomissjoni tagħha, l-Ungerija tiddikjara li Paks II għandha tuża l-profitti kollha dderivati mill-attività tal-unitajiet 5 u 6 ta’ Paks II għall-finijiet li ġejjin biss:
|
(97) |
L-Ungerija kkonfermat ukoll li Paks II għandha toqgħod lura milli (terġa’) tinvesti fl-estensjoni tal-kapaċità proprja ta’ Paks II jew fil-ħajja ta’ din u mill-installazzjoni ta’ kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni addizzjonali, għajr dawk tar-reatturi 5 u 6 ta’ Paks II. Jekk isir investiment bħal dan, l-Ungerija għandha tinnotifikah lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat |
3.2.4. IL-POŻIZZJONI FUQ L-EFFETT TAL-MIŻURA FUQ IS-SUQ INTERN
(98) |
L-awtoritajiet Ungeriżi ddikjaraw li meta jseħħ kwalunkwe effett distorsiv, dan ikun limitat fid-durata għall-perjodu ta’ trikkib bejn l-eliminazzjoni gradwali tar-reatturi eżistenti f’Paks NPP u l-bidu tal-operat taż-żewġ reatturi l-ġodda ta’ Paks II. L-Ungerija tqis li mhuwiex raġonevoli li jiġi supponut li l-ħajja ta’ Paks NPP tista’ taqbeż il-50 sena, u għalhekk il-perjodu ta’ trikkib ikun qasir ħafna. |
(99) |
Barra minn dan, fil-fehma tal-Ungerija l-perjodu ta’ trikkib hu tassew meħtieġ u raġonevoli fid-dawl tal-bżonn li l-impjant Paks II ikun operazzjonali fiż-żmien li fih Paks NPP joqrob lejn tmiem il-ħajja estiża tiegħu, u li l-iżvilupp u l-ikkummissjonar ta’ Paks II jistgħu jkunu soġġetti għal dewmien minħabba l-kumplessità teknika li jinvolvi l-ikkummissjonar ta’ impjant tal-enerġija nukleari ġdid u minħabba l-fatturi esterni barra mill-kontroll tal-partijiet (eż. tibdil fil-leġiżlazzjoni, ir-rekwiżiti ta’ sikurezza, l-ambjent regolatorju). L-Ungerija ssottomettiet ukoll li wħud mill-unitajiet mgħammra b’teknoloġija VVER tal-Ġenerazzjoni III u III+ kienu qed jaffaċċjaw jew hu previst li se jaffaċċjaw dewmien meta mqabbla maż-żmien tal-kostruzzjoni ta’ Paks II, kif muri fit-Tabella 3 hawn taħt. Tabella 3 Dewmien akkumulat fil-kostruzzjoni tal-unitajiet VVER tal-Ġenerazzjoni III u III+
|
(100) |
Barra minn hekk, l-Ungerija tixħet dawl fuq il-fatt li Paks NPP u ż-żewġ reatturi l-ġodda ta’ Paks II huma proprjetà ta’ entitajiet separati u huma operati minn entitajiet separati u li l-Grupp MVM mhuwiex relatat b’xi mod mal-proġett Paks II jew ma’ Paks II. Hi tiddikjara wkoll li, jekk kellha tiġi kkunsidrata konċentrazzjoni bejn Paks II u l-Grupp MVM, tali konċentrazzjoni tkun soġġetta għar-regoli dwar il-kontroll tal-fużjonijiet. |
(101) |
L-Ungerija targumenta li l-fatt li ż-żewġ kumpanniji huma proprjetà tal-Istat ma jixħitx f’dubju prima facie l-awtonomija kummerċjali tagħhom. Għall-kuntrarju, jista’ jintwera li l-kumpanniji huma indipendenti minn xulxin meta kull kumpannija jkollha setgħat indipendenti ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. |
(102) |
L-Ungerija tasserixxi li l-Grupp MVM u Paks II huma indipendenti u mhumiex konnessi fuq il-bażi ta’ dawn ir-raġunijiet:
|
(103) |
L-Ungerija tikkritika s-sejbiet tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ rigward il-kalkolu tas-sehem mis-suq tal-Grupp MVM fis-suq tal-provvista tal-elettriku tal-Ungerija. L-Ungerija targumenta li s-sehem mis-suq ma ġiex eżaminat f’paragun ma’ produtturi oħra preżenti fis-suq Ungeriż u li s-sehem mis-suq tal-Grupp MVM ġie kkalkolat fid-dawl tal-elettriku ġġenerat domestikament biss, esklużi l-importazzjonijiet. |
(104) |
Fuq il-bażi tal-Istudju NERA, l-Ungerija tallega li kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni possibbli trid tiġi interpretata f’kuntest tas-suq li hu ikbar mill-Istat tal-Ungerija. L-Istudju NERA jieħu f’kunsiderazzjoni l-inputs li ġejjin fil-valutazzjoni tas-suq tiegħu:
|
(105) |
Il-bażi tal-argument dwar għaliex is-suq li għandu jiġi vvalutat hu ikbar mill-Ungerija hi li l-importazzjonijiet tal-elettriku mill-pajjiżi ġirien ammontaw għal 31,4 % tal-konsum tal-elettriku tal-Ungerija fl-2014. L-Ungerija targumenta wkoll li dan il-livell għoli ta’ interkonnessjoni mal-pajjiżi ġirien se jkompli jiżdied minħabba interkonnetturi ġodda li se jsiru operazzjonali bejn l-2016 u l-2021 bejn is-Slovakkja (2×400 kV u 1×400 kV) u s-Slovenja (1×400 kV). Fis-sottomissjoni tal-Ungerija bid-data tas-16 ta’ Jannar 2017, l-Ungerija pprovdiet iktar dettalji dwar il-proġetti li se jsiru ta’ linji tat-trażmissjoni transfruntiera, li skont dawn se jinbena interkonnettur ieħor ta’ 2×400 kV mas-Slovakkja sal-2029 u wieħed ta’ 1×400 kV mar-Rumanija sal-2030. Il-kapaċitajiet totali mistennija ta’ interkonnessjoni għall-importazzjonijiet u għall-esportazzjonijiet huma murija fit-Tabelli 4 u 5. Tabella 4 Il-Projezzjonijiet ta’ ENTSO-E ta’ Kapaċitajiet ta’ Interkonnessjoni Installati għall-Importazzjoni fl-Ungerija
Tabella 5 Il-Projezzjonijiet ta’ ENTSO-E ta’ Kapaċitajiet ta’ Interkonnessjoni Installati għall-Esportazzjoni fl-Ungerija
|
(106) |
L-istudju jidentifika wkoll akkoppjament li rnexxa tas-swieq tal-provvista tal-enerġija mas-Slovakkja, mar-Repubblika Ċeka u mar-Rumanija u jirreferi għall-proposti ta’ ENTSO-E ppubblikati f’Ottubru 2015 li ddefinixxew lill-Ungerija bħala parti minn reġjun tal-kapaċità koordinat uniku tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant b’diversi pajjiżi li magħhom għad m’għandux arranġamenti ta’ akkoppjament, inklużi l-Awstrija, il-Ġermanja u l-Polonja (40). L-Ungerija targumenta li, meta mqabbla ma’ Stati Membri oħra, l-Ungerija diġà hi suq tal-elettriku ferm integrat fi ħdan l-Unjoni Ewropea, b’kapaċità ta’ interkonnessjoni li hi ta’ madwar 75 fil-mija tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni domestika installata totali, jiġifieri madwar 8 darbiet ogħla mill-mira tal-UE għall-Istati Membri sal-2020 u 5 darbiet ogħla mill-mira tal-UE għall-Istati Membri sal-2030. Fil-fehma tal-Ungerija, din hi raġuni biżżejjed biex id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni possibbli jiġu kkunsidrati fuq skala ikbar. |
(107) |
Fir-rigward tal-iskjerament ta’ teknoloġiji ġodda kemm fix-xenarju fattwali kif ukoll fin-nuqqas ta’ Paks II, l-Istudju NERA jipprevedi s-CCGTs jew l-OCGTs bħala teknoloġiji ġodda filwaqt li jippreżumi li d-dħul u l-ħruġ ta’ teknoloġiji oħra, bħar-rinnovabbli, il-faħam u n-nukleari hu improbabbli sempliċiment fuq bażi ekonomika għar-raġunijiet li ġejjin:
|
(108) |
L-Istudju NERA juri li fix-xenarju fattwali (il-kostruzzjoni ta’ Paks II), jistgħu jinħarġu l-konklużjonijiet li ġejjin:
Figura 7 L-output projettat għal kull teknoloġija u d-domanda nazzjonali sal-2040 (xenarju fattwali)
|
(109) |
Kif spjegat iktar ’il fuq fil-premessa 93, l-Istudju NERA jtenni li fin-nuqqas tal-kostruzzjoni ta’ Paks II, il-kapaċità simili kummerċjalment preferibbli għal tipi oħra ta’ investimenti tal-ġenerazzjoni tal-enerġija bbażati fuq il-kundizzjonijiet tas-suq tal-Ungerija tkun ipprovduta minn OCGTs u CCGTs. L-Istudju ta’ NERA jissuġġerixxi li anki jekk tissostitwixxi ħafna mill-kapaċità tal-impjant Paks II b’kapaċità ġdida tal-gass fl-Ungerija, l-Ungerija tibqa’ ferm dipendenti fuq importazzjonijiet tal-elettriku matul il-perjodu ta’ mmudellar fix-xenarju kontrofattwali tal-gass (ara l-Figura 8). Figura 8 L-output projettat għal kull teknoloġija u d-domanda nazzjonali sal-2040 (xenarju kontrofattwali)
|
(110) |
Barra minn hekk, l-Ungerija tiddikjara li minħabba l-konverġenza b’saħħitha bejn il-prezzijiet tas-suq fil-pajjiżi ġirien u l-Ungerija, aktarx li l-kompetituri jkunu jistgħu jiħħeġġjaw ir-riskji tagħhom billi jinnegozjaw l-elettriku fis-swieq ġirien, mingħajr il-bżonn li jinnegozjaw l-elettriku Ungeriż direttament. Fuq il-bażi tal-immudellar tal-istudju ta’ NERA, l-Ungerija tiddikjara li l-prezz tal-elettriku tal-karga bażika fis-suq reġjonali jibqa’ l-istess fix-xenarju kontrofattwali (ara l-Figura 9). Figura 9 Id-differenza fil-Prezzijiet tal-Karga bażika tal-Ungerija bejn il-każ bażi u l-kontrofattwali
|
(111) |
L-Ungerija tenfasizza li hi vvalutat l-effetti possibbli ta’ Paks II f’kuntest usa’ tas-suq. Hi targumenta fuq il-bażi tal-Istudju ta’ NERA li, peress li s-Slovakkja hi l-iżgħar mis-swieq ġirien li miegħu l-Ungerija bħalissa għandha akkoppjament tas-suq, l-effetti possibbli ta’ Paks II jinħassu l-iktar f’dan il-pajjiż. Hi targumenta li l-preżenza fis-suq ta’ Paks II f’dan is-suq akkoppjat tibqa’ fil-livell ta’ madwar 20 % sal-2040. |
(112) |
L-Istudju ta’ NERA jikkunsidra wkoll suq akkoppjat possibilment usa’ (l-Ungerija + is-Slovakkja + ir-Rumanija) u jargumenta li dawn huma s-swieq ġirien li magħhom l-Ungerija bħalissa għandha akkoppjament tas-swieq. Fuq il-bażi ta’ dan, l-Ungerija targument li anki l-ishma kkombinati mis-suq tal-Grupp MVM u ta’ Paks II (ta’ bejn 10 u 20 %) fis-suq akkoppjat tal-Ungerija + tas-Slovakkja + tar-Rumanija jkunu ferm inqas mil-limitu li jkun ifisser il-possibbiltà ta’ dominanza (ara l-Figura 10). Figura 10 L-ishma kkombinati mis-suq tal-Grupp MVM u ta’ Paks II skont il-produzzjoni (MWh) fis-swieq tal-Ungerija + tas-Slovakkja + tar-Rumanija
|
(113) |
Barra minn hekk, l-Ungerija tisħaq li, kemm fis-sajf kif ukoll fix-xitwa, it-teknoloġija li tistabbilixxi l-prezz tkun dik ta’ impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite u bil-faħam b’kostijiet marġinali ogħla minn ta’ Paks II, li jfisser li Paks II hi mistennija tibqa’ prenditur tal-prezzijiet minflok dik li tistabbilixxi l-prezzijiet anki matul il-perjodu operazzjonali ta’ trikkib ta’ Paks NPP u ta’ Paks II, meta l-probabilità li n-nukleari ssir it-teknoloġija li tistabbilixxi l-prezzijiet tibqa’ ferm iżgħar minn 5 % fis-sigħat kollha (ara l-Figura 11). Figura 11 Il-fjuwil li jistabbilixxi l-prezz fis-suq tal-enerġija tal-Ungerija
|
(114) |
L-Ungerija tiddikjara wkoll li, għall-kuntrarju tas-sejbiet tal-Kummissjoni fil-premessa (144) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-impjant tal-enerġija nukleari Paks II mhuwiex se jikkawża xi riskju tal-likwidità fis-suq tal-bejgħ bl-ingrossa billi jillimita n-numru ta’ offerti tal-provvista. Hi tikkontendi li bħala unità tal-ġenerazzjoni separata, jenħtieġ li l-impjant tal-enerġija l-ġdid isaħħaħ il-likwidità u d-diversità tal-provvista tal-ġenerazzjoni. L-Ungerija tinnota wkoll li Paks II bħalissa m’għandhiex klijentela biex tbigħ l-enerġija direttament lilha mingħajr in-negozjar fis-suq. |
(115) |
L-Ungerija tibbaża fuq numru ta’ argumenti ppreżentati mir-Renju Unit fil-kawża Hinkley Point C (41) dwar distorsjonijiet possibbli tal-kompetizzjoni u tiddikjara li dawn ikunu japplikaw ukoll għal Paks II. Dawk l-argumenti huma stabbiliti kif ġej:
|
(116) |
Barra minn hekk, fis-sottomissjoni tagħha tat-28 ta’ Lulju 2016, l-Ungerija pprovdiet informazzjoni addizzjonali biex tindirizza t-tħassib imqajjem mill-Kummissjoni fit-taqsima 3.3.7 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ rigward l-ibbilanċjar kumplessiv ta’ kwalunkwe effett distorsiv tal-miżura fuq is-suq intern f’każ li l-Kummissjoni ssib li l-miżura tinvolvi għajnuna mill-Istat. |
(117) |
F’din is-sottomissjoni l-Ungerija tiddikjara li Paks II, is-suċċessuri u l-affiljati tagħha għandhom ikunu legalment u strutturalment separati għalkollox, għandhom ikunu soġġetti għal setgħa indipendenti ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet skont it-tifsira tal-paragrafi 52 u 53 tal-Avviż Ġuriżdizzjonali dwar il-Fużjonijiet (42) u għandhom jinżammu, jiġu mmaniġġjati u operati b’mod indipendenti u mhux konness minn mal-Grupp MVM u n-negozji kollha tiegħu, mis-suċċessuri u mill-affiljati tiegħu u minn kumpanniji oħra kkontrollati mill-Istat attivi fil-ġenerazzjoni, fil-bejgħ bl-ingrossa jew fil-bejgħ bl-imnut tal-enerġija. |
(118) |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-bejgħ tal-elettriku minn Paks II, fl-istess sottomissjoni l-Ungerija turi li l-istrateġija ta’ negozjar tal-output tal-enerġija ta’ Paks II se tkun strateġija ta’ ottimizzazzjoni tal-profitt kummerċjali b’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta li titwettaq permezz ta’ arranġamenti ta’ nnegozjar kummerċjali konklużi permezz ta’ offerti kklerjati fuq pjattaforma ta’ negozjar jew kambju trasparenti. L-Ungerija tissottometti wkoll li l-istrateġija għan-negozjar tal-output tal-enerġija ta’ Paks II (eskluż il-konsum proprju ta’ Paks II) għandha tkun imfassla kif ġej:
|
3.3. KUMMENTI ULTERJURI MRESSQA MILL-UNGERIJA BĦALA TWEĠIBA GĦAD-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ
(119) |
L-Ungerija tiddikjara li, peress li l-proġett jaqa’ fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat Euratom (eż. l-Artikolu 41 u l-Anness II, l-Artikoli 52 sa 66 u l-Artikolu 103), il-Gvern tal-Ungerija ma jqisx li t-TFUE u, b’mod partikolari, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fl-Artikoli 107 u 108 TFUE huma applikabbli għalih. Hi tallega li t-Trattat Euratom hu lex specialis għat-TFUE. Għaldaqstant, meta l-eżerċizzju tas-setgħat skont it-Trattat Euratom ikun imxekkel mill-eżerċizzju tas-setgħat idderivati mit-TFUE, id-dispożizzjonijiet fit-Trattat Euratom jipprevalu. B’appoġġ tat-tali dikjarazzjoni, l-Ungerija tibbaża fuq id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Kernkraftwerke Lippe-Ems GmbH (43). |
(120) |
L-Ungerija tosserva li għad li t-Trattat Euratom ma jistabbilixxix sett partikolari ta’ regoli relatati mal-għajnuna mill-Istat, il-punt (d) tal-Artikolu 6 u tal-Artikolu 70 tat-Trattat Euratom juri li ma hemm ebda projbizzjoni ġenerali kontra l-għajnuna mill-Istat u li f’każijiet speċifiċi huma mħeġġa sussidji mil-Istati Membri. |
(121) |
L-Ungerija tisħaq li l-finanzjament tal-proġett fl-industrija nukleari jenħtieġ li jaqa’ taħt obbligu ta’ notifika fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 43 tat-Trattat Euratom. Targumenta wkoll li skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1209/2000 (44), id-dejta dwar il-metodi tal-finanzjament jenħtieġ li tiġi pprovduta fil-każ ta’ kwalunkwe proġett ġdid mill-Istat Membru partikolari. L-Ungerija targumenta li hi kienet ipprovdiet l-informazzjoni neċessarja kollha skont l-Artikoli 41 u 43 tat-Trattat Euratom u peress li l-ftehim tal-provvista tal-fjuwil (45) ġie approvat mill-Aġenzija Fornitriċi Ewropea f’April 2015, l-Ungerija temmen li l-Kummissjoni issa ma tistax tiddikjara li l-finanzjament tal-proġett jista’ jkun illegali. |
(122) |
L-Ungerija tqabbel it-Trattat Euratom mat-Trattat KEFA fuq il-bażi li t-tnejn li huma huma ta’ natura settorjali u hi targumenta li t-Trattat KEFA fih projbizzjoni wiesa’ ħafna kontra l-għajnuna mill-Istat li, fil-prattika, kienet allinjata mal-Artikolu 107 TFUE permezz tal-Artikolu 67 u tal-Artikolu 95 tat-Trattat KEFA. L-Ungerija tiddikjara li bl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat stabbiliti fit-TFUE, il-Kummissjoni tkun qed tinterpreta ħażin l-għan regolatorju mfittex mill-abbozzaturi tat-Trattat Euratom li m’għandux dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-għajnuna mill-Istat. |
(123) |
L-Ungerija tosserva wkoll li ebda investiment ieħor ta’ ekwità fil-kostruzzjoni ta’ impjant tal-enerġija nukleari fl-Unjoni ma kien soġġett għal investigazzjoni tal-għajnuna mill-Istat mill-Kummissjoni, inklużi dawk fi Flamanville jew f’Hanhikivi. Fil-fehma tal-Ungerija, l-investiment f’Hinkley Point C kien soġġett għal skrutinju dwar l-għajnuna mill-Istat biss għaliex kellu karatteristiċi finanzjarji speċifiċi (bħal garanzija ta’ kreditu mill-Istat u s-CfD) għall-kuntrarju ta’ investimenti oħra fl-Ewropa. |
4. KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI
4.1. KONKLUŻJONIJIET DWAR L-EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA
(124) |
Il-kummenti riċevuti mill-Kummissjoni mingħand il-partijiet terzi li ġejjin kien fihom informazzjoni u analiżi kwantitattivi b’rabta mal-eżistenza tal-miżuri:
|
Is-sottomissjoni ta’ Jávor
(125) |
Is-sottomissjoni ta’ Jávor tikkonċentra fuq il-kostijiet tas-sid li huma kostijiet li mhumiex inklużi fil-kuntratt tal-EPC (ara t-taqsima 2.5.2 ta’ din id-Deċiżjoni), u tiddikjara li dawk il-kostijiet jistgħu jkunu ferm issottovalutati. B’mod partikolari, is-sottomissjoni tagħmel id-dikjarazzjonijiet li ġejjin:
|
(126) |
Is-sottomissjoni targumenta li l-elementi ta’ kost elenkati fil-premessa 125 jenħtieġ li jiżdiedu mal-kostijiet tal-proġett, li min-naħa tagħhom inaqqsu b’mod drammatiku l-IRR tal-proġett. Hi tindika wkoll li d-dewmien u l-ħajja iqsar tal-impjant ikomplu jnaqqsu l-IRR tal-proġett. |
L-istudju ta’ Candole
(127) |
L-istudju ta’ Candole juża s-suppożizzjonijiet u l-informazzjoni inklużi fl-Istudju Ekonomiku u jħares lejn il-vijabbiltà tal-proġett Paks II. B’mod partikolari, hu jargumenta li l-previżjonijiet tal-prezzijiet użati mill-Istudju Ekonomiku jistgħu jkunu wisq ottimisti u li previżjonijiet iktar realistiċi tal-prezzijiet irendu l-proġett bħala wieħed li jagħmel it-telf jekk jiġu aċċettati s-suppożizzjonijiet operazzjonali tal-Istudju Ekonomiku. |
(128) |
Biex juri dan il-punt, l-istudju ta’ Candole jiżviluppa l-previżjoni tiegħu stess tal-prezz tal-elettriku fit-tul. B’mod partikolari, dan ibassar il-prezzijiet futuri tal-elettriku fit-tul billi juża previżjonijiet tal-prezzijiet tal-faħam, taż-żejt u tal-gass mill-edizzjoni tal-2015 tal-World Energy Outlook tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (IEA WEO 2015) u jikkalkola l-kost marġinali tal-produzzjoni għal diversi tipi ta’ ġeneraturi (49). Barra minn hekk, hu jibni wkoll previżjoni separata għal xenarji futuri differenti kkunsidrati fil-pubblikazzjoni IEA WEO 2015, jiġifieri (i) “ix-Xenarju tal-Politiki Ġodda”, li tikkorrispondi għal politiki u għal miżuri ta’ implimentazzjoni li jaffettwaw is-swieq tal-enerġija li ġew adottati sa ftit xhur qabel ma l-pubblikazzjoni IEA WEO 2015 ġiet stampata, flimkien mal-intenzjonijiet iddikjarati rilevanti tal-politika, (ii) “ix-Xenarju tal-Politiki Attwali”, li jikkorrispondi għal politiki approvati fi żmien ftit xhur qabel ma l-Istudju ta’ Candole ġie stampat, u (iii) “ix-Xenarju ta’ Prezz Baxx taż-Żejt” li jesplora l-implikazzjonijiet ta’ prezzijiet baxxi sostnuti (minħabba prezzijiet orħos taż-żejt) fuq is-sistema tal-enerġija (50). Il-graff li ġej juri l-previżjonijiet derivati fit-tul tal-prezz tal-elettriku għal kull wieħed mit-tliet xenarji. Figura 12 Kurvi tal-previżjoni tal-prezzijiet tal-elettriku fit-tul (EUR/MWh)
|
(129) |
Il-figura turi li x-Xenarju tal-Politiki Attwali jimplika prezzijiet futuri ftit ogħla għall-elettriku, filwaqt li x-Xenarju ta’ Prezz Baxx taż-Żejt jimplika prezzijiet futuri tal-elettriku sostanzjalment inqas mix-Xenarju tal-Politiki Ġodda ċentrali, dak użat fis-sottomissjonijiet mill-Ungerija. |
(130) |
Minbarra l-previżjonijiet fil-Figure 12, l-istudju ta’ Candole iqabbel ukoll il-previżjoni tal-prezz tal-elettriku fit-tul ibbażat fuq ix-Xenarju ta’ Prezz Baxx taż-Żejt tal-IEA WEO 2015 mal-kuntratti futuri nnegozjati (minn Frar 2016) fil-kambji tal-elettriku tal-Ġermanja u tal-Ungerija. Dawk il-kurvi huma ppreżentati fil-Figure 13 hawn taħt. Figura 13 Kurvi tal-previżjoni tal-prezzijiet tal-elettriku fit-tul (EUR/MWh)
|
(131) |
Il-figura tindika li sal-2022, meta jistgħu jiġu nnegozjati kuntratti Ġermaniżi-Awstrijaċi, il-prezzijiet tal-kuntratti tal-futuri tal-Ġermanja huma inqas mill-previżjoni tal-prezz tax-xenarju ta’ Prezz Baxx taż-Żejt tal-IEA WEO 2015. L-istess jgħodd għall-kuntratti tal-futuri tal-kambju tal-Ungerija li jistgħu jiġu nnegozjati sal-2019 (51). |
(132) |
Fuq il-bażi ta’ dawk il-kunsiderazzjonijiet, l-istudju ta’ Candole jargumenta li bil-previżjonijiet fit-tul tal-prezz tal-elettriku kif muri fl-Istudju Ekonomiku, il-proġett Paks II jagħmel it-telf anki jekk jiġu aċċettat s-suppożizzjonijiet operazzjonali tal-Istudju Ekonomiku (52). |
Is-sottomissjoni ta’ EK
(133) |
Is-sottomissjoni ta’ EK tidentifika n-nuqqasijiet potenzjali fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-Kummissjoni kif ukoll punti problematiċi fl-Istudju Ekonomiku tal-Ungerija. Tixħet dawl ukoll fuq ċerti riskji li jaffaċċja l-proġett. Finalment, hi ssottomettiet l-istudju ta’ Felsmann, bħala analiżi kwantitattiva tal-vijabbiltà ta’ Paks II. L-istudju jikkalkola l-valur preżenti nett tal-proġett Paks II billi juża l-kostijiet operatorji tal-Paks NPP kurrenti u jsib li fil-maġġoranza tax-xenarji kkunsidrati, il-proġett jagħmel it-telf. |
(134) |
B’rabta mad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, is-sottomissjoni ta’ EK tindika li ċerti elementi ta’ kostijiet kienu tħallew barra mill-valutazzjoni ppreżentata fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ jew ma ġewx ikkunsidrati fis-sħuħija tagħhom. Pereżempju, din tiddikjara li mhuwiex ċar kemm l-ammont fil-kuntratt tal-EPC kien jinkludi l-kostijiet żejda potenzjali tas-sikurezza nukleari, il-kostijiet tal-iżvilupp tal-grilja meħtieġa mill-integrazzjoni taż-żewġ reatturi l-ġodda ta’ Paks II fis-sistema jew il-kostruzzjoni ta’ sistema tat-tkessiħ xierqa. Is-sottomissjoni tqajjem koll dubji dwar jekk il-kostijiet ta’ studji preliminari, ta’ permessi, ta’ komunikazzjoni ġewx riflessi kif xieraq. |
(135) |
Barra minn hekk, is-sottomissjoni targumenta li l-figuri tal-kostijiet ta’ EUR 2,1-2,7/MWh għall-iskart u għad-dekummissjonar tista’ tkun issottovalutata peress li din il-figura hi EUR 4,5/MWh għall-Paks NPP attwali. Barra minn hekk, din tixħet dawl fuq l-impatt negattiv tal-proġett għall-baġits futuri tal-gvern ċentrali, li hi tiddikjara li jkun f’kunflitt mas-sistema kontabilistika statistika u mar-regola dwar iż-żieda tad-dejn tal-Unjoni (53). Finalment, is-sottomissjoni tixħet dawl fuq ir-riskju ta’ korruzzjoni, fil-parti l-kbira assoċjat mad-daqs tal-proġett u mal-vantaġġ tal-informazzjoni tal-fornitur u tas-sid (54). |
(136) |
B’rabta mal-Istudju Ekonomiku mħejji mill-Ungerija, is-sottomissjoni tixħet dubju fuq il-fattur tat-tagħbija għoli (92 %) użat fil-kalkoli, speċjalment matul l-operat b’mod parallel ta’ Paks NPP u ta’ Paks II, matul perjodi ta’ domanda baxxa kif ukoll il-validità tal-previżjonijiet tal-prezzijiet użati fl-istudju. |
(137) |
B’rabta mad-diversi tipi ta’ riskji għall-proġett, is-sottomissjoni ta’ EK tixħet dawl fuq l-impatt potenzjali ta’ dewmien fil-proġett u tal-kostijiet ikbar milli ppjanati kif ukoll il-ħtieġa ta’ iktar appoġġi mill-istat matul il-ħajja tal-proġett. |
(138) |
Biex issostni t-tħassib tagħha rigward il-vijabbiltà tal-proġett Paks II, is-sottomissjoni ta’ EK tagħmel riferiment għall-istudju ta’ Felsmann. Dan l-istudju jikkalkola l-valur preżenti nett tal-proġett Paks II billi juża l-kostijiet operatorji tal-Paks NPP attwali (li jinkludu tiġdid kbir fit-terminu medju għall-impjant) u numru ta’ ċifri alternattivi (jiġifieri 75 %, 85 % u 92 %) għar-rata ta’ użu b’xi previżjonijiet tal-prezzijiet tal-elettriku bbażati fuq sorsi internazzjonali disponibbli pubblikament (eż. l-Energy Information Administration tal-Istati Uniti u n-National Grid tar-Renju Unit). L-istudju jsib li f’maġġoranza tax-xenarji kkunsidrati, il-proġett jagħmel it-telf, u dan jimplika l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat. |
Il-Gvern tal-Awstrija
(139) |
L-Awstrija tikkontesta li l-kostruzzjoni u l-operat tal-impjanti tal-enerġija nukleari ma jħallux profitt, fid-dawl tal-kostijiet relatati kollha li jridu jiġu internalizzati skont il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”. L-Awstrija tqis li l-prinċipju tal-MEIP mhuwiex irrispettat fir-rigward tal-investiment mill-Ungerija f’Paks II. L-Awstrija targumenta li m’hemm ebda evidenza li l-istudji ekonomiċi sottomessi mill-Ungerija lill-Kummissjoni saru bid-diliġenza dovuta jew li l-kostijiet ikkunsidrati għall-kalkoli fihom il-kostijiet possibbli kollha f’konformità mal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”. |
(140) |
L-Awstrija tiddikjara wkoll li l-kundizzjonijiet li jifdal għall-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat huma ssodisfati. |
Sottomissjonijiet oħra dwar l-eżistenza ta’ għajnuna
(141) |
Paks II argumentat li d-Deċiżjoni tal-Ftuħ użat b’mod żbaljat kurva ta’ previżjoni tal-prezzijiet waħda, speċjalment fid-dawl tal-medda twila ta’ żmien tal-proġett. F’uħud mill-osservazzjonijiet tagħha, hi nnotat ukoll li l-Kummissjoni hi żbaljata meta tuża l-kostijiet tal-operazzjoni u tal-manutenzjoni (il-kostijiet “O&M”) tal-Paks NPP attwali biex tiġġustifika l-kostijiet O&M tal-unitajiet il-ġodda 5 u 6 tal-ĠEN III+. Barra minn hekk, Paks II tisħaq li filwaqt li d-deċiżjoni ta’ investiment inizjali tagħha saret fi żmien l-iffirmar tal-Kuntratt tal-EPC u li t-tali impenn sar biss għall-istadju ta’ żvilupp tan-nefqa bħala impenn finali ta’ Paks II għall-perjodu ta’ kostruzzjoni, in-nefqa sseħħ f’punt iddefinit fil-futur. Paks II tiddikjara li sa ma jasal dan il-punt futur, il-kumpannija tista’ tiddeċiedi, meta l-ekonomija tal-proġett tkun varjata minħabba tibdiliet esterni fis-suq, li ma tkomplix bil-proġett, iżda din il-possibbiltà hi pjuttost improbabbli. Paks II tirreferi wkoll għar-rapport imħejji minn Rothschild & Co għall-Gvern Ungeriż (“l-Istudju ta’ Rothschild”) (55) li jikkonkludi li l-medda tal-IRR tista’ tilħaq it-12 % li hi ferm ogħla mill-medda ta’ bejn 6,7 – 9 % imsemmija mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Finalment, Paks II tinnota li l-meded tad-WACC u tal-IRR ikkalkolati mill-Kummissjoni huma mrikkba u, għalhekk, il-proġett jista’ jkun mistenni li jipprovdi remunerazzjoni xierqa. |
(142) |
Enersense Group jallega li l-formula tad-WACC użata mill-Kummissjoni mhix preċiża għaliex il-Kummissjoni użat fatturi wisq konservattivi biex tiddeterminaha. Fil-fehma tiegħu, il-kost xieraq tad-dejn li jenħtieġ li jiġi applikat għall-element tad-WACC tal-valutazzjoni tal-MEIP hu ta’ 4,5 % qabel it-taxxa, jew 3,6 % wara t-taxxa b’aġġustamenti skedati minuri maż-żmien. Hu jargumenta li peress li l-fornitur Russu jipprovdi madwar 80 % tal-finanzjament tal-prezz tal-kuntratt, jenħtieġ li r-redditu fuq l-investiment ikun ibbażat fuq ingranaġġ ta’ 80 % biex ikun rifless is-sors ta’ fondi tal-investiment, f’konformità ma’ impjanti tal-enerġija nukleari oħra. Enersense Group jiddikjara li meta wieħed jassumi kost tal-ekwità ta’ 11 % u kost tad-dejn ta’ 3,6 % wara t-taxxa u japplika tnaqqis ta’ 80 % fuq il-bażi tal-ingranaġġ, id-WACC jenħtieġ li jkun ta’ 5,1 %. Barra minn hekk, hu jargumenta li dan jiżdied għal 6,2 % meta jiġi applikat tnaqqis fuq il-bażi tal-ingranaġġ ta’ 65 %. Bħala konklużjoni, hu jinnota li r-redditu fuq l-investiment jitjieb b’mod konsiderevoli mill-għażla ta’ kost tad-dejn u fattur tal-ingranaġġ ibbażati fuq is-suq. |
(143) |
Tressqu argumenti oħra minn partijiet interessati li d-WACC jitnaqqas b’mod sinifikanti ladarba l-impjant jitqabbad mal-grilja filwaqt li l-valur tal-intrapriża jiżdied. Għaldaqstant, partijiet mill-impjant jew l-impjant kollu jistgħu jinbiegħu bi prezz komparabbli ma’ faċilitajiet tal-enerġija nukleari oħra li bħalissa qed joperaw. Hu argumentat li l-kalkoli tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ma jirriflettux it-tali flessibilità fl-investiment. |
(144) |
Il-Kummissjoni rċiviet ukoll osservazzjonijiet dwar l-importanza tal-valutazzjoni sħiħa u tal-inklużjoni tal-kostijiet tal-għażla tal-esklużjoni tat-teknoloġija nukleari fit-taħlita enerġetika nazzjonali fil-kuntest ta’ tibdiliet sinifikanti fil-portafoll eżistenti tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku. Skont dawk l-osservazzjonijiet, minbarra l-mudelli dwar ir-“redditu fuq l-investiment” jew il-“fluss ta’ flus ta’ skont”, importanti li jiġi kkunsidrat li l-proġett Paks II hu investiment sostantiv f’settur eżistenti li jżid valur reali, mhux sempliċiment opportunità ta’ “investiment tal-portafoll” jew permezz ta’ spekulazzjoni fuq terminu qasir. Dawn jargumentaw li dawk il-karatteristiċi jenħtieġ li jkunu riflessi wkoll fil-kalkoli tal-Kummissjoni dwar il-vijabbiltà tal-proġett. |
(145) |
Diversi osservazzjonijiet jirreferu għall-konklużjoni fl-Istudju ta’ Rothschild li l-proġett jista’ jkun vijabbli biss fuq il-bażi tat-termini tas-suq, anki meta jkun sostnut minn suppożizzjonijiet pessimisti ħafna. Uħud jargumentaw ukoll li s-suppożizzjonijiet ewlenin fir-rigward tal-prezzijiet futuri tal-elettriku huma kemxejn moderati u li dawk il-prezzijiet huma mistennija jiżdiedu wara l-2025. Fuq dik il-bażi, Paks II ma tirċievi ebda vantaġġ. |
(146) |
Skont uħud mill-osservazzjonijiet, il-fatt li l-proġett hu mmexxi permezz ta’ ftehim tal-EPC fuq bażi turnkey, dan jagħmlu attraenti għal kwalunkwe investitur f’ekonomija tas-suq u, għalhekk, l-Ungerija tkun qed tinvesti wkoll b’termini bbażati fuq is-suq. |
4.2. KUMMENTI DWAR IL-KOMPATIBBILTÀ POSSIBBLI TAL-MIŻURA MAS-SUQ INTERN
4.2.1. KUMMENTI FIR-RIGWARD TAL-OBJETTIV TA’ INTERESS KOMUNI
(147) |
L-Awstrija, IG Windkraft, Oekostorm AG u partijiet terzi oħra jiddikjaraw li s-sussidjar tal-kostruzzjoni u tal-operat ta’ impjanti tal-enerġija nukleari ġodda mhuwiex previst, skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 107(3) TFUE, bħala kompatibblli mas-suq intern. L-enerġija nukleari ma tkunx teknoloġija ġdida, innovattiva jew sostenibbli għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li tista’ tikkontribwixxi għall-kisba ta’ għan tal-Unjoni ta’ żieda tas-sehem tal-ġenerazzjoni tal-enerġija permezz ta’ teknoloġiji rinnovabbli. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-proġett ma jkunx jista’ jirċievi appoġġ temporanju sakemm jikseb maturità tas-suq. |
(148) |
L-Awstrija tiddikjara li l-Artikolu 2(c) u l-Artikolu 40 tat-Trattat Euratom ma jippermettux għall-promozzjoni ta’ investimenti nukleari ġodda biex jiġu kkunsidrati bħala objettiv ta’ interess komuni minħabba l-fatt li ebda interess komuni skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) TFUE ma jista’ jiġi interpretat mit-Trattat Euratom. Barra minn hekk, objettiv bħal dan jidħol f’kunflitt ma’ objettivi oħra tal-Unjoni skont TFUE, jiġifieri l-prinċipju ta’ prekawzjoni skont l-Artikolu 191 u l-prinċipju ta’ sostenibbiltà skont il-programm Orizzont 2020 (56). |
(149) |
Skont diversi sottomissjonijiet, il-proġett ikun jikkontribwixxi għall-objettivi Ewropej ta’ skjerament ta’ installazzjonijiet nukleari kif ukoll għar-riċerka nukleari li huma rikonoxxuti mit-Trattat Euratom ukoll. |
(150) |
Ħafna osservazzjonijiet jargumentaw li l-fatt li l-enerġija nukleari tipprovdi sors ta’ enerġija nadif, b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju jenħtieġ li jiġi rikonoxxut mill-Kummissjoni bħala objettiv komuni tal-Unjoni li jiġġustifika l-investiment. |
(151) |
Uħud mill-osservazzjonijiet jirreferu għall-Artikolu 194(2) TFUE li jippermetti lill-Istati Membri jiddeterminaw it-taħlita tal-ġenerazzjoni enerġetika tagħhom. L-osservazzjonijiet jindikaw li t-taħlita tal-ġenerazzjoni enerġetika prevista tal-Ungerija tifforma parti mil-Istrateġija Nazzjonali tal-Enerġija tagħha u ssegwi approċċ nukleari-faħam-ekoloġiku. Fuq din il-bażi, l-investiment jista’ jkun ġustifikabbli. |
(152) |
Il-Kummissjoni rċiviet ukoll kummenti li jindikaw li l-enerġija nukleari tipprovdi sors ferm fit-tul, sikur u affidabbli tal-enerġija fit-taħlita tal-ġenerazzjoni enerġetika tal-Unjoni. Dawk il-kummenti ddikjaraw li l-elettriku ġġenerat minn sorsi nukleari, tipikament f’livelli ta’ kapaċità għolja (bejn 85 – 90 %), tista’ tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fit-tul. Partijiet interessati oħra ssottomettew li, minħabba d-diskrepanza sinifikanti fil-kapaċità installata futura li hi mistennija sseħħ sal-2030 bl-eliminazzjoni gradwali tal-unitajiet eżistenti f’Paks NPP u minħabba d-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-elettriku, il-proġett jista’ jkun għażla ideali biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija għall-Ungerija u titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwil. |
(153) |
Ġew sottomessi argumenti lill-Kummissjoni li t-tlestija tal-proġett tkun qed tikkontribwixxi għat-tkabbir fir-reġjun, primarjament billi toħloq l-impjiegi. Barra minn hekk, ċerti osservazzjonijiet jindikaw li hemm opportunità sostanzjali għall-kumpanniji fl-Unjoni ta’ kull daqs biex jieħdu sehem fit-tlestija tal-proġett u b’hekk tingħata spinta lill-katina ta’ provvista kummerċjali. Dawk l-osservazzjonijiet jissuġġerixxu li t-tali tkabbir previst hu interess komuni li jista’ jiġġustifika t-tlestija tal-proġett. |
4.2.2. KUMMENTI FIR-RIGWARD TAX-XERQIEN TAL-MIŻURA
(154) |
IG Windkraft u Energiaklub jargumetnaw li l-miżura mhijiex adattata fid-dawl tal-ispejjeż tal-proġett meta mqabbla mal-alternattivi possibbli li jkunu mmirati lejn id-diskrepanza tal-elettriku fil-kapaċità installata futura. Ammont simili ta’ sussidju jista’ jipproduċi ammont annwali ferm ogħla ta’ elettriku meta investiti f’sorsi oħra tal-elettriku, bħat-teknoloġiji rinnovabbli. |
4.2.3. KUMMENTI RIGWARD IN-NEĊESSITÀ TAL-MIŻURA U L-EFFETT TA’ INĊENTIV
(155) |
L-Awstrija tiddikjara li l-Kummissjoni ddefinixxiet b’mod żbaljat is-suq rilevanti biex tivvaluta jekk jistax ikun hemm eżistenza ta’ falliment tas-suq, jiġifieri s-suq tal-enerġija nukleari fl-Ungerija. L-Awstrija tiddikjara li s-suq rilevanti korrett ikun is-suq intern tal-enerġija lliberalizzat tal-Unjoni. L-Awstrija targumenta wkoll li ma hemm ebda falliment tas-suq fir-rigward tal-ġenerazzjoni u tal-provvista tal-elettriku fis-suq intern fl-elettriku. Għall-kuntrarju, il-prezzijiet tal-elettriku qed jonqsu, f’parti minnhom, minħabba kapaċitajiet suffiċjenti ta’ ġenerazzjoni. Barra minn hekk, l-Ungerija hi ferm interkonnessa mal-grilji tal-Istati Membri ġirien. |
(156) |
L-Awstrija u IG Windkraft jargumentaw li kieku l-Ungerija kellha taffaċċja problema relatata mas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, l-impjanti tal-enerġija nukleari jaf ma jkunux il-mezz xieraq biex jindirizzaw dik il-kwistjoni. Huma jargumentaw li sorsi tal-enerġija iktar ekoloġiċi, flessibbli u orħos f’unitajiet żgħar deċentralizzati jistgħu jkunu iktar adattati. L-Awstrija targumenta wkoll li l-impjanti tal-enerġija nukleari huma sensittivi għal mewġiet ta’ sħana minħabba r-rekwiżiti ta’ tkessiħ u li l-Istati Membri huma kważi 100 % dipendenti fuq minerali tal-uranju importati. |
(157) |
Il-partijiet terzi argumentaw ukoll li s-suq waħdu jipprovdi l-kostruzzjoni ta’ kapaċitajiet tal-ġenerazzjoni ġodda, fis-settur tal-ġenerazzjoni tal-elettriku. Il-fatt li l-Ungerija hi dipendenti fuq l-importazzjonijiet tal-elettriku ma jikkostitwixxix falliment tas-suq u, b’mod partikolari, mhux wieħed li impjant tal-enerġija nukleari ġdid jindirizza. Il-kummenti mressqa juru li l-importazzjonijiet ta’ elettriku orħos minn Stati Membri oħra huma effett normali u aċċettabbli ta’ suq li jiffunzjona u mhux falliment tas-suq. Dan jindika sempliċiment il-ħila li jinxtraw prodotti bażiċi bl-orħos prezz tas-suq. Skont il-kummenti riċevuti, il-prezzijiet tal-enerġija huma ddeterminati minn ħafna fatturi inklużi l-prezzijiet tal-prodotti bażiċi, il-provvista u d-domanda. Fl-Ewropa, b’mod partikolari, it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-elettriku jkun reazzjoni għal kapaċitajiet eċċessivi kroniċi tal-ġenerazzjoni. Peress li dan jista’ jitqies bħala reazzjoni ta’ suq li jiffunzjona u effiċjenti, ma jistax jiġi argumentat li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-enerġija tas-suq bħala riżultat tal-importazzjonijiet ikun jirrappreżenta falliment tas-suq bħala ġustifikazzjoni għall-kostruzzjoni ta’ kapaċità nukleari ġdida. |
(158) |
Skont il-kummenti riċevuti, anki fejn hemm falliment tas-suq fis-settur tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, l-Ungerija jenħtieġ li tikkunsidra iktar għażliet b’mod trasparenti u nondiskriminatorju. |
(159) |
Osservazzjonijiet oħra jissuġġerixxu li għad li l-isfidi għall-investiment fl-enerġija nukleari, inkluż l-investiment kapitali kbir bil-quddiem u l-ħtieġa tal-appoġġ pubbliku u politiku huma ferm magħrufa, ir-rikonoxximent ta’ dawk id-diffikultajiet mhuwiex ekwivalenti għall-istabbiliment li l-iżvilupp tal-enerġija nukleari hu assoċjat ma’ falliment tas-suq. L-istess osservazzjonijiet jixħtu dawl fuq il-fatt li filwaqt li l-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm falliment tas-suq fil-każ ta’ Hinkley Point C, ma jenħtieġx li jiġu supponut li l-investimenti nukleari kollha jistgħu jitwettqu biss b’reġimi ta’ sussidji jew li hemm raġunijiet għaliex wieħed jista’ jassumi li hemm falliment ġeneriku tas-suq nukleari. |
4.2.4. KUMMENTI FIR-RIGWARD TAL-PROPORZJONALITÀ TAL-MIŻURA
(160) |
L-Awstrija argumentat li l-għajnuna mill-Istat dejjem trid tkun limitata għall-ammont minimu meħtieġ. F’dan il-każ, meta l-kostruzzjoni tal-proġett propost qiegħda ssir mingħajr sejħa għall-offerti, ma jistax jiġi stabbilit jekk il-kostijiet totali tal-proġett ikunux limitati għall-ammont minimu meħtieġ. |
(161) |
Energiaklub tiddikjara li l-awtoritajiet Ungeriżi ma investigawx il-livell minimu ta’ appoġġ finanzjarju li jrendi l-proġett fattibbli. Minflok, l-awtoritajiet Ungeriżi fittxew li jiffinanzjaw il-proġett fis-sħuħija tiegħu, possibbilment bl-inklużjoni tal-kostijiet operazzjonali wkoll. Energiaklub tisħaq ukoll li skont il-kalkoli li pprovdiet l-Ungerija, l-għajnuna mill-Istat ma tkunx limitata biss għall-implimentazzjoni tal-investiment iżda tingħata wkoll lill-operat tal-proġett li jista’ jikkumpensa b’mod eċċessiv lil Paks II. |
4.2.5. KUMMENTI FIR-RIGWARD TAL-EFFETT TAL-MIŻURA FUQ IS-SUQ INTERN
(162) |
L-Awstrija tiddikjara li l-għajnuna mill-Istat għal teknoloġija, li minnha nfisha mhix profittabbli fi ħdan is-suq illiberalizzat għall-elettriku, twassal għal distorsjonijiet eċċessivi tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, din tista’ tipprevjeni lil parteċipanti fis-suq ġodda, sostenibbli u iktar kosteffikaċi milli jidħlu fis-suq jew iġġiegħel lil dawk il-parteċipanti fis-suq joħorġu mis-suq. L-Awstrija targumenta li l-NPPs huma skjerati biex ikopru kapaċità ta’ tagħbija bażi għolja u din hi kapaċità li tingħata prijorità meta tiġi konnessa ma’ grilja, peres sli l-NPPs jistgħu jvarjaw il-kapaċitajiet tagħhom bi ftit biss. Filwaqt li għandhom kostijiet għoljin ta’ kostruzzjoni u ta’ dekummissjonar, dawn għandhom kostijiet operatorji baxxi li jippermettulhom jidħlu fl-ordni tal-mertu. |
(163) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi u IG Windkraft jargumentaw li l-kostruzzjoni tal-NPPs ġodda se toħloq saħħa sinjifikanti fis-suq għall-operaturi tal-impjanti tal-enerġija fis-sit Paks billi żżid il-konċentrazzjoni fis-suq u, possibilment, twassal għal abbuż ta’ pożizzjoni dominanti skont l-Artikolu 102 tat-TFUE. |
(164) |
Il-Grupp MVM u Paks II jargumentaw li, wara l-bejgħ ta’ 100 % tal-ishma ta’ Paks II lill-Istat mill-Grupp MVM, iż-żewġ kumpanniji saru kompletament indipendenti minn xulxin. Dawn jisħqu li l-Grupp MVM m’għandu ebda kontroll, dirett jew b’xi mod ieħor, fuq l-immaniġġjar u l-operat ta’ Paks II. Dawn jenfasizzaw ukoll li l-Grupp MVM u Paks II huma żewġ kumpanniji separati li jiġġeneraw l-enerġija, bħal kwalunkwe kompetitur ieħor, u ma hemm ebda raġuni għaliex wieħed jista’ jassumi xi koordinazzjoni jew attivitajiet jew li ż-żewġ kumpanniji jkunu kkombinati. Barra minn hekk, il-Grupp MVM jargumenta li l-istrateġija tiegħu stess tinkludi investimenti possibbli li jistgħu jikkompetu ma’ Paks II fil-futur. |
(165) |
Paks II targumenta li l-proġett hu maħsub bħala kapaċità ta’ sostituzzjoni għall-erba’ unitajiet attwali ta’ Paks NPP. Dawk l-unitajiet attwali huma mistennija jiġu eliminati b’mod gradwali sa nofs is-snin tletin, filwaqt li l-unitajiet 5 u 6 il-ġodda (il-proġett Paks II) ma jkunux operazzjonali qabel nofs is-snin għoxrin. Paks II targumenta li, għalhekk, l-evalwazzjoni tal-ishma tas-suq u d-dikjarazzjonijiet ta’ dominanza huma infondati u ma jistgħux jiġu kkunsidrati f’dan il-waqt. |
(166) |
Diversi partijiet interessati saħqu li s-suq tal-enerġija li għandu jiġi eżaminat ikun ikbar mit-territorju tal-Istat individwali peress li hemm numru ta’ kompetituri internazzjonali, fid-dawl tal-iskala l-kbira tal-importazzjonijiet tal-elettriku tal-Ungerija u l-livell ta’ interkonnessjoni tajjeb ħafna tal-pajjiż mal-pajjiżi ġirien. |
(167) |
Xi partijiet jargumentaw b’mod espliċitu li l-proġett jista’ jkollu impatt potenzjali ta’ tbaxxija fuq is-swieq tal-elettriku reġjonali, bħall-Ġermanja fejn il-prezz tal-karga bażika annwali jkun mistenni li jonqos sa 0,6 % sal-2025, sa 1,1 % sal-2030 u sa 1,2 % sal-2040. Min-naħa l-oħra, ċerti partijiet jargumentaw ukoll li l-installazzjonijiet rinnovabbli fil-Ġermanja jkunu jagħmlu inqas dħul minħabba r-reatturi l-ġodda ta’ paks II u li l-piż għall-kontribwenti biex jiffinanzjaw skemi ta’ għajnuna għar-rinnovabbli tal-Ġermanja jiżdied filwaqt li l-fornituri ta’ “elettriku griż” jistgħu jiffrankaw sa 1,02 % sas-sena 2030. |
4.3. KUMMENTI ADDIZZJONALI MRESSQA MINN PARTIJIET INTERESSATI
(168) |
Diversi osservazzjonijiet jixħtu dawl fuq il-fatt li d-dettalji tal-proġett ma kinux maqsuma għalkollox mal-pubbliku fl-Ungerija. Dawn jargumentaw ukoll li d-deċiżjoni dwar Paks II hi teknikament inġustifikata, peress li ma kien hemm ebda investigazzjoni preparatorja dwar kif investiment fil-miżuri tal-effiċjenza enerġetika u fl-enerġiji rinnovabbli fuq l-istess skala jgħin fis-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Għaldaqstant, dawk l-osservaturi għamlu l-punt li minħabba n-nuqqas ta’ involviment pubbliku u professjonali ġenerali, jenħtieġ li l-proġett ma jipproċedix. |
(169) |
Ċerti sottomissjonijiet jindikaw il-periklu potenzjali ta’ impjanti tal-enerġija nukleari. Ċerti osservazzjonijiet jesprimu tħassib rigward il-ħila tal-Ungerija u ta’ Paks II li jieħdu ħsieb inċidenti tas-sikurezza nukleari, inkluż ir-rimi sikur tal-iskart nukleari. |
(170) |
Ċerti osservazzjonijiet saħqu fuq in-nuqqas ta’ proċess ta’ offerti fit-tqabbid tal-bennej il-ġdid tal-unitajiet tal-ġenerazzjoni l-ġodda, li huma jemmnu li jmur kontra d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-MPE Jávor jallega li l-ksur preżunt tar-regoli tal-Unjoni tal-akkwist pubbliku hu inerenti u marbut b’mod intrinsiku mal-miżura peress li hu jemmen li r-Russja ma kinitx tagħti self lill-Ungerija għall-proġett Paks II mingħajr ma tikseb garanzija għall-investiment għal Rosatom li jkun jevita r-regoli tal-Unjoni tal-akkwist pubbliku. Hu jikkonkludi li l-valutazzjoni ta’ jekk l-użu tas-self Russu jikkostitwixxix għajnuna illegali mill-Istat ma tistax tkun isseparata mill-evitar tar-regoli tal-akkwist pubbliku, dawn huma marbuta ma’ xulxin b’mod intrinsiku u l-effett tagħhom jenħtieġ li jiġi vvalutat f’daqqa. |
(171) |
Saru diversi kummenti li oġġezzjonaw għall-fatt li l-proġett qiegħed isir permezz ta’ self mir-Russja. Huma jargumentaw li dan ikun qed jippromwovi dipendenza tal-fjuwil u finanzjarja filwaqt li jmur kontra l-Istrateġija tal-UE dwar is-Sigurtà tal-Enerġija billi jrażżan lill-atturi tas-suq tal-Unjoni milli jiżviluppaw netwerk u infrastruttura tal-enerġija madwar l-Unjoni. |
(172) |
Ċerti partijiet interessati jallegaw li meta l-Ungerija ddeċidiet li hi kienet teħtieġ kapaċitajiet tal-elettriku ġodda għall-ġejjieni, hi missha kkonformat mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (57). F’dan il-każ, ma kien hemm ebda proċedura tal-offerti jew xi proċedura ekwivalenti f’termini tat-trasparenza u tan-nondiskriminazzjoni li tipprovdi għal xi kapaċità ġdida. B’hekk, fil-fehma tagħhom, l-investiment ta’ Paks II jista’ jikser id-dritt tal-Unjoni. |
(173) |
Xi partijiet jargumentaw li mhuwiex xieraq li l-għajnuna mill-Istat tintuża f’każijiet li fihom teħles lil min iniġġes mill-piż li jħallas għall-kost tat-tniġġis tiegħu fi ħdan l-ispirtu tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent (58). |
4.4. TWEĠIBA TAL-UNGERIJA GĦALL-KUMMENTI PPREŻENTATI MILL-PARTIJIET INTERESSATI
(174) |
L-Ungerija ssottomettiet it-tweġiba tagħha għall-kummenti tal-partijiet terzi dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-għajnuna mill-Istat (“Tweġiba għall-kummenti tal-partijiet terzi”) fit-8 ta’ April 2016. |
(175) |
B’mod partikolari, l-Ungerija ma taqbel xejn mal-kummenti mill-Gvern tal-Awstrija, minn Greenpeace Energy, minn Energiaklub u mill-MPE Benedek Jávor, fejn id-diversi partijiet terzi allegaw li l-kostijiet relatati mar-regolamenti dwar is-sikurezza u l-ambjent, il-finanzjament tad-dejn, l-assigurazzjoni, is-sikurezza, ir-rimi tal-iskart, id-dekummissjonar, il-konnessjonijiet tat-trażmissjonijiet u l-investimenti ta’ mmodernizzar ma ġewx inklużi fl-analiżi tal-Ungerija, u qalet li dawk il-partijiet kellhom informazzjoni ħażina u li d-dikjarazzjonijiet tagħhom kienu infondati. |
(176) |
It-tweġiba tinkludi replika dettaljata għall-kummenti sottomessi mill-MPE Benedek Jávor. B’mod partikolari, l-Ungerija tindika li:
|
(177) |
L-Ungerija targumetna li hi għamlet analiżi tas-sensittività estensiva biex tikkunsidra l-impatt tas-suppożizzjonijiet u tal-varjabbli bħall-ħajja tal-impjant, il-kostijiet O&M, il-kostijiet tal-immaniġġjar tal-iskart u tad-dekummissjonar, il-fatturi ta’ tagħbija, il-fatturi makroekonomiċi bħall-kambju u l-inflazzjoni, xenarji differenti tal-prezz tas-suq, dewmien, eċċ. fuq il-każ kummerċjali u din l-analiżi tas-sensittività tkun tappoġġja bis-sħiħ il-konklużjoni tagħha li l-miżura ma tinvolvix għajnuna mill-Istat. |
(178) |
Fir-rigward tal-osservazzjonijiet riċevuti dwar il-kompatibbiltà possibbli tal-miżura, l-Ungerija ttenni diversi argumenti mressqa b’rabta mal-libertà fl-għażla u d-diversifikazzjoni tat-taħlita tal-ġenerazzjoni, il-ħtieġa għal kapaċità ta’ sostituzzjoni, id-dekarbonizzazzjoni, il-ħolqien tax-xogħol, l-affordabilità u l-effetti multiplikaturi ddikjarati. |
(179) |
L-Ungerija tiddikjara li l-argument tal-Gvern tal-AWstrija li l-objettiv tat-Trattat Euratom rigward l-“iżvilupp ta’ enerġija nukleari fil-Komunità”“diġà hu miksub u ma jistax jintuża b’appoġġ ta’ interess komuni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3) TFUE minħabba l-impjanti tal-enerġija nukleari teknikament żviluppati u numerużi li nbnew fl-Ewropa” hu żbaljat. Fil-fehma tal-Ungerija, l-argument iħawwad l-objettiv ta’ żvilupp tal-ġenerazzjoni nukleari mal-kunċett ta’ teknoloġija li ma jistax jingħad li baqgħet statika. L-Ungerija targumenta li t-Trattat Euratom jibqa’ jagħmel parti mill-arranġament kostituzzjonali tal-Unjoni u li dan ma ġiex irrevokat. Finalment, l-Ungerija tisħaq li l-Awstrija u Greenpeace ma ressqu ebda ġurisprudenza li tissuġġerixxi li l-objettivi ta’ temi ta’ interess komuni huma bilfors finiti jew limitati fid-durata tagħhom. |
(180) |
Fir-rigward tad-diversifikazzjoni tat-taħlita tal-ġenerazzjoni enerġetika, l-Ungerija tirrifjuta l-allegazzjonijiet tal-Awstrija u tal-Assoċjazzjoni tal-Awstrija għall-Enerġija Eolika dwar dipendenza tal-Unjoni kollha fuq l-uranju u tisħaq li hemm diversità u disponibilità kbar ta’ uranju minn sorsi sinifikanti mhux imħaffra. Hi targumenta wkoll li s-sempliċi fatt li riżors hu finit ma jfissirx li l-użu tiegħu hu insostenibbli u twieġeb fuq il-kummenti li għamlet l-ekonomista tal-enerġija Loreta Stankeviciute f’isem l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) (59) li skont din “l-enerġija nukleari għandha prospettivi favorevoli skont ħafna indikaturi tas-sostenibbiltà”. |
(181) |
L-Ungerija tisħaq li wħud mill-argumenti mressqa b’rabta mal-ħtieġa ta’ dekarbonizzazzjoni permezz tal-użu ta’ sorsi nukleari tal-enerġija huma validi peress li t-teknoloġiji rinnovabbli għandhom kostijiet għoljin u huma intermittenti fit-tip ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija. Hi targumenta wkoll li tariffi fissi ssussidjati għar-rinnovabbli huma inkonsistenti mal-kundizzjonijiet tas-suq tas-suq liberu u tikkwota lil Greenpeace li argumentaw li ftehimiet ta’ prezz tax-xiri tal-enerġija fiss ikunu inqas vantaġġużi f’xenarji ta’ prezzijiet tas-suq orħos, għad li dan mhuwiex il-mod li bih Paks II tkun tbigħ l-elettriku tagħha. |
(182) |
L-Ungerija ssemi diversi sorsi li jiddikjaraw li l-miżura mhix se toħloq distorsjoni eċċessiva tal-kompetizzjoni u tisħaq li l-Kummissjoni ma kellhix dubji rigward il-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq intern (kif issuġġeriet Greenpeace) iżda fuq il-kwistjoni tal-eżistenza ta’ għajnuna. |
(183) |
Fl-istess kamp ta’ applikazzjoni (distorsjonijiet possibbli tal-kompetizzjoni), l-Ungerija tirrifjuta l-argumenti mressqa minn Greenpeace li hi timplimenta tariffa fissa (simili għal dik ta’ Hinkley Point C) biex issostni l-operat ta’ Paks II fit-tul. |
(184) |
L-Ungerija tikkontesta l-osservazzjonijiet li ddikjaraw li l-proġett iġiegħel biex ma jsirux investimenti fir-rinnovabbli fl-Ungerija u fil-pajjiżi ġirien. Hi targumenta li l-istrateġija nazzjonali dwar l-enerġija tinkludi r-rinnovabbli flimkien man-nukleari u li d-diskrepanza futura fil-kapaċità installata ma tistax tiġi ssodisfata bl-enerġija nukleari waħedha. Għaldaqstant, kapaċitajiet nukleari addizzjonali ma jipprevjenux l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli. L-Ungerija tinnota li l-analiżi tas-suq inkluża bħala parti mis-sottomissjoni ta’ Greenpeace minn Energy Brainpool tassumi l-iskjerament ta’ rinnovabbli flimkien mal-mira nazzjonali ta’ rinnovabbli tal-Ungerija. |
(185) |
L-Ungerija ttenni l-fehmiet sottomessi mill-Grupp MVM li ma hi prevista ebda fużjoni bejn il-Grupp MVM u Paks II u, b’hekk, mhu se jkun hemm ebda konċentrazzjoni tas-suq. Ittenni wkoll id-dikjarazzjoni tal-Grupp MVM li l-istrateġija kummerċjali tal-Grupp MVM tinkludi investimenti possibbli li jistgħu jkunu f’kompetizzjoni ma’ Paks II fil-ġejjieni. |
(186) |
L-Ungerija ttenni wkoll is-sottomissjonijiet li s-suq li għandu jiġi eżaminat jenħtieġ li jiġi interpretat b’mod iktar wiesa’ mill-istat tal-Ungerija minħabba l-livell għoli ta’ interkonnessjoni. F’dak il-kuntest, l-effett tal-miżura jkun negliġibbli. L-Ungerija tikkontesta wkoll il-metodoloġija tal-analiżi mwettqam inn Energy Brainpool f’isem Greenpeace rigward l-impatt potenzjali tal-proġett fuq is-swieq tal-elettriku reġjonali, bħal fil-Ġermanja. Hi targumenta li l-approċċ użat jinvolvi valutazzjoni tal-impatt tal-proġett f’kuntest esklużivament domestiku mingħajr ma jitqies ir-rwol moqdi mill-importazzjonijiet tal-enerġija fl-Ungerija u dan jiġi estrapolat għall-Ġermanja bis-suppożizzjoni impliċita li l-imaptt fuq is-suq tal-elettriku tal-Ġermanja jkun l-istess bħal dak fuq l-Ungerija. L-Ungerija tiddikjara wkoll li l-analiżi għandha nuqqasijiet peress li tassumi l-livell eżistenti tal-kapaċità ta’ interkonnessjoni, filwaqt li tinjora interkonnessjonijiet oħra li jagħmlu parti mill-objettivi tal-Unjoni. |
(187) |
Fir-rigward tal-osservazzjonijiet li jindikaw kwistjonijiet relatati mas-sikurezza, l-Ungerija targumenta li hemm għarfien u għarfien espert sinifikanti fil-pajjiż fuq il-bażi tal-erba’ unitajiet nukleari eżistenti. Hi tinnota wkoll li l-Awtorità tal-Ungerija għall-Enerġija Atomika (li toħroġ liċenzji għal faċilitajiet nukleari) diġà hi ferm midħla tat-teknoloġija VVER u żviluppat programm ta’ taħriġ intern mifrux fuq sentejn dwar din it-teknoloġija. Il-programm jinvolvi membri tal-korp regolatorju li għandhom esperjenza akkademika u prattika sinifikanti, u jħarreġ u jiżviluppa lil membri ġodda tal-persunal bil-kompiti u bid-dmirijiet li ser iwettqu bħala parti mir-regolatur. |
(188) |
Barra minn dan, l-Ungerija tenfasizza li kemm l-awtorità ambjentali kif ukoll ir-regolatur huma indipendenti minn xulxin, xi ħaġa li tiżgura qafas ta’ sikurezza solidu u oġġettiv. L-Ungerija tosserva wkoll li r-rekwiżiti tekniċi rilevanti tal-proġett rigward is-sikurezza nukleari ġew żviluppati bit-tgħaqqid tal-liġi Ungeriża, ir-rekwiżiti Ewropej dwar l-utilitajiet, ir-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza tal-IAEA u tal-Assoċjazzjoni tar-Regolaturi Nukleari tal-Ewropa tal-Punent, kif ukoll it-tagħlimiet miksuba mill-inċident ta’ Fukushima. |
(189) |
Bħala tweġiba għall-osservazzjonijiet li jikkummentaw dwar in-nuqqas apparenti ta’ trasparenza matul il-preparamenti tal-proġett, l-Ungerija spjegat li hi kisbet trasparenza bis-saħħa tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Parlament. Il-proċess parlamentari żgura aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha min-naħa tal-partijiet interessati u tal-awtoritajiet kollha inkluża l-Kummissjoni. Bħala parti mill-proċess, il-perizji indipendenti kollha ġew ippubblikati inklużi l-analiżijiet ekonomiċi tal-proġett, u l-materjali kollha tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali kienu disponibbli f’diversi lingwi. |
(190) |
L-Ungerija tirreferi wkoll għall-konsultazzjonijiet pubbliċi li saru bejn is-17 ta’ Marzu u l-4 ta’ Mejju 2015 mill-kummissarju tal-gvern responsabbli għall-proġett li indirizzaw l-effetti ambjentali potenzjali tal-kostruzzjoni u tal-operat ta’ Paks II. L-Ungerija nnotifikat ukoll lill-pajjiżi terzi tal-viċinat kollha tagħha (tal-UE u mhux tal-UE) dwar il-proġett u organizzat disa’ konsultazzjonijiet pubbliċi f’numru ta’ pajjiżi dwar il-proġett. |
(191) |
B’rabta mal-osservazzjonijiet li jallegaw li t-tlestija tal-proġett tikser id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (60) u d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (61), l-awtoritajiet Ungeriżi jispjegaw li l-IGA u l-ftehimiet ta’ implimentazzjoni jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-TFUE u tad-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE. Barra minn hekk, dawn jiddikjaraw li anki meta jkun japplika t-TFUE, l-IGA u l-Ftehimiet ta’ Implimentazzjoni jaqgħu taħt l-eżenzjoni speċifika fir-rigward ta’ ftehimiet internazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2014/25/UE jew l-eżenzjoni teknika stabbilita fl-Artikolu 50(c) ta’ dik id-Direttiva u, għalhekk, jenħtieġ li tkun eżentata mill-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni tal-akkwist pubbliku. L-Ungerija tispjega li l-IGA jistabbilixxi proċeduri ċari għall-għoti tal-Ftehimiet ta’ Implimentazzjoni, inklużi rekwiżiti speċifiċi għan-nomina ta’ kumpanniji u għall-għoti ta’ subkuntratti. |
(192) |
L-Ungerija tirrifjuta wkoll l-osservazzjonijiet li jallegaw li kisret l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/72/KE. L-Ungerija targumenta li dik id-Direttiva ma tapplikax għall-proġett għaliex dan jaqa’ taħt il-mandat esklużiv tat-Trattat Euratom, li jieħu preċedenza fuq ir-regoli fit-TFUE u fuq kwalunkwe leġiżlazzjoni sekondarja derivata minnhom. L-awtoritajiet Ungeriżi jisħqu wkoll li fil-fehma tagħhom, peress li l-proġett ikun ħieles minn għajnuna mill-Istat, id-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri tal-offerti tal-kapaċità tad-Direttiva 2009/72/KE ma jkunux japplikaw. |
(193) |
L-Ungerija finalment tirreferi għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (62) li tiddikjara li l-eżistenza jew l-assenza ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni ma tistax tittieħed f’kunsiderazzjoni fil-kuntest ta’ investigazzjoni tal-għajnuna mill-Istat. Fid-dawl ta’ dan, l-Ungerija temmen li kwalunkwe ksur possibbli tad-Direttiva dwar l-Elettriku jenħtieġ li tiġi eżaminata barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni formali dwar l-għajnuna mill-Istat. L-Ungerija tirreferi wkoll għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat f’Hinkley Point C billi tiddikjara li, minflok proċeduri ta’ offerti speċifikati, jistgħu jintużaw proċeduri ekwivalenti f’termini ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/72/KE. L-Ungerija tissottometti li l-għoti ta’ subkuntratti jsir f’konformità mal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza. |
4.5. KUMMENTI ADDIZZJONALI MRESQA MILL-UNGERIJA FIT-TWEĠIBA TAGĦHA GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET IMRESSQA MAL-KUMMISSJONI
(194) |
Fit-tweġiba tagħha għall-osservazzjonijiet ippreżentati lill-Kummissjoni, l-Ungerija targumenta li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni stess dwar Programm Nukleari Illustrattiv (PINC) (63) jindika li jkun hemm bżonn li jiġu investiti biljuni ta’ euro (stmati bejn EUR 650 biljun u EUR 760 biljun) fl-enerġija nukleari bejn l-2015 u l-2050 biex jiġi żgurat futur sikur tal-provvista tal-enerġija fuq bażi tal-Unjoni sħiħa. |
5. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA
5.1. L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA
(195) |
Miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE jekk tissodisfa erba’ kundizzjonijiet kumulattivi. L-ewwel, il-miżura trid tkun iffinanzjata mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat. It-tieni, il-miżura trid tagħti vantaġġ lil benefiċjarju. It-tielet, il-miżura trid tiffavorixxi lil ċerti intrapriżi jew attivitajiet ekonomiċi (jiġifieri jrid ikun hemm grad ta’ selettività). U r-raba’, il-miżura jrid ikollha l-potenzjal li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern. |
(196) |
Fit-Taqsima 3.1. tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni għamlet sejbiet preliminari li l-miżura tista’ tagħti vantaġġ ekonomiku lil Paks II, li hi tkun tinvolvi għajnuna mill-Istat peress li kienet mogħtija minn riżorsi tal-Istat imputabbli lill-Istat Ungeriż, li l-miżura tkun selettiva u, b’hekk, jista’ jkollha l-potenzjal li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern. Il-Kummissjoni ma sabet ebda raġuni għaliex għandha tbiddel il-valutazzjoni tagħha f’dawk l-aspetti matul l-investigazzjoni formali. |
5.1.1. VANTAĠĠ EKONOMIKU
(197) |
Il-Kummissjoni vvalutat jekk il-miżura tkunx tinvolvi vantaġġ ekonomiku lil Paks II minħabba l-fatt li tkun is-sid u l-operatur taż-żewġ unitajiet tal-enerġija nukleari l-ġodda kompletament iffinanzjati mill-Istat. Il-Kummissjoni vvalutat ukoll jekk l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku lil Paks II jistax jiġi eskluż f’każ li l-investiment tal-Istat Ungeriż ikun investiment ibbażat fuq is-suq xprunat minn raġuni ta’ kisba ta’ profitt. |
(198) |
Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni taqbel mal-Ungerija f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu tat-test tal-MEIP biex tiddetermina jekk ċertu investiment ikunx ibbażat fuq is-suq. Dan it-test jeżamina jekk investitur privat kienx jinvesti fil-proġett bl-istess mod u taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-investitur pubbliku fil-mument li ttieħdet id-deċiżjoni biex isir l-investiment [ara wkoll il-premessi 53 u 54]. |
(199) |
Dan it-test jirrikonoxxi l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku u, b’hekk l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat, meta l-IRR mistennija tal-investiment tkun inqas minn WACC referenzjarju bbażat fuq is-suq għall-istess proġett peress li investitur privat razzjonali ma jinvestix f’dawk il-kundizzjonijiet. |
(200) |
L-analiżi tal-MEIP teħtieġ li l-evidenza użata fl-istima tal-IRR u tad-WACC hi kontemporanja mad-deċiżjoni ta’ investiment għar-riproduzzjoni tal-informazzjoni miżmuma mill-investituri f’dak iż-żmien. Il-Kummissjoni stabbilixxiet kronoloġija tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tal-proġett Paks II biex tiddetermina liema informazzjoni kienet u tkun disponibbli għall-investituri meta jieħdu d-deċiżjoni li jipproċedu bil-proġett (64). |
(201) |
Mid-data ta’ din id-deċiżjoni, Paks II għadha ma kkummissjonatx b’mod irrevokabbli x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni taż-żewġ reatturi l-ġodda (65) […]. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li d-dejta disponibbli minn Frar 2017 (minn hawn ’il quddiem imsejħa “dejta tal-2017”), tkun l-iktar rilevanti għall-valutazzjoni tal-MEIP u tittieħed bħala xenarju tal-każ bażi. |
(202) |
Madankollu, in-negozjati rigward Paks II bdew iktar minn sentejn qabel. Biex tipprovdi verifika tar-robustezza għar-riżultati tat-test tal-MEIP, il-Kummissjoni għamlet ukoll valutazzjoni separata dwar id-data tad-deċiżjoni inizjali ta’ investiment, jiġifieri ż-żmien li fih il-kuntratt tal-EPC ġie ffirmat fid-9 ta’ Diċembru 2014 (minn hawn ’il quddiem imsejħa “dejta tal-2014”). Il-Kummissjoni turi li l-eżitu tal-istess analiżi iżda għal żmien preċedenti, jiġifieri d-data tal-investiment inizjali, hu konsistenti mal-eżitu miksub bl-użu tad-dejta tal-2017. |
(203) |
Biex tivvaluta jekk huwiex issodisfat it-test tal-MEIP, il-Kummissjoni stmat id-WACC teoriku għal investiment bi profil tar-riskju simili għal dak ta’ Paks II. Imbagħad, il-Kummissjoni qabblet dan id-WACC tas-suq stmat mad-WACC tal-proġett, l-ewwel fix-xenarju tal-każ bażi bl-użu ta’ dejta tal-2017 u mbagħad, għal verifika tar-robustezza, billi użat id-dejta tal-2014, li hi rilevanti għad-deċiżjoni inizjali ta’ investiment. |
5.1.1.1. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tad-WACC
(204) |
Il-Kummissjoni ssegwi ż-żewġ metodoloġiji użati mill-Ungerija biex tistma d-WACC, jiġifieri l-approċċ minn isfel għal fuq standard li jibni WACC teoriku billi jistma l-komponenti kollha tiegħu u l-analiżi referenzjarja li tibbaża fuq referenzi li jistgħu jkunu rilevanti u komparabbli ma’ Paks II. Minkejja l-fatt li ntużaw metodoloġiji identiċi, l-eżitu tal-Kummissjoni ivarja mill-konklużjonijiet tal-Ungerija minħabba l-fatt li l-Kummissjoni xeħtet dubju fuq ċerti valuri tal-parametri u referenzi użati mill-Ungerija u kkontestat il-validità tagħhom. Parametri u referenzi oħra huma aċċettati u ammessi kif proposti mill-Ungerija. Fil-valutazzjoni tagħha l-Kummissjoni se tipprovdi evidenza ta’ sostenn għal kwalunkwe valur li jvarja mill-proposta tal-Ungerija. |
(205) |
Iż-żewġ metodoloġiji mħaddma fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni jużaw id-dejta tal-2017 bħala każ bażi u d-dejta tal-2014 għal verifika tar-robustezza. |
(206) |
Minħabba l-inċertezzi relattivament għoljin inerenti fl-istimi finanzjarji, il-Kummissjoni tipprovdi medda għad-WACC referenzjarju teoriku tas-suq li jenħtieġ li jintuża fit-test tal-MEIP. |
(207) |
Meta implimentat iż-żewġ metodoloġiji, il-Kummissjoni aċċettat il-mira permezz ta’ ingranaġġ medju tul il-ħajja ta’ bejn 40 %-50 % proposta mill-Ungerija fl-Istudju tal-MEIP u fl-Istudju Ekonomiku bħala wieħed konformi ma’ parametri referenzjarji affidabbli. Għall-fini ta’ din id-deċiżjoni, ir-referenza għall-ingranaġġ hi l-proporzjon bejn id-dejn u l-kapital totali tal-proġett. Barra minn hekk, il-Kummissjoni aċċettat ukoll ir-rata tat-taxxa korporattiva tal-Ungerija ta’ 19 %. |
(208) |
Qabel ma pprovdiet il-valutazzjoni tagħha stess, il-Kummissjoni nnotat id-dgħjufijiet li ġejjin rigward il-parametru referenzjarju finali tad-WACC propost mill-Ungerija.
|
L-ewwel metodoloġija – approċċ minn isfel għal fuq
(209) |
Il-metodoloġija minn isfel għal fuq tuża l-formuli stnadard (użati wkoll mill-Ungerija) tad-WACC u tistma l-parametri tagħha:
fejn D u E jiddenotaw il-valuri tad-dejn u tal-ekwità, Rd u Re jiddenotaw il-kostijiet tad-dejn u tal-ekwità rispettivament u t hi r-rata tat-taxxa fuq il-kumpanniji, b’valur ta’ 19 % għall-Ungerija. Din il-formula hi bbażata fuq il-valuri mistennija tal-parametri tagħha. Rd u Re huma kostijiet tad-dejn u tal-kapital ta’ ekwità fi żmien it-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ investiment u mhux il-kostijiet storiċi. |
(210) |
Min-naħa tiegħu, il-kost tad-dejn se jiġi ddeterminat bil-formula li ġejja (użata wkoll mill-Ungerija):
fejn Rf tiddenota r-rata ħielsa mir-riskju fis-suq u (Rd –Rf ) tiddenota l-primjum tal-bond fis-suq. |
(211) |
Min-naħa tiegħu, il-kost tal-ekwità se jiġi ddeterminat bil-formula standard tas-CAPM (użata wkoll mill-Ungerija) (70):
fejn Rf tiddenota r-rata ħielsa mir-riskju fis-suq, tiddenota l-primjum tar-riskju tas-suq tal-ekwità u β (beta) hi kejl tar-riskju idjosinkratiku mhux diversifikabbli tal-proġett. |
(212) |
Il-Kummissjoni tapprova l-valuri li ġejjin għall-parametri użati għall-komputazzjoni tad-WACC:
|
(213) |
Iċ-ċifri tal-input tad-WACC identifikati fil-premessa 212 u l-meded derivati tad-WACC huma miġbura fit-Tabella 7. Tintuża kolonna separata għal kull perjodu ta’ żmien rilevanti għall-valutazzjoni. Tabella 7 Komputazzjoni tad-WACC minn isfel għal fuq
|
(214) |
L-elementi tad-WACC ippreżentati fit-Tabella 7 jimplikaw medda tad-WACC ta’ [9,66-10,36 %] għal Diċembru 2014 u [7,75 %-8,38 %] għal Frar 2017 (76). Madankollu, jenħtieġ li jiġi nnotat li l-uniku input speċifiku għas-settur f’dawk il-kalkoli hu l-industrija beta (0,92). B’riżultat ta’ dan, hu improbabbli li jkun inkluż il-primjum sħiħ assoċjat mar-riskju ikbar involut fi proġetti nukleari (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 68) u għalhekk jenħtieġ li dan jitqies bħala livell inferjuri għar-riskju attwali. |
It-tieni metodoloġija – parametraġġ referenzjarju
(215) |
Il-Kummissjoni taqbel mal-Ungerija li approċċ alternattiv biex tinstab medda rilevanti għad-WACC tas-suq ikun li dan jitqabbel ma’ referenzi li huma komparabbli għall-proġett Paks II. Madankollu, għar-raġunijiet stipulati fil-premessa a), il-Kummissjoni ma sabitx ir-referenzi u l-meded ippreżentati mill-awtoritajiet Ungeriżi bħal robusti biżżejjed. Għaldaqstant, il-Kummissjoni żviluppat l-analiżi ta’ parametraġġ referenzjarju tagħha stess, li tidderiva WACC referenzjarju speċifiku għas-settur u għall-pajjiż fuq il-bażi tad-database Damodaran (77), (78) billi użat kemm data tal-2017 kif ukoll tal-2014. |
(216) |
B’mod partikolari, dan l-approċċ isegwi t-tliet stadji li ġejjin (ċifri għat-tliet stadji kollha kemm huma huma kkalkolati b’mod separat kemm għal Diċembru 2014 kif ukoll għal Frar 2017):
|
(217) |
Din il-metodoloġija tissuġġerixxi WACC tal-proġett għal Paks II fil-medda ta’ bejn 9,15 %-9,81 % għad-deċiżjoni ta’ investiment inizjali bid-data f’Diċembru 2014 u medda ta’ bejn 7,40 %-8,07 % għal Frar 2017. Din il-medda hi bbażata fuq il-valuri ta’ ingranaġġ ta’ bejn 40 %-50 % kif stipulata fl-Istudju tal-MEIP. Irid jiġi nnotat ukoll li l-limitu inferjuri ta’ 9,15 % għad-WACC għall-2014 aktarx li jkollu bżonn jiġi aġġustat ’il fuq fejn id-data dwar “Ekoloġiċi u rinnovabbli” kienet disponibbli għall-2014. Barra minn hekk, l-inkorporazzjoni espliċita ta’ primjum tar-riskju żejjed għall-impjanti tal-enerġija nukleari (ara n-nota 70 f’qiegħ il-paġna) iżżid iż-żewġ meded. |
Konklużjoni dwar id-WACC
(218) |
Iż-żewġ metodoloġiji użati biex jiġi stmat parametru referenzjarju tal-livell tas-suq għad-WACC iwasslu għal intervalli mrikkba. Il-valuri kumplessivi għall-2017 huma bħala medja inqas minn dawk għall-2014, u jirriflettu primarjament l-evalwazzjoni tas-swieq tar-rata ħielsa mir-riskju tal-Ungerija. L-intervalli rilevanti huma miġbura fil-qosor fit-Tabella 11. Tabella 11 Sommarju dwar id-WACC
|
(219) |
It-Tabella 11 tindika ċifri tad-WACC fil-medda ta’ bejn 9,15 %-10,36 % għad-deċiżjoni ta’ investiment inizjali bid-data ta’ Diċembru 2014 u ċifra fil-medda ta’ bejn 7,40 %-8,38 % għal Frar 2017. Jenħtieġ li dawk il-valuri kollha tad-WACC jitqiesu bħala konservattivi għaliex ma jinkludux il-primjum tar-riskju potenzjali li jeħtieġu proġetti ta’ impjanti tal-enerġija nukleari (86). |
5.1.1.2. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-IRR tal-proġett
(220) |
Fil-valutazzjoni tagħha tal-IRR, il-Kummissjoni użat il-Mudell Finanzjarju sottomess mill-Ungerija. B’mod partikolari, il-Kummissjoni aċċettat il-metodoloġija użata fil-Mudell Finanzjarju kif ukoll l-inputs tal-Mudell, ħlief għall-previżjoni tal-prezz tal-elettriku, għax-xenarju ċentrali kkunsidrat. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota:
|
(221) |
Għaldaqstant, biex jiġu żgurati riżultati tal-istimi iktar preċiżi għall-IRR tal-proġett kif ukoll għall-akkumpanjar tal-analiżi tas-sensittività u tal-verifiki tar-robustezza, il-Kummissjoni għamlet ċerti rfinamenti fil-komponenti użati għall-istima tal-IRR. B’mod partikolari, il-Kummissjoni rrevediet u lestiet il-previżjonijiet tal-prezzijiet sottomessi mill-Ungerija. Barra minn hekk, minbarra li użat il-valuri tal-kostijiet u tal-fattur tat-tagħbija proposti mill-Ungerija għax-xenarju ċentrali tal-Mudell Finanzjarju, il-Kummissjoni inkorporat ukoll informazzjoni sottomessa minn partijiet interessati biex ittejjeb il-preċiżjoni tar-riżultati. Finalment, il-Kummissjoni għamlet verifika tas-sensittività ddettaljata tar-riżultati, billi ssimulat it-tibdiliet fil-parametri rilevanti kollha tal-mudell. |
(222) |
B’mod simili għad-WACC, il-meded rilevanti tal-IRR ġew ikkalkolati kemm fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fi Frar 2017 (id-dejta tal-2017) kif ukoll fi żmien id-deċiżjoni ta’ investiment inizjali fid-9 ta’ Diċembru 2014 (id-dejta tal-2014). |
Previżjonijiet tal-prezz
(223) |
Il-punti tat-tluq tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-previżjonijiet tal-prezz huma l-kurvi tal-previżjoni tal-prezz ippreżentati fil-Figura 16 tal-Istudju Ekonomiku sottomess mill-Ungerija, flimkien mal-previżjoni tal-prezz ibbażata fuq l-IEA WEO (2014) użata mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Biex tkopri l-perjodu operazzjonali mistenni kollu tal-unitajiet ta’ Paks II, il-Kummissjoni estendiet dawk il-graffs biex jinkludu biss dawk li koprew biss il-perjodi sal-2030 u sal-2040, rispettivament, billi żammet il-livelli tal-prezz previsti kostanti sal-valuri tat-terminazzjoni tagħhom (jiġifieri tal-2030 u tal-2040). Dawk il-previżjonijiet tal-prezz huma murija fil-Figure 14. Figura 14 Kurvi tal-previżjoni tal-prezzijiet tal-elettriku fit-tul (EUR/MWh) (88)
|
(224) |
Il-Kurva D fil-Figure 14 intużat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ mill-Kummissjoni biex tagħmel komputazzjoni tal-IRR tal-proġett. Barra minn hekk, il-Kurva H tirrappreżenta previżjoni ta’ Studju tas-Suq tal-2014 ta’ BWMi (il-Ministeru tal-Ekonomija tal-Ġermanja), il-Kurva I tirrappreżenta previżjoni ta’ Xenarju ta’ Referenza tal-2014 tal-BMWi, il-Kurva J tirrappreżenta l-previżjoni tal-prezz tal-elettriku tal-IEA WEO (2014) bil-konverżjoni minn ċifri f’USD għal ċifri f’EUR li saru bir-rata tal-kambju medja approssimattiva EUR/USD għal Settembru 2015 ta’ 0,9 (89). Il-komputazzjonijiet tal-IRR sottomessi mill-Ungerija kienu primarjament ibbażati fuq dawk il-kurvi H, I u J. |
(225) |
Il-Kummissjoni għamlet l-aġġustamenti li ġejjin fil-kurvi ppreżentati fil-Figure 14. Il-Kurva J ġiet ikkoreġuta fuq il-bażi tar-rata tal-kambju medja EUR/USD disponibbli fi żmien il-previżjonijiet ibbażati fuq il-USD tal-IEA WEO (2014) ippubblikati f’Novembru 2014. Dak iż-żmien ir-rata tal-kambju medja EUR/USD tul it-3 xhur ta’ qabel kienet ta’ 0,79. Il-Kurva L fil-Figure 15 tagħmel dak l-aġġustament ukoll (90). |
(226) |
Barra minn hekk, biex tiġi stmata IRR preċiża għal Frar 2017, il-Kummissjoni tipplottja l-previżjonijiet tal-prezzijiet inklużi fil-pubblikazzjoni World Energy Outlook 2016 tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (IEA WEO 2016) maħruġa fis-16 ta’ Novembru 2016 (91). Peress li ċ-ċifri oriġinali ġew ipprovduti f’USD, il-Kummissjoni użat ir-rata tal-kambju medja EUR/USD fuq tliet xhur (nofs Awwissu 2016 – nofs Novembru 2016) ta’ 0,9 rilevanti għal dik id-data ta’ pubblikazzjoni biex tibni ċ-ċifri bbażati fuq l-EUR (92) (93).” Il-Kurva M fil-Figure 15 hawn taħt turi din il-previżjoni tal-prezz. Figura 15 Kurvi tal-previżjoni tal-prezzijiet tal-elettriku fit-tul (EUR/MWh) (94)
|
(227) |
Din iċ-ċifra tipprovdi żewġ biċċiet ta’ informazzjoni ewlenin. L-ewwel, fl-applikazzjoni tar-rata tal-kambju korretta għall-konverżjoni tal-valuri USD f’valuri tal-EUR, il-previżjoni tal-prezz għall-Ewropa tal-IEA WEO 2014 issir madwar 12 % inqas (il-Kurva L tiġi taħt il-Kurva J). It-tieni, il-previżjoni tal-prezz tal-IEA WEO ppubblikata f’Novembru 2016 għandha medja ftit iktar minn 20 % inqas mill-previżjoni tal-prezz ippubblikata fl-istess pubblikazzjoni sentejn qabel (il-Kurva L u l-Kurva M). Din tista’ tiġi attribwita għat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-elettriku fl-2014 u fl-2016 u l-aġġustamenti meħtieġa fil-previżjoni (95). Għalhekk, kwalunkwe valutazzjoni li sir fir-rigward tal-previżjoni tal-2016 u kwalunkwe kalkolu relatat tal-IRR jenħtieġ li jqisu dan it-tnaqqis fil-previżjonijiet tal-prezz u jenħtieġ li jiffokaw fuq il-Kurva M fil-Figure 15 (96). |
(228) |
B’rabta mal-previżjonijiet tal-prezz ibbażati fuq IEA WEO, irid jiġi nnotat li dawn kienu bbażati fuq l-evalwazzjoni tax-“Xenarju tal-Politiki Ġodda” (97). Valutazzjoni komprensiva jenħtieġ li tinkludi wkoll ix-xenarji l-oħra kkunsidrati mill-IEO WEO, bħax-“Xenarju tal-Politiki Attwali” u x-“Xenarju tal-Prezz Baxx taż-Żejt” kif twettaq mill-istudju ta’ Candole b’rabta mal-previżjonijiet tal-prezz tal-IEA WEO 2015 (98). Dan hu importanti għaliex l-għażla ta’ għażla ta’ politika differenti twassal għal approċċi ta’ previżjoni tal-prezz differenti kif muri fil-Figure 12 u riprodotti fil-Figure 16 hawn taħt. Figura 16 Kurvi tal-previżjoni tal-prezzijiet tal-elettriku fit-tul (EUR/MWh)
|
(229) |
Il-każ Bażi, dak Għoli u dak Baxx fil-Figure 16 jikkorrispondu għax-Xenarju tal-Politiki Ġodda, ix-Xenarju tal-Politiki Attwali u x-Xenarju tal-Prezzijiet Baxxi taż-Żejt fl-IEA WEO 2015 [ara wkoll il-premessa 128]. Mill-Figure 16 jista’ jiġi osservat li x-Xenarju tal-Politiki Attwali jipprevedi prezzijiet ftit ogħla għall-elettriku fil-futur milli x-Xenarju ta’ Politiki Ġodd, a filwaqt li x-xenarju tal-Prezz Baxx taż-Żejt jipprevedi prezzijiet tal-elettriku sostanzjalment inqas fil-futur milli x-Xenarju ċentrali ta’ Politiki Ġodda (previżjonijiet li saru fl-2015). Analiżi tas-sensittività komprensiva għall-komputazzjoni tal-IRR tal-proġett għal Paks II trid tieħu dan f’kunsiderazzjoni (99). |
(230) |
Barra minn hekk, għal interpretazzjoni u valutazzjoni preċiżi taċ-ċifri tal-previżjoni tal-prezz fit-tul imħejjija minn istituzzjonijiet differenti, jenħtieġ li dawk iċ-ċifri jiġu marbuta mal-prezzijiet futuri tal-kuntratti tal-elettriku ffirmati fil-kambji tal-enerġija, anki jekk din tal-aħħar tirreferi għal perjodi ta’ żmien ferm iqsar kif muri fil-Figure 12. Il-kurvi tal-prezz fil-Figure 13, li jqabblu l-kuntratti tal-prezz futuri tal-Ġermanja u tal-Ungerija mal-previżjonijiet tal-inqas prezz tal-IEA WEO (dik korrispondenti għax-xenarju tal-Prezz Baxx taż-Żejt), jissuġġerixxu li anki l-iktar previżjonijiet tal-prezz riċenti tal-IEA WEO 2015 jistgħu jkunu ottimisti wisq peress li jistgħu jkunu qed jissopravalutaw il-prezzijiet futuri tal-elettriku. Dan il-fatt irid jiġi kkunsidrat ukoll fid-determinazzjoni tal-IRR tal-proġett Paks II kif ukoll fi kwalunkwe analiżi tas-sensittività ta’ sostenn. |
Il-fattur tat-tagħbija, diversi elementi ta’ kost u dewmien
(231) |
Minħabba d-daqs kbir tagħhom, il-kumplessità tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u ż-żmien tal-operat b’ħajja twila tagħhom, l-impjanti tal-enerġija nukleari huma skoperti għal inċertezzi rigward il-fattur tat-tagħbija, iż-żmien tal-kostruzzjoni u diversi elementi ta’ kost, fost l-oħrajn. Min-naħa tiegħu, dan għandu impatt sostanzjali fuq l-IRR tal-proġett. |
(232) |
Id-diffikultà fil-valutazzjoni tat-tali inċertezzi tinsab fil-fatt li Paks II hu disinn tal-impjant tal-enerġija nukleari tal-Ġenerazzjoni III+ u bħalissa m’hemmx ieħor bħalu li qed jopera (100). Għaldaqstant, kwalunkwe parametraġġ referenzjarju hu ipotetiku. Id-differenza teknoloġika bejn impjanti tal-enerġija nukleari tal-Ġenerazzjoni III u tal-Ġenerazzjoni+ hi kbira biżżejjed biex jingħad li l-inċertezzi msemmija fil-premessa 231 ma jikkonċernawx lil Paks II. |
Fattur tat-tagħbija
(233) |
L-istimi tal-IRR tal-Gvern Ungeriż huma bbażati fuq is-suppożizzjoni ta’ fattur medju tat-tagħbija ta’ [90-95]% (*7) għal Paks II. Din hi ċifra ferm ogħla mill-fattur annwali medju tat-tagħbija ta’ 72 % għall-impjanti tal-enerġija nukleari kollha fid-dinja kif muri f’“The World Nuclear Industry – Status Report 2015” (WNISR2015) (101). Min-naħa tagħha, l-IEA WEO 2014, fil-Prospettiva tagħha għall-Enerġija Nukleari, tinnota li “bejn l-1980 u l-2010, il-fattur tal-kapaċità medju għar-reatturi żdied minn 56 % għal 79 %. Dan kien riżultat ta’ ġestjoni aħjar, li qassar b’mod sinifikanti l-perjodi ta’ qtugħ għal manutenzjoni u għall-mili tal-fjuwil ippjanati. Ir-reatturi bl-aqwa prestazzjoni jiksbu fatturi tal-kapaċità ta’ madwar 95 %. Madankollu, huma u jiqdiemu l-impjanti, tali livelli għoljin jistgħu jkunu diffiċli li jintlaħqu peress li jsiru meħtieġa iktar spezzjonijiet u ttestjar tal-komponenti spissi” (102). |
(234) |
Madankollu, jenħtieġ li jiġi nnotat li tali ċifri ta’ livell għoli tat-tagħbija faċilment jistgħu jiġu mxekkla minn inċidenti matul il-ħajja tal-impjant. Pereżempju, l-inċident fl-2003 fl-Unità 2 tal-Paks NPP naqqas il-fattur tat-tagħbija medju għall-perjodu 1990-2015 bi kważi ħames punti perċentwali, minn 85,3 % għal 80,7 %. |
(235) |
Sfida oħra għaż-żewġ reatturi l-ġodda ta’ Paks II fiż-żamma ta’ fattur tat-tagħbija li jaqbeż id-90 % hu li hu previst li jopera fl-istess ħin ma’ uħud mill-unitajiet tal-Paks NPP. L-impatt ambjentali tal-qrubija taż-żewġ impjanti tal-enerġija nukleari fuq ix-xmara Danubju matul il-jiem sħan tas-sajf jista’ jkun jeħtieġ tnaqqis fil-produzzjoni f’wieħed mill-impjanti. Peress li hu supponut li ż-żewġ reatturi l-ġodda ta’ Paks II se joperaw b’mod kostanti b’fattur tat-tagħbija għoli, dan ikun jirriżulta f’inqas produzzjoni u f’inqas dħul għal Paks NPP, kost ekonomiku li jrid jiġi kkunsidrat meta tiġi evalwata l-vijabbiltà ekonomika tal-proġett Paks II. |
Kostijiet
(236) |
Il-kostijiet tul il-ħajja ta’ proġett fit-tul jistgħu jiddevjaw b’mod sostanzjali mill-valuri fit-tul previsti ppreżentati matul pjan ta’ direzzjoni tan-negozju inizjali ta’ proġett. Ir-raġunijiet tipiċi għal dan huma n-nuqqas ta’ inkorporazzjoni tal-elementi ta’ kost rilevanti kollha fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jew l-użu ta’ suppożizzjonijiet u stimi tal-kostijiet ottimisti wisq. |
(237) |
Minħabba l-kumplessità ta’ dawk il-proġetti, il-kost attwali tal-bini tal-impjanti tal-enerġija nukleari spiss ikun ferm ogħla minn dak previst. Pereżempju, il-kostijiet tal-kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija AREVA EPR tal-Ġenerazzjoni III+ fi Franza u fil-Finlandja kienu kważi t-tripplu tal-kostijiet inizjali inklużi fil-kuntratt ta’ kostruzzjoni (103). Ir-reatturi Westinghouse AP1000 li qed jinbnew fiċ-Ċina u fl-Istati Uniti wkoll esperjenzaw kostijiet konsiderevolment ikbar milli ppjanati b’madwar 20 % jew iktar u l-kostijiet tal-impjant tal-enerġija nukleari AES-2006 ta’ Rosatom fil-Belarus jesperjenzaw kważi rduppjar tal-kostijiet inizjali ta’ kostruzzjoni (104). |
(238) |
Filwaqt li fil-prinċipju l-kuntratti turnkey bi prezz fiss jistgħu jipprovdu protezzjoni għas-sid għal kostijiet ikbar ta’ kostruzzjoni, spiss dawn ma jipprovdux kopertura għall-kostijiet sħaħ tar-reatturi l-ġodda. Għalhekk, il-kostijiet tas-sid, inklużi l-kost tal-kisba tal-permessi meħtieġ, il-kost tal-konnessjoni mal-grilja, il-kost tal-immaniġġjar tal-iskart u l-kostijiet tad-dekummissjonar u ambjentali mhumiex fissi u jistgħu jiżdiedu. Min-naħa tiegħu, il-fornitur jista’ jiddeċiedi li ma jassorbix il-kostijiet żejda lil hinn minn ċerti limiti u jista’ jissuġġerixxi li ż-żieda fil-kostijiet tkun dovuta għal tibdiliet mitluba mis-sid. Tali tilwima tista’ tispiċċa taħt arbitraġġ u l-qorti, u b’hekk tkompli żżid il-kostijiet relatati mal-investiment. |
(239) |
Il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-impjant tal-enerġija nukleari Paks II jidher li fih ukoll ċerti suppożizzjonijiet tal-kostijiet li jistgħu jitqiesu ottimisti. Is-sottomissjonijiet minn partijiet interessati jissuġġerixxu li ċ-ċifri provviżorji jistgħu jkunu ottimisti wisq għall-partiti li ġejjin:
|
(240) |
Il-Kummissjoni tinnota li kwalunke devjazzjoni mmotivata mit-tħassib elenkat fil-premessa 239 miċ-ċifri pprovduti mill-Ungerija kif ippreżentati fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Paks II (u l-Mudell Finanzjarju) tkun twassal għal tnaqqis fil-valur tal-IRR tal-proġett (108). |
Dewmien potenzjali
(241) |
Il-kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija nukleari hi suxxettibbli għal dewmien u din iżżid iż-żminijiet tal-kostruzzjoni (109). Ir-raġunijiet primarji għad-dewmien fil-kostruzzjoni jinkludu problemi fid-disinn, nuqqas ta’ ħaddiema tas-sengħa, it-telf ta’ għarfien espert, problemi fil-katina tal-provvista, ippjanar ħażin u problemi ta’ oġġett li qatt ma sar bħalu (110) (111), |
(242) |
Rigward id-dewmien fil-perjodu ta’ kostruzzjoni, l-ewwel żewġ impjanti tal-enerġija tal-Ġenerazzjoni III+ li fil-fatt ġew ikkummissjonati u nbnew, l-impjant Oikiluoto-3 fil-Finlandja (bidu tal-kostruzzjoni: 2005) u l-impjant tal-enerġija ta’ Flamanville fi Franza (bidu tal-kostruzzjoni: 2007) it-tnejn esperjenzaw dewmien ta’ iktar minn ħames snin kull wieħed (112). Iż-żewġ impjanti tal-enerġija huma mudelli Areva EPR. |
(243) |
L-erba’ proġetti AES-2006 tal-Ġenerazzjoni III+ ta’ Rosatom fir-Russja, li għalihom il-kostruzzjoni bdiet bejn l-2008 u l-2010 ukoll esperjenzaw dewmien, kif spjegat fit-Tabella 3 fil-premessa 99. Pereżempju, il-kostruzzjoni ta’ waħda miż-żewġ unitajiet V-491 (id-disinn ta’ Paks II) fil-fażi II ta’ Leningrad f’San Pietruburgu (li l-ikkummissjonar tagħha oriġinarjament kien dovut għal Ottubru 2013) ġiet interrotta meta struttura tal-azzar għall-konteniment iġġarrfet fis-17 ta’ Lulju 2011 (113) u b’hekk l-ikkummissjonar tagħha issa hu mistenni f’nofs l-2017, filwaqt li l-unità l-oħra kienet mistennija li tiġi kkummissjonata sal-2016 u bħalissa hi skedata li tinxtegħel mhux qabel l-2018 (114). Il-kostruzzjoni ta’ unità oħra f’Niemen f’Kaliningrad ġiet sospiża fl-2013 (115). |
(244) |
Bħala riżultat ta’ dan, l-istorja riċenti ta’ bini tal-impjanti tal-enerġija tal-Ġenerazzjoni III+ tissuġġerixxi li d-dewmien matul il-kostruzzjoni mhuwiex xi ħaġa li mhix komuni (116). Min-naħa tiegħu dan għandu impatt negattiv fuq l-IRR. Dan l-impatt jista’ jiġi mmitigat biss sa ċertu punt billi jiġu stipulati pagamenti għall-ħsarat f’ċerti ċirkustanzi. |
Komputazzjoni tal-IRR
(245) |
Il-Kummissjoni użat il-Mudell Finanzjarju sottomess mill-Ungerija biex tagħmel komputazzjoni tal-meded għall-valuri xierqa tal-IRR għal Diċembru 2014 u għal Frar 2017. B’mod partikolari, il-Kummissjoni:
|
(246) |
L-analiżi tas-sensittività bbażata fuq Monte Carlo ntużat biex jiġu stmati devjazzjonijiet tal-IRR mill-valur ċentrali tagħha wara tibdiliet żgħar fil-valuri tad-diversi inputs tal-mudell. Ġew supponuti d-devjazzjonijiet li ġejjin mill-valuri inputtjati mill-Ungerija:
Il-Figura 17 u l-Figura 18 ta’ hawn taħt juru d-distribuzzjonijiet tal-valuri tal-IRR tal-proġett għaż-żewġ perjodi tal-valutazzjoni. F’kull każ, l-eżitu hu bbażat fuq 10 000 simulazzjoni (120). |
(247) |
Għal Diċembru 2014, id-distribuzzjoni tal-IRR stmata hi ċċentrata għal 8,79 %, filwaqt li 90 % tal-valuri tal-IRR li saret komputazzjoni tagħhom jaqgħu fi ħdan l-intervall [8,20 %; 9,36 %]. Figura 17 Il-valuri tal-IRR għal Diċembru 2014
|
(248) |
Għal Frar 2017, id-distribuzzjoni tal-IRR stmata hi ċċentrata għal madwar 7,35 % u 90 % tal-valuri kkomputati tal-IRR jaqgħu fi ħdan l-intervall [6,79 %; 7,90 %] (121): Figura 18 Il-valuri tal-IRR għal Frar 2017
|
(249) |
Irid jiġi nnotat li l-impatt tad-dewmien potenzjali mhuwiex inkluż fil-komputazzjonijiet tal-IRR li huma sottostanti għall-Figure 17 u għall-Figure 18. Ir-raġuni ewlenija għal dan huma t-trattament inkomplut tad-dewmien mill-Mudell Finanzjarju. B’mod partikolari, il-Mudell Finanzjarju jippermetti għat-tipi li ġejjin ta’ dewmien:
|
(250) |
Il-Kummissjoni tinnota li dawk iż-żewġ xenarji ta’ dewmien inklużi fil-Mudell Finanzjarju huma bażiċi u ma jistgħux jintużaw biex jiġi mmudellat b’mod adegwat l-impatt veru ta’ ħafna mit-tipi komuni tad-dewmien, pereżempju meta dewmien ta’ diversi tul iseħħ fi stadji differenti tal-perjodu ta’ kostruzzjoni (122). |
(251) |
Il-meded tal-IRR għaż-żewġ punti ta’ żmien rilevanti fil-valutazzjoni huma miġbura fil-qosor fit-Tabella 12 hawn taħt. L-IRR stmata hi inferjuri għal Frar 2017 minħabba tnaqqis fil-previżjoni tal-prezz tal-elettriku bejn l-2014 u l-2017. Madankollu, iż-żewġ stimi jistgħu jiġu kkunsidrati konservattivi minħabba li ċerti elementi kwalitattivi deskritti fil-premessi 238 u 239 u żbalji fl-istimi tal-awtoritajiet Ungeriżi ma jistgħux jiġu inkorporati b’mod kwantitattiv fil-Mudell Finanzjarju. Tabella 12 Sommarju tal-IRR
|
5.1.1.3. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-LCOE
(252) |
Għall-fini ta’ kompletezza u biex tiġi riflessa l-informazzjoni kollha sottomessa mill-Ungerija [ara l-premessi 69 u 81-82], il-Kummissjoni kkunsidrat fil-qosor ukoll il-vijabbiltà ekonomika ta’ Paks II billi użat il-kejl tal-LCOE (ara t-Taqsima 3.1.1.3). |
(253) |
Meta vvalutat l-LCOE għal impjant tal-enerġija nukleari tal-Ungerija bħal dak ta’ Paks II, il-Kummissjoni użat l-istudju tal-2015 tal-OECD/IEA/NEA [ara l-premessa 81] bħala punt tat-tluq. F’dak l-istadju, l-LCOE għal impjant tal-enerġija nukleari tal-Ungerija hu stmat li hu EUR 80,95/MWh għal rata tal-imgħax ta’ 7 % u EUR 112,45/MWh għal rata tal-imgħax ta’ 10 %, fid-dawl ta’ fattur tat-tagħbija ta’ 85 % (123). Peress li dawk iċ-ċifri ġew ippubblikati f’Awwissu 2015, dawn jistgħu jintużaw biss għall-valutazzjoni tal-LCOE fl-2017 u mhux fl-2014. |
(254) |
Il-Kummissjoni tinnota li ż-żieda tal-fattur tat-tagħbija għal [90 – 95] % (*9), iċ-ċifra tal-fattur tat-tagħbija ċentrali fis-sottomissjonijiet tal-Ungerija, iċ-ċifri tal-LCOE fil-premessa preċedenti jinbidlu għal EUR 74/MWh u EUR 103/MWh rispettivament (124). |
(255) |
Fuq il-bażi ta’ dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-LCOE ta’ impjant tal-enerġija nukleari tal-Ungerija hu ogħla minn EUR 74/MWh, li min-naħa tiegħu hu ogħla mill-previżjoni tal-prezz ta’ EUR 73/MWh li saret il-komputazzjoni tiegħu fl-2015 jew il-previżjoni tal-prezz ta’ EUR 68/MWh li saret komputazzjoni tagħha fl-2016 (125). |
5.1.1.4. Konklużjonijiet dwar il-vantaġġ ekonomiku
(256) |
Il-Kummissjoni tuża l-istimi tad-WACC u tal-IRR idderivati fit-taqsimiet 5.1.1.1 u 5.1.1.2 biex tivvaluta jekk huwiex issodisfat l-MEIP. It-Tabella 13 ta’ hawn taħt tiġbor fil-qosor l-informazzjoni rilevanti għaż-żewġ punti ta’ żmien: Tabella 13 Tqabbil tad-WACC u tal-IRR
|
(257) |
It-Tabella 13 toffri l-informazzjoni importanti li ġejja:
|
(258) |
Il-Kummissjoni tenfasizza li dawk ir-riżultati huma konservattivi peress li:
Dan jissuġġerixxi li, fir-realtà, id-differenza potenzjali bejn il-valuri tal-IRR u l-valuri tad-WACC li jikkorrispondu għal kull wieħed mill-punti ta’ żmien hu ferm probabbli li tkun saħansitra ikbar. |
(259) |
Barra minn hekk, il-kalkoli sottostanti għall-istimi tal-IRR tal-proġett, flimkien mal-valuri stmati tad-WACC, jista’ jingħad li jintużaw ukoll għall-kwantifikazzjoni tal-valur preżenti nett (VPN) tat-telf totali mistenni li jakkumula tul il-ħajja tal-proġett jekk jiġi ffinanzjat minn investitur f’ekonomija tas-suq. B’mod partikolari, il-proġett hu mistenni jipproduċi telf ta’ EUR 600 miljun fil-każ tal-linja bażi ta’ WACC tas-suq ta’ 7,88 % u IRR ta’ 7,35 %, il-valuri medjani għad-dejta tal-2017 (128). |
(260) |
Barra minn hekk, minbarra t-tqabbil tad-WACC-IRR, l-analiżi qasira tal-LCOE kkonfermat ukoll li l-kostijiet livellati tal-elettriku prodott minn Paks II ma jkunux koperti mill-prezzijiet previsti. |
(261) |
Fuq il-bażi ta’ dawk ir-riżultati, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proġett ma jkunx jipproduċi riżultati suffiċjenti biex jiġu koperti l-kostijiet ta’ investitur privat li jista’ jikseb finanzjament bil-prezzijiet tas-suq biss. Għad li d-data ta’ Frar 2017 hi l-iktar rilevanti għat-twettiq tat-test tal-MEIP, ir-riżultati dderivati mill-analiżi ta’ din id-dejta huma validi anki meta l-analiżi ssir bl-użu tad-dejta disponibbli fi żmien id-deċiżjoni ta’ investiment inizjali f’Diċembru 2014. |
(262) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni żviluppata f’din, il-Kummissjoni tikkonkludi li investitur privat ma kienx jinvesti fil-proġett bl-istess patti u kundizzjonijiet. Għaldaqstant, peress li Paks II jibbenefika bis-sħiħ minn assi ġdid b’valur ekonomiku, il-Kummissjoni ssib li l-miżura tinvolvi vantaġġ ekonomiku għal Paks II. |
5.1.2. TRASFERIMENT TA’ RIŻORSI TAL-ISTAT U IMPUTABBILTÀ
(263) |
Kif spjegat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-Ungerija jiffinanzja l-kostruzzjoni tal-proġett b’fondi tal-Istat, li 80 % minnhom huma self mill-Federazzjoni Russa u 20 % huma fondi proprji tal-Ungerija. L-Ungerija tiffinanzja direttament l-investimenti kollha li huma neċessari għall-kummissjoni, għad-disinn u għall-kostruzzjoni ta’ unitajiet tal-enerġija 5 u 6, kif stipulat fl-IGA ta’ Finanzjament. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tkun tinvolvi trasferiment tar-riżorsi mill-Istat Ungeriż. |
(264) |
Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li l-miżura hi imputabbli lill-Istat Ungeriż peress li l-Ungerija ħadet id-deċiżjoni li tinvesti fil-proġett u se tiddeċiedi dwar l-iżborż tal-fondi neċessarji għall-pagament tal-Prezz tax-Xiri tal-Kuntratt tal-EPC u l-finanzjament tal-ekwità taż-żewġ reatturi l-ġodda ta’ Paks II. |
5.1.3. SELETTIVITÀ
(265) |
Miżura titqies selettiva jekk tivvantaġġa biss ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti. Il-Kummissjoni ttenni li l-miżura hi selettiva għaliex tikkonċerna intrapriża waħda biss dment li l-Ungerija ħatret lil Paks II skont ir-Riżoluzzjoni tal-Gvern 1429/2014 (VII. 31.), peress li l-Organizzazzjoni Awtorizzata mill-Ungerija se tkun is-sid u l-operatur tal-unitajiet tal-ġenerazzjoni nukleari l-ġodda. Għaldaqstant, il-vantaġġ hu meqjus li hu selettiv. |
5.1.4. L-EFFETT FUQ IL-KUMMERĊ U D-DISTORSJONI TAL-KOMPETIZZJONI
(266) |
Peress li kien indikat mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, is-suq tal-elettriku ġie lliberalizzat fl-Unjoni u l-produtturi tal-elettriku huma involuti fil-kummerċ bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, l-infrastruttura tal-elettriku tal-Ungerija hi relattivament b’saħħitha, li fihom interkonnessjonijiet robusti (daqs 30 % tal-kapaċità installata domestika) mal-Istati Membri ġirien tagħha. Għad li l-Ungerija hi importatur nett, il-Figura 5 fil-premessa 49 turi li l-Ungerija tesporta elettriku wkoll mhux biss lis-suq ta’ ġurnata bil-quddiem akkoppjat tar-Repubblika Ċeka-Slovakkja-Ungerija-Rumanija (operazzjonali mill-2014) iżda anki lill-Awstrija u lill-Kroazja. |
(267) |
Il-miżura nnotifikata tkun tippermetti l-iżvilupp ta’ kapaċità sinifikanti li, kieku, setgħet tkun soġġetta għal investiment privat minn operaturi oħra fis-suq li jużaw teknoloġiji alternattivi, mill-Ungerija jew minn Stati Membri oħra. Barra minn hekk, peress li l-elettriku hu nnegozjat b’mod transfruntier, kwalunkwe vantaġġ selettiv lil kumpannija għandu l-potenzjal li jaffettwa l-kummerċ fi ħdan l-Unjoni. |
(268) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni ttenni li l-miżura thedded li toħloq distorsjoni għall-kompetizzjoni. |
5.1.5. KONKLUŻJONI DWAR L-EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT
(269) |
Minħabba li l-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tinvolvi vantaġġ ekonomiku għal Paks II u li huma preżenti l-bqija tal-elementi għall-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni tikkonkudi li fil-proġett, l-Istat Ungeriż jagħti għajnuna għal Paks II li hi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5.2. IL-LEGALITÀ TAL-GĦAJNUNA
(270) |
Kif instab fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ [premessa 116], il-Kummissjoni żżomm id-dikjarazzjoni tagħha li għad li diġà ġew iffirmati sensiela ta’ ftehimiet u diġà ttieħdet id-deċiżjoni ta’ investiment inizjali, id-deċiżjoni ta’ investiment finali li biha Paks II tikkummissjona b’mod irrevokabbli x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni taż-żewġ reatturi l-ġodda għadha trid tittieħed u ma sar ebda pagament s’issa taħt il-Kuntratt tal-EPC. Għaldaqstant, billi nnotifikat il-miżura qabel ma ġiet implimentata, l-Ungerija ssodisfat l-obbligu ta’ sospensjoni tagħha f’konformità mal-Artikolu 108(3) TFUE. |
5.3. KOMPATIBILITÀ
(271) |
Peress li nstab li l-miżura tinvolvi għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni eżaminat ulterjorment jekk il-miżura tistax titqies kompatibbli mas-suq intern. |
(272) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Ungerija tikkunsidra li l-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, minkejja li ssottomettiet argumenti fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq intern bħala tweġiba għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ u l-osservazzjonijiet ta’ partijiet terzi riċevuti mill-Kummissjoni wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ (ara t-taqsima 3.2). |
5.3.1. BAŻI ĠURIDIKA GĦALL-VALUTAZZJONI
(273) |
Kif spjegat fit-Taqsima 3.3.1 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni tista’ tiddikjara miżura kompatibbli direttament skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE jekk il-miżura tikkontribwixxi għall-kisba ta’ objettiv komuni, tkun neċessarja u proporzjonata għall-kisba ta’ dak l-objettiv u ma tkunx taffettwa b’mod avvers il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa ċertu punt li jmur kontra l-objettiv komuni. |
(274) |
Il-miżura trid tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin: (i) hi għandha l-għan li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi jew ta’ oqsma ekonomiċi f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) TFUE; (ii) hi mmirata li ġġib titjib materjali li s-suq waħdu ma jistax jipprovdi (pereżempju tindirizza falliment tas-suq); (iii) il-miżura proposta hi strument ta’ politika xieraq li jindirizza l-objettiv ta’ interess komuni; (iv) għandha effett ta’ inċentiv; (v) hi proporzjonata għall-ħtiġijiet ibbażati li fuqhom hi skjerata; u (vi) ma toħloqx distorsjoni eċċessiva tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(275) |
Fit-tweġiba tagħhom għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-awtoritajiet Ungeriżi argumentaw li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, u b’mod partikolari l-projbizzjoni ġenerali mill-għoti ta’ għajnuna mill-Istat, ma japplikawx għall-miżuri li jaqgħu taħt it-Trattat Euratom. |
(276) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-investiment inkwistjoni hu attività industrijali li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat Euratom (ara l-Anness II tiegħu); madankollu, dan il-fatt waħdu ma jrendix l-Artikoli 107 u 108 TFUE inapplikabbli fil-valutazzjoni tal-metodu ta’ finanzjament tat-tali attività. |
(277) |
Fil-fatt, filwaqt li l-Artikolu 2(c) tat-Trattat Euratom joħloq obbligu fuq l-Unjoni biex tiffaċilita l-investimenti fil-qasam tal-enerġija nukleari u l-Artikolu 40 tat-Trattat Euratom jobbliga lill-Unjoni tippubblika programmi illustrattiva biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ investimenti nukleari, it-Trattat Euratom ma jipprevedi ebda regola speċifika għall-kontroll tal-finanzjament, minn Stat Membru, tat-tali investimenti. Skont l-Artikolu 106a(3) tat-Trattat Euratom, id-dispożizzjonijiet tat-TFUE m’għandhomx jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom. |
(278) |
Tabilħaqq, l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE ma jidderogawx minn kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom, peress li ma hemm ebda regola differenti dwar il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat prevista fit-Trattat Euratom, u lanqas il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE ma jxekkel l-ilħuq tal-objettiv tal-promozzjoni ta’ investimenti nukleari ġodda mnaqqxa fit-Trattat Euratom. |
5.3.2. IL-KONFORMITÀ MAD-DRITT TAL-UNJONI GĦAJR IR-REGOLI DWAR L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT
(279) |
Diversi partijiet interessati qajmu kummenti dwar il-konformità tal-miżura skont id-Direttiva 2014/24/UE u 2014/25/UE (speċjalment mad-Direttiva 2014/25/UE minħabba r-regoli speċifiċi għas-setturi) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/72/KE (id-Direttiva dwar l-Elettriku); għaldaqstant, il-Kummissjoni vvalutat kemmm inkompatibilità (possibbli) mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE u mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/72/KE dwar l-għoti dirett lil intrapriża għall-kostruzzjoni taż-żewġ reatturi ġodda ta’ Paks II tista’ timpatta l-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(3)c tat-TFUE. |
(280) |
Skont il-ġurisprudenza stabbilita, “meta l-Kummissjoni tapplika l-proċedura fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, hija marbuta, skont l-istruttura ġenerali tat-Trattat, li tosserva l-koerenza bejn id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat u d-dispożizzjonijiet speċifiċi minbarra dawk dwar l-għajnuna mill-Istat u, b’dan il-mod, li tevalwa l-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni ma’ dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi. Madankollu, tali obbligu huwa impost fuq il-Kummissjoni biss fir-rigward ta’ modalitajiet ta’ għajnuna li jkunu tant marbuta b’mod inseparabbli mal-għan tal-għajnuna li ma jkunx possibbli li jiġu evalwati b’mod iżolat. (…) Fil-fatt, obbligu tal-Kummissjoni li tieħu pożizzjoni b’mod definittiv, indipendentement mir-rabta bejn il-modalità tal-għajnuna u l-għan tal-għajnuna inkwistjoni, fil-kuntest ta’ proċedura fil-qasam ta’ għajnuna, fuq l-eżistenza jew l-assenza ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni distinti minn dawk li jaqgħu taħt l-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE, (…) [dan] imur kontra, minn naħa, ir-regoli u l-garanziji proċedurali — parzjalment differenti ħafna u li jimplikaw konsegwenzi ġuridiċi distinti — li huma proprji għall-proċeduri previsti speċjalment għall-istħarriġ tal-evalwazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u, min-naħa l-oħra, il-prinċipju ta’ awtonomija tal-proċeduri amministrattivi u tar-rimedji ġudizzjarji. (…) B’dan il-mod, jekk il-modalità tal-għajnuna inkwistjoni hija marbuta b’mod inseparabbli mal-għan tal-għajnuna, il-konformità tagħha mad-dispożizzjonijiet l-oħra minbarra dawk dwar l-għajnuna mill-Istat tiġi evalwata mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura prevista permezz tal-Artikolu 108 TFUE u din l-evalwazzjoni tista’ twassal għal dikjarazzjoni ta’ inkompatibbiltà tal-għajnuna kkonċernata mas-suq intern. Min-naħa l-oħra, jekk il-modalità inkwistjoni tista’ tinfired mill-għan tal-għajnuna, il-Kummissjoni ma tkunx marbuta tevalwa l-konformità tagħha mad-dispożizzjonijiet l-oħra minbarra dawk dwar l-għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-proċedura prevista permezz tal-Artikolu 108 TFUE” (129). |
(281) |
Fid-dawl ta’ dan li ntqal hawn fuq, fir-rigward tal-miżura notifikata, il-valutazzjoni tagħha dwari l-kompatibbiltà tista’ tkun affettwata minn nuqqas ta’ konformità possibbli mad-Direttiva 2014/25/UE jekk hi tipproduċi distorsjoni addizzjonali tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ fuq is-suq tal-elettriku (suq li fih se jkun attiv il-benefiċjarju tal-għajnuna, Paks II). |
(282) |
Fuq dan il-punt, il-Kummissjoni tinnota li d-Direttiva 2014/25/UE hi ta’ rilevanza fir-rigward tal-għoti dirett ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni għaż-żewġ reatturi l-ġodda għal intrapriża speċifika waħda. Fil-każ inkwistjoni, filwaqt li JSC NIAEP, intrapriża attiva fis-settur tal-kostruzzjoni nukleari, ingħatat b’mod dirett ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni taż-żewġ reatturi mill-IGA, JSC NIAEP mhijiex il-benefiċjarju tal-għajnuna. Tabilħaqq, il-benefiċjarju tal-għajnuna hu Paks II, parteċipant fis-suq fis-suq tal-elettriku, li se tkun is-sid u se topera ż-żewġ reatturi nukleari ġodda. Kif diġà ġie ddikjarat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, JSC NIAEP mhix meqjusa bħala benefiċjarju potenzjali tal-miżura inkwistjoni. |
(283) |
B’hekk, nuqqas ta’ rispett possibbli tar-regoli tal-akkwist pubbliku fil-każ inkwistjoni jista’ jipproduċi effetti distorsivi fuq is-suq tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni nukleari. Madankollu, l-oġġett tal-għajnuna għall-investiment għal Paks II hu li din tippermettilha tiġġenera elettriku mingħajr ma ġġarrab il-kostijiet ta’ investiment ħall-kostruzzjoni tal-installazzjonijiet nukleari. Għaldaqstant, ma ġie identifikat ebda effett distorsiv addizzjonali fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ fis-suq tal-elettriku li jinħoloq min-nuqqas ta’ konformità mad-Direttiva 2014/25/UE, fir-rigward tal-għoti dirett tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni lil JSC NIAEP. |
(284) |
Għaldaqstant, fin-nuqqas ta’ “linka li ma tinħallx” bejn il-ksur possibbli tad-Direttiva 2014/25/UE u l-oġġett tal-għajnuna, il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna ma tistax tkun affettwata minn dan il-ksur possibbli. |
(285) |
Fi kwalunkwe każ, il-konformità tal-Ungerija mad-Direttiva 2014/25/UE ġiet ivvalutata fi proċedura separata mill-Kummissjoni fejn il-konklużjoni preliminari fuq il-bażi tal-informazzjoni disponiblbi hi li l-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva 2014/25/UE tkun inapplikabbli għall-inkarigar tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ta’ żewġ reatturi fuq il-bażi tal-Artikolu 50(c) tagħha. |
(286) |
Fir-rigward tal-ksur possibbli tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/72/KE, il-Kummissjoni tqis li r-rekwiżit tal-applikazzjoni ta’ proċedura tal-offerti jew kwalunkwe proċedura ekwivalenti f’termini ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni għall-forniment ta’ kapaċità ġdida mhuwiex wieħed assolut. Fil-fatt, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(1) teħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu fid-drtt domestiku għall-possibbiltà li tintuża l-proċedura tal-offerti għal kapaċità ġdida. L-Ungerija kkonformat ma’ dan ir-rekwiżit billi ttrasponiet dan ir-rekwiżit fi ħdan l-Att tagħha dwar l-Elettriku (130). Barra minn hekk, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 8(1), proċedura tal-offerti ma tistax tkun meħtieġa li kieku l-kapaċità tal-ġenerazzjoni li se tinbena fuq il-bażi tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni stabbilita fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/72/KE tkun suffiċjenti biex tiżgura s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Dan hu l-każ inkwistjoni: il-proġett ġie awtorizzat (skont il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni deskritta fl-Artikolu 7) apposta biex ikopri, fost l-oħrajn, id-diskrepanza fil-kapaċità installata domestika futura prevista totali u l-Kummissjoni m’għandhiex elementi disponibbli li juru li l-kapaċità installata tkun insuffiċjenti. B’hekk, ir-rekwiżit ta’ proċedura tal-offerti jew ekwivalenti skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/72/KE ma jidhirx li japplika għall-proġett inkwistjoni. Fid-dawl ta’ dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni m’għandhiex element suffiċjenti li jindika applikabbiltà possibbli tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/72/KE. |
(287) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-valutazzjoni tal-miżura notifikata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat mhijiex affettwata mill-konformità ma’ dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni. |
5.3.3. OBJETTIV TA’ INTERESS KOMUNI
(288) |
Kif spjegat fit-Taqsima 3.3.2 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-miżura jrid ikollha l-għan li tikseb objettiv iddefinit sew ta’ interess komuni. Meta objettiv ikun ġie rrikonoxxut mill-Unjoni bħala wieħed li hu fl-interess komuni tal-Istati Membri, minn dan isegwi li hu objettiv ta’ interess komuni. |
(289) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-miżura tinvolvi appoġġ speċifiku għat-teknoloġija nukleari. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li l-Artikolu 2(c) tat-Trattat Euratom jipprovdi li l-Unjoni għandha “tiffaċilta l-investiment u tassigura, partikolarment billi tinkoraġixxi l-impriża kummerċjali, il-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet bażiċi meħtieġa għall-iżvilupp tal-enerġija nukleari fil-Komunità.” |
(290) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-għajnuna għall-investiment għal Paks II prevista mill-Ungerija mmirata biex tippromwovi l-enerġija nukleari tista’ titqies bħala li tfittex l-objettiv ta’ interess komuni billi tippromwovi investimenti nukleari ġodda. |
(291) |
Diversi partijiet interessati oħra ssottomettew kummenti li jiddikjaraw li l-investimenti fl-enerġija nukleari mill-Ungerija skont it-Trattat Euratom ma jistgħux jitqiesu bħala objettiv ta’ interess komuni. |
(292) |
Madankollu, il-Kummissjoni ssib li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom ġew ikkonfermati b’mod espliċitu mit-Trattat ta’ Lisbona u, għalhekk, it-Trattat Euratom ma jistax jitqies li hu Trattat skadut jew antikwat mingħajr applikabbiltà. Il-partijiet għat-Trattat ta’ Lisbona kkunsidraw li hemm bżonn li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom ikompli jkollhom effett legali sħiħ (131). Il-preambolu tat-Trattat Euratom jirrikonoxxi li jenħtieġ li jinħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji għall-iżvilupp ta’ industrija nukleari b’saħħitha. Kif irrikonoxxiet f’deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni (132), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-promozzjoni tal-enerġija nukleari hi objettiv importanti tat-Trattat Euratom, u għalhekk tal-Unjoni. Kif stipulat fil-preambolu tat-Trattat Euratom, il-Kummissjoni hi istituzzjoni tal-Komunità Euratom hi obbligata toħloq il-“kondizzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp ta’ industrija nukleari b’saħħitha li tkun tista tipprovdi fornimenti estensivi ta’ enerġija”. Jenħtieġ li dan l-obbligu jiġi kkunsidrat fl-eżerċitar tad-diskrezzjoni tagħha li tawtorizza l-għajnuna mill-Istat f’konformità mal-Artikolu 107(3)(c) u mal-Artikolu 108(2) TFUE. |
(293) |
Barra minn hekk, għad li l-iżvilupp tal-enerġija nukleari mhuwiex obbligatorju għall-Istati Membri, u ċerti Stati Membri għażlu li ma jibnux u ma jiżviluppawx impjanti tal-enerġija nukleari, il-promozzjoni ta’ investimenti nukleari tista’ titqies objettiv ta’ interess komuni għall-finijiet ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat. Fil-fatt, ħafna objettivi aċċettabbli u rikonoxxuti skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u fil-prattika, bħall-iżvilupp reġjonali, huma rilevanti għal Stat Membru wieħed biss jew għal ftit. |
(294) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura prevista mill-awtoritajiet Ungeriżi tfittex l-objettiv ta’ promozzjoni ta’ investimenti nukleari ġodda kif imnaqqax fit-Trattat Euratom. |
(295) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-awtoritajiet Ungeriżi ssottomettew informazzjoni aġġornata minn studji tat-TSOs li jieħdu f’kunsiderazzjoni l-importazzjonijiet u l-evoluzzjoni tad-domanda. Skont l-istudju maħruġ minn MAVIR imsemmi fil-premessa 50, is-suq Ungeriż jeħtieġ mill-inqas 5,3 GW ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku ġdida addizzjonali sal-2026 u kemxejn iktar minn 7 GW sa tmiem il-perjodu tal-previżjoni fl-2031. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li l-miżura mmirata biex tippromwovi l-enerġija nukleari għandha objettiv ta’ interess komuni mnaqqax fit-Trattat Euratom, filwaqt li tikkontribwixxi wkoll għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. |
5.3.4. IN-NEĊESSITÀ TAL-GĦAJNUNA U L-FALLIMENT TAS-SUQ
(296) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-enerġija nukleari hi kkaratterizzata minn kostijiet mitlufa fissi tassew għoljin, u minn perjodi twal ħafna li matulhom it-tali kostijiet iridu jiġu amortizzati. Dan jissuġġerixxi li l-investituri li jikkunsidraw jidħlu fis-settur tal-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari se jsibu lilhom infushom esposti għal livelli konsiderevoli ta’ riskji ta’ finanzjament. |
(297) |
Il-Kummissjoni talbet informazzjoni rigward investimenti nukleari potenzjali ġodda (mingħajr l-appoġġ tal-Istat), il-perjodi ta’ żmien (fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tas-suq tal-elettriku tal-Ungerija), l-iżvilupp mistenni tagħhom, kif ukoll l-immudellar tas-suq f’dak ir-rigward biex tivvaluta jekk kienx hemm xi falliment tas-suq li jista’ jaffettwaw lil investimenti ġodda fi proġetti nukleari fl-Ungerija u xi jkunu dawk il-proġetti. |
(298) |
Kif spjegat fil-premessa 129 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, biex tiddetermina jekk hix neċessarja għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni trid tiddetermina jekk il-miżura hix immirata lejn sitwazzjoni li fiha l-miżura tista’ ġġib titjib materjali li s-suq waħdu ma jistax jipprovdi, pereżempju bir-rimedjar ta’ falliment tas-suq iddefinit sew. |
(299) |
L-eżistenza ta’ falliment tas-suq hi parti mill-valutazzjoni ta’ jekk l-għajnuna mill-Istat hix neċessarja għall-kisba tal-objettiv ta’ interess komuni mfittex. Fil-każ inkwistjoni, l-Ungerija tfittex il-promozzjoni ta’ investimenti nukleari ġodda kif imnaqqxa fit-Trattat Euratom biex tindirizza d-diskrepanza fil-kapaċità installata nazzjonali ġenerali li daqt se tkun qed taffaċċja. Għaldaqstant, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk l-għajnuna mill-Istat hix neċessarja għall-kisba tal-objettiv ta’ promozzjoni ta’ investimenti nukleari ġodda. |
(300) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar il-kummenti tal-partijiet interessati fir-rigward ta’ jekk jenħtieġx li l-Kummissjoni tivvalutax jekk l-investimenti fil-ġenerazzjoni tal-elettriku inġenerali humiex ikkaratterizzati minn falliment tas-suq. Ċerti partijiet interessati jinnotaw li ma jeżisti ebda falliment tas-suq għat-tali investimenti u li l-prezz tal-elettriku bl-ingrossa baxx attwali hu sempliċiment rispons għall-funzjonament normali tas-suq. Partijiet interessati oħra jiddikjaraw li l-argument li jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddefinixxi s-suq rilevanti li fuqu hi vvalutata l-eżistenza ta’ falliment tas-suq bħas-suq intern liberalizzat fl-elettriku. Barra minn hekk, jekk kien hemm falliment tas-suq f’dan is-suq rilevanti, dan ma jkunx indirizzat bl-aħjar mod minn impjant tal-enerġija nukleari. |
(301) |
Madankollu, fil-valutazzjoni tagħha tan-neċessità tal-għajnuna, il-Kummissjoni teżamina jekk l-objettiv fl-interess komuni jistax jinkiseb mingħajr intervent tal-Istat jew jekk falliment tas-suq jipprevjenihx. Fil-valutazzjoni tan-neċessità tal-għajnuna, ma hemmx bżonn li l-ewwel il-Kummissjoni tiddefinixxi suq rilevanti. Biex tistabbilixxi jekk jeżistix falliment tas-suq, il-Kummissjoni l-ewwel trid tiddetermina liema objettiv fl-interess komuni qiegħed jitfittex mill-Istat Membru. L-objettiv ta’ interess komuni ta’ din il-miżura ma jikkonċernax is-suq intern fl-elettriku inġenerali jew investimenti fil-ġenerazzjoni b’mod ġenerali; minflok, dan jikkonċerna l-promozzjoni ta’ investimenti nukleari ġodda, kif imnaqqxa fit-Trattat Euratom, li, ovvjament, huma mingħajr dubju parti mis-suq tal-elettriku u se jgħinu biex jindirizzaw id-diskrepanza futura tal-Ungerija fil-kapaċità installata kumplessiva tagħha. It-tieni, il-Kummissjoni trid tinvestiga jekk ir-relazzjoni libera ta’ provvista u ta’ domanda fis-suq tal-elettriku inġenerali tiżgurax li l-objettiv ta’ żviluppi nukleari ġodda jista’ jinkiseb mingħajr intervent tal-Istat. Id-definizzjoni ta’ suq partikolari mhix neċessarja f’dak ir-rigward. |
(302) |
Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat jekk jeżistix falliment tas-suq fir-rigward tal-objettiv ta’ promozzjoni ta’ investimenti nukleari ġodda fl-Ungerija u jekk huwiex dan karatteristika ġenerali tas-suq Ungeriż jew karatteristika speċifika relatata mal-enerġija nukleari waħedha. |
(303) |
Fit-Taqsima 5.1.1.4 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-proġett ma jkunx jipproduċi biżżejjed redditi biex ikopri l-kostijiet ta’ investitur privat li jista’ jikseb finanzjament biss bil-prezzijiet tas-suq peress li l-IRR mistennija tal-investiment hi inqas minn WACC referenzjarju bbażat fuq is-suq għall-proġett u, għalhekk, investitur privat razzjonali ma jinvestix f’kundizzjonijiet bħal dawn mingħajr appoġġ addizzjonali mill-Istat. |
(304) |
Fir-rigward tal-investimenti fl-enerġija nukleari, l-Ungerija tirrikonoxxi li dik it-teknoloġija hi kkaratterizzata minn kostijiet ta’ investiment forniti minn qabel estremament għoljin u minn żminijiet ta’ stennija twal ħafna qabel ma l-investituri jiġu remunerati. |
(305) |
Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ diġà kien fiha deskrizzjoni tas-suq tal-elettriku tal-Ungerija u l-ħsieb wara d-deċiżjoni tal-Ungerija li twettaq proġett ġdid ta’ impjant tal-enerġija nukleari, b’mod partikolari minħabba li hu stmat li l-impjanti tal-enerġija eżistenti daqt se jiġu rtirati. Kif spjegat fil-premessa 14 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-Istudju tal-Fattibbiltà żviluppat mill-Grupp MVM li esplora l-implimentazzjoni u l-finanzjament ta’ impjant tal-enerġija nukleari ġdid kien ibbażat fuq suppożizzjonijiet li fl-Ungerija, 6 000 MW tal-kapaċità installata gross ta’ 8-9 000 MW kienu antiċipati li se jintilfu sal-2025 minħabba l-għeluq ta’ impjanti tal-enerġija obsoleti. |
(306) |
Kif spjegat fil-premessi 15 u 45 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, it-TSO Ungeriż, MAVIR, ipproġetta diskrepanza sinifikanti fil-kapaċità installata totali futura fl-Ungerija (133). Skont l-aħħar informazzjoni disponibbli, kif imsemmi fil-premessa 50 ta’ din id-deċiżjoni, l-istimi l-ġodda jindikaw ħtieġa ta’ kapaċità totali ta’ iktar minn 7 GW sal-2031. Għalhekk, skont l-awtoritajiet Ungeriżi, il-produzzjoni lokali attwali tal-enerġija dejjem se tkompli tonqos iktar milli tissodisfa d-domanda tal-enerġija li tkompli tikber, u b’hekk l-Ungerija bilfors li se tesperjenza diskrepanza bejn id-domanda u l-provvista tal-elettriku u dipendenza dejjem ikbar fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija u prezzijiet tal-enerġija dejjem ogħla għall-konsumaturi finali jekk ma jsir ebda investiment ġdid fil-faċilitajiet ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija. Il-proġett Paks I ta’ 2,4 GW se jikkontribwixxi għall-issodisfar ta’ dan ir-rekwiżit. |
(307) |
L-awtoritajiet Ungeriżi kienu indikaw ukoll is-sejba ta’ MAVIR li minkejja d-diskrepanza kbira identifikata fil-kapaċità, fl-Ungerija qed tinbena kapaċità ġdida relattivament żgħira, kif spjegat fil-premessa 46 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ u fit-Tabella 2 tal-premessa 51 ta’ din id-Deċiżjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tiddubita minn jekk xi falliment tas-suq huwiex applikabbli għal investimenti nukleari ġodda fl-Ungerija huwiex speċifiku għat-tali tipi ta’ investiment. |
(308) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-investimenti nukleari l-ġodda fl-Ewropa huma kkaratterizzati minn inċertezzi u, f’xi każijiet, jistgħu jiġu ppjanati miżuri ta’ sostenn mill-Istat. Il-Kummissjoni rat l-informazzjoni sottomessa mill-Ungerija rigward proġetti nukleari ġodda fil-Finlandja, fi Franza u fis-Slovakkja li ġie ddikjarat li ġew iffinanzjati fuq bażi tas-suq. L-Ungerija tiddikjara li l-finanzjament tas-suq ta’ dawk il-proġetti jkun jeskludi l-eżistenza ta’ falliment tas-suq għal proġetti nukleari (tal-inqas għal ċerti Stati Membri). Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li fis-Slovakkja, fi Franza u fil-każ ta’ Olkiluoto 3 fil-Finlandja, id-deċiżjonijiet ta’ investiment għall-proġetti kienu ttieħdu qabel il-kriżi ekonomika tal-2008 u qabel id-diżastru ta’ Fukushima, żewġ avvenimenti li setgħu affettwaw b’mod sinifikanti l-parametri għall-investiment. Barra minn hekk, l-investimenti fil-Finlandja huma bbażati fuq il-mudell kummerċjali ta’ Mankala (134) fejn l-investituri Finlandiżi jiksbu l-output tal-elettriku kollu bil-prezz tal-kost. Il-mudell Mankala jagħti l-opportunità għall-ħafna azzjonisti li huma parti minn kooperattiva tal-investiment biex jaqsmu r-riskji involuti, milli jkollhom azzjonist ewlieni wieħed jew ftit li jassumi/u r-riskju sħiħ tat-twettiq ta’ proġett ta’ kostruzzjoni ta’ impjant tal-enerġija nukleari. |
(309) |
L-Ungerija argumentat li jenħtieġ li Paks II jitqabbel mal-proġett Hanhikivi-1 fil-Finlandja li hu proġett li se jinbena minn Fennovoima. Il-Kummissjoni tinnota li l-proġett Hanhikivi-1, minbarra li għandu mudell kummerċjali ta’ Mankala, għandu wkoll parteċipazzjoni azzjonarja ta’ 34 % li tappartjeni għall-bennej tal-impjant, Rosatom. Il-Kummissjoni mhix f’pożizzjoni li tqabbel iż-żewġ proġetti li jidhru li għandhom profil tar-riskju differenti, tal-inqas f’termini ta’ parteċipazzjoni azzjonarja. L-Ungerija, bħala investitur, tkun qed tassumi r-riskju tal-proġett Paks II waħedha, filwaqt li l-investituri ta’ Mankala jaqsmu l-piż bejniethom. Barra minn dan, il-bennej tal-impjant, bħala azzjonist dirett fil-proġett Hanhikivi-1, jista’ jġib ruħu b’mod differenti fil-proġett Paks II fejn hu jinżamm unikament responsabbli mill-kuntratt tal-EPC mhux bħala investitur jew azzjonist. |
(310) |
Għalhekk, il-proġetti nukelari li diġà qed jinbnew ikunu jidhru li ma jirrappreżentawx parametri referenzjarji tajbin għall-valutazzjoni ta’ jekk jeżistix xi falliment tas-suq f’investimenti nukleari ġodda. |
(311) |
Barra minn hekk, l-Ungerija ssottomettiet informazzjoni dwar pjanijiet fi Stati Membri oħra biex jiżviluppaw impjanti tal-enerġija nukleari ġodda: il-Litwanja, ir-Rumanija, il-Bulgarija u r-Repubblika Ċeka. Madankollu, dawk il-pjanijiet jidhru li jinsabu f’fażi ta’ inċertezza, għadhom qed jiġu nnegozjati rigward il-miżuri ta’ appoġġ neċessarji u l-istruttura ta’ finanzjament (135) jew inkella jipprevedu li jkopru r-riskju fil-prezz permezz ta’ kuntratti għad-differenza (136). Peress li dawk il-pjanijiet jidhru ma mmaterjalizzawx, dawn ma jidhrux li jikkostitwixxu indikatur validu għall-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ falliment tas-suq. |
(312) |
Studju mwettaq minn ICF Consulting Services għad-Direttorat tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji fuq il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Faċilità ta’ Self tal-Euratom (137) (“l-istudju tal-ICF”) isib li l-proġetti nukleari għandhom ċerti karatteristiċi uniċi li jistgħu jagħmlu l-finanzjament tagħhom partikolarment impenjattivi. Dawk il-fatturi jinkludu: il-kost tal-kapital għoli u l-kumplessità teknika tar-reatturi nukleari li jippreżentaw riskji relattivament għoljin matul il-liċenzjar, il-kostruzzjoni u l-operat; il-perjodu twil ta’ ħlas lura; in-natura spiss kontroversjali ta’ proġetti nukleari li jwasslu għal riskji politiċi, pubbliċi u regolatorji addizzjonali; u l-ħtieġa għal approċċi ċari u għal skemi ta’ finanzjament għall-immaniġġjar ta’ skart radjuattiv u d-dekummissjonar. Apparti l-isfidi tradizzjonali assoċjati mal-finanzjament, l-istudju ta’ ICF isib li l-iżviluppaturi tal-impjanti tal-enerġija nukleari jaffaċċjaw skrutinju u konservatiżmu ikbar mill-finanzjaturi prospettivi, minħabba l-kundizzjonijiet tas-suq attwali, jiġifieri l-effetti ssoktati tal-kriżi finanzjarja ekonomika tal-2008, l-aċċident ta’ Fukushima, il-problemi taż-żona euro, u Basel III. L-isfidi fil-finanzjament xeħtu enfasi mġedda fuq ir-riskju tal-proġetti (138). L-istudju ta’ ICF isib li, fuq il-bażi tal-opinjonijiet espressi mill-partijiet ikkonċernati kkonsultati matul dak l-istudju, l-isfidi relatati mal-finanzjament mhux ġejjin wisq min-nuqqas ta’ disponibilità ta’ finanzjament tas-settur privat iżda iktar mill-fatt li r-riskji assoċjati mat-tali invesitmenti huma għoljin wisq meta mqabbla mal-opportunitajiet ta’ investiment alternattivi (jiġifieri f’infrastruttura tal-enerġija konvenzjonali u rinnovabbli). L-istudju ta’ ICF jikkonkludi li, konsegwentement, il-finanzjament tat-teknoloġija nukleari mhuwiex attraenti, u dan jirriżulta f’diskrepanza bejn il-livell ta’ investiment meħtieġ u x’inhu lest li jipprovdi s-suq. |
(313) |
Ir-riskji finanzjarji relatati ma’ żviluppi nukleari ġodda jinkludu: riskju tal-iżvilupp u ta’ tħejjija tal-proġett, riskju tal-kostruzzjoni, riskju tas-suq u tad-dħul, riskji tal-politika u riskji regolatorji. L-istudju ta’ ICF isib li r-riskji speċifiċi għall-enerġija nukleari, meta mqabbla ma’ tipi oħra ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku, jikkonċernaw l-istandards tas-sikurezza meħtieġa għan-nukleari, li jfisser kostijiet ta’ kostruzzjoni ogħla u kostijiet tal-operat ogħla meta mqabbla ma’ teknoloġiji tal-enerġija oħra u ċ-ċiklu tal-ħajja medju ta’ impjant tal-enerġija nukleari li hu ferm itwal minn investimenti infrastrutturali komparabbli, u b’hekk din iġġib magħha r-riskji finanzjarji assoċjati. Din is-sejba hi konformi mas-sejbiet tal-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għal Hinkley Point C (139). |
(314) |
Fl-opinjoni tal-partijiet ikkonċernati kkonsultati għall-istudju, ir-riskji tas-swieq huma l-ostaklu ewlieni li jipprevjeni l-investimenti fit-teknoloġija nukleari. Fir-rigward tar-riskji tas-suq, l-istudju ta’ ICF isib li meta mqabbla ma’ sorsi tal-enerġija konvenzjonali li jistgħu jibdew bl-operat u jiġġeneraw dħul fi żmien tliet snin, l-impjanti tal-enerġija nukleari jieħdu iktar żmien biex jinbnew u jsiru operazzjonali biex jiġġeneraw id-dħul. Ħajja itwal tal-impjant tfisser ukoll li r-redditi jinkisbu fuq it-terminu itwal, għall-kuntrarju tat-terminu qasir sa medju fuq investimenti f’sorsi ta’ enerġija konvenzjonali. Peress li diffiċli jipprevedu b’mod preċiż il-prezzijiet tal-enerġija tul perjodu twil ta’ żmien, l-investituri jibbażaw fuq projezzjonijiet tal-prezzijiet futuri tal-karburant fossili, il-penetrazzjoni tar-rinnovabbli fis-settur u l-aċċess tar-rinnovabbli għall-kundizzjonijiet tal-grilja u l-prezz futur tal-karbonju (140). Filwaqt li l-prezzijiet fossili huma stabbiliti mis-suq u huma intrinsikament inċerti, il-prezz tal-karbonju, sa ċertu punt, hu ddeterminat mill-politika. L-istudju ta’ ICF isib li hemm inċertezza dwar jekk il-prezz tal-karbonju hux se jkun għoli biżżejjed fil-futur biex jiżgura l-kompetittività tat-teknoloġija mhux fossili, inkluża l-enerġija nukleari. |
(315) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li ġeneralment hemm inċertezza kbira dwar il-prezzijiet tal-elettriku fit-tul peress li l-prezzijiet futuri fis-swieq upstream għall-gass, għall-faħam u għaż-żejt, kif ukoll il-politiki futuri dwar l-enerġija rinnovabbli, nukleari u l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ilkoll se jinfluwenzaw il-prezzijiet futuri tal-elettriku u hu diffiċli ħafna li jitbassru. Dik il-konklużjoni hi appoġġjata wkoll mill-istatus ta’ proġetti simili fl-Unjoni, fejn iċ-ċertezza tal-fluss tad-dħul u l-iżgurar ta’ output għall-elettriku kienu kruċjali fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-investimenti. Barra minn dan, it-tendenza attwali li sejra lejn prezzijiet orħos tal-elettriku fl-Ewropa u bżonn ikbar fis-swieq tal-elettriku ta’ ġenerazzjoni flessibbli tal-enerġija jżidu mal-inċertezza rigward il-fluss futur tad-dħul ta’ impjant tal-enerġija nukleari li jipproduċi karga bażika inflessibbli. |
(316) |
L-istudju ta’ ICF jidentifika wkoll element ieħor ta’ riskju tas-suq li jkopri l-affidabbiltà kreditizja tal-iżviluppatur/utilità responsabbli għall-proġett u l-Istat Membru li jsostni l-proġett finanzjarjament. L-affidabbiltà kreditizja taffettwa l-kostijiet tal-finanzjament u tista’ tagħmilhom għoljin wisq għal investimenti privati. |
(317) |
L-istudju ta’ ICF isib ukoll li l-ħajja finanzjarja u tad-disinn inizjali twila tal-impjanti tal-enerġija nukleari tista’ tesponihom għal riskji li ġejjin minn tibdiliet fl-appoġġ pubbliku u politiku, u b’hekk taffettwa l-vijabbiltà kummerċjali u finanzjarja tal-proġetti nukleari. Għalhekk, l-investituri jfittxu serħan tal-moħħ u ċertezza li ladarba jinbena, il-kuntratt tal-enerġija jew il-ħajja operazzjonali stmata tal-impjant se jiġu ssodisfati. It-tħassib tal-investituri hu marbut ukoll ma’ standards regolatorji li jistgħu jinbidlu matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ impjant tal-enerġija nukleari u jistgħu jkunu jeħtieġu investimenti kapitali addizzjonali jew żieda fil-kostijiet operazzjonali. L-investituri jżommu lura minn proġetti bħal dawn sakemm ma ssirx kontinġenza suffiċjenti għal titjib fis-sikurezza. Dan hu partikolarment importanti meta impjant tal-enerġija nukleari jilħaq tmiem il-ħajja normali tiegħu u jkun għaddej minn estensjoni tal-ħajja, u għalhekk ikun jeħtieġ liċenzja ġdida li għaliha jridu jiġu ssodisfati kundizzjonijiet addizzjonali (141). Il-partijiet ikkonċernati kkonsultati indikaw li r-riskju politiku u regolatorju kien it-tielet l-ikbar ostaklu għall-investiment fl-impjanti tal-enerġija nukleari. |
(318) |
L-istudju jsib li l-liberalizzazzjoni tas-suq ukoll jista’ jkollha impatt negattiv fuq il-livell ta’ investiment fl-enerġija nukleari meta mqabbla ma’ teknoloġiji oħra minħabba l-investiment ikbar meħtieġ. Il-qafas regolatorju f’kull Stat Membru għandu rwol x’jaqdi peress li jaffettwa l-abilità tal-fornitur tal-utilità biex jiġġenera profitti u, għalhekk, jaffettwa l-valur tal-kumpannija u l-abilità tagħha li tiffinanzja żvilupp nukleari mill-karta bilanċjali tagħha jew permezz ta’ self fit-tul minn istituzzjonijiet finanzjarji. Ostkalu ieħor ta’ finanzjament għal investimenti nukleari ġodda rigward l-aħħar regoli tal-kumitat ta’ Basel III dwar is-swieq kapitali li jżidu l-kapital li jridu jinżammu minn banek bħala bażi għal self fit-tul bħal self għall-iżvilupp ta’ impjanti tal-enerġija nukleari (142). |
(319) |
Dawk is-sejbiet ikunu konformi mas-sottomissjonijiet tal-awtoritajiet Ungeriżi li jargumentaw li l-kumpanniji tas-settur privat, kif ukoll il-baġits tal-Istat, ikollhom limitu fir-rigward tal-iskopertura finanzjarja li jistgħu jġarrbu fi proġetti individwali b’rekwiżiti ta’ finanzjament kbar, b’perjodi ta’ kostruzzjoni twal u b’riskji rigward il-konsenja u l-kummissjoni fin-nuqqas ta’ protezzjoni kontra l-kostruzzjoni li taqbeż iż-żmien jew il-baġit ippjanat. Ir-rekord storiku tal-investimenti hu ogħla fis-settur taż-żejt u tal-gass milli fl-utilitajiet, speċjalment wara d-deterjorament riċenti fil-valwazzjonijiet ta’ dawk il-kumpanniji. Jekk jinvestu, hi prattika normali li l-utilitajiet jinvestu wkoll flimkien mal-pari tagħhom biex jaqsmu r-riskji. |
(320) |
L-immudellar imwettaq għall-finijiet tal-istudju ta’ ICF juri li, b’mod ġenerali, l-investimenti f’impjanti tal-enerġija nukleari huma nieqsa mill-kompetittività sal-2030, iżda dan in-nuqqas ta’ kompetittività jonqos ferm mill-2040 ’il quddiem. Madankollu, fl-agħar xenarju possibbli ta’ klima ekonomika avversa, l-investimenti l-ġodda se jkunu kważi assenti tul il-perjodu sħiħ (143). Instab ukoll mill-istudju ta’ ICF li s-suq jipprovdi iktar kompetittività wara l-2030 peres li l-prezzijiet tal-karbonju u tal-enerġija jkomplu jiżdiedu wara l-2030. L-istudju ta’ ICF juża l-immudellar tas-sensittività biex tiġi vvalutata l-evoluzzjoni tal-prezz tal-karbonju u l-influwenza tiegħu fuq l-investimenti f’impjanti tal-enerġija nukleari. Dak l-istudju jsib li l-ebda wieħed mix-xenarji tal-prezz tal-karbonju ma jirnexxilu ipotetikament jagħmel in-nukleari profittabbli fil-perjodu 2020-2025. |
(321) |
Barra minn hekk, l-informazzjoni ppubblikata mis-servizzi tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (144) turi li l-kostruzzjoni ta’ impjanti ġodda tal-enerġija nukleari ġeneralment ikollha kreditu negattiv filwaqt li l-ħruġ mis-settur nukleari wera kreditu pożittiv għall-utilitajiet. |
(322) |
L-immudellar u s-sejbiet tal-istudju tal-ICF japplikaw bis-sħiħ ukoll għas-sitwazzjoni tas-suq fl-Ungerija li, kif spjegat iktar ’il fuq fil-premessi 305 u 306, hi mistennija taffaċċja diskrepanza sinifikanti fil-kapaċità installata totali futura fl-Ungerija. Għaldaqstant, wara li tikkunsidra l-elementi stipulati f’din it-taqsima 5.3.4, il-Kummissjoni ssib li hemm falliment tas-suq ta’ finanzjament li jaffettwa lill-investimenti nukleari l-ġodda li japplika wkoll għal investimenti nukleari ġodda fl-Ungerija. |
(323) |
Ovvjament, jista’ jiġi argumentat li f’din id-Deċiżjoni, ir-riskji ewlenin relatati mal-iżvilupp, mat-tħejjija tal-proġett u mal-kostruzzjoni huma mmitigati, tal-inqas sa ċertu punt, mill-Kuntratt turnkey tal-EPC. Madankollu, dan xorta waħda ma jimmitigax ir-riskji tas-suq u tad-dħul kif ukoll ir-riskji tal-politiki u regolatorji fir-rigward tal-proġett Paks II. Għalhekk, il-miżura tidher li hi neċessarja biex jinkiseb l-objettiv ta’ promozzjoni ta’ investimenti nukleari ġodda fl-Ungerija. |
5.3.5. STRUMENT XIERAQ
(324) |
Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni trid tiddetermina jekk il-miżura proposta hix strument ta’ politika xieraq għall-indirizzar tal-objettiv ta’ interess komuni tal-promozzjoni tal-enerġija nukleari. |
(325) |
Il-miżura tieħu l-forma ta’ miżura ta’ investiment mogħtija mill-Istat Ungeriż lil Paks II għall-iżvilupp tal-proġett. L-Ungerija kkonfermat li hi ma tippjanax li tagħti xi appoġġ operazzjonali lil Paks II matul l-operat tagħha u li l-għajnuna mill-Istat tkun tkopri biss il-kostijiet tal-investiment għat-tlestija tal-proġett. |
(326) |
Wara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-Ungerija ma pprovdiet ebda informazzjoni dwar l-istrumenti alternattivi possibbli li jistgħu jinċentivaw investimenti ġodda fl-enerġija nukleari. |
(327) |
Fil-fehma tal-Kummissjoni, strumenti u skemi ta’ politika oħra, bħal self preferenzjali jew tnaqqis fit-taxxi, ma jkunux biżżejjed biex jiksbu l-istess riżultat, minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-proġett u d-daqs tar-riżorsi finanzjarji u oħra meħtieġa kif ukoll il-falliment tas-suq potenzjali identifikat. |
(328) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li l-miżura tkun tikkostitwixxi strument xieraq għall-kostruzzjoni taż-żewġ reatturi l-ġodda ta’ Paks II. |
5.3.6. L-EFFETT TA’ INĊENTIV
(329) |
Biex il-miżura jkollha effett ta’ inċentiv, hi trid tbiddel l-imġiba tal-intrapriża kkonċernata b’tali mod li din tidħol għal attività addizzjonali li mingħajr l-għajnuna ma kinitx twettaqha jew li kieku twettaqha iżda b’mod ristrett jew differenti. |
(330) |
Il-Kummissjoni tinnota li Paks II hi kumpannija li ġiet inkorporata mill-Istat għall-objettiv uniku ta’ żvilupp u ta’ operat tal-Unitajiet 5 u 6 tal-impjant tal-enerġija nukleari. Kif deskritt fil-premessi 12, 26 u 27 iktar ’il fuq, l-Istat Ungeriż iddeċieda li jipprovdi l-kontribuzzjoni finazjarja lil Paks II biex tilħaq dan l-objettiv. |
(331) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li, kieku, il-proġett ma jipproċedix peress li r-riżorsi finanzjarji u oħra meħtieġa la jkunu disponibbli u lanqas aċċessibbli għall-benefiċjarju, li m’għandu ebda attività oħra li tiġġenera d-dħul u li għandu struttura tal-kapital ipprovduta u mfassla għalkollox mill-Istat. Dan ġie kkonfermat fl-investigazzjoni formali, fejn il-Kummissjoni sabet li l-proġett ma jkunx jipproduċi biżżejjed redditi mingħajr l-appoġġ tal-Istat Ungeriż (ara l-analiżi fit-taqsima 5.1.1. ta’ din id-Deċiżjoni). |
(332) |
Għaldaqstant, l-għajnuna mill-Istat tinċentivizza l-kisba tal-objettiv ta’ interess komuni permezz tal-iżvilupp tal-impjant tal-enerġija nukleari. |
5.3.7. PROPORZJONALITÀ
(333) |
Biex tivvaluta l-proporzjonalità ta’ miżura, il-Kummissjoni trid tiżgura li miżura tkun limitata għall-minimu li jippermetti t-tlestija b’suċċess tal-proġett għall-kisba tal-objettiv komuni mfittex. |
(334) |
Fil-każ inkwistjoni, il-benefiċjarju jkun jirċievi kontribuzzjoni finanzjarja għall-kostruzzjoni ta’ assi tal-ġenerazzjoni mingħajr ma jaffaċċja xi riskju marbut mal-kostijiet ta’ finanzjament li operaturi oħra fis-suq ikollhom jaffaċċjaw. |
(335) |
Diversi osservazzjonijiet riċevuti mill-Kummissjoni jargumentaw li peress li l-proġett se jitwettaq mingħajr sejħa għall-offerti, ma jistax jiġi ddetrminat jekk il-miżura għall-kopertura tal-kostijiet totali tkunx limitata għall-minimu meħtieġ biex jitwettaq il-proġett. |
(336) |
Il-Kummissjoni tinnota li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ma jeħtiġux offerta biex jiġu stmati l-kostijiet u d-dħul. Offerta hi biss waħda minn diversi mezzi li bihom tista’ tinħareġ stima. Għalhekk, il-fatt li l-Ungerija m’għażlitx lil Paks II bħala l-benefiċjarju tal-miżura b’riżultat ta’ proċess tal-offerti ma jikkostitwixxix kumpens eċċessiv minnu nnifsu. |
(337) |
Fir-rigward tal-allegazzjonijiet li l-awtoritajiet Ungeriżi ma investigawx l-appoġġ minimu biex il-proġett isir fattibbli u għażlu li jiffinanzjaw il-proġett fis-sħuħija tiegħu, il-Kummissjoni tabilħaqq tqis li minħabba l-falliment tas-suq attwali, il-finanzjament fis-sħuħija tiegħu għall-kostruzzjoni taż-żewġ reatturi l-ġodda ta’ Paks II għandu jitqies bħala għajnuna mill-Istat kif inhu kkonfermat fit-Taqsima 5.1 ta’ din id-Deċiżjoni. |
(338) |
Fir-rigward tal-kumpens eċċessiv possibbli tal-benefiċjarju minħabba l-miżura, il-Kummissjoni tfakkar l-analiżi ekonomika tagħha fit-Taqsima 5.1. li toħroġ bil-konklużjoni li l-proġett ma jkunx profittabbli waħdu peress li l-IRR mistennija ma tkunx taqbeż id-WACC tas-suq peress li d-dħul iġġenerat mhuwiex mistenni jilħaq livell li jkopri l-kostijiet inizjali u sussegwenti tal-proġett, lanqas f’xenarji pjuttost ottimisti. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni stmat il-livell ta’ IRR fuq il-bażi tal-previżjonijiet tal-prezz tas-suq u parametri oħra kkunsidrati konformi mas-suq. Għalhekk, meta tiddetermina din id-diskrepanza bejn il-kost tal-kapital u r-redditi, il-Kummissjoni ħadet f’kunsiderazzjoni sħiħa l-kontribuzzjoni li d-dħul kummerċjali (il-bejgħ tal-elettriku) hu mistenni jagħmel għall-vijabbiltà tal-proġett. Fil-fatt, il-kostijiet mistennija tal-proġett tqabblu mar-redditi mistennija filwaqt li ma hi prevista ebda riżorsa addizzjonali tal-Istat mill-Ungerija. |
(339) |
Minħabba l-fatt li l-kost tal-kapital għall-proġett hu ogħla mir-redditi mistennija, il-Kummissjoni hi tal-fehma li l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ungerija hi, fis-sħuħija tagħha, neċessarja u proporzjonata għall-kostruzzjoni tal-proġett u li kumpens eċċessiv hu eskluż f’dan ir-rigward. Kif ġie kkonfermat mill-Ungerija, ma jingħata ebda appoġġ addizzjonali għall-fażi tal-operat. |
(340) |
F’dan ir-rigward, kif spjegat fil-premessi 96 u 97, l-Ungerija ħadet impenn li Paks II se tuża r-riżorsi tal-Istat għall-proġett biss u kwalunkwe eċċess iġġenerat jiġi allokat lura lill-baġit tal-Istat. Fil-fehma tal-Kummissjoni, dak l-impenn jelimina kwalunkwe possibbiltà ta’ użu ta’ riżorsi tal-istat li jwassal għal profitti addizzjonali għal Paks II li jmorru lil hinn minn dak li hu neċessarju għall-iżgurar tal-vijabbiltà ekonomika tal-benefiċjarju u jiżgura li l-għajnuna tkun limitata għall-minimu. |
(341) |
Osservazzjonijiet oħra jisħqu li l-għajnuna mill-Istat ma tkunx limitata biss għall-implimentazzjoni tal-investiment iżda tingħata wkoll fil-fażi operattiva, li tista’ twassal għal kumpens eċċessiv ta’ Paks II. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-Ungerija indikat li hi ma kinitx se tipprovdi xi appoġġ addizzjonali mill-Istat lill-miżura nnotifikata inkwistjoni. Barra minn dan, il-Kummissjoni tfakkar li skont l-informazzjoni addizzjonali sottomessa mill-Ungerija fit-28 ta’ Lulju 2016, kwalunkwe appoġġ ġdid lil Paks II xorta waħda jkun soġġett għal approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat. |
(342) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk xi kumpens eċċessiv jistax iseħħ li kieku l-benefiċjarju tal-miżura, matul l-operat tar-reatturi, jagħmel redditi li jispiċċaw ikunu ogħla minn dawk stmati mill-Kummissjoni fil-kalkoli tal-IRR tagħha (ara t-Taqsima 5.1). B’mod partikolari, il-Kummissjoni eżaminat x’jiġri li kieku Paks II tkun tista’ terġa’ tinvesti kwalunkwe profitt li ma jitħallasx lill-Istat fil-forma ta’ dividendi biex tiżviluppa jew tixtri assi addizzjonali tal-ġenerazzjoni u b’hekk issaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fis-suq. Sa dan il-punt, il-Kummissjoni tinnota li skont l-informazzjoni addizzjonali sottomessa mill-Ungerija fit-28 ta’ Lulju 2016 [ara l-premessa 96], il-benefiċjarju ma jistax jerġa’ jinvesti fl-estensjoni tal-kapaċità jew fit-tul tal-ħajja proprja ta’ Paks II jew fl-installazzjoni ta’ kapaċitajiet addizzjonali ta’ ġenerazzjoni, għajr dawk tar-reatturi 5 u 6 li huma soġġetti għal din id-Deċiżjoni. |
(343) |
Wara li kkunsidrat l-elementi stabbiliti f’din it-taqsima 5.3.7, il-Kummissjoni hi tal-fehma, b’mod partikolari fid-dawl tal-informazzjoni addizzjonali tan-notifika msemmija fil-premessi 96 u 97, li jenħtieġ li l-benefiċjarju għandu jerġa’ jikkumpensa lill-Istat talli jagħmel l-impjant disponibbli u jenħtieġ li dan ma jżomm ebda profitt żejjed lil hinn minn dak li hu strettament neċessarju biex jiġu żgurati l-operat u l-vijabbiltà ekonomiċi tiegħu. Konsegwentement, il-miżura hi proporzjonata. |
5.3.8. DISTORSJONIJIET POTENZJALI TAL-KOMPETIZZJONI U L-EFFETT FUQ IL-KUMMERĊ U L-IBBILANĊJAR ĠENERALI
(344) |
Biex il-miżura tkun kompatibbli mas-suq intern, l-effetti negattivi tal-miżura ta’ għajnuna f’termini ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri jridu jkunu limitati u ssuperati mill-effetti pożittivi f’termini ta’ kontribut lejn l-objettiv ta’ interess komuni. B’mod partikolari, meta l-objettiv tal-miżura jkun ġie stabbilit, hu obbligatorju li jiġu mminimizzati l-effetti negattivi potenzjali tal-miżura fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. |
(345) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni identifikat tliet modi ta’ distorsjonijiet possibbli tal-kompetizzjoni. L-ewwel, żieda tal-konċentrazzjoni possibbli tas-suq bħala riżultat tas-sjieda u tal-operat futuri fużi ta’ Paks NPP u ta’ Paks II li qed joperaw bħalissa. It-tieni, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-kapaċitajiet ta’ tagħbija bażi l-ġodda kkaratterizzati minn fattur ta’ tagħbija għoli jistgħux iservu bħala ostaklu għad-dħul għal atturi ġodda tas-suq u jkomplu jispostaw ’l isfel il-kurva tal-mertu ċertu ammont ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni eżistenti b’kostijiet ogħla. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat il-parametri li ġejjin: (i) l-effetti potenzjali tal-miżura fis-suq Ungeriż; (ii) l-effetti transfruntiera potenzjali tal-miżura (iii) l-effetti potenzjali tal-operat parallel ta’ Paks NPP u ta’ Paks II. Finalment, ġiet individwata distorsjoni potenzjali peress li l-Kummissjoni ssuspettat li Paks II tista’ tikkawża ċertu riskju tal-likwidità fis-suq tal-operaturi billi tillimita n-numru ta’ offerti tal-provvista disponibbli fis-suq. |
5.3.8.1. Żieda tal-konċentrazzjoni possibbli tas-suq
(346) |
Wara li l-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-konċentrazzjoni possibbli tas-suq fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, ċerti allegazzjonijiet mill-partijiet interessati jirreferu wkoll għal fużjoni possibbli ta’ Paks II u tal-operatur tal-erba’ unitajiet imħaddma bħalissa f’Paks NPP. Dan ġie miċħud mill-Grupp MVM u minn Paks II kif ukoll mill-Istat Ungeriż. |
(347) |
Il-Kummissjoni tinnota li s-suq tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-Ungerija hu kkaratterizzat minn konċentrazzjoni relattivament għolja tas-suq, bl-impjant tal-enerġija nukleari attwali Paks NPP (il-Grupp MVM) li jipprovdi madwar 50 % tal-ġenerazzjoni domestika. Tali konċentrazzjonijiet tas-suq jistgħu jkunu ta’ detriment għall-kompetizzjoni effiċjenti tas-suq u jistgħu jservu bħala ostaklu għad-dħul ta’ atturi ġodda tas-suq u jistgħu jimponu riskju ta’ likwidità billi jillimitaw in-numru ta’ offerti tal-provvista disponibbli. |
(348) |
Iż-żew reatturi nukleari l-ġodda ta’ Paks II huma ppjanati li jsiru operazzjonali fi żmien meta l-erba’ reatturi nukleari eżistenti ma jkunux għadhom ġew eliminati. Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ il-Kummissjoni indikat li jekk l-operaturi ta’ Paks NPP u ta’ Paks II ma jinżammux kompletament separati u ma jkunux jistgħu jitqiesu indipendenti u mhux konnessi ma’ xulxin, dan jista’ jkollu impatt li joħloq distorsjoni fuq is-suq tal-Ungerija. |
(349) |
Il-Kummissjoni taċċetta li bħalissa Paks II hi legalment indipendenti mill-Grupp MVM. Madankollu, il-Kummissjoni kienet imħassba li tali separazzjoni ġudizzjarja ma kinitx biżżejjed jew li tista’ ma tinżammx mingħajr garanziji addizzjonali f’dan ir-rigward. Il-Kummissjoni kienet imħassba wkoll mir-rabtiet futuri possibbli ta’ Paks II ma’ kumpanniji kkontrollati mill-Istat attivi fil-qasam tal-enerġija li setgħu jsaħħu l-influwenza tagħhom fuq is-suq tal-enerġija tal-Ungerija. |
(350) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li l-objettiv tal-miżura tal-Ungerija hi s-sostituzzjoni gradwali tal-kapaċitajiet nukleari eżistenti f’Paks NPP bejn l-2025 u l-2037. Hu tabilħaqq mistenni li jkun hemm perjodu ta’ żmien li fih l-erba’ reatturi kollha użati bħalissa jaħdmu b’mod parallel ma’ dawk ta’ Paks II; madankollu, dan il-perjodu għandu jkun limitat għal perjodu ta’ bejn l-2026 u l-2032, u bl-irtirar tal-kapaċitajiet nukleari kollha tiegħu sal-2037, is-sehem mis-suq tal-Grupp MVM jonqos b’mod sinifikanti. |
(351) |
It-tieni, il-Kummissjoni tfakkar [ara l-premessa 102] li l-Ungerija ssottomettiet li l-Grupp MVM u Paks II huma indipendenti u mhumiex konnessi fuq il-bażi tar-raġunijiet li ġejjin:
|
(352) |
Dan kien imtenni mill-Grupp MVM li saħaq li l-Grupp MVM u Paks II huma żewġ kumpanniji separati li jiġġeneraw l-enerġija, bħal kwalunkwe kompetitur ieħor, u ma hemm ebda raġuni għaliex wieħed jista’ jassumi xi koordinazzjoni jew attivitajiet jew li ż-żewġ kumpanniji jkunu kkombinati. Barra minn hekk, il-Grupp MVM jargumenta li l-istrateġija tiegħu stess tinkludi investimenti possibbli li jistgħu jikkompetu ma’ Paks II fil-futur. |
(353) |
It-tielet, il-Kummissjoni tfakkar l-informazzjoni addizzjonali sottomessa mill-Ungerija u msemmija fil-premessa 117, li skont din Paks II, is-suċċessuri u l-affiljati tagħha se jkunu legalment u strutturalment separati għalkollox skont it-tifsira tal-paragrafi 52 u 53 tal-Avviż Ġuriżdizzjonali dwar il-Fużjonijiet u se jinżammu, jiġu mmaniġġjati u operati b’mod indipendenti u mhux konness minn mal-Grupp MVM u n-negozji kollha tiegħu, mis-suċċessuri u mill-affiljati tiegħu u minn kumpanniji oħra kkontrollati mill-Istat attivi fil-ġenerazzjoni, fil-bejgħ bl-ingrossa jew fil-bejgħ bl-imnut tal-enerġija. |
(354) |
Il-Kummissjoni hi ssodisfata li din l-informazzjoni addizzjonali tindirizza t-tħassib kollu tagħha fir-rigward tal-konċentrazzjonijiet u tar-rabtiet futuri possibbli bejn entitajiet tal-enerġija preeżistenti fis-suq tal-elettriku tal-Ungerija. Lanqas ma hemm possibbiltà li Paks II issa ssir marbuta mal-Grupp MVM jew ma’ kumpanniji tal-enerġija oħra kkontrollati mill-Istat u b’hekk ma hemm ebda possibbiltà li din iżżid l-influwenza tas-suq tagħha matul l-operat tal-erba’ unitajiet imħaddma bħalissa f’Paks NPP u lil hinn minnha. |
5.3.8.2. Ostaklu għad-dħul għal atturi ġodda fis-suq
(355) |
Fir-rigward tad-dubji tal-Kummissjoni dwar jekk il-kapaċitajiet il-ġodda jistgħux iservu bħala ostaklu għad-dħul għal atturi ġodda fis-suq, ċerti osservazzjonijiet saħqu li l-NPPs huma skjerati biex ikopru kapaċità ta’ tagħbija bażi ikbar li tingħata prijorità meta jalimentaw il-grilja u bis-saħħa tal-kostijiet operatorji baxxi tagħhom dawn jinsabu f’pożizzjoni aħjar fuq in-naħa tal-provvista tas-suq. |
(356) |
Il-Kummissjoni analizzat l-impatt tal-kompetizzjoni tal-miżura fuq l-atturi tas-suq oħrajn fis-suq tal-Ungerija kif ukoll fis-swieq ġirien. Ħarset b’mod speċifiku lejn it-terminu tal-operat parallel tal-erba’ unitajiet imħaddma bħalissa ta’ Paks NPP u ta’ Paks II, jiġifieri l-perjodu previst bejn l-2026 u l-2032. |
(a) L-effetti potenzjali tal-miżura fis-suq tal-Ungerija
(357) |
Il-Kummissjoni tfakkar li l-operat tal-unitajiet 5 u 6 ta’ Paks II hu maħsub biex jikkumpensa għat-telf fil-kapaċità meta l-unitajiet 1 – 4 ta’ Paks NPP li se jirtiraw b’mod gradwali sa tmiem l-2032, l-2034, l-2036 u l-2037 rispettivament, mingħajr il-prospett previst ta’ estensjoni ulterjuri tal-ħajja [ara l-premessa 10]. Iż-żewġ unitajiet ġodda 5 u 6 ta’ Paks II huma maħsuba biex jibdew joperaw fl-2025 u fl-2026 rispettivament. Din l-evoluzzjoni tal-kapaċitajiet nukleari hi meħuda inkonsiderazzjoni wkoll fl-istudju maħruġ minn MAVIR fl-2016 [ara l-premessa 20]. |
(358) |
Il-Kummissjoni tfakkar li l-elettriku ġġenerat bħalissa minn Paks NPP jipprovdi 36 % tal-konsum tal-elettriku totali tal-Ungerija, li se jonqos fid-dawl tat-tkabbir mistenni fid-domanda msemmi fil-premessa 50, u l-output tal-produzzjoni ta’ Paks II hu mistenni li jipproduċi output simili ladarba Paks NPP jiġi eliminat gradwalment. |
(359) |
Wara li kkunsidrat in-natura ta’ sostituzzjoni tal-kapaċità tal-proġett Paks II, il-Kummissjoni tinnota li ladarba l-erba’ unitajiet kollha kemm huma ta’ Paks NPP jiġu eliminati b’mod gradwali sal-2037, id-diskrepanza futura prevista fil-kapaċità installata nazzjonali totali prevista mit-TSO, kif spjegat fil-premessa 50, tirritorna għal livelli preċedenti [ara wkoll il-Figura 7 tal-premessa 108], jiġifieri l-kapaċità ta’ 2,4 GW ta’ Paks II mhix se twassal għal żieda fit-tul fil-livell totali ta’ kapaċità nukleari installata fl-Ungerija. |
(360) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-lista ta’ investimenti kurrenti jew investimenti ġodda approvati fl-installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku hi kemxejn qasira [ara t-Tabella 2 fil-premessa 51]. Fid-dawl ta’ din id-dejta, il-Kummissjoni tqis li l-Ungerija se tibqa’ importatur nett sinifikanti wara l-eliminazzjoni gradwali tal-erba’ unitajiet ta’ Paks NPP li qed jopera bħalissa. |
(361) |
Kif spjegat iktar ’il fuq fil-premessa 93, l-Ungerija ssottomettiet li, skont l-analiżi ta’ NERA, fin-nuqqas tal-miżura nnotifikata, il-kapaċità ta’ 2,4 GW ipprovduta minn Paks II minflok tiġi pprovduta minn OCGTs u minn CCGTs kummerċjali. Anki b’Paks II, se jkun hemm lok fis-suq għal kapaċità ġdida tal-gass jew kapaċità ġdida oħra. L-Istudju ta’ NERA jissuġġerixxi li anki jekk tissostitwixxi ħafna mill-kapaċità tal-impjant Paks II b’kapaċità ġdida tal-gass fl-Ungerija, l-Ungerija tibqa’ ferm dipendenti fuq importazzjonijiet tal-elettriku. |
(362) |
Fir-rigward tal-iskjerament ta’ teknoloġiji possibbli minbarra Paks II, il-Kummissjoni tfakkar id-dikjarazzjoni tal-Ungerija li d-deċiżjonijiet ta’ dħul kurrenti u storiċi tal-impjant rinnovabbli jiddependu b’mod kruċjali fuq programmi ta’ sussidji tal-gvern, minflok fuq il-prezzijiet tas-suq [ara l-premessa 107(a)]. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-Istrateġija Nazzjonali tal-Ungerija dwar l-Enerġija (145) tipprevedi l-enerġija rinnovabbli fit-taħlita enerġetika tagħha f’konformità mal-pakkett tal-2020 tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija (146), mal-miri rinnovabbli nazzjonali stabbiliti fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (147) u mal-miri ewlenin tal-qafas tal-2030 dwar il-klima u l-enerġija (148). Il-Kummissjoni tinnota li l-kostijiet varjabbli (149) tat-teknoloġiji rinnovabbli huma tradizzjonalment inqas minħabba n-natura indipendenti mill-fjuwil tagħhom meta mqabbla ma’ dawk tat-teknoloġija nukleari. Barra minn dan, fid-dawl tal-miri u tal-obbligi Ewropej u nazzjonali msemmija dwar l-enerġija rinnovabbli, l-Ungerija mhix eċċezzjoni u trid tiskjera mekkaniżmi ta’ appoġġ biex tiftaħ impjanti tal-enerġija ġodda li jiġġeneraw l-elettriku minn sorsi rinnovabbli. Il-Kummissjoni tinnota li parti mill-iskema tal-Ungerija dwar l-enerġija rinnovabbli msejħa METAR ilha topera minn Jannar 2017 (150), filwaqt li partijiet oħra tal-iskema relatati ma’ proċeduri ikbar minn sorsi rinnovabbli bħalissa għadhom pendenti għall-approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat quddiem il-Kummissjoni. |
(363) |
Il-Kummissjoni tfakkar li skont l-istudju maħruġ minn MAVIR fl-2016 [ara l-premessa 20], il-flotta tal-ġenerazzjoni attwali tal-faħam (linjite) [ara l-Figuri 1 u 2 tal-premessa 43] se tkun ġiet irtirata b’mod gradwali bejn l-2025 u l-2030 li b’hekk tippermetti biex jibdew joperaw installazzjonijiet addizzjonali, speċjalment peress li t-teknoloġiji intermittenti msemmija fil-premessa 362 ikunu jeħtieġu l-koeżistenza ta’ kapaċitajiet flessibbli komplimentari wkoll. |
(364) |
Il-miżura tal-Ungerija hi mfassla bħala appoġġ għall-investiment u ladarba l-unitajiet tal-ġenerazzjoni jkunu bdew joperaw, ma jingħata ebda appoġġ operazzjonali ieħor lil Paks II, u għalhekk din se tkun esposta għal riskji tas-suq. |
(365) |
Il-prezzijiet tal-elettriku huma primarjament iddeterminati mill-kostijiet marġinali tal-ġeneraturi li jieħdu sehem f’ċertu suq. It-teknoloġiji rinnovabbli għandhom kostijiet marġinali baxxi peres li ħafna minnhom jistgħu joperaw mingħajr kostijiet tal-fjuwil. Anki t-teknoloġija nukleari għandha kostijiet operazzjonali baxxi u ssegwi r-rinnovabbli fil-klassifika tal-hekk imsejjaħ ordni tal-mertu. Għad li minħabba l-kostijiet tal-fjuwil tagħhom l-impjanti tal-faħam tipikament jaħdmu b’rata ta’ kost marġinali iktar għolja mill-impjanti tal-enerġija nukleari, minkejja dan, għal prezzijiet baxxi tal-permess tal-karbonju, il-kostijiet operazzjonali ta’ impjant tal-faħam tipikament ikunu inqas minn dawk ta’ impjant CCGT. Dan ifisser li teknoloġiji b’kostijiet operatorji ogħla jistgħu jżidu l-prezzijiet, u għalhekk il-preżenza tal-enerġija nukleari fit-taħlita enerġetika, minnha nfisha, mhix mistennija li żżid il-prezz tal-elettriku fl-Ungerija u l-enerġija nukleari se tkun prenditur tal-prezzijiet u mhux it-teknoloġija li tistabbilixxi l-prezzijiet. |
(b) L-effetti transfruntiera potenzjali tal-miżura
(366) |
Kemm l-Ungerija kif ukoll diversi partijiet interessati indikaw li s-suq tal-enerġija li għandu jiġi vvalutat hu ikbar mit-territorju tal-Istat individwali, l-iktar minħabba l-livell ta’ interkonnessjoni tajjeb ħafna u minħabba li l-miżura tinvolvi distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li, tal-inqas, jaffettwaw lil Stati Membri qrib l-Ungerija. |
(367) |
Il-Kummissjoni tinnota li, kif muri mill-Figura 5 fil-premessa 49 ta’ din id-Deċiżjoni, il-bilanċ bejn l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-kummerċ tal-elettriku tal-Unerija hu negattiv kważi fir-rigward tal-Istati Membri ġirien kollha. Il-Kummissjoni tinnota wkoll il-fatt li l-Ungerija b’mod ġenerali hi importatur nett, il-Figura 1 fil-premessa 43 turi li madwar 30 % tad-domanda tal-pajjiż kienet idderivata mill-importazzjonijiet fl-2015 li ammontaw għal madwar 13-il TWh. Il-Kummissjoni tfakkar li, kif ġie spjegat fil-Figura 2 fil-premessa 43 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-livell tal-importazzjonijiet kien fl-istess ilma bħal fl-2014. |
(368) |
Il-Kummissjoni tqis li l-Ungerija hi suq tal-elettriku ferm integrat fi ħdan l-Unjoni Ewropea, bil-kapaċità ta’ interkonnessjoni li hi ta’ madwar 75 fil-mija tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni domestika installata totali. Barra minn hekk, kif muri fit-Tabelli 4 u 5, tal-premessa 105, il-kapaċitajiet ta’ interkonnessjoni se jiżdiedu b’mod sinifikanti sal-2030 li jippermettu biex il-flussi kummerċjali jkomplu jilħqu r-reġjun tal-prezzijiet tal-Ungerija. |
(369) |
Dak li hu spjegat iktar ’il fuq fil-premessa 365 hu meqjus li japplika f’kuntest transfruntier ukoll. Il-kostruzzjoni ta’ Paks II se toħloq pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet fis-suq Ungeriż fil-ġejjieni għaliex il-kost marġinali tal-enerġija prodotta minn Paks II hu kost relattivament baxx meta mqabbel mal-kapaċità OCGT u CCGT alternattiva li, kieku, tkun tinbena fil-fehma ta’ NERA. Madankollu, l-istudju ta’ NERA wera li Paks II se tibqa’ prenditur tal-prezzijiet, u l-prezzijiet fl-Ungerija se jibqgħu stabbiliti f’livelli ogħla minn impjanti oħra. Għaldaqstant, l-importazzjonijiet fl-Ungerija se jibqgħu jħallu l-profitt. |
(370) |
Il-Kummissjoni ħadet f’kunsiderazzjoni s-sottomissjonijiet tal-Ungerija rigward l-effetti possibbli ta’ Paks II f’kuntest tas-suq usa’. Kif inhu spjegat fil-premessa 112, il-valutazzjoni ta’ NERA fuq is-swieq ġirien immedjati li magħhom bħalissa l-Ungerija għandha akkoppjament tas-suq (l-Ungerija + is-Slovakkja + ir-Rumanija) turi li l-ishma tas-suq kombinati tal-Grupp MVM u ta’ Paks II fis-suq akkoppjat tal-Ungerija + tas-Slovakkja + tar-Rumanija ma jkunux jaqbżu l-20 % [ara l-Figura 10 tal-premessa 112]. |
(371) |
Fir-rigward ta’ swieq ġirien oħra, l-effetti tal-Paks II il-ġdid huma mistennija jkunu inqas sinifikanti minħabba n-nuqqas ta’ akkoppjament tas-swieq ma’ dawk iż-żoni tal-prezzijiet kif ukoll il-kapaċitajiet ta’ interkonnessjoni (eżistenti u ppjanati) iktar limitati lejn dawk l-Istati Membri (ara t-Tabelli 3 u 4). |
(c) L-effetti potenzjali tal-operazzjoni parallela ta’ Paks NPP u ta’ Paks II
(372) |
Kif spjegat fil-premessi 98 – 99 kif ukoll fil-premessi 241 – 244, il-kostruzzjoni ta’ impjanti tal-enerġija nukleari hi suxxettibbli għal dewmien għal diversi raġunijiet li jtawlu ż-żminijiet tal-kostruzzjoni. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li diġà hemm dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-proġett meta mqabbel mal-iskeda oriġinali, […]. Barra minn hekk, kif jidher mit-Tabella 3 fil-premessa 99, it-teknoloġija offruta minn JSC NIAEP iġġarrab medja ta’ sentejn dewmien fir-Russja, is-suq domestiku tal-kuntrattur, fejn hu bena l-maġġoranza tal-impjanti tiegħu. Dan id-dewmien hu ferm ogħla meta l-proġett jitwettaq barra r-Russja (fl-Indja sa 7 snin). L-Ungerija tiddikjara li Paks II hu mistenni jkun l-ewwel impjant tal-enerġija nukleari b’teknoloġija VVER III+ ikkummissjonata fl-UE, fejn għandhom jiġu ssodisfati l-ogħla rekwiżiti dwar is-sikurezza nukleari u l-parti mhux teknikament eżentata tal-proġett għandha tiġi akkwistata f’konformità mar-rekwiżiti tal-UE dwar l-akkwist. Hu raġonevolment mistenni li dan jista’ jikkawża dewmien addizzjonali. Għalhekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, it-tul tal-perjodu ta’ operazzjoni parallel oriġinarjament identifikat ta’ 6 snin tal-erba’ unitajiet kollha kemm huma ta’ Paks NPP u ż-żewġ unitajiet ta’ Paks II hu mistenni jonqos b’mod sinifikanti. Barra minn hekk, ċertu trikkib tal-operat tal-unitajiet eżistenti u dawk ġodda – realistikament pjuttost limitati fiż-żmien għar-raġunijiet li għadhom kif issemmew -, filwaqt li joħloq impatt ovvju fuq is-suq domestiku, jista’ jitqies proporzjonat fid-dawl tal-objettivi ta’ sigurtà tal-provvista tal-enerġija u l-ħtieġa li jitħejja bil-għaqal id-dekummissjonar tal-unitajiet ta’ Paks NPP, b’kunsiderazzjoni tal-fatt li l-kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni nukleari jikkostitwixxu iktar minn 50 % tal-ġenerazzjoni tal-elettriku domestika fl-Ungerija. |
(373) |
Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tfakkar is-sejbiet tal-Istudju ta’ NERA [ara b’mod partikolari l-Figura 7 tal-premessa 108] li turi li anki matul l-operat parallel ta’ Paks NPP u ta’ Paks II (bejn l-2025 u l-2037), id-domanda massima nazzjonali mistennija li tkompli tikber mhix se tiġi ssodisfata biss minn impjanti tal-enerġija domestiċi peress li l-output tal-enerġija totali tal-kapaċitajiet rinnovabbli u tal-gass addizzjonali flimkien ma’ dawk tan-nukleari se jibqgħu f’livell inqas mid-domanda domestika projettata (indikata b’linja sewda fil-Figura 7). L-istudju jqis li dan hu primarjament dovut għall-fatt li bħalissa l-Ungerija tinsab f’defiċit tal-provvista u trid timporta ammonti sinifikanti ta’ elettriku. NERA tispjega li dan id-defiċit hu identifikat li se jitwessa’ iktar bejn l-2015 u l-2025 peress li d-domanda tal-elettriku fl-Ungerija hi mistennija tikber b’mod sinifikanti sal-2040 u t-tieni l-ikbar impjant tal-enerġija li jaħdem b’mod kostanti fl-Ungerija [l-Impjant tal-Enerġija ta’ Mátra – ara l-Figuri 1 u 2 fil-premessa 43] hu mistenni jagħlaq bejn l-2025 u l-2030, kif previst mill-istudju tat-TSO [ara l-premessa 20]. |
(374) |
Konsegwentement, is-sistema se tkun teħtieġ kapaċitajiet domestiċi jew ta’ importazzjonijiet addizzjonali minbarra dawk imħaddma b’enerġija nukleari, rinnovabbli u tal-gass biex tissodisfa d-domanda domestika b’tali mod li tiżgura stabbiltà tas-sistema fl-isfond tan-nuqqasijiet mistennija ta’ kapaċità. Kapaċitajiet addizzjonali huma meħtieġa wkoll għall-ħolqien ta’ riżervi obbligatorji stipulati mill-ENTSO-E [ara l-premessa 50]. |
(375) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li, kif spjegat fil-premessa 105, il-livell diġà għoli ta’ interkonnessjoni tal-Ungerija mal-pajjiżi ġirien se jkompli jiżdied minħabba interkonnetturi ġodda li se jsiru operazzjonali bejn l-2016 u l-2021 bejn is-Slovakkja (2 × 400 kV u 1 × 400 kV) u s-Slovenja (1 × 400 kV), jiġifieri ferm qabel ma jkunu bdew joperaw iż-żewġ unitajiet il-ġodda ta’ Paks II. Il-Kummissjoni tqis li dawn l-interkonnetturi l-ġodda msemmija mill-Ungerija aktarx li jtejbu d-disponibbiltà tal-flussi kummerċjali transfruntiera, b’mod partikolari dawk mill-importazzjonijiet. |
(376) |
Kif deskritt fil-premessa 369, il-Kummissjoni ħadet f’kunsiderazzjoni wkoll is-sejbiet tal-Istudju ta’ NERA li skont dan it-teknoloġija nukleari hi mistennija tibqa’ prenditur tal-prezzijiet minflok dik li tistabbilixxi l-prezzijiet anki matul il-perjodu operazzjonali ta’ trikkib ta’ Paks NPP u ta’ Paks II meta l-Probabilità tan-nukleari li ssir it-teknoloġija li tistabbilixxi l-prezzijiet se tibqa’ taħt il-5 % fis-sigħat kollha [ara l-Figura 11 tal-premessa 113]. |
5.3.8.3. Ir-riskju tal-likwidità fis-suq tal-operaturi
(377) |
Kif deher fit-Taqsima 2.6, l-iktar tranżazzjonijiet komuni fis-settur tal-enerġija tal-bejgħ bl-ingrossa tal-Ungerija huma konklużi permezz ta’ PPAs bilaterali u l-HUPX kien għadu ma skattax livell adegwat ta’ likwidità. Għall-ewwel il-Kummissjoni kellha dubji peress li, f’xenarju li fih fornitur dominanti (MVM Partner) u ammont sinifikanti ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni ġdida (Paks II) huma proprjetà tal-istess entità (l-Istat Ungeriż), is-swieq jistgħu jsiru inqas likwidi peress li l-atturi involuti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ offerti tal-provvista disponibbli fis-suq. |
(378) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll li skont il-mod li l-elettriku prodott mir-reatturi l-lġodda jinbiegħ fis-suq, il-likwidità tista’ tkun ferm affettwata u l-kostijiet imġarrba mir-rivali downstream jistgħu jiżdiedu billi jiġi ristrett l-aċċess kompetittiv tagħhom għal input importanti (esklużjoni ta’ dħul). Dan jista’ jseħħ jekk l-elettriku prodott minn Paks II jinbiegħ primarjament permezz ta’ kuntratti fit-tul lil ċerti fornituri biss, u b’hekk is-saħħa fis-suq ta’ Paks II fis-suq tal-ġenerazzjoni titmexxa għas-suq fil-livell tal-konsumatur. |
(379) |
L-esklużjoni ta’ rabtiet ta’ Paks II ma’ operaturi proprjetà tal-Istat fis-suq tal-konsumaturi, kif spjegat fil-premessa 353 għenet biex tindirizza parti mit-tħassib tal-Kummissjoni. |
(380) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Ungerija kkonfermat, kif spjegat fil-premessa 118, li l-istrateġija ta’ negozjar tal-output tal-enerġija ta’ Paks II tkun strateġija ta’ ottimizzazzjoni tal-profitt kummerċjali b’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta li titwettaq permezz ta’ arranġamenti ta’ nnegozjar kummerċjali konklużi permezz ta’ offerti kklerjati fuq pjattaforma ta’ negozjar jew kambju trasparenti. |
(381) |
B’mod partikolari, l-Ungerija kkonfermat li tali sistema ta’ negozjar (eskluż il-konsum tagħha stess minn Paks II) titfassal kif ġej:
|
(382) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Ungerija tiżgura li l-offerti jkunu disponibbli ndaqs għan-negozjanti lliċenzjati jew irreġistrati kollha bl-istess termini tas-suq fil-pjattaforma tal-irkant li tiġi operata minn Paks II u li s-sistema tal-ikklerjar tal-offerti ta’ dik il-pjattaforma hi verifikabbli u trasparenti. Ma tkun imposta ebda restrizzjoni fuq l-użu finali tal-elettriku mixtri. |
(383) |
Għaldaqstant, ġie żgurat li l-elettriku prodott minn Paks II se jkun disponibbli fis-suq tal-operaturi għall-atturi kollha fis-suq b’mod trasparenti u li ma hemm ebda riskju li l-elettriku prodott minn Paks II ikun immonopolizzat f’kuntratti fit-tul li jkunu ta’ riskju għal-likwidità fis-suq. |
(384) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li, kif inhi mfassla bħalissa l-miżura, ir-riskji tal-likwidità fis-suq li jistgħu possibilment jirriżultaw huma minuri. |
5.3.8.4. Konklużjoni dwar id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-ibbilanċjar ġenerali
(385) |
Wara valutazzjoni bil-galbu fit-Taqsima 5.3 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-miżura hi mmirata biex tippromwovi investimenti ġodda fl-enerġija nukleari u, għalhekk, din tfittex objettiv ta’ interess komuni mnaqqax fit-Trattat Euratom, filwaqt li tikkontribwixxi wkoll għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. |
(386) |
L-għajnuna se tingħata b’mod proporzjonat. L-Ungerija se tiżgura li Paks II tikkumpensa lill-Istat għall-unitajiet tal-ġenerazzjoni l-ġodda u Paks II mhi se żżomm ebda profitt żejjed lil hinn minn dak li hu strettament neċessarju biex tiżgura l-operazzjoni u l-vijabbiltà ekonomiċi tagħha. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-profitti ġġenerati mill-benefiċjarju mhumiex se jintużaw biex jerġgħu jiġu investiti f’estensjoni tal-kapaċità ta’ Paks II jew biex jinxtraw jew jinbnew kapaċitajiet tal-ġenerazzjoni ġodda mingħajr l-approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat. |
(387) |
Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk il-miżura tistax isservi bħala ostaklu għad-dħul għal tipi oħra ta’ kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni, speċjalment fil-perjodu limitat tal-operat parallel ta’ Paks NPP u ta’ Paks II. Hi tal-fehma li kwalunkwe ostaklu għad-dħul hu limitat minħabba l-fatt li d-diskrepanza fil-kapaċità installata futura totali identifikata mit-TSO tkun tippermetti l-penetrazzjoni ta’ teknoloġiji oħra tal-ġenerazzjoni (kemm sorsi rinnovabbli kif ukoll b’ebda emissjonijiet jew b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju) indipendentement minn jekk Paks II jinbniex. |
(388) |
Il-Kummissjoni eżaminat ukoll l-effetti transfruntiera possibbli tal-miżura, madankollu d-daqs simili ta’ Paks II għall-erba’ unitajiet operazzjonali bħalissa ta’ Paks NPP mhuwiex mistenni li jaqdi rwol transfruntier b’saħħtu, anki fid-dawl tal-livell tajjeb ta’ interkonnessjoni tal-Ungerija peress li l-Ungerija se tibqa’ importatur nett b’wieħed mill-ogħla prezzijiet fir-reġjun. Minbarra d-defiċit tal-importazzjoni/esportazzjoni li jibqa’ mistenni fl-Ungerija, il-Kummissjoni tqis li l-effetti ta’ Paks II fuq ir-reġjuni tal-prezz tal-elettriku li jaqgħu barra minn dawk li huma ġirien diretti tal-Ungerija jkunu limitati minħabba r-restrizzjonijiet tad-distanza u tan-netwerk li jrendu l-elettriku ġġenerat fl-Ungerija saħansitra iktar għoli għal reġjuni iktar imbiegħda. |
(389) |
Il-Kummissjoni nnotat ukoll is-sejba li matul l-operat parallel ta’ Paks NPP u ta’ Paks II, li hu mistenni jkun iqsar minn dak previst oriġinarjament, id-domanda massima nazzjonali mistennija li tkompli tikber mhix se tkun issodisfata biss mill-impjanti tal-enerġija domestiċi. |
(390) |
Il-Kummissjoni ttenni li distorsjonijiet possibbli oħra fis-suq, bħaż-żieda tal-konċentrazzjoni possibbli tas-suq kif ukoll in-nuqqas ta’ likwidità fis-suq ġew imminimizzati fid-dawl tal-konfermi li pprovdiet l-Ungerija fit-28 ta’ Lulju 2016. |
(391) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-distorsjonijiet potenzjali kollha tal-kompetizzjoni huma limitati u paċuti mill-objettiv komuni identifikat imfittex li jinkiseb b’mod proporzjonat, b’mod partikolari b’kunsiderazzjoni tal-konfermi li pprovdiet l-Ungerija fit-28 ta’ Lulju 2016. |
6. KONKLUŻJONI
(392) |
Fid-dawl ta’ dawk il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni ssib li l-miżura nnotifikata mill-Ungerija tinvolvi għajnuna mill-Istat li, kif emendata mill-Ungerija fit-28 ta’ Lulju 2016, hi kompatibbli mas-suq intern skont l-Art 107(3)(c) TFUE. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miżura li l-Ungerija qed tippjana li timplimenta biex issostni finanzjarjament l-iżvilupp ta’ żewġ reatturi nukleari ġodda li huma ffinanzjati għalkollox mill-Istat Ungeriż għall-benefiċċju tal-entità MVM Paks II Nuclear Power Plant Development Private Company Limited by Shares (“Paks II”) li tkun is-sid u l-operatur ta’ dawk ir-reatturi nukleari, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.
Artikolu 2
Il-miżura hi kompatibbli mas-suq intern, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.
Artikolu 3
L-Ungerija għandha tiżgura li Paks II għandha tuża kwalunkwe profitt idderivat mill-attività tal-unitajiet 5 u 6 tal-impjant tal-enerġija nukleari Paks II (“Paks II NPP”) għall-finijiet li ġejjin biss:
(a) |
Il-proġett Paks II (“il-proġett”), li hu ddefinit bħala l-iżvilupp, il-finanzjament, il-bini, l-ikkummissjonar, l-operar u l-manutenzjoni, it-tiġdid, l-immaniġġjar tal-iskart u d-dekummissjonar ta’ żewġ unitajiet tal-enerġija nukleari ġodda b’reatturi VVER 5 u 6 f’Paks II NPP, fl-Ungerija. Il-profitti m’għandhomx jintużaw biex jiffinanzjaw investimenti f’attivitajiet li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak il-proġett iddefinit. |
(b) |
Il-ħlas tal-profitti lill-Istat Ungeriż (pereżempju permezz ta’ dividendi). |
L-Ungerija għandha tiżgura li Paks II iżżomm lura milli (terġa’) tinvesti fl-estensjoni tal-kapaċità proprja jew fil-ħajja ta’ Paks II u fl-installazzjoni ta’ kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni addizzjonali, għajr dawk tar-reatturi 5 u 6 ta’ Paks II NPP. Jekk isir tali investiment ġdid, dan ikun soġġett għal approvazzjoni separata tal-għajnuna mill-Istat.
L-Ungerija għandha tiżgura li l-istrateġija ta’ negozjar tal-output tal-enerġija ta’ Paks II se tkun strateġija ta’ ottimizzazzjoni tal-profitt kummerċjali b’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta li titwettaq permezz ta’ arranġamenti ta’ nnegozjar kummerċjali konklużi permezz ta’ offerti kklerjati fuq pjattaforma ta’ negozjar jew kambju trasparenti. L-istrateġija għan-negozjar tal-output tal-enerġija ta’ Paks II (eskluż il-konsum proprju ta’ Paks II) għandha tkun kif ġej:
|
Saff 1. Paks II għandha tbigħ tal-inqas 30 % tal-output tal-elettriku totali tagħha fis-swieq ta’ ġurnata bil-quddiem, tal-istess ġurnata u tal-futuri tal-Kambju tal-Enerġija tal-Ungerija (HUPX). Kambji simili oħra tal-elettriku jistgħu jintużaw soġġetti għall-qbil jew għall-kunsens tas-servizzi tal-Kummissjoni li jrid jingħata jew jiġi rrifjutat fi żmien ġimagħtejn mit-talba tal-awtoritajiet Ungeriżi. |
|
Saff 2. Il-bqija tal-output totali tal-elettriku ta’ Paks II għandu jinbiegħ minn Paks b’termini oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji permezz ta’ rkanti. Il-kundizzjonijiet għat-tali rkanti għandhom jiġu ddeterminati mir-regolatur tal-enerġija tal-Ungerija, b’mod simili għar-rekwiżiti tal-irkanti imposti fuq MVM Partner [(deċiżjoni 741/2011 tar-Regulatur tal-Ungerija)]. Ir-regolatur tal-enerġija tal-Ungerija għandu jissorvelja wkoll it-twettiq ta’ dawn l-irkanti. |
L-Ungerija għandha tiżgura li l-pjattaforma tal-irkant għas-Saff 2 tiġi operata minn Paks II u li l-offerti jkunu disponibbli b’mod ekwu għan-negozjanti lliċenzjati jew irreġistrati kollha bl-istess termini tas-suq. Is-sistema tal-ikklerjar tal-offerti għandha tkun verifikabbli u trasparenti. Ma għandha tkun imposta ebda restrizzjoni fuq l-użu finali tal-elettriku mixtri.
Barra minn hekk, l-Ungerija għandha tieħu impenn li Paks II, is-suċċessuri u l-affiljati tagħha jkunu legalment u strutturalment separati għalkollox u jkunu soġġetti għal setgħa indipendenti ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet skont il-paragrafi 52 u 53 tal-Avviż Ġuriżdizzjonali dwar il-Fużjonijiet (151) u għandhom jinżammu, jiġu mmaniġġjati u operati b’mod indipendenti u mhux konness minn mal-Grupp MVM u n-negozji kollha tiegħu, mis-suċċessuri u mill-affiljati tiegħu u minn kumpanniji oħra kkontrollati mill-Istat attivi fil-ġenerazzjoni, fil-bejgħ bl-ingrossa jew fil-bejgħ bl-imnut tal-enerġija.
Artikolu 4
L-Ungerija għandha tissottometti lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-issodisfar tal-impenji msemmija fl-Artikolu 3. L-ewwel rapport għandu jiġi sottomess xahar wara d-data tal-għeluq tal-ewwel sena finanzjarja tal-operat kummerċjali ta’ Paks II.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.
(3) Ftehim bejn il-Gvern tal-Federazzjoni Russa u l-Gvern tal-Ungerija dwar il-kooperazzjoni dwar l-użu paċifiku tal-enerġija nukleari, konkluż fl-14 ta’ Jannar 2014 u rratifikat fl-Ungerija permezz tal-Att II tal-2014 tal-Parlament Ungeriż (2014. évi II. törvény a Magyarország Kormánya és az Oroszországi Föderáció Kormánya közötti nukleáris energia békés célú felhasználása terén folytatandó együttműködésről szóló Egyezmény kihirdetéséről).
(4) L-awtoritajiet Ungeriżi jassumu li r-reatturi għandhom kapaċità netta ta’ 1 180 MW għal kull unità.
(5) L-Artikolu 3 tal-IGA.
(1) Riżoluzzjoni tal-Gvern 1429/2014. (VII. 31.) [A Kormány 1429/2014. (VII. 31.) Korm. Határozata a Magyarország Kormánya és az Oroszországi Föderáció Kormánya közötti nukleáris energia békés célú felhasználása terén folytatandó együttműködésről szóló Egyezmény kihirdetéséről szóló 2014. évi II. törvény szerinti Magyar Kijelölt Szervezet kijelölése érdekében szükséges intézkedésről].
(6) L-Artikolu 8 tal-IGA.
(7) Ftehim bejn il-Gvern tal-Federazzjoni Russa u l-Gvern tal-Ungerija dwar l-estensjoni ta’ kreditu mill-istat lill-Gvern tal-Ungerija għall-finanzjament tal-kostruzzjoni ta’ impjant tal-enerġija nukleari fl-Ungerija, konkluż fit-28 ta’ Marzu 2014.
(8) Ara l-premessa 18 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ għal aktar informazzjoni dwar il-grupp MVM.
(9) Data of the Hungarian Electricity System (Mavir, 2014) – https://www.mavir.hu/documents/10262/160379/VER_2014.pdf/a0d9fe66-e8a0-4d17-abc2-3506612f83df, aċċessat fis-26 ta’ Ottubru 2015.
(10) 25/2009. (IV.4.) OGY Határozat a paksi bővítés előkészítéséről
(11) National Energy Strategy (Ministry of National Development, l-Ungerija, 2011):
http://2010-2014.kormany.hu/download/7/d7/70000/Hungarian%20Energy%20Strategy%202030.pdf
(12) A magyar villamosenergia-rendszer közép- és hosszú távú forrásoldali kapacitásfejlesztése (L-iżvilupp fit-terminu medj u fit-tul tal-assi tal-ġenerazzjoni tas-sistema tal-elettriku tal-Ungerija):
https://www.mavir.hu/documents/10258/15461/Forr%C3%A1selemz%C3%A9s_2016.pdf/462e9f51-cd6b-45be-b673-6f6afea6f84a (Mavir, 2016).
(13) Digriet tal-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali Nru 45/2014. (XI.14.) [45/2014. (XI.14.) NFM rendelet az MVM Paks II. Atomerőmű Fejlesztő Zártkörűen Működő Részvénytársaság felett az államot megillető tulajdonosi jogok és kötelezettségek összességét gyakorló szervezet kijelöléséről].
(14) L-Artikolu 9 tal-IGA.
(15) 3,95 % sal-ewwel jum ta’ ripagament, u minn 4,50 % sa 4,95 % tul il-21 sena li jmiss.
(16) F’kull terminu ta’ 7 snin: 25 %, 35 % u 40 % tal-ammont fil-fatt użat tal-kreditu rispettivament.
(*1) Informazzjoni klassifikata/sigriet kummerċjali.
(17) […]
(18) Id-danni likwidati huma ammont stabbilit ta’ danni miftiehma mill-partijiet ta’ kuntratt li jsir dovut bħala kumpens fil-każ ta’ ksur ta’ obbligi speċifiċi skont il-kuntratt.
(19) Ara d-Deċiżjoni Nru 747/2011 tal-Uffiċċju tal-Enerġija tal-Ungerija tal-14 ta’ Ottubru 2011.
(20) “Többi nagyerőmű” tfisser “Impjanti tal-enerġija kbar oħra” filwaqt li “kiserőművek” tfisser “Impjanti tal-enerġija żgħar”.
(21) Ir-Rapport tal-Pajjiż tal-Ungerija dwar l-Enerġija (Il-Kummissjoni Ewropea – 2014): https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/documents/2014_countryreports_hungary.pdf, aċċessat fil-26 ta’ Ottubru 2015.
(22) A magyar villamosenergia-rendszer közép- és hosszú távú forrásoldali kapacitásfejlesztése (L-iżvilupp fit-terminu medju u fit-tul tal-assi tal-ġenerazzjoni tas-sistema tal-elettriku tal-Ungerija): https://www.mavir.hu/documents/10258/15461/Forr%C3%A1selemz%C3%A9s_2016.pdf/462e9f51-cd6b-45be-b673-6f6afea6f84a (Mavir, 2016).
(23) It-test tal-MEIP hu test standard biex tiġi evalwata l-eżistenza ta’ għajnuna u ntuża wkoll mill-Ungerija fl-analiżijiet ekonomiċi tagħha sottomessi kemm qabel kif ukoll wara n-notifika tal-każ. Il-Kummissjoni evalwat bil-galbu u mbagħad ikkomplimentat l-analiżi tal-MEIP sottomessa mill-Ungerija biex tagħmel il-valutazzjoni tagħha stess dwar l-eżistenza tal-għajnuna.
(24) T-319/12 u T-321/12 – Spanja u Ciudad de la Luz vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2014:604, il-punt 40, T-233/99 u T-228/99 – Landes Nordrhein-Westfalen vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2003:57, il-punt 245.
(25) Ġeneralment, is-sorsi l-aktar komuni tal-kapital huma tnejn: kapital ta’ ekwità u obbligazzjonijiet (finanzjarji). Il-kost totali tal-kapital hu l-kost medju ponderat tal-kapital (WACC), li jqis il-proporzjon tal-kapital ta’ ekwità u l-proporzjon tal-obbligazzjonijiet.
(26) ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1.
(27) Ara n-nota 9 f’qiegħ il-paġna.
(28) L-ewwel mod hu mod standard kif jiġi vverifikat l-MEIP bejn l-industriji, filwaqt li t-tieni mod hu mfassal apposta għall-industrija tal-elettriku.
(29) L-LCOE hu l-kost totali għall-installazzjoni u għall-operar ta’ proġett tal-ġenerazzjoni tal-elettriku espress fi prezz tal-elettriku unifromi tul il-ħajja operattiva tal-proġett. Formalment,
LCOE = [Sommat (Kostijiett × (1 + r) – t)] / [Sommat (MWh × (1 + r) – t)],
fejn r hu r-rata ta’ skont u t tiddenonta s-sena t. Bħala riżultat ta’ dan, dan hu sensittiv għar-rata ta’ skont applikata. Hi prattika komuni li jiġi applikat id-WACC tal-proġett bħala r-rata ta’ skont.
(30) Dan id-dokument hu disponibbli pubblikament fuq http://www.kormany.hu/download/6/74/90000/2015_Economic%20analysis%20of%20Paks%20II%20-%20for%20publication.pdf.
(31) Il-Mudell Finanzjarju hu verżjoni aġġornata tal-Mudell Finanzjarju Preliminari. L-aġġornamenti jinkludu l-arranġamenti kuntrattwali bejn Paks II u JSC NIAEP, il-fornitur tal-impjant tal-enerġija nukleari.
(32) Ara l-premessi 52 – 81 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.
(33) Ara http://www.worldenergyoutlook.org/weo2014/.
(34) Minħabba nuqqas ta’ informazzjoni u nuqqas ta’ ċarezza, id-Deċiżjoni tal-Ftuħ ma evalwatx l-istimi fuq il-bażi ta’ din il-metodoloġija. Għaldaqstant, il-ħarsa ġenerali li ġejja tinkludi wkoll dokumenti minn qabel id-Deċiżjoni tal-Ftuħ.
(35) L-LCOE fl-istudju tal-OECD/IEA/NEA hu ta’ 89,94 USD/MWh (ara t-Tabella 4.7) u mhuwiex ċar kif il-valur ta’ EUR 70/MWh fil-Figura 3 tal-Istudju Ekonomiku u EUR 50,5-57,4/MWh inkisbu minn dak l-eks valur. L-istudju tal-OECD/IEA/NEA 2015 hu disponibbli fuq https://www.oecd-nea.org/ndd/egc/2015/.
(36) Ara Aszódi, A., Boros I. u Kovacs, A., (2014) “A paksi atomerőmű bővítésének energiapolitikai, műszaki és gazdasági kérdései”, f’Magyar Energetika, Mejju 2014. Traduzzjoni bl-Ingliż bit-titlu “Extension of the Paks II NPP- energy political, technical and economical evaluations” ġiet issottomessa lill-Kummissjoni fi Frar 2016. Dan l-istudju jippreżenta l-kalkoli f’HUF, u jikkonkludi LCOE medju ta’ 16,01-16,38 HUF/kWh tul il-ħajja tal-proġett. Mhumiex ipprovduti dettalji dwar kif dawn iċ-ċifri bbażati fuq l-HUF ġew ikkonvertiti fil-medda tal-LCOE f’EUR/MWh iċċitata fil-premessa 81.
(37) Ara l-Figura 15 fl-Istudju Ekonomiku.
(38) Ara p. 77 tal-Istudju Ekonomiku.
(39) Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom).
(*2) No data provided in forecast
(*3) Assumption: Slovenia starting from zero.
Sors: L-Istudju ta’ NERA.
(*4) No data provided in forecast
(*5) Assumption: Slovenia starting from zero.
Sors: L-Istudju ta’ NERA.
(40) ENTSO-E (2015), All TSOs’ proposal for Capacity Calculation Regions (CCRs) in accordance with Article 15(1) of the Commission Regulation (UE) 2015/1222 of 24 July 2015 establishing a Guideline on Capacity Allocation and Congestion Management, 29 ta’ Ottubru 2015, p. 9, artikolu 9.
(41) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/658 tat-8 ta’ Ottubru 2014 dwar il-miżura ta’ għajnuna SA.34947 (2013/C) (ex 2013/N) li r-Renju Unit qed jippjana li jimplimenta bħala Appoġġ għall-Impjant tal-Enerġija Nukleari Hinkley Point C (ĠU L 109, 28.4.2015, p. 44).
(42) Avviż ġuriżdizzjonali konsolidat tal-Kummissjoni taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU C 95, 16.4.2008, p. 1).
(43) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 1994 dwar il-proċedura b’applikazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 53 tat-Trattat Euratom (ĠU L 122, 17.5.1994, p. 30), paragrafu 22.
(44) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1209/2000 tat-8 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi proċeduri biex iġib fis-seħħ il-komunikazzjonijiet preskritti taħt l-Artikolu 41 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (ĠU L 138, 9.6.2000, p. 12).
(45) Ara l-premessa 13(c).
(46) Ara Candole Partners – NPP Paks II, Economic Feasibility Assessment, Frar 2016, disponibbli fuq http://www.greenpeace.org/hungary/Global/hungary/kampanyok/atomenergia/paks2/NPP%20Paks%20II%20Candole.pdf.
(47) Ara Felsmann Balázs, “Működhet-e Paks II állami támogatások nélkül? Az erőműtársaság vállalatgazdasági közelítésben ‘, disponibbli fuq https://energiaklub.hu/sites/default/files/paks2_allami_tamogatas_2015jun.pdf.
(48) Deskrizzjoni tal-Leningradskaya NPP tista’ tinkiseb minn fuq: http://atomproekt.com/en/activity/generation/vver/leningr_npp/, aċċessat fl-24 ta’ Frar 2017.
(49) Għall-IEA WEO 2015, ara http://www.worldenergyoutlook.org/weo2015/.
(50) L-IEA WEO 2015 tikkunsidra wkoll ir-raba’ xenarju, “ix-Xenarju 450” li jiddeskrivi passaġġ lejn l-għan tal-klima ta’ 2 oC li jista’ jinkiseb permezz tat-teknoloġiji li huma kważi disponibbli fuq skala kummerċjali.
(51) Id-differenza bejn il-prezzijiet tal-futuri tal-Ġermanja u tal-Ungerija hi argumentata li possibilment ġejja mill-akkoppjament imperfett tas-swieq.
(52) Hemm taqsima addizzjonali fl-istudju ta’ Candole li tagħmel tqabbil bejn il-kostijiet ta’ Paks II u l-kostijiet operatorji tar-reatturi tal-EPR stmati mill-Qorti Franċiża tal-Awdituri (2002) ippubblikati f’Boccard, N. “The Costs of Nuclear Electricity: France after Fukushima”, disponibbli fuq http://papers.ssrn.com/sol3/papers.cfm?abstract_id=2353305.
(53) Dan hu rreferenzjat minn Romhányi Balázs, “A Paks II beruházási költségvetés-politikai következnényei”, disponibbli fuq https://energiaklub.hu/sites/default/files/a_paks_ii_beruhazas_koltsegvetes-politikai_kovetkezmenyei.pdf.
(54) Dan hu rreferenzjat mill-istudju Fazekas, M. et al, The Corruption Risks of Nuclear Power Plants: What Can We Expect in Case of Paks2?, disponibbli fuq http://www.pakskontroll.hu/sites/default/files/documents/corruption_risks_paks2.pdf.
(55) http://www.kormany.hu/download/a/84/90000/2015%20Economic%20analysis%20of%20Paks%20II.pdf
(56) https://ec.europa.eu/programmes/horizon2020/en/what-horizon-2020
(57) Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).
(58) Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent (ĠU C 82, 1.4.2008, p. 1).
(59) https://www.oecd-nea.org/ndd/climate-change/cop21/presentations/stankeviciute.pdf
(60) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(61) Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
(62) T-289/03 BUPA, paragrafu 313.
(63) http://ec.europa.eu/transparency/regdoc/rep/1/2016/MT/1-2016-177-MT-F1-1.PDF
(64) L-Unerija ma stabbilixxietx kronoloġija fis-sottomissjoni tagħha u użat ċifri disponibbli minn diversi perjodi, kultant b’mod inkonsistenti. Filwaqt li l-enfasi tas-sottomissjonijiet tal-Ungerija kienet deċiżjoni ta’ investiment ta’ Diċembru 2014, it-Tieni ittra ta’ kjarifika sottomessa mill-Ungerija użat ċifri primjum tar-riskju tal-ekwità minn Lulju 2015 ukoll.
(65) Il-Kuntratt tal-EPC jipprovdi li l-iżvilupp tar-reatturi l-ġodda hu maqsum f’żewġ fażijiet bl-ewwel waħda li tikkonsisti biss fi […] u t-tieni waħda fi […].
(66) Pereżempju, il-primjum tar-riskju tal-ekwità hu stmat għal 9,0 % fl-analiżijiet ta’ parametraġġ referenzjarju inklużi mill-Ungerija fl-istudji ċċitati għall-kuntrarju tal-4,0 % għall-primjum tar-riskju tal-ekwità stmat fil-metodoloġija minn isfel għal fuq inkluża fl-istess studji.
(67) Ara Damodaran, A. “Equity risk premium (ERP): Determinants, estimation and implications – The 2016 Edition” (2016), section Estimation Approaches – Historical Premiums, p. 29-34, disponibbli fuq http://papers.ssrn.com/sol3/papers.cfm?abstract_id=2742186. Barra minn hekk, il-każ tal-indiċi storiku tal-Borża tal-Ungerija, b’valur tal-għeluq ta’ 24 561,80 fit-2 ta’ Mejju 2006 u b’valur tal-għeluq ta’ 26 869,01 fit-2 ta’ Mejju 2016 (data mniżżla minn https://www.bet.hu/oldalak/piac_most), jidher li jsostni dawn id-dubji.
(68) Skont l-istudju ta’ Moody’s (2009), it-tħabbira ta’ proġett ta’ kostruzzjoni ta’ impjant tal-enerġija nukleari minn kumpanniji tal-ġenerazzjoni fl-Amerika timplika tnaqqis medju fil-grad ta’ 4 gradi. Min-naħa tiegħu, Damodaran fid-databases tiegħu jagħti stima li differenza fil-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ 4 gradi, eż. A3 u Ba1, issarraf fi primjum tar-riskju tal-ekwità totali ta’ 2,0 % (database ta’ Damodaran, valuri tal-verżjoni ta’ Lulju 2016).
(69) Id-daqs tat-tali riskju hu mnaqqas għal Paks II peress li din għandha biss skopertura limitata għar-riskju tal-kostruzzjoni.
(70) CAPM tfisser (“Capital Asset Pricing Model”, il-Mudell tal-Ipprezzar tal-Assi Kapitali), il-Mudell Finanzjarju standard biex jiġi stmat ir-redditu mistenni ta’ assi, ara http://www.investopedia.com/terms/c/capm.asp.
(71) Il-Kummissjoni ħarset lejn ir-rati tal-bonds tal-Gvern iddenominati f’EUR u f’USD ukoll, iżda dawn il-bonds tal-Gvern kellhom durata iqsar u l-aħħar data tal-ħruġ kienu Mejju 2011 għal bonds iddenominati f’EUR u Marzu 2014 għal bonds iddenominati f’USD. Fi żminijiet b’tant varjazzjoni fir-rata tal-bonds tal-Gvern, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tinkludix dawn il-bonds fl-analiżi. Barra minn hekk, l-inklużjoni tagħhom kienet iżżid il-valur stmat tad-WACC, u b’hekk l-esklużjoni tagħhom mill-analiżi hi għażla konservattiva.
(72) Għal ċifri rilevanti għal Diċembru 2014, ara t-tikketti Risk Premiums for Other Markets > 1/14 fuq is-sit web http://people.stern.nyu.edu/adamodar/New_Home_Page/dataarchived.html. Għal ċifri rilevanti għal Frar 2017, ara t-tikketti Risk Premiums for Other Markets > Download fuq is-sit web http://pages.stern.nyu.edu/~adamodar/New_Home_Page/datacurrent.html. Id-databases ta’ Damodaran jintużaw u jiġu ċċitati spiss fil-prattika finanzjarja.
(73) Għall-2014, ara Fernandez, P., Linares P. u Acin, I. F., “Market Risk Premium used in 88 countries in 2014: a survey with 8,228 answers, 20 ta’ Ġunju 2014, disponibbli fuq http://www.valuewalk.com/wp-content/uploads/2015/07/SSRN-id2450452.pdf. Għall-2016, ara Fernandez, P., Ortiz, A. u Acin, I. F. “Market Risk Premium used in 71 countries in 2016: a survey with 6,932 answers”, 9 ta’ Mejju 2016, disponibbli fuq https://papers.ssrn.com/sol3/papers2.cfm?abstract_id=2776636&download=yes.
(74) Il-valuri beta l-oħra proposti mill-Ungerija fl-istudju tal-MEIP u fit-Tieni ittra ta’ kjarifika sussegwenti u l-valuri beta li jikkorrispondu għas-setturi tal-Utilitajiet, tar-Rinnovabbli u tal-Enerġija rispettivament fid-database ta’ Damodaran, ilkoll huma ikbar minn 1. Għaldaqstant, l-użu ta’ valur beta ta’ 0,92 hu għażla konservattiva peress li dan iwassal għal valur tad-WAVV inqas mill-valuri ogħla l-oħra tal-beta.
(75) Ara http://www.mnb.hu/statisztika/statisztikai-adatok-informaciok/adatok-idosorok, sekwenza “XI. Deviza, penz es tokepiac” > “Allampapir piaci referenciahozamok” għal dak imsemmi l-ewwel u https://www.quandl.com/data/WORLDBANK/HUN_FR_INR_RISK-Hungary-Risk-premium-on-lending-lending-rate-minus-treasury-bill-rate għal dak imsemmi l-aħħar. B’rabta mal-valur imsemmi l-ewwel, hi rakkomandata ċerta attenzjoni minħabba d-daqs żgħir tas-suq tal-bonds maħruġa minn kumpanniji tal-Ungerija. Id-data tirreferi għall-31 ta’ Diċembru 2014. Ma hemm ebda data oħra disponibbli għal perjodi iktar riċenti.
(76) Dawn il-figuri huma ogħla minn dawk idderivati mill-Ungerija l-iktar minħabba r-rata ogħla ħielsa mir-riskju u l-primjum ogħla tar-riskju tal-ekwità użat mill-Kummissjoni (l-għażliet tal-Ungerija huma kkritikati fil-premessa 208).
(77) Għal ċifri tad-WACC speċifiċi għall-pajjiżi għal Diċembru 2014, ara “Data” >“Archived data” > “Cost of capital by industry” > “Europe” > “1/14” fuq http://pages.stern.nyu.edu/~adamodar/. Għal ċifri tad-WACC speċifiċi għall-pajjiżi għal Frar 2017, ara t-tikketti “Data” >“Current data” > “Cost of capital by industry” > “Europe” fuq http://pages.stern.nyu.edu/~adamodar/. Għall-figuri tal-primjum tar-riskju, ara n-nota f’qiegħ il-paġna 72. Irid jiġi nnotat ukoll li din id-database hi parti minn database globali u li din tinkludi pajjiżi Ewropej (ittikkettati bħala l-Ewropa tal-Punent, “Western Europe”). Madankollu, il-pajjiżi huma raggruppati ulterjorment u l-Ungerija hi parti iminn subgrupp imsejjaħ “Developed Europe” – ara l-worksheet “Europe” jew “Industries sorted global” fil-fajl Excel http://www.stern.nyu.edu/~adamodar/pc/datasets/indname.xls.
(78) L-Ungerija żviluppat ukoll analiżi ta’ parametraġġ referenzjarju qasira bbażata fuq id-data ta’ Domodaran fit-Tieni ittra ta’ kjarifika (fl-Appendiċi 2 tagħha). Madankollu, dik l-analiżi mhix rilevanti peress li hi bbażata fuq informazzjoni posterjuri biex tissostanzja deċiżjoni ta’ investiment meħuda fl-2014.
(79) Iċ-ċifri f’dawn it-tabelli huma aġġustati bl-applikazzjoni tar-rata tat-taxxa fuq il-kumpanniji tal-Ungerija ta’ 19 % għad-dejn.
(80) Data dwar is-settur “Ekoloġiċi u Rinnovabbli” ma kinitx disponibbli għad-database tal-2014. Fl-2016, dan is-settur kellu WACC ogħla mill-medja taż-żewġ setturi l-oħra inklużi, xi ħaġa li tindika li l-inklużjoni tiegħu kienet iżżid il-valur tal-istima tad-WACC tal-2014 li kieku kien disponibbli.
(81) Ara n-nota 68 f’qiegħ il-paġna.
(82) Iċ-ċifri f’din it-tabella jużaw valuri beta meħuda mid-database tad-WACC fil-livell industrijali ta’ Damodaran.
(83) F’dan il-każ tittieħed medja sempliċi, minflok medja ponderata li tuża n-numru ta’ ditti inklużi f’kull segment, peress li l-enfasi hi fuq is-segmenti indikaturi u mhux fuq ditti indikaturi. It-teħid ta’ medja ponderata ma jkunx jagħmel differenza għall-2016, filwaqt li jwassal għal valuri ftit ogħla għall-2014, xi ħaġa li timplika valuri ogħla tad-WACC. Għaldaqstant, l-għażla ta’ medja sempliċi minflok ponderata hi konservattiva fil-kuntest attwali.
(84) Element importanti tal-istima hu li Damodaran jiddefinixxi l-primjum tar-riskju tal-ekwità għal pajjiż bħala s-somma ta’ primjum tas-suq matur u primjum tar-riskju tal-pajjiż addizzjonali, fuq il-bażi tal-firxa predefinita tal-pajjiż u bi skalar għat-tkabbir (b’1,5 fl-2014 u b’1,39 fl-2016) biex jiġi rifless ir-riskju ikbar tal-ekwità fis-suq. Għal iktar dettalji, ara l-worksheet “Explanation and FAQ” tad-database tal-primjums tar-riskju tal-ekwità speċifiċi għall-pajjiżi ta’ Damodaran, disponibbli fuq http://www.stern.nyu.edu/~adamodar/pc/datasets/ctryprem.xls.
(85) Kun af li l-primjum tar-riskju tal-ekwità żejjed speċifiku għall-Ungerija kkalkolat fil-punt ii se jkollu bżonn jiġi mmoltiplikat bil-valuri beta ppreżentati fit-Tabella 8: biex jiġi inkorporat fil-kost tal-ekwità dderivat fil-punt (iii).
(*6) Il-formula tad-WACC tuża l-kost wara t-taxxa tad-dejn.
(86) Barra minn hekk, il-limitu inferjuri ta’ 9,15 % għall-2014 aktarx li jkollu bżonn jiġi aġġustat ’il fuq jekk id-data dwar “Ekoloġiċi u rinnovabbli” kienet disponibbli għall-2014.
(87) Id-data li fiha nħarġet il-previżjoni tal-prezz IEA tal-2014.
(88) Il-Kurva D hi kkunsidrata informazzjoni kunfidenzjali/sigriet kummerċjali.
(89) Il-Gvern Ungeriż ma pprovda ebda dettall dwar ir-rati tal-kambju użati. Il-valur applikat ta’ 0,9 jista’ jitnaqqas mill-Mudell Finanzjarju. Ir-rata tal-kambju medja fix-xahar kienet ta’ 0,89 għal Settembru 2015. Dan il-valur tar-rata tal-kambju EUR/USD (flimkien mal-valuri l-oħra użati f’dan id-dokument) ittieħed mis-sit web tal-BĊE fuq http://sdw.ecb.europa.eu/quickview.do;jsessionid=B13D3D3075AF28A4265A4DF53BE1ABC0?SERIES_KEY=120.EXR.D.USD.EUR.SP00.A&start=01-07-2014&end=15-11-2016&trans=MF&submitOptions.x=46&submitOptions.y=5.
(90) Minħabba l-varjazzjoni kbira fir-rata tal-kambju EUR? USD, il-Kummissjoni għażlet rata tal-kambju medja tul it-3 xhur ta’ qabel id-data tad-deċiżjoni ta’ investiment tad-9 ta’ Diċembru 2014 li tinkludi wkoll il-pubblikazzjoni tal-IEA WEO (2014). Inkella, wieħed jista’ juża r-rati tal-kambji medji annwali. Ir-rata tal-kambju medja annwali qabel Diċembru 2014 kienet ta’ 0,75, li tkun twassal għal valur tal-IRR ftit inqas, u tagħmel l-għażla ta’ rata tal-kambju medja fuq 3 xhur minflok din għażla konservattiva għall-analiżi attwali.
(91) Ara http://www.worldenergyoutlook.org/publications/weo-2016/.
(92) Ara ċ-ċifri tal-prezzijiet tal-elettriku bl-ingrossa fit-Tabella 6.13 fil-paġna 267 tal-IEA WEO 2016.
(93) Mill-ġdid, ir-rata tal-kambju medja annwali rilevanti hi ta’ 0,89 għal dan il-każ, u b’hekk l-għażla ta’ rata tal-kambju medja fuq 3 xhur hi waħda iktar konservattiva għall-analiżi attwali.
(94) Il-kurva D hi kkunsidrata informazzjoni kunfidenzjali/sigriet kummerċjali.
(95) Aġġustamenti simili ’l isfel fil-previżjonijiet tal-prezz tal-elettriku bejn l-2014 u l-2015 saru wkoll min-National Grid tar-Renju Unit – Ara, pereżempju, il-paġna 46 tat-2014 UK Future Energy Scenarios min-National Grid tar-Renju Unit, disponibbli fuq http://www2.nationalgrid.com/UK/Industry-information/Future-of-Energy/FES/Documents-archive/ u l-paġna 36 tat-2015 UK Future Energy Scenarios min-National Grid tar-Renju Unit, disponibbli fuq http://www2.nationalgrid.com/UK/Industry-information/Future-of-Energy/FES/Documents-archive/, li jiddenotaw tnaqqis ta’ 12 % għall-previżjonijiet tal-prezz tal-elettriku tul il-perjodu ta’ previżjoni 2016-2035. Ma nstab ebda tqabbil bħal dan għad-data tal-BMWi.
(96) Fl-analiżi kwantitattiva tagħha, il-Kummissjoni taċċetta s-suppożizzjonijiet li għamlet l-Ungerija dwar il-prezzijiet tal-elettriku li jiżdiedu sal-2040 u jibqgħu kostanti wara. Din hi għażla konservattiva. Inkella, wieħed jista’ jibni xenarji ta’ previżjoni tal-prezz b’kunsiderazzjoni iktar espliċita tal-iskjerament fuq skala kbira tar-rinnovabbli fuq il-prezzijiet tal-bejgħ bl-ingrossa, meta l-prezzijiet baxxi kif esperjenzati bħalissa jkunu n-norma bi prezzijiet ta’ skarsezza għoljin iżda dipendenti fuq it-temp. Tali xenarju jkun jirriżulta fi prezzijiet futuri li huma qrib il-prezzijiet attwali, li jimplikaw redditu fuq l-investiment inferjuri minn dawk ikkunsidrati b’mod espliċitu fit-taqsimiet sussegwenti.
(97) Ara l-Premessa 128 għal definizzjoni tax-“Xenarju tal-Politiki Ġodda”.
(98) Ara l-Premessa 128 u n-nota 53 f’qiegħ il-paġna: Ix-Xenarju tal-Politiki Attwali jieħu f’kunsiderazzjoni biss politiki approvati biss ftit xhuur qabel ma l-pubblikazzjoni ġiet stampata. Ix-Xenarju 450 jiddeskrivi passaġġ lejn l-għan tal-klima ta’ 2 oC li jista’ jinkiseb permezz tat-teknoloġiji li huma kważi disponibbli fuq skala kummerċjali. Finalment, ix-Xenarju tal-Prezz Baxx taż-Żejt jesplora l-implikazzjonijiet ta’ prezzijiet baxxi sostnuti (li jiġu minn prezzijiet orħos taż-żejt) fuq is-sistema tal-enerġija.
(99) Il-Kummissjoni m’għamlitx tali analiżi kwantitattiva komprensiva minħabba n-nuqqas ta’ data rilevanti ta’ kwalità għolja. Minkejja dan, jista’ jiġi osservat li l-kurva tal-prezz li tikkorrispondi għax-Xenarju tal-Prezz Baxx taż-Żejt tkun twassal għal valur tal-IRR sostanzjalment inqas mill-kurva tal-prezz li tikkorrispondi għax-Xenarju tal-Politiki Ġodda.
(100) Ara t-Taqsima 2.3.
(*7) Il-fattur tat-tagħbija hu kkunsidrat bħala sigriet kummerċjali u hu sostitwit minn medda wiesgħa tal-fattur tat-tagħbija.
(101) Ara p. 25 tad-WNISR2015.
(102) Ara p. 350 tal-IEA WEO 2014.
(103) Ara http://www.world-nuclear-news.org/NN-Flamanville-EPR-timeTabella-and-costs-revised-0309154.html u http://www.theecologist.org/News/news_analysis/2859924/finland_cancels_olkiluoto_4_nuclear_reactor_is_the_epr_finished.html.
(104) Ara p. 66 tad-WNISR2015.
(105) Ara t-taqsima 6.3 tal-EIAS, disponibbli fuq http://www.mvmpaks2.hu/hu/Dokumentumtarolo/Simplified%20public%20summary.pdf
(*8) Iċ-ċifri fil-Mudell Finanzjarju huma kkunsidrati sigriet kummerċjali u huma sostitwiti minn meded usa’.
(106) Il-kostijiet tat-tali BDBAs faċilment jistgħu jaqbżu l-EUR 100 biljun u potenzjalment jilħqu valuri fid-daqs ta’ ħafna mijiet jew saħansitra eluf ta’ biljuni ta’ Euro (Ara.p. 20-24 ta’ “The true costs of nuclear power” minn Wiener Umwelt Anwaltshaft u Össterreichisce Ökologie Institute, disponibbli fuq http://wua-wien.at/images/stories/publikationen/true-costs-nucelar-power.pdf). B’BDBA li jseħħ kull 25 sena (1986 Chernobyl) u 2011 (Fukushima)) u bi kważi 400 reattur nukleari li joperaw madwar id-dinja, hemm probabilità ta’ 2 × (1/400) = 0,5 % li jseħħ BDBA f’wieħed miż-żewġ reatturi ta’ Paks II fl-ewwel 25 sena tal-operat tiegħu. Il-kost ta’ kopertura tal-assigurazzjoni għal ħsara bħal din tipikament tkun ferm ogħla mill-valur mistenni tal-ħsara assoċjata ma’ tali aċċident, jiġifieri iktar minn 0,5 % x EUR 100 bn = EUR 500 m (bit-teħid ta’ stima iktar konservattiva għall-valur tal-ħsara kkaġunata minn BDBA li jseħħ verament).
(107) L-istudju ta’ Felshmann jidentifika tali rinnovament qawwi għal Paks I. Filwaqt li l-Gvern Ungeriż jeskludi l-ħtieġa ta’ rinnovament simili għal Paks II, ir-raġunijiet għat-tali esklużjoni mhumiex ċari.
(108) Il-Kummissjoni m’għamlitx analiżi kwantitattiva dettaljata tal-impatt ta’ kwalunkwe tali devjazzjoni minħabba n-nuqqas ta’ data rilevanti ta’ kwalità għolja. Minflok, parti mill-informazzjoni ppreżentata fil-premessa 239 intużat biex timmotiva l-analiżi tas-sensittività li hi l-bażi tad-determinazzjoni tal-IRR tal-proġett (ara l-premessi 245 u 246 fit-taqsima li jmiss).
(109) Ara p. 33 tad-WNISR2015.
(110) Ara p. 58-60 tad-WNISR2015.
(111) L-IEA WEO 2014 tinnota wkoll li disinni li qatt ma saru bħalhom jistgħu jieħdu ferm iktar biex jinbnew u jinvolvu kostijiet ferm ogħla minn disinni iktar maturi minħabba n-nuqqas ta’ esperjenza u ta’ tagħlim – ara p. 366.
(112) Għad-dewmien għall-impjant Olkiluoto-3, ara http://www.world-nuclear-news.org/C-Olkiluoto-EPR-supplier-revises-compensation-claim-1002164.html. Għad-dewmien għall-impjant ta’ Flamanville, ara http://www.world-nuclear-news.org/NN-Flamanville-EPR-timeTabella-and-costs-revised-0309154.html.
(113) Ara p. 64 tad-WNISR2015.
(114) Ara http://www.world-nuclear.org/information-library/country-profiles/countries-o-s/russia-nuclear-power.aspx.
(115) Ara p. 63 tad-WNISR 2015 kif ukoll l-artikli fl-istampa. http://www.osw.waw.pl/en/publikacje/analyses/2013-06-12/russia-freezes-construction-nuclear-power-plant-kaliningrad u http://www.bsrrw.org/nuclear-plants/kaliningrad/ .
(116) Fil-fatt, l-Ungerija stess qed tistenna dewmien (Ara l-premessa (99)).
(117) Din hi analiżi tas-sensittività iktar robusta minn dawk inklużi mill-Ungerija fil-Mudell Finanzjarju (ara l-premessa 177) peress li dik tħares lejn l-imaptt tad-WACC u l-IRR tat-tibdiliet f’varjabbli sottostanti wieħed biss. Minflok, l-analiżi ta’ Monte Carlo tippermetti l-identifikazzjoni tal-impatt tat-tibdiliet fil-valur ta’ iktar minn varjabbli sottostanti wieħed.
(118) Dawn id-devjazzjonijiet ġew idderivati minn distribuzzjonijiet normali bil-medjana daqs il-valuri bażali inklużi fil-Mudell Finanzjarju u d-devjazzjoni standard daqs id-devjazzjonijiet inklużi fl-analiżi tas-sensittività fil-Mudell Finanzjarju – 95 % tal-valuri dderivati minn dawn id-distribuzzjonijiet normali jaqgħu fi ħdan distanza ta’ darbtejn mid-devjazzjoni standard magħżula tad-distribuzzjoni. Il-pari tad-devjazzjoni standard medjana magħżula kienu dawn li ġejjin: (i) inflazzjoni ([0 – 2] %*; 0,25 %), (ii) ir-rati tal-kambju (HUF/EUR) [300 – 310]*; 10 %), (iii) sensittività tal-prezz (kull kurva individwali; EUR 2,5/MWh) u (iv) ħajja tal-impjant (60; 5). Għad-diversi elementi perjodiċi ta’ kost, (i) il-kostijiet operazzjonali, (ii) il-kostijiet tal-fjuwil, (iii) in-nefqa kapitali tal-manutenzjoni u (iv) il-kostijiet tad-dekummissjonar u tal-immaniġġjar tal-iskart, intgħażlet devjazzjoni standard ta’ 10 % mill-valur perjodiku rispettiv.
* |
F’din in-nota f’qiegħ il-paġna, il-metodi magħżula fil-Mudell Finanzjarju huma kkunsidrati sigriet kummerċjali u huma sostitwiti mill-medda usa’. |
(**) Il-valur bażali u l-użu tal-kapaċità huma kkunsidrati sigriet kummerċjali u huma sostitwiti minn meded usa’.
(119) Peress li r-rata tal-linja bażi tal-perjodu ta’ qtugħ hi żgħira, ta’ [5 – 10]*** %, id-devjazzjonijiet ’il fuq, jiġifieri rati ikbar ta’ perjodi ta’ qtugħ, jistgħu jkunu potenzjalment ogħla mid-devjazzjonijiet ’l isfel, jiġifieri rati iżgħar ta’ perjodi ta’ qtugħ. Intgħażlet distribuzzjoni triangolari b’punt ta’ tmiem ta’ 5 % u 12 % (korrispondenti għal fatturi tat-tagħbija ta’ 88 % u ta’ 95 %) u punt massimu ċentrali ta’ [5 – 10]*** % (il-valur bażali).
*** |
F’din in-nota f’qiegħ il-paġna, il-valur bażali hu kkunsidrat bħala sigriet kummerċjali u hu sostitwit minn medda usa’. |
(120) Irid jiġi nnotat li ma ġiet supponuta ebda korrelazzjoni matul dawn il-provi bejn id-diversi varjabbli.
(121) Għaż-żewġ snin, il-valuri tal-IRR stmati mill-Kummissjoni huma inqas minn dawk sottomessi mill-Ungerija l-iktar minħabba l-previżjonijiet tal-prezz futur inferjuri u wkoll minħabba analiżi tas-sensittività iktar ġenerali (ara l-premessa 246).
(122) Barra minn hekk, tali dewmien ikun ferm probabbilment akkoppjat ma’ kostijiet ikbar milli ppjanati. B’mod partikolari, il-kostijiet ikbar milli ppjanati jistgħu jiġġarrbu mminkejja n-natura turnkey bi prezz fiss tal-kuntratt tal-EPC għal żewġ raġunijiet: (i) il-prezz fiss jirreferi biss għall-kostijiet tal-fornituri iżda mhux għall-kostijiet tas-sidien, u (ii) jekk il-fornitur jikkontesta kemm uħud mill-eskalazzjonijiet tal-kostijiet huma r-responsabbiltà tiegħu, tilwima legali possibbli ċertament li żżid il-kostijiet tal-proġett.
(123) Iċ-ċifri ta’ EUR/MWh ġew idderivati bl-applikazzjoni tar-rata tal-kambju medja fix-xahar EUR/USD ta’ 0,9 għal Awwissu 2015 (ix-xahar tal-pubblikazzjoni tal-OECD/IEA/NEA) għaċ-ċifri ta’ USD/MWh fil-pubblikazzjoni.
(*9) Il-fattur tat-tagħbija hu kkunsidrat bħala sigriet kummerċjali u hu sostitwit minn medda wiesgħa tal-fattur tat-tagħbija.
(124) Dawn l-aġġustamenti fil-valur tal-LCOE jistgħu jinkisbu bil-moltiplikazzjoni ta’ kull terminu fid-denominatur tal-formula tal-LCOE LCOE=(Sommat(Kostijiett × (1 + r) – t))/(Sommat(MWht × (1 + r) – t)) (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 32) bi 93/85.
(125) Il-previżjoni tal-prezz ta’ EUR 73/MWh hi miksuba bil-moltiplikazzjoni tal-valur tal-prezz tal-elettriku bl-ingrossa ta’ EUR 81/MWh għall-2040 fil-Figura 8.11 fil-p. 327 tal-IEA WEO 2015 bir-rata tal-kambju medja fix-xahar EUR/USD taż-0,9 għal Settembru-Novembru 2015, id-data tal-pubblikazzjoni tal-IEA WEO 2015. B’mod simili, il-previżjoni tal-prezz ta’ EUR 68/MWh hi miksuba bil-moltiplikazzjoni tal-valur tal-prezz tal-elettriku bl-ingrossa ta’ EUR 75/MWh għall-2040 fil-Figura 6.13 fil-p. 267 tal-IEA WEO 2016 bir-rata tal-kambju medja fix-xahar EUR/USD taż-0,9 għal Settembru-Novembru 2016, id-data tal-pubblikazzjoni tal-IEA WEO 2016.
(126) Wieħed irid iqis ukoll li d-distribuzzjoni tal-valuri tad-WACC ferm probabbli mhix uniformi fil-medda indikata. Minflok, hu iktar probabbli li tkun iċċentrata madwar il-punt nofsani tal-intervall, jiġifieri hu iktar probabbli t-teħid ta’ valuri qrib il-punt nofsani tal-medda u hu inqas probabbli t-teħid ta’ valuri eqreb il-punti ta’ tmiem tal-medda, filwaqt li jiġi indikat li t-trikkib bejn iċ-ċifri tal-IRR u ċ-ċifri tad-WACC hu saħansitra iżgħar minn dawk issuġġeriti miċ-ċifri fl-aħħar ringiela tat-Tabella 13.
(127) Irid jiġi nnotat ukoll li dan it-trikkib ġie kkomputat għal finijiet statistiċi biss. Investitur ta’ ekonomija tas-suq tipikament iqabbel il-valuri ċentrali (jew il-meded) tal-intervalli tad-WACC u tal-IRR. Ir-raġuni għal dan hu li t-trikkib taż-żewġ meded ikopri kundizzjonijiet pjuttost estremi meta l-IRR tkun għolja u fl-istess ħin id-WACC ikun baxx. Peress li ż-żewġ miżuri huma konnessi mal-istess kundizzjonijiet tas-suq u l-istess proġett partikolari, jiġifieri Paks II, dawn għandhom tendenza li jimxu flimkien (jiġifieri jiġi rrealizzat valur għoli tal-IRR fi ħdan il-medda tal-IRR li hu ferm probabbli li jikkoinċidi ma’ valur għoli tad-WACC fi ħdan il-medda tad-WACC), u potenzjalment jeliminaw ir-realizzazzjoni simultanja ta’ valur baxx tad-WACC flimkien ma’ valur għoli tal-IRR.
(128) Dawn l-istimi ta’ dan il-VPN huma konservattivi peress li dawn ma jikkunsidrawx l-impatt ta’ ċerti tipi ta’ dewmien [ara l-premessi 99, 246 u 0] u l-fatturi elenkati fil-premessi 239 u 258 li jistgħu sostanzjalment iżidu l-kostijiet jew inaqqsu d-dħul futur u, għalhekk, dawn aktarx li jissottovalutaw b’mod sostanzjali t-telf eventwali. Kwalunkwe devjazzjoni fuq dawn il-fatturi tkompli żżid it-telf nett tal-proġett.
(129) QtĠ, “Castelnou Energía vs Il-Kummissjoni Ewropea”, T-57/11, ECLI:EU:T:2014:1021, il-punti 181-184.
(130) Ara l-paragrafu 8 tal-Att LXXXVI tal-2007 dwar l-Att tal-Elettriku.
(131) Protokoll Nru 2 għat-Trattat ta’ Lisbona.
(132) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/407/KE tat-22 ta’ Settembru 2004 dwar l-għajnuna mill-Istat li r-Renju Unit qiegħed jippjana li jimplimenta għal British Energy plc (ĠU L 142, 6.6.2005,p. 26) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/658 tat-8 ta’ Ottubru 2014 dwar il-miżura ta’ għajnuna SA.34947 (2013/C) (ex 2013/N) li r-Renju Unit qed jippjana li jimplimenta bħala Appoġġ għall-Impjant tal-Enerġija Nukleari Hinkley Point C (ĠU L 109, 28.4.2015, p. 44).
(133) A magyar villamosenergia-rendszer közép- és hosszú távú forrásoldali kapacitásfejlesztése (L-iżvilupp fit-terminu medj u fit-tul tal-assi tal-ġenerazzjoni tas-sistema tal-elettriku tal-Ungerija): https://www.mavir.hu/documents/10258/15461/Forr%C3%A1selemz%C3%A9s_2016.pdf/462e9f51-cd6b-45be-b673-6f6afea6f84a (Mavir, 2016).
(134) Mankala hu mudell kummerċjali użat ħafna fis-settur tal-elettriku tal-Finlandja, li bih kumpannija b’responsabbiltà limitata titmexxa bħal kooperattiva mingħajr profitt għall-benefiċċju tal-azzjonisti tagħha. Disponibbli fuq: http://www.ben.ee/public/Tuumakonverentsi%20ettekanded%202009/Peter%20S.%20Treialt%20-%20Mankala%20principles.pdf, aċċessat fis-26 ta’ Ottubru 2015.
(135) Fir-rigward tar-Repubblika Ċeka, ara: http://www.world-nuclear.org/info/country-profiles/countries-a-f/czech-republic/, aċċessat fis-26 ta’ Ottubru 2015, fir-rigward tal-Litwanja ara: http://www.world-nuclear.org/info/Country-Profiles/Countries-G-N/Lithuania/, aċċessat fis-26 ta’ Ottubru 2015, fir-rigward tal-Bulgarija ara: http://www.world-nuclear.org/info/Country-Profiles/Countries-A-F/Bulgaria/, aċċessat fil-21 ta’ Ġunju 2016.
(136) Fir-rigward tar-Rumanija ara: http://economie.hotnews.ro/stiri-companii-20436128-nuclearelectrica-solicita-actionarilor-aprobarea-memorandumului-intelegere-care-semna-companie-chineza-pentru-construirea-unitatilor-3-4-cernavoda.htm, aċċessat fil-21 ta’ Ġunju 2016.
(137) Studju mit-2 ta’ Novembru 2015, li għadu mhuwiex ippubblikat, p. 35.
(138) Studju mit-2 ta’ Novembru 2015, li għadu mhuwiex ippubblikat, p. 35.
(139) SA.34947 (2013/C) (ex 2013/N) – Ir-Renju Unit – Appoġġ għall-Impjant tal-Enerġija Nukleari Hinkley Point C.
(140) Studju mit-2 ta’ Novembru 2015, li għadu mhuwiex ippubblikat, p. 37.
(141) Studju mit-2 ta’ Novembru 2015, li għadu mhuwiex ippubblikat, p. 38.
(142) Studju mit-2 ta’ Novembru 2015, li għadu mhuwiex ippubblikat, p. 39.
(143) Studju mit-2 ta’ Novembru 2015, li għadu mhuwiex ippubblikat, p. 60.
(144) Moody’s Investor Service, Nuclear Generation’s Effect on Credit Quality, disponibbli fuq: https://www.oecd-nea.org/ndd/workshops/wpne/presentations/docs/2_2_LUND_OECD_Sept%2019_Lund_Moodys_Nuclear_Generations_effect_on_Credit_Quality.pdf, aċċessat fit-13 ta’ Lulju 2016.
(145) Ara l-premessa 20.
(146) http://ec.europa.eu/clima/policies/strategies/2020/index_mt.htm
(147) Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).
(148) http://ec.europa.eu/clima/policies/strategies/2030/index_mt.htm
(149) Il-kostijiet varjabbli ta’ unità li tiġġenera l-elettriku huma dawk li tipikament jiddeterminaw il-prezz finali ta’ unità waħda ta’ elettriku ġġenerat.
(150) Rapport lill-Kummissjoni skont SA.47331 (2017/X) skont ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1)).
(151) Avviż ġuriżdizzjonali konsolidat tal-Kummissjoni taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU C 95, 16.4.2008, p. 1).
1.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 317/119 |
DEĊIŻJONI DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2113
tal-11 ta’ Settembru 2017
li temenda l-Anness V tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-provi ta’ kwalifiki formali u t-titoli tal-korsijiet tat-taħriġ
(notifikata bid-dokument C(2017) 6054)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21a(4) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Anness V tad-Direttiva 2005/36/KE fih lista tal-provi ta’ kwalifiki formali tat-tobba tal-mediċina, tal-infermiera responsabbli mill-kura ġenerali, tad-dentisti, tal-kirurgi veterinarji, tal-qwiebel, tal-ispiżjara u tal-periti. |
(2) |
Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2016/790 (2) aġġornat l-Anness V tad-Direttiva 2005/36/KE wara n-notifiki mill-Istati Membri ta’ emendi fid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi tagħhom dwar il-ħruġ ta’ provi ta’ kwalifiki formali inkwistjoni. Minn mindu ġiet adottata dik id-Deċiżjoni, diversi Stati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar emendi oħra ta’ dan it-tip. Il-Kummissjoni tqis li d-dispożizzjonijiet emendati huma f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu III tat-Titolu III tad-Direttiva. Għaldaqsant, l-Anness V tad-Direttiva jenħtieġ li jiġi aġġornat. |
(3) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, il-punti rilevanti kollha tal-Anness V tad-Direttiva 2005/36/KE dwar l-evidenza ta’ kwalifiki formali u titoli ta’ korsijiet ta’ taħriġ jenħtieġ li jiġu sostitwiti. |
(4) |
Għaldaqstant, id-Direttiva 2005/36/KE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness V tad-Direttiva 2005/36/KE jiġi emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Elżbieta BIEŃKOWSKA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
(2) Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2016/790 tat-13 ta’ Jannar 2016 li temenda l-Anness V tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-provi ta’ kwalifiki formali u t-titoli tal-korsijiet tat-taħriġ (ĠU L 134, 24.5.2016, p. 135)
ANNESS
L-Anness V tad-Direttiva 2005/36/KE huwa emendat kif ġej:
1. |
Il-punti 5.1.1 sa 5.1.4 jinbidlu b’dan li ġej: “5.1.1. Provi ta’ kwalifiki formali f’taħriġ mediku bażiku
5.1.2. Prova ta’ kwalifiki formali ta’ tobba speċjalizzati
5.1.3. Titoli ta’ korsijiet ta’ taħriġ fil-mediċina speċjalizzata
5.1.4. Provi ta’ kwalifiki formali ta’ tobba fil-mediċina ġenerali
|
2. |
Il-punt 5.2.2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “5.2.2. Prova ta’ kwalifiki formali ta’ infermiera responsabbli mill-kura ġenerali
|
3. |
Il-punti 5.3.2 u 5.3.3 ġew sostitwiti b’dan li ġej: “5.3.2. Provi ta’ kwalifiki formali bażiċi ta’ tobba dentisti
5.3.3. Provi ta’ kwalifiki formali ta’ dentisti speċjalizzati
|
4. |
Il-punt 5.4.2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “5.4.2. Prova ta’ kwalifiki formali ta’ kirurgi veterinarji
|
5. |
Il-punt 5.5.2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “5.5.2 Prova ta’ kwalifiki formali ta’ qwiebel
|
6. |
Il-punt 5.6.2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “5.6.2. Prova ta’ kwalifiki formali ta’ spiżjara
|
7. |
Il-punt 5.7.1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “5.7.1. Prova ta’ kwalifiki formali ta’ periti rikonoxxuti skont l-Artikolu 46
|
(1) Sal-2012.
(2) Mill-2013.
(3) Sal-1 ta’ Ottubru 2017, il-prova ta’ kwalifiki formali jenħtieġ li tkun akkumpanjata wkoll minn ċertifikat ta’ tlestija ta’ apprendistat postgradwatorju (‘staż podyplomowy’).
(4) Mill-2011.
(5) Minn Jannar 2013.
(6) Minn Ġunju 2015.
(7) Minn Frar 2015.
(8) Mill-1991/1992.
(9) Minn Ġunju 2015.
(10) Minn Lulju 2011.
(11) Minn Ġunju 2015.
(12) Minn Mejju 2006.
(13) Minn Ġunju 2015.
(14) Mit-3 ta’ Novembru 2015.
(15) Minn Settembru 2008.
(16) Minn Mejju 2015.
(17) Mill-2006.
(18) Mill-2012.
(19) Minn Ġunju 2015.
(20) Minn Ġunju 2015.
(21) Data tat-tħassir fis-sens tal-Artikolu 27(3): it-30 ta’ Diċembru 1994.
(22) Sal-2012.
(23) Data tat-tħassir fis-sens tal-Artikolu 27(3): l-4 ta’ April 2000.
(24) Minn Mejju 2006.
(25) Minn Ġunju 2015.
(26) Data tat-tħassir fis-sens tal-Artikolu 27(3): it-3 ta’ Ġunju 2015.
(27) Data tat-tħassir fis-sens tal-Artikolu 27(3): it-30 ta’ Diċembru 1994.
(28) Minn Mejju 2015.
(29) Data tat-tħassir fis-sens tal-Artikolu 27(3): l-1 ta’ Jannar 1983.
(30) Minn Ġunju 2015.
(31) Data tat-tħassir fis-sens tal-Artikolu 27(3): l-14 ta’ Ġunju 2017.
(32) Data tat-tħassir fis-sens tal-Artikolu 27(3): l-1 ta’ Jannar 1983.
(33) Sal-14 ta’ Settembru 2010.
(34) Minn Ottubru 2009.
(35) Minn Ġunju 2015.
(36) Minn Ottubru 2009.
(37) Minn Ottubru 2009.
(38) Minn Frar 2015.
(39) Minn Settembru 2008.
(40) L-1 ta’ Awwissu 1987 ħlief għal persuni li jkunu bdew it-taħriġ qabel dik id-data
(41) Il-31 ta’ Diċembru 1971
(42) Il-31 ta’ Ottubru 1999
(43) Ma għadhiex tingħata prova ta’ kwalifiki għal taħriġ li beda wara l-5 ta’ Marzu 1982
(44) Id-9 ta’ Lulju 1984
(45) Il-31 ta’ Marzu 2004.
(46) L-1 ta’ Frar 1984
(47) It-3 ta’ Diċembru 1971
(48) Il-31 ta’ Ottubru 1993
(49) Ma għadhiex tingħata prova ta’ kwalifiki għal taħriġ li beda wara l-5 ta’ Marzu 1982
(50) It-8 ta’ Lulju 1984
(51) Il-31 ta’ Marzu 2004
(52) L-1 ta’ Jannar 1991.
(53) Minn Ġunju 2015.
(54) Minn Ottubru 2009.
(55) Minn Mejju 2015.
(56) Minn Ġunju 2015.
(57) Minn Frar 2015.
(58) Data tat-tħassir fis-sens tal-Artikolu 27(3): it-8 ta’ Diċembru 2016.
(59) Minn Ġunju 2015.
(60) Minn Frar 2015.
(61) Minn Settembru 2008.
(62) Minn Lulju 2017.
(63) Data tat-tħassir fis-sens tal-Artikolu 27(3): it-12 ta’ Awwissu 1996.
(64) Minn Settembru 2008.
(65) it-30 ta’ Settembru 2007
(66) It-28 ta’ Frar 2013.
(67) Data tat-tħassir fis-sens tal-Artikolu 27(3): il-31 ta’ Diċembru 1994.
(68) Minn Ġunju 2015.
(69) Data tat-tħassir fis-sens tal-Artikolu 27(3): it-3 ta’ Ġunju 2015.
(70) Data tat-tħassir fis-sens tal-Artikolu 27(3): l-1 ta’ Jannar 1983.
(71) Mis-17 ta’ Frar 2006.
(72) Data tat-tħassir fis-sens tal-Artikolu 27(3): it-3 ta’ Ġunju 2015.
(73) Mill-21 ta’ Novembru 2003.
(74) Taħriġ li jwassal għall-għotja ta’ prova ta’ kwalifiki formali bħala speċjalista tas-snien, kirurġija orali u tal-għadam tal-wiċċ (taħriġ mediku u tas-snien bażiku) jassumi t-temma u l-validità ta’ studji mediċi bażiċi (Artikolu 24) u wkoll it-temma u l-validità ta’ studji tas-snien bażiċi (Artikolu 34).
(75) Mill-2006.
(76) Mill-10 ta’ Lulju 2014.
(77) Mill-2009.
(78) Minn Jannar 2013.”
(79) Din il-prova ta’ kwalifika formali tintitola lid-detentur għal rikonoxximent awtomatiku meta tinħareġ lil ċittadini ta’ Stati Membri li jkunu kisbu l-kwalifika fl-Irlanda.
(80) Din l-informazzjoni dwar il-prova ta’ kwalifiki ġiet inkluża biex jiġi żgurat li l-gradwati mħarrġa fl-Irlanda jkunu intitolati għal rikonoxximent awtomatiku mingħajr il-ħtieġa għal reġistrazzjoni attwali fl-Irlanda; din ir-reġistrazzjoni mhijiex parti mill-proċess ta’ kwalifika.
(81) Din l-informazzjoni dwar il-prova ta’ kwalifiki tissostitwixxi entrati preċedenti għar-Renju Unit sabiex jiġi żgurat li l-gradwati mħarrġa fir-Renju Unit ikunu intitolati għal rikonoxximent awtomatiku tal-kwalifiki tagħhom mingħajr il-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni attwali; din ir-reġistrazzjoni mhijiex parti mill-proċess ta’ kwalifika.
(82) Valida sal-2001.
(83) Mill-2001/2002.”
(84) Sal-2012.
(85) Mill-2013.
(86) Sal-1 ta’ Ottubru 2016, il-prova ta’ kwalifiki formali jenħtieġ li tkun akkumpanjata wkoll minn ċertifikat ta’ tlestija ta’ apprendistat postgradwatorju (‘staż podyplomowy’).
(87) Mill-1 ta’ Ottubru 2011.
(88) Mill-1 ta’ Settembru 2017.
(89) Valida sat-22 ta’ Novembru 2006.
(90) Mit-23 ta’ Novembru 2006.
(91) Valida sal-10 ta’ April 2008.
(92) Mill-11 ta’ April 2008.
(93) Mill-10 ta’ Jannar 2011.
(94) Mill-1 ta’ Ottubru 2011.
(95) Mill-1 ta’ Ottubru 2012.”
(96) Din il-prova ta’ kwalifika formali tintitola lid-detentur għal rikonoxximent awtomatiku meta tinħareġ lil ċittadini ta’ Stati Membri li jkunu kisbu l-kwalifika fl-Irlanda.
(97) Din l-informazzjoni dwar il-prova ta’ kwalifiki ġiet inkluża biex jiġi żgurat li l-gradwati mħarrġa fl-Irlanda jkunu intitolati għal rikonoxximent awtomatiku mingħajr il-ħtieġa għal reġistrazzjoni attwali fl-Irlanda; din ir-reġistrazzjoni mhijiex parti mill-proċess ta’ kwalifika.
(98) Din l-informazzjoni dwar il-prova ta’ kwalifiki ġiet inkluża biex jiġi żgurat li l-gradwati mħarrġa fir-Renju Unit ikunu intitolati għal rikonoxximent awtomatiku tal-kwalifiki tagħhom mingħajr il-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni attwali; din ir-reġistrazzjoni mhijiex parti mill-proċess ta’ kwalifika.
(99) Valida sal-2001.
(100) Mill-2001/2002.”
(101) Din il-prova ta’ kwalifika formali tintitola lid-detentur għal rikonoxximent awtomatiku meta tinħareġ lil ċittadini ta’ Stati Membri li jkunu kisbu l-kwalifika fl-Irlanda.
(102) Din l-informazzjoni dwar il-prova ta’ kwalifiki ġiet inkluża biex jiġi żgurat li l-gradwati mħarrġa fl-Irlanda jkunu intitolati għal rikonoxximent awtomatiku mingħajr il-ħtieġa għal reġistrazzjoni attwali fl-Irlanda. F’każijiet bħal dawn, iċ-ċertifikat li jakkumpanja huwa xhieda tat-tlestija tar-rekwiżiti kollha ta’ kwalifiki.
(103) Din il-prova ta’ kwalifika formali tintitola lid-detenturi għal rikonoxximent awtomatiku tal-kwalifika tagħhom meta tinħareġ liċ-ċittadini ta’ Stati Membri li jkunu kisbu kwalifika fir-Renju Unit.
(104) Din l-informazzjoni dwar il-prova ta’ kwalifiki ġiet inkluża biex jiġi żgurat li l-gradwati mħarrġa fir-Renju Unit ikunu intitolati għal rikonoxximent awtomatiku tal-kwalifiki tagħhom mingħajr il-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni attwali. F’każijiet bħal dawn, iċ-ċertifikat li jakkumpanja huwa xhieda tat-tlestija tar-rekwiżiti kollha ta’ kwalifiki.
(105) Mill-10 ta’ Jannar 2011.”
(106) Iż-żewġ denominazzjonijiet ‘Università degli studi di (l-isem tal-belt)’ u ‘Università di (l-isem tal-belt)’ huma termini ekwivalenti li jidentifikaw l-istess Università”.
(107) Minn Ottubru 2016 id-denominazzjoni nbidlet għal ‘Università degli Studi della Campania “Luigi Vanvitelli”’.”