ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 261

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
11 ta' Ottubru 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1836 tal-10 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1837 tat-28 ta' Settembru 2017 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' denominazzjoni reġistrata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Pera dell'Emilia Romagna (IĠP))

16

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1838 tal-10 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

17

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1839 tad-9 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/426/UE dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta' pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta' dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE (notifikata bid-dokument C(2017) 6672)  ( 1 )

22

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1840 tad-9 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2008/866/KE, dwar miżuri ta' emerġenza li jissospendu importazzjonijiet mill-Perù ta' ċerti molluski bivalvi maħsuba għall-konsum mill-bniedem, fir-rigward tal-perjodu tal-applikazzjoni tagħha (notifikata bid-dokument C(2017) 6719)  ( 1 )

24

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1841 tal-10 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2017) 6886)  ( 1 )

26

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea ( ĠU L 6, 11.1.2017 )

31

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

11.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 261/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/1836

tal-10 ta' Ottubru 2017

li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (2) jagħti effett għal miżuri previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

Fil-11 ta' Settembru 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) adotta r-Riżoluzzjoni 2375 (2017) (“UNSCR”) li fiha jesprimi t-tħassib l-aktar serju għat-test nukleari tat-2 ta' Settembru 2017 mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK). Il-KSNU afferma mill-ġdid li l-proliferazzjoni ta' armi nukleari, kimiċi u bijoloġiċi tikkostitwixxi theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, u impona miżuri ġodda kontra r-RDPK. Dawn il-miżuri jkomplu jsaħħu l-miżuri restrittivi imposti mill-UNSCRs 1718 (2006), 1874(2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017) u 2371(2017) tal-KSNU (UNSCRs).

(3)

Il-KSNU impona projbizzjonijiet ġodda fejn jidħlu l-importazzjonijiet ta', fost affarijiet oħrajn, tessili mir-RDPK, l-esportazzjonijiet ta' prodotti petrolifiċi lejn ir-RDPK, impriżi konġunti u fis-settur marittimu.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1838 (3) emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 sabiex tagħti effett lill-miżuri l-ġodda imposti bil-UNSCR 2375(2017).

(5)

Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3(2), is-seba' subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Il-Parti VII tal-Anness II għandha tinkludi l-prodotti, materjali, apparat, oġġetti u teknoloġija ddeżinjati konnessi mal-armi konvenzjonali, skont il-paragrafu 5 tal-UNSCR 2371 (2017).”;

(2)

fl-Artikolu 3(2), jiddaħħal it-test li ġej wara s-seba' subparagrafu:

“Il-Parti VIII tal-Anness II għandha tinkludi l-prodotti, materjali, apparat, oġġetti u teknoloġija ddeżinjati konnessi mal-armi tal-qerda massiva, skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2375 (2017).

Il-Parti IX tal-Anness II għandha tinkludi l-prodotti, materjali, apparat, oġġetti u teknoloġija ddeżinjati konnessi mal-armi konvenzjonali, skont il-paragrafu 5 tal-UNSCR 2375 (2017).”;

(3)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 16c

Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b'mod dirett jew indirett, ta' kondensati u likwidi tal-gass naturali, kif elenkati fl-Anness XIc, lir-RDPK.

Artikolu 16d

Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b'mod dirett jew indirett, ta' kull prodott petrolifiku raffinat, kif elenkati fl-Anness XId, lir-RDPK.

Artikolu 16e

1.   B'deroga mill-Artikolu 16d, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw tranżazzjonijiet ta' prodotti petrolifiċi raffinati li jkun determinat li huma esklużivament għal skopijiet tal-għajxien taċ-ċittadini tar-RDPK, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

it-tranżazzjoni ma tkunx tinvolvi individwi jew entitajiet li huma assoċjati mal-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017), 2371 (2017) jew 2375 (2017), inklużi l-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Anness XIII, jew individwi jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li huma l-proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom, direttament jew indirettament, jew individwi jew entitajiet li jgħinu fl-evażjoni tas-sanzjonijiet;

(b)

it-tranżazzjoni ma tkunx relatata mal-ġenerazzjoni ta' introjtu għall-programmi nukleari jew tal-missili ballistiċi tar-RDPK jew ma' attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017), 2371 (2017) jew 2375 (2017);

(c)

il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma jkunx innotifika lill-Istati Membri li jkun intlaħaq 90 % tal-limitu aggregat annwali; u

(d)

l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bl-ammont tal-esportazzjoni u bl-informazzjoni lill-partijiet kollha fit-tranżazzjoni kull 30 jum.

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.

Artikolu 16f

Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b'mod dirett jew indirett, ta' żejt mhux raffinat, kif elenkati fl-Anness XIe, lir-RDPK.

Artikolu 16g

1.   B'deroga mill-Artikolu 16f, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw tranżazzjonijiet ta' żejt grezz wara li jkunu determinaw li t-transazzjonijiet aggregati annwali tal-Unjoni ma jaqbżux l-ammont mibjugħ, fornut, ittrasferit jew esportat fil-perijodu bejn il-11 ta' Settembru 2016 u l-10 ta' Settembru 2017.

2.   B'deroga mill-Artikolu 16f, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw tranżazzjonijiet ta' żejt grezz li jkun determinat li huma esklużivament għal skopijiet ta' għajxien, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

it-tranżazzjonijiet ma jkunux relatati mal-ġenerazzjoni ta' introjtu għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew ma' attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017), 2371 (2017) jew 2375 (2017); u

(b)

l-Istat Membru jkun kiseb l-approvazzjoni bil-quddiem mingħand il-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont il-każ individwali.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 16h

Għandhom ikunu pprojbiti l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment, direttament jew indirettament, mir-RDPK, ta' tessili, kif elenkati fl-Anness XIf, kemm jekk ikunu joriġinaw mir-RDPK kif ukoll jekk le.

Artikolu 16i

1.   B'deroga mill-Artikolu 16h, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment ta' tessili, sakemm l-Istat Membru jkun kiseb l-approvazzjoni bil-quddiem mingħand il-Kumitat tas-Sanzjonijiet, skont il-każ individwali.

2.   B'deroga mill-Artikolu 16h, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment ta' tessili sa mhux aktar tard mill-10 ta' Diċembru 2017, sakemm:

(a)

l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment ikun dovut bis-saħħa ta' kuntratt bil-miktub li jkun sar qabel il-11 ta' Settembru 2017; u

(b)

l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bid-dettalji ta' tali importazzjoni, xiri jew trasferiment mhux aktar tard mill-24 ta' Jannar 2018.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafi 1 u 2.”;

(4)

l-Artikolu 17(2)(a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

l-istabbiliment, iż-żamma jew l-operazzjoni ta' impriża konġunta jew ta' entità kooperattiva ma', jew it-teħid jew l-għoti ta' interessi titolari, inkluż l-akkwist b'mod sħiħ jew l-akkwist ta' ishma u titoli oħrajn ta' natura parteċipattiva fi, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmija fil-paragrafu 1;”;

(5)

fl-Artikolu 17, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Impriżi konġunti jew entitajiet kooperattivi eżistenti li ssir referenza għalihom fil-punt (a) tal-paragrafu 2 għandhom jingħalqu sad-9 ta' Jannar 2018, jew fi żmien 120 jum wara li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun irrfjuta talba għall-approvazzjoni.”;

(6)

l-Artikolu 17a huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 17a

1.   B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 17(2), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw tali attivitajiet, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw impriżi konġunti jew entitajiet korporattivi mhux kummerċjali, proġetti infrastrutturali ta' servizzi pubbliċi li ma jiġġenerawx profitt, sakemm l-Istat Membru jkun kiseb l-approvazzjoni bil-quddiem mingħand il-Kumitat tas-Sanzjonijiet, skont il-każ individwali.

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.”;

(7)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 17b

B'deroga mill-Artikolu 17(3), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw tali impriża konġunta jew entità kooperattiva biex tibqa' operattiva, sakemm l-Istat Membru jkun akkwista l-approvazzjoni minn qabel tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont il-każ individwali.”;

(8)

l-Artikolu 34(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-bastimenti kollha elenkati fl-Anness XIV għandhom jiġu maħtufa, jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet hekk jispeċifika.”;

(9)

l-Artikolu 34(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   L-Anness XIII għandu jinkludi l-persuni, l-entitajiet u l-korpi determinati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-KSNU skont il-paragrafu 8(d) tal-UNSCR 1718 (2006), u l-paragrafu 8 tal-UNSCR 2094 (2013).

L-Anness XIV għandu jinkludi l-bastimenti li jkunu ġew determinati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont il-paragrafu 12 tal-UNSCR 2321 (2016), u l-paragrafu 8 tal-UNSCR 2375 (2017).

L-Anness XV għandu jinkludi persuni, entitajiet u korpi mhux elenkati fl-Annessi XIII u XIV li, f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 27(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, jew kwalunkwe dispożizzjoni ekwivalenti sussegwenti, ikunu ġew identifikati mill-Kunsill bħala:

(a)

responsabbli minn, anki permezz ta' sostenn jew promozzjoni, programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, jew persuni, entitajiet jew korpi li jkunu qegħdin jaġixxu f'isimhom, jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew persuni, entitajiet jew korpi proprjetà tagħhom, jew ikkontrollati minnhom, inkluż permezz ta' meżżi illeċti;

(b)

li jipprovdu servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, matul jew mit-territorju tal-Unjoni, jew li jinvolvu ċittadini ta' Stati Membri jew entitajiet organizzati taħt il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew strumenti finanzjarji fit-territorju tal-Unjoni, ta' kwalunkwe assi finanzjarji jew ta' tip ieħor jew riżorsi li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda massiva, jew persuni, entitajiet jew korpi proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom; jew

(c)

li jkunu involti fi, inkluż permezz tal-għoti ta' servizzi finanzjarji, il-provvista lejn jew mir-RDPK ta' armamenti u materjal relatat ta' kull tip, jew ta' oġġetti, materjali, apparat, prodotti u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda massiva.”;

(10)

fl-Artikolu 39(1), il-punt (g) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(g)

li huwa elenkat taħt l-Anness XIV jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun speċifika hekk.”;

(11)

fl-Artikolu 40, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   B'deroga mill-projbizzjoni fl-Artikolu 39(1), meta dan ikun jikkonċerna bastiment fl-ambitu tal-punt (g), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw bastiment li jidħol fil-port jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina minn qabel li tali dħul huwa meħtieġ għal skopijiet umanitarji jew għal kwalunkwe skop ieħor konsistenti mal-objettivi tal-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017), 2371 (2017) jew2375 (2017).”;

(12)

l-Artikolu 43(d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

ir-reġistrazzjoni jew iż-żamma fuq ir-reġistru ta' kwalunkwe bastiment li huwa proprjetà, kkontrollat jew operat mir-RDPK jew minn ċittadini tar-RDPK, jew li jkun ġie dereġistrat minn Stat ieħor skont il-paragrafu 24 tal-UNSCR 2321 (2016) jew il-paragrafu 8 tal-UNSCR 2375 (2017); jew”;

(13)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 44a

Għandu jkun ipprojbit li jiġu ffaċilitati, jew li jsiru, trasferimenti minn vapur għall-ieħor, lejn jew minn kwalunkwe bastiment li jkun qiegħed iġorr il-bandiera tar-RDPK, ta' kwalunkwe oġġetti jew prodotti li jkunu qegħdin jinbiegħu, forniti, trasferiti jew esportati lejn jew mir-RDPK.”;

(14)

l-Artikolu 45 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 45

B'deroga mill-projbizzjonijiet li joħorġu mill-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2070 (2016), 2321 (2016), 2356 (2016), 2371 (2017) jew 2375 (2017), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw kwalunkwe attività jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina, skont il-każ individwali, li jkunu neċessarji sabiex jiffaċilitaw il-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi li jkunu qegħdin iwettqu attivitajiet ta' assistenza u ta' salvataġġ fir-RDPK għall-benefiċċju tal-popolazzjoni ċivili fir-RDPK jew għal xi skop ieħor konsistenti mal-objettivi ta' dawn ir-riżoluzzjonijiet.”;

(15)

fl-Artikolu 46, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

temenda l-Partijiet II, III, IV, V, VI, VII, VIII u IX of Annex II and Annexes VI, VII, IX, X, XI, Xia, XIb, XIc, XId, XIe and XIf abbażi ta' determinazzjonijiet li jkunu saru jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-KSNU u li jiġu aġġornati l-kodiċi tan-nomenklatura min-Nomenklatura Magħquda kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87;”;

(16)

l-Anness II jiġi emendat f'konformità mal-Anness I għal dan ir-Regolament;

(17)

l-Anness V jiġi emendat f'konformità mal-Anness II għal dan ir-Regolament;

(18)

l-Anness XIa jiġi emendat f'konformità mal-Anness III għal dan ir-Regolament;

(19)

l-Anness XIb jiġi emendat f'konformità mal-Anness IV għal dan ir-Regolament.

(20)

l-Anness XIc jiddaħħal f'konformità mal-Anness V għal dan ir-Regolament;

(21)

l-Anness XId jiddaħħal f'konformità mal-Anness VI għal dan ir-Regolament;

(22)

l-Anness XIe jiddaħħal f'konformità mal-Anness VII għal dan ir-Regolament;

(23)

l-Anness XIf jiddaħħal f'konformità mal-Anness VIII għal dan ir-Regolament;

(24)

l-Anness XIV huwa sostitwit bl-Anness IX għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TÕNISTE


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1838 tal-10 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ara l-paġna 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

1.

Il-Parti VII tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa sostitwit kif ġej:

“PARTI VII

Prodotti, materjali, apparat, oġġetti u teknoloġija ddeżinjati konnessi mal-armi konvenzjonali, skont il-paragrafu 5 tal-UNSCR 2371 (2017).”;

2.

il-partijiet li ġejjin jiżdiedu mal-Anness II għar-Regolament (UE) 2017/1509:

“PARTI VIII

Prodotti, materjali, apparat, oġġetti u teknoloġija ddeżinjati konnessi mal-armi tal-qerda massiva, skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2375 (2017).

PARTI IX

Prodotti, materjali, apparat, oġġetti u teknoloġija ddeżinjati konnessi mal-armi konvenzjonali, skont il-paragrafu 5 tal-UNSCR 2375 (2017).”


ANNESS II

Fl-Anness V għar-Regolament (UE) 2017/1509, l-entrata għal “2704 00 10” hija sostitwita b'dan li ġej:

“2704

Kokk u semi-kokk tal-faħam, ta' lignite jew tal-pit, mgħaqqad jew le; karbonju tal-istorta”


ANNESS III

Fl-Anness XIa għar-Regolament (UE) 2017/1509, l-entrata għal “ex 1902 20 30” titħassar.


ANNESS IV

Fl-Anness XIb għar-Regolament (UE) 2017/1509, il-kliem “Ċomb u ċomb mhux maħdum imsemmija fl-Artikolu 16c” huwa sostitwiti bi “Ċomb u ċomb mhux maħdum msemmija fl-Artikolu 16b”.


ANNEX V

ANNESS XIc

Kondensati u likwidi tal-gass naturali li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 16c

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendati b'leġiżlazzjoni sussegwenti.

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

2709 00 10

Kondensati ta' gass naturali

2711 11

Gass naturali likwifikat


ANNESS VI

ANNESS XId

Prodotti petrolifiċi raffinati li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 16d

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendati bil-leġiżlazzjoni sussegwenti.

 

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

 

2707

Żjut u prodotti oħrajn mid-distillazzjoni ta' qatran tal-faħam f'temperatura għolja; prodotti simili li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż dak kostitwenti mhux aromatiċi

 

2710

Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, ħlief dawk mhux raffinati; preparazzjonijiet li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra, li fihom 70 % jew aktar tal-piż żjut minerali (petroleum) jew żjut miksubin minn minerali bituminużi, meta dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet; żjut għar-rimi

 

2711

Gassijiet minerali (petroleum) u idrokarbonji oħrajn bil-gass

 

 

Vażelina; xema' bajda (tal-parafina), xema' taż-żejt minerali (petroleum) mikrokristallina, xema' slack, ożoċerita, xema' lignite, xema' tal-pit, xemgħat oħrajn minerali, u prodotti simili miksubin b'sintesi jew bi proċessi oħrajn, ikkuluriti jew le

 

2712 10

Vażelina

 

2712 20

Xema' bajda (tal-parafina) li fiha anqas minn 0,75 % żejt bil-piż

Ex

2712 90

Oħrajn barra vażelina u xema' bajda (tal-parafina) li fiha anqas minn 0,75 % żejt bil-piż

 

2713

Kokk taż-żejt minerali (petroleum), qatran taż-żejt minerali (petroleum) u fdalijiet oħrajn ta' żjut minerali (petroleum) jew ta' żjut miksubin minn minerali bituminużi

Ex

2714

Qatran u asfalt, naturali; “shale” tal-qatran jew taż-żejt u ramel taż-żift; asfaltiti u blat asfaltiku

Ex

2715

Taħlitiet bituminużi bbażati fuq asfalt naturali, fuq qatran naturali, fuq qatran ta' żejt minerali (petroleum), fuq żift minerali jew fuq qatran (tar pitch) minerali (per eżempju, gomom/siment bituminużi, “cut-backs”)

 

 

Preparazzjonijiet għal lubrikar (inklużi preparazzjonijiet ta' żejt għal qtugħ, preparazzjonijiet biex jerħu boltijiet u skorfini, preparazzjonijiet kontra s-sadid jew kontra l-korrużjoni u preparazzjonijiet li jerħu l-moffa, ibbażati fuq lubrikanti) u preparazzjonijiet ta' tip użati għat-trattament biż-żejt jew bil-grass ta' materjali tessili, ġlud, ferijiet jew materjali oħrajn, iżda esklużi preparazzjonijiet li fihom, bħala kostitwenti bażiċi, 70 % jew aktar bil-piż ta' żjut minerali (petroleum) jew ta' żjut miksubin minn minerali bituminużi

 

 

Li fihom żjut minerali (petroleum) jew żjut miksubin minn minerali bituminużi

 

3403 11

– –

Preparazzjonijiet għat-trattament ta' materjali tessili, ġlud, ferijiet u materjali oħrajn

 

3403 19

– –

Oħrajn barra preparazzjonijiet għat-trattament ta' materjali tessili, ġlud, ferijiet u materjali oħrajn

 

 

Oħrajn barra dawk li fihom żjut minerali (petroleum) jew żjut miksubin minn minerali bituminużi

Ex

3403 91

– –

Preparations for the treatment of textile materials, leather, furskins or other materials

Ex

3403 99

– –

Oħrajn barra preparazzjonijiet għat-trattament ta' materjali tessili, ġlud, ferijiet u materjali oħrajn

 

 

– – – – –

Prodotti jew preparazzjonijiet kimiċi, komposti predominentement minn compounds organiċi, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra

Ex

3824 99 92

– – – – – –

Fil-forma ta likwidu f'20 °C

Ex

3824 99 93

– – – – – –

Oħrajn

Ex

3824 99 96

– – – – –

Oħrajn

 

 

Bijodiżil jew taħlit tiegħu, li ma jkunx fih jew ikun fih anqas minn 70 % skont il-piż ta' żejt (petroleum) jew żjut li jinkisbu minn minerali bituminużi

 

3826 00 10

Esteri mono-alkali ta' aċti xaħmin li fihom 96,5 % jew aktar bil-volum ta' esteri (FAMAE)

 

3826 00 90

Oħrajn


ANNEX VII

ANNESS XIe

Żejt grezz li ssir referenza għalih fl-Artikolu 16f

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendati bil-leġiżlazzjoni sussegwenti.

 

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

 

2709 00 90

Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, mhux raffinati, barra minn kondensati tal-gass naturali


ANNESS VIII

ANNESS XIf

Tessili li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 16h

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendati bil-leġiżlazzjoni sussegwenti.

Kapitolu

Deskrizzjoni

50

Ħarir

51

Suf, xagħar fin jew aħrax ta' annimali; ħjut u drapp minsuġ minn krin

52

Qoton

53

Fibri oħrajn ta' tessuti veġetali; ħajt tal-karta u drappijiet minsuġin tal-ħajt tal-karta

54

Filamenti magħmulin mill-bniedem; strixxi u oġġetti simili ta' materjali tessili magħmulin mill-bniedem

55

Fibri magħmulin mill-bniedem ta' qisien ta' qosor predeterminat (staple)

56

Wadding, feltru u materjali mhux minsuġin; ħjut speċjali; spag, ċwiemi, ħbula u kejbils u oġġetti magħmulin minnhom

57

Twapet u kisi tal-art ieħor ta' tessuti

58

Drappijiet minsuġin speċjali; drappijiet ta' tessuti bil-bżiebeż bizzilla; tapizzeriji; aċċessorji; rakkmu

59

Drappijiet tessili mimlijin, miksijin, mgħottijin jew illaminati; oġġetti tat-tessuti tat-tip addattat għall-użu industrijali:

60

Drappijiet maħdumin bil-labar (knitted) jew bil-ganċ (crocheted)

61

Oġġetti ta' lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, maħdumin bil-labar (knitted) jew bil-ganċ (crocheted):

62

Oġġetti ta' lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

63

Oġġetti oħra manufatturati ta' tessuti; settijiet; ħwejjeġ li jintlibsu u oġġetti ta' tessuti li jintlibsu; ċraret


ANNESS IX

Fl-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509, l-kliem “Il-bastimenti msemmija fl-Artikolu 34(2) u l-punt (g) tal-Artikolu 39(1)” huma sostitwiti bil-kliem “Il-bastimenti msemmija fl-Artikolu 34(2) u l-punt (g) tal-Artikolu 39(1) u l-miżuri applikabbli kif speċifikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet”.


11.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 261/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1837

tat-28 ta' Settembru 2017

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' denominazzjoni reġistrata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Pera dell'Emilia Romagna (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformita mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Pera dell'Emilia Romagna”, reġistrata bis-saħħa tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 515/2009 (3).

(2)

L-emenda konċernata mhix minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u għalhekk il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda, bis-saħħa tal-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4).

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna d-denominazzjoni “Pera dell'Emilia Romagna” (IĠP), hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta' Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92. (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 515/2009 tas-17 ta' Ġunju 2009 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pera dell'Emilia Romagna (IĠP)] (ĠU L 155, 18.6.2009, p. 5).

(4)  Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU C 191, 16.6.2017, p. 34).


DEĊIŻJONIJIET

11.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 261/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1838

tal-10 ta' Ottubru 2017

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

Fil-11 ta' Settembru 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) adotta r-Riżoluzzjoni 2375 (2017) (“UNSCR 2375 (2017)”), li fiha jesprimi t-tħassib l-aktar serju kemm dwar it-test nukleari mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (“RDPK”) fit-2 ta' Settembru 2017 kif ukoll dwar il-periklu għall-paċi u l-istabbiltà tar-reġjun u lil hinn minnu minħabba l-attivitajiet nukleari u b'rabta mal-missili ballistiċi kontinwi tar-RDPK. Il-KSNU ddetermina wkoll li għadha teżisti theddida ċara għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali.

(3)

Il-UNSCR 2375 (2017) testendi wkoll il-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' ċerti prodotti lejn u mir-RDPK u r-restrizzjonijiet fuq l-investiment fir-RDPK.

(4)

Il-UNSCR 2375 (2017) tipprojbixxi wkoll il-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet ta' xogħol għaċ-ċittadini tar-RDPK fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri.

(5)

Il-UNSCR 2375 (2017) tipprevedi wkoll interdizzjoni marittima msaħħa fuq il-bastimenti tal-merkanzija.

(6)

Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri f'din id-Deċiżjoni.

(7)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1(1), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

l-oġġetti, il-materjali, it-tagħmir, il-prodotti u t-teknoloġija kollha kif determinati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat stabbilit bis-saħħa tal-paragrafu 12 tal-UNSCR 1718 (2006) (“il-Kumitat tas-Sanzjonijiet”) f'konformità mal-paragrafu 8(a)(ii) tal-UNSCR 1718 (2006), il-paragrafu 5(b) tal-UNSCR 2087 (2013), il-paragrafu 20 tal-UNSCR 2094 (2013), il-paragrafu 25 tal-UNSCR 2270 (2016) u l-paragrafu 4 tal-UNSCR 2375 (2017), li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva;”;

(2)

fl-Artikolu 1(1), il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(i)

kwalunkwe oġġett ieħor elenkat fil-lista ta' armi konvenzjonali b'użu doppju adottata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bis-saħħa tal-paragrafu 7 tal-UNSCR 2321 (2016) u l-paragrafu 5 tal-UNSCR 2375 (2017).”;

(3)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 6c

1.   L-akkwist ta' tessuti (inkluż iżda mhux limitat għal materjali u prodotti tal-ħwejjeġ parzjalment jew totalment lesti) mir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew ta' inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandu jkun ipprojbit, irrispettivament minn jekk dawn joriġinawx mit-territorju tar-RDPK.

2.   Il-paragrafu 1 m'għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ta l-approvazzjoni minn qabel skont il-każ.

3.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-importazzjonijiet ta' tessuti (inkluż iżda mhux limitat għal materjali u prodotti tal-ħwejjeġ parzjalment jew totalment lesti) li għalihom ġew iffinalizzati kuntratti bil-miktub qabel il-11 ta' Settembru 2017, sal-10 ta' Diċembru 2017, dment li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiġi avżat sal-24 ta' Jannar 2018 bid-dettalji dwar dawk l-importazzjonijiet.”;

(4)

l-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 9

1.   L-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment mir-RDPK ta' prodotti petrolifiċi għandhom ikunu pprojbiti.

2.   Għandu jkun ipprojbit il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment dirett jew indirett lejn ir-RDPK, miċ-ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, u irrispettivament minn jekk dawn joriġinawx mit-territorji tagħhom, tal-prodotti petrolifiċi raffinati kollha.

3.   Il-paragrafu 2 m'għandux japplika fir-rigward tal-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment dirett jew indirett lejn ir-RDPK, miċ-ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, u irrispettivament minn jekk dawn joriġinawx mit-territorji tagħhom, tal-prodotti petrolifiċi raffinati kollha li jammontaw sa 500 000 bettija tul perijodu inizjali ta' tliet xhur li jibda fl-1 ta' Ottubru 2017 u li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017, u prodotti petrolifiċi raffinati li jammontaw sa 2 000 000 bettija fis-sena tul perijodu ta' 12-il xahar li jibda mill-1 ta' Jannar 2018 u kull sena wara dak, dment li:

(a)

l-Istat Membru għandu javża lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet kull 30 jum bl-ammont ta' tali forniment, bejgħ jew trasferiment lejn ir-RDPK ta' prodotti petrolifiċi raffinati flimkien ma' informazzjoni dwar il-partijiet kollha fit-tranżazzjoni; u

(b)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' prodotti petrolifiċi raffinati ma jkun jinvolvi ebda individwu jew entità li tkun assoċjata mal-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew attivitajiet oħra pprojbiti mill-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017), 2371 (2017) jew 2375 (2017), inkluż individwi jew entitajiet iddeżinjati, jew individwi jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jkunu proprjetà tagħhom jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minnhom jew individwi jew entitajiet li jassistu fl-evażjoni tas-sanzjonijiet; u

(c)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' prodotti petrolifiċi raffinati jkun esklużivament għal finijiet ta' għajxien ta' ċittadini tar-RDPK u ma jkunx relatat mal-ġenerazzjoni ta' introjtu għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew għal attivitajiet oħra pprojbiti mill-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017), 2371 (2017) jew 2375 (2017).

4.   L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu.”;

(5)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 9b

1.   Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment lejn ir-RDPK minn Stat Membru fi kwalunkwe perijodu ta' 12-il xahar wara l-11 ta' Settembru 2017 ta' ammont ta' żejt mhux raffinat li jaqbeż l-ammont li l-Istat Membru jkun forna, bejgħ jew ittrasferixxa fil-perijodu ta' 12-il xahar qabel din id-data għandu jkun ipprojbit.

2.   Il-paragrafu 1 m'għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun approva minn qabel skont il-każ li konsenja ta' żejt mhux raffinat tkun esklużivament għal finijiet ta' għajxien ta' ċittadini tar-RDPK u ma tkunx relatata mal-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew ma' tkunx relatata ma' attivitajiet oħra pprojbiti mill-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017), 2371 (2017) jew 2375 (2017).

3.   L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu.”;

(6)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 9c

Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment dirett jew indirett lejn ir-RDPK, minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, tal-kondensati u l-gassijiet naturali likwifikati kollha għandu jkun ipprojbit, irrispettivament minn jekk joriġinawx mit-territorji tal-Istati Membri. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu.”;

(7)

fl-Artikolu 11(2), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

il-ftuħ, manutenzjoni u l-operazzjoni tal-impriżi konġunti jew l-entitajiet kooperattivi kollha, kemm dawk ġodda kif ukoll dawk eżistenti, miċ-ċittadini tal-Istati Membri jew fit-territorji tal-Istati Membri ma' entitajiet jew individwi tar-RDPK, irrispettivament minn jekk jaġixxux għall-gvern tar-RDPK jew f'ismu;”;

(8)

fl-Artikolu 11, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“3.   Il-paragrafu 2, punt c, m'għandux japplika għall-impriżi konġunti jew l-entitajiet kooperattivi, b'mod partikolari dawk li huma proġetti infrastrutturali ta' servizzi pubbliċi mhux kummerċjali u li ma jiġġenerawx profitt, li ġew approvati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet minn qabel skont il-każ.

4.   L-Istati Membri għandhom jagħlqu kwalunkwe impriża konġunta jew entità kooperattiva bħal din eżistenti sa mhux aktar tard mid-9 ta' Jannar 2018 jekk tali impriża konġunta jew entità kooperattiva ma tkunx ġiet approvata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont il-każ. L-Istati Membri għandhom jagħlqu wkoll kwalunkwe impriża konġunta jew entità kooperattiva bħal din eżistenti fi żmien 120 ġurnata wara li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ċaħad talba għal approvazzjoni.”;

(9)

fl-Artikolu 16, il-paragrafu (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3)   L-Istati Membri għandhom jispezzjonaw il-bastimenti fl-ibħra internazzjonali, bil-kunsens tal-Istat tal-bandiera, jekk ikollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija ta' tali bastimenti tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita taħt din id-Deċiżjoni.

Jekk Stat Membru li jkun Stat tal-bandiera ma jagħtix kunsens għall-ispezzjoni fl-ibħra internazzjonali, huwa għandu jidderieġi l-bastiment biex jipproċedi għal port adatt u konvenjenti għall-ispezzjoni meħtieġa mill-awtoritajiet lokali skont il-paragrafu 18 tal-UNSCR 2270 (2016).

Meta l-Istat tal-bandiera la jagħti kunsens għall-ispezzjonijiet fl-ibħra internazzjonali u lanqas jidderieġi lill-bastiment biex jipproċedi għal port adatt u konvenjenti għall-ispezzjoni meħtieġa, jew jekk il-bastiment jirrifjuta li jikkonforma mal-istruzzjonijiet tal-Istat tal-bandiera biex jippermetti l-ispezzjoni fl-ibħra internazzjonali jew biex jipproċedi għal tali port, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw fil-pront rapport li jkun fih id-dettalji rilevanti fir-rigward tal-inċident, il-bastiment u l-Istat tal-bandiera lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.”;

(10)

l-Artikolu 16(6) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonfiskaw u jarmu, bħal bil-qerda, jew billi jagħmluhom inoperabbli jew li ma jistgħux jintużaw, jaħżnuhom, jew jittrasferuhom lejn Stat ieħor għajr l-Istat ta' oriġini jew ta' destinazzjoni għar-rimi, oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti mill-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2371 (2017) jew 2375 (2017) li jiġu identifikati fi spezzjonijiet, b'mod li hu konsistenti mal-obbligi tagħhom taħt id-dritt internazzjonali applikabbli.”;

(11)

fl-Artikolu 16, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“9.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu liċ-ċittadini tagħhom, il-persuni soġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom, l-entitajiet inkorporati fit-territorji tagħhom jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom, u l-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, milli jiffaċilitaw jew jinvolvu ruħhom fi trasferimenti bejn vapuri lejn jew minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-RDPK ta' kwalunkwe prodott jew oġġett li jkun qed jiġi fornut, mibjugħ jew trasferit lejn jew mir-RDPK.”;

(12)

l-Artikolu 18a huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 18a

1.   Stat Membru li jkun Stat tal-bandiera ta' bastiment iddeżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għandu, jekk dan ikun speċifikat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, ineħħi l-bandiera tiegħu mill-bastiment.

2.   Stat Membru li jkun l-Istat tal-bandiera ta' bastiment iddeżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għandu, jekk dan ikun speċifikat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, jidderieġi l-bastiment lejn port identifikat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, f'koordinazzjoni mal-Istat tal-port.

3.   Stat Membru li jkun l-Istat tal-bandiera ta' bastiment iddeżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għandu, jekk dan ikun speċifikat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, ineħħi l-bastiment mir-reġistru immedjatament.

4.   L-Istati Membri għandhom, jekk id-deżinjazzjoni mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tkun speċifikat hekk, jipprojbixxu milli bastiment jidħol fil-portijiet tagħhom, ħlief f'każ ta' emerġenza jew f'każ ta' ritorn fil-port ta' oriġini tiegħu, jew sakemm il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma jiddeterminax minn qabel li tali dħul ikun meħtieġ għal finijiet umanitarji jew għal kwalunkwe skop ieħor konsistenti mal-objettivi tal-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017) jew 2371 (2017).

5.   L-Istati Membri għandhom, jekk id-deżinjazzjoni mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tkun speċifikat hekk, iwasslu biex bastiment jiġi soġġett għal iffriżar tal-assi.

6.   L-Anness IV għandu jinkludi l-bastimenti msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu ddeżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'konformità mal-paragrafu 12 tal-UNSCR 2321 (2016), il-paragrafu 6 tal-UNSCR 2371 (2017) u l-paragrafi 6 u 8 tal-UNSCR 2375 (2017).”;

(13)

l-Artikolu 26a huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 26a

1.   L-Istati Membri m'għandhomx jipprovdu awtorizzazzjonijiet ta' xogħol liċ-ċittadini tar-RDPK fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom b'rabta mal-ammissjoni fit-territorji tagħhom.

2.   Il-paragrafu 1 m'għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet japprova minn qabel skont il-każ li l-impjieg ta' ċittadini tar-RDPK fil-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru jkun meħtieġ għall-għoti ta' għajnuna umanitarja, għad-denuklearizzazzjoni jew kwalunkwe għan ieħor konsistenti mal-objettivi tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017), 2371 (2017) jew 2375 (2017).

3.   Il-paragrafu 1 m'għandux japplika fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet ta' xogħol li għalihom ġew iffinalizzati kuntratti bil-miktub qabel il-11 ta' Settembru 2017.”;

(14)

L-Artikolu 32 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 32

Ebda pretensjoni f'rabta ma' kwalunkwe kuntratt jew tranżazzjoni li t-twettiq tagħhom kien ġie affettwat, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont l-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016) jew 2375 (2017), inklużi miżuri tal-Unjoni jew ta' kwalunkwe Stat Membru skont, kif meħtieġ minn jew b'konnessjoni ma', l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni koperta minn garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kwalunkwe forma, ma għandha tiġi sodisfatta, jekk issir minn:

(a)

persuni jew entitajiet iddeżinjati elenkati fl-Annessi I, II jew III;

(b)

kwalunkwe persuna jew entità oħra fir-RDPK, inkluż il-Gvern tar-RDPK, il-korpi, korporazzjonijiet u aġenziji pubbliċi tiegħu; jew

(c)

kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi permezz ta', jew f'isem, kwalunkwe waħda mill-persuni jew entitajiet imsemmija fil-punti (a) jew (b).”;

(15)

l-intestatura tal-Anness IV hija sostitwita b'dan li ġej:

“Lista ta' bastimenti msemmija fl-Artikolu 18a(6)”;

(16)

l-Anness VI jitħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TÕNISTE


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.


11.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 261/22


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1839

tad-9 ta' Ottubru 2017

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/426/UE dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta' pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta' dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE

(notifikata bid-dokument C(2017) 6672)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa infezzjoni li tittieħed ħafna u fatali tal-ħnieżer domestiċi u taċ-ċingjali, li kapaċi tinfirex malajr, l-aktar minn prodotti miksuba minn annimali infettati u oġġetti inanimati li jkunu kkontaminati.

(2)

Minħabba s-sitwazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fir-Russja u fil-Belarussja, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/426/UE (2), li tistabbilixxi miżuri li jipprevedu fost l-oħrajn it-tindif u d-diżinfezzjoni xierqa tal-“vetturi tal-bhejjem” wara li jkunu ttrasportaw annimali ħajjin u li jidħlu fl-Unjoni minn dawk iż-żewġ pajjiżi. L-istess miżuri ġew estiżi għall-Ukrajna bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1752 (3).

(3)

Wara notifiki riċenti ta' tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Moldova, il-miżuri eżistenti ta' tindif u diżinfezzjoni previsti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/426/UE għandhom jiġu estiżi wkoll għall-vetturi li jidħlu fl-Unjoni mill-Moldova.

(4)

Għaldaqstant, kif previst fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/426/UE, il-lista tal-pajjiżi terzi u tal-partijiet tat-territorju ta' pajjiżi terzi fejn il-preżenza tal-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer hija kkonfermata għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-fehma tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/426/UE, il-kelma “il-Moldova” tiddaħħal wara l-kelma “il-Belarussja”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/426/UE tal-5 ta' Awwissu 2013 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta' pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta' dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE (ĠU L 211, 7.8.2013, p. 5).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1752 tad-29 ta' Settembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/426/UE dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta' pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta' dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE (ĠU L 256, 1.10.2015, p. 17).


11.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 261/24


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1840

tad-9 ta' Ottubru 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2008/866/KE, dwar miżuri ta' emerġenza li jissospendu importazzjonijiet mill-Perù ta' ċerti molluski bivalvi maħsuba għall-konsum mill-bniedem, fir-rigward tal-perjodu tal-applikazzjoni tagħha

(notifikata bid-dokument C(2017) 6719)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(i) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali li b'mod ġenerali jirregolaw l-ikel u l-għalf, u b'mod partikolari jirregolaw is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali. Dan jistipula miżuri ta' emerġenza meta jkun evidenti li ikel jew għalf impurtat minn pajjiż terz huwa mistenni li jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u li tali riskju ma jistax jiġi kkontrollat b'mod sodisfaċenti permezz ta' miżuri meħuda mill-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/866/KE (2) ġiet adottata wara tifqigħa tal-Epatite A fil-bnedmin relatata mal-konsum ta' molluski bivalvi importati mill-Perù li kienu kkontaminati mill-vajrus tal-Epatite A. Dik id-Deċiżjoni, li tistabbilixxi miżuri ta' emerġenza li jissospendu l-importazzjonijiet mill-Perù ta' ċerti molluski bivalvi maħsuba għall-konsum mill-bniedem, inizjalment kellha tiġi applikata sal-31 ta' Marzu 2009.

(3)

L-Awtorità Kompetenti Peruvjana ntalbet tipprovdi garanziji sodisfaċenti biex tassigura li n-nuqqasijiet identifikati fir-rigward tas-sistema ta' monitoraġġ għad-detezzjoni tal-vajrus fil-molluski bivalvi ħajjin ġew ikkoreġuti. Sadanittant, il-miżuri ta' emerġenza kellhom jiġu estiżi sakemm ġiet ippruvata l-effettività tal-azzjonijiet korrettivi. Sal-lum, il-perjodu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ġie estiż diversi drabi, u l-aħħar darba ġie estiż sat-30 ta' Novembru 2017 permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2022 (3).

(4)

Sabiex jiġi vverifikat jekk l-aħħar garanziji mogħtija mill-awtorità kompetenti tal-Perù humiex effettivi u biżżejjed biex jitneħħew il-miżuri ta' emerġenza, ġie skedat awditu mis-Servizzi tal-Kummissjoni għal Mejju 2017. Madankollu, minħabba l-avvenimenti klimatiċi serji marbuta mal-fenomenu meteoroloġiku “el niño” li laqtu lill-Perù f'Marzu u f'April 2017, u minħabba l-impatt li dawn l-avvenimenti kellhom fuq il-produzzjoni tal-molluski bivalvi fil-Perù, l-awditu ġie pospost għal Settembru 2017.

(5)

Għaldaqstant, il-limitu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/866/KE jenħtieġ jiġi emendat kif xieraq. L-estensjoni tal-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/866/KE tista' tiġi rriveduta skont ir-riżultati tal-awditu tas-Servizzi tal-Kummissjoni.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2008/866/KE, id-data “it-30 ta' Novembru 2017” tinbidel bid-data “it-30 ta' Novembru 2018”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni 2008/866/KE tat-12 ta' Novembru 2008 dwar miżuri ta' emerġenza li jissospendu importazzjonijiet mill-Perù ta' ċerti molluski bivalvi maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 307, 18.11.2008, p. 9).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2022 tal-10 ta' Novembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2008/866/KE dwar miżuri ta' emerġenza li jissospendu importazzjonijiet mill-Perù ta' ċerti molluski bivalvi maħsuba għall-konsum mill-bniedem, fir-rigward tal-perjodu tal-applikazzjoni tagħha (ĠU L 295, 12.11.2015, p. 45).


11.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 261/26


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1841

tal-10 ta' Ottubru 2017

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2017) 6886)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 (3), kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1593 (4), ġiet adottata wara t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'għadd ta' Stati Membri (“l-Istati Membri kkonċernati”) u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (5).

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tipprevedi li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE jridu jinkludu minn tal-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, kif previst fl-Artikolu 29(1) u fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinżammu minn tal-inqas sad-dati stabbiliti fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għal dawk iż-żoni.

(4)

Skont is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja, Stat Membru kkonċernat jista' jistabbilixxi żoni ristretti oħra madwar iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza jew inkella li jmissu magħhom, skont l-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2005/94/KE.

(5)

Sabiex jissaħħaħ il-kontroll tal-mard, jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jistabbilixxu żoni ristretti oħra fit-territorju tagħhom meta l-inkjesta epidemjoloġika tkun identifikat riskju serju ta' tixrid tal-mard filwaqt li jqisu l-kriterji stipulati fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2005/94/KE li jinkludi, fost l-oħrajn, is-sitwazzjoni ġeografika, fejn jinsabu l-azjendi u kemm huma qrib ta' xulxin u n-numru stmat ta' tjur, skema taċ-ċaqliq tat-tjur u l-modi kif jiġu nnegozjati t-tjur, u l-faċilitajiet u l-persunal disponibbli għall-implimentazzjoni tal-kontroll ta' dawn iż-żoni.

(6)

Barra minn hekk, l-Artikolu 32 ta' dik id-Direttiva jistipula li l-awtorità kompetenti tista' tipprevedi li xi wħud mill-miżuri, jew kollha kemm huma, li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza jridu japplikaw fiż-żoni ristretti oħra.

(7)

Għal raġunijiet ta' ċarezza, u sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-partijiet ikkonċernati jinżammu aġġornati mal-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni, jenħtieġ li dawk iż-żoni ristretti oħra jkunu koperti wkoll bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 u jiġu elenkati fl-Anness tagħha. Jenħtieġ li dak l-Anness jistabbilixxi d-data għaż-żamma tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' protezzjoni fiż-żoni ristretti oħra, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja.

(8)

Jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jipprojbixxu d-dispaċċ ta' konsenji ta' tjur ħajjin, ta' flieles ta' ġurnata u ta' bajd għat-tfaqqis miż-żoni elenkati bħala żoni ristretti oħra fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 lejn Stati Membri oħra, għajr meta l-Istati Membri kkonċernati jawtorizzaw id-dispaċċ ta' konsenji bħal dawn taħt ċerti kundizzjonijiet speċifiċi.

(9)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 kif emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 (6) sabiex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għad-dispaċċ tal-konsenji ta' flieles ta' ġurnata miż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni filwaqt li jitqies ir-riskju baxx ta' tixrid tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja minn dan il-prodott bażiku. Jenħtieġ li kundizzjonijiet simili japplikaw ukoll għad-dispaċċ mill-Istat Membru kkonċernat ta' flieles ta' ġurnata minn żoni ristretti oħra kif elenkat fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 lejn Stati Membri oħra.

(10)

Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jitħallew jawtorizzaw id-dispaċċ ta' bajd għat-tfaqqis minn żoni ristretti oħra peress li huwa improbabbli li l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tiġi trażmessa lil tjur oħra, b'mod partikolari minħabba li s-superfiċe tagħhom trid tiġi ddiżinfettata qabel ma jsir id-dispaċċ lejn Stati Membri oħra u l-mafqas tal-oriġini u tad-destinazzjoni jridu jikkonformaw mar-regoli meħtieġa dwar l-iġjene stipulati fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE (7).

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi emendata sabiex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li bihom l-Istati Membri kkonċernati mid-dispaċċ ikunu jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ ta' flieles ta' ġurnata u ta' bajd għat-tfaqqis minn żoni ristretti oħra lejn Stati Membri oħra.

(12)

Jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġi emendat sabiex jinkludi l-Parti C il-ġdida li telenka ż-żoni ristretti oħra stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat, skont id-Direttiva 2005/94/KE u d-durata tar-restrizzjonijiet applikabbli fiż-żoni ristretti oħra.

(13)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/977 (8), sabiex id-data ta' applikazzjoni tagħha tiġi estiża sal-31 ta' Diċembru 2017.

(14)

Minħabba li kulma jmur qed jiżdied ir-riskju ta' okkorrenza staġjonali ta' dik il-marda fl-Unjoni, il-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni elenkati fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jistgħu jkomplu wara dik id-data fil-każ ta' tifqigħat ulterjuri fl-Unjoni. Għalhekk, huwa xieraq li l-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġi estiż sal-31 ta' Mejju 2018.

(15)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi emendata skont dan.

(16)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 hija emendata kif ġej:

(1)

Il-paragrafi li ġejjin jissostitwixxu t-tieni paragrafu tal-Artikolu 1:

“Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi wkoll fil-livell tal-Unjoni ż-żoni ristretti oħra li jridu jiġu stabbiliti fl-Istati Membri kkonċernati, kif imsemmi fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2005/94/KE, wara tifqigħa jew tifqigħat ta' influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja, u d-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati f'dawk iż-żoni ristretti oħra.

Din id-Deċiżjoni tistipula r-regoli dwar id-dispaċċ tal-konsenji ta' tjur ħajjin, ta' flieles ta' ġurnata u ta' bajd għat-tfaqqis mill-Istati Membri kkonċernati.”;

(2)

Fl-Artikolu 3a, jitħassar il-paragrafu 3;

(3)

L-Artikoli 3b, 3c u 3d li ġejjin jiddaħħlu wara l-Artikolu 3a:

“Artikolu 3b

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li:

(a)

iż-żoni ristretti oħra stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2005/94/KE, jinkludu minn tal-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ristretti oħra fil-Parti C tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

(b)

il-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ristretti oħra, kif stabbilit fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2005/94/KE, jinżammu minn tal-inqas sad-dati għaż-żoni ristretti oħra stabbiliti fil-Parti C tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3c

1.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprojbixxu d-dispaċċ tal-konsenji ta' tjur ħajjin, flieles ta' ġurnata u ta' bajd għat-tfaqqis miż-żoni elenkati bħala żoni ristretti oħra fil-Parti C tal-Anness lejn Stati Membri oħra, għajr meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat mid-dispaċċ jawtorizza, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin, it-trasport dirett ta' konsenji tal-prodotti bażiċi li ġejjin:

(a)

il-flieles ta' ġurnata li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a(1)(a) u (b);

(b)

il-bajd għat-tfaqqis li jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

joriġina minn tjur li jinżamm fi stabbilimenti approvati li jinsabu 'l barra miż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness;

(ii)

meta żjara klinika tat-tjur tagħti riżultat favorevoli fl-unitajiet kollha ta' produzzjoni tal-istabbilimenti approvati matul t-72 siegħa qabel id-dispaċċ tal-konsenja;

(iii)

il-bajd għat-tfaqqis, kif ukoll l-imballaġġ tiegħu, ikun ġie ddiżinfettat qabel id-dispaċċ skont l-istruzzjonijiet tal-veterinarju uffiċjali.

2.   It-trasport tal-konsenji ta' flieles ta' ġurnata u ta' bajd għat-tfaqqis msemmija fil-paragrafu (1) għandu jitwettaq mingħajr dewmien bla bżonn fil-vetturi, fil-kontenituri, fil-kaxxi, skont kif ikun xieraq, li jkunu tnaddfu u ġew ddiżinfettati skont l-istruzzjonijiet tal-veterinarju uffiċjali.

Artikolu 3d

L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li ċ-ċertifikati veterinarji previsti fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2009/158/KE, u stabbiliti fl-Anness IV tagħha, li jakkumpanjaw il-konsenji ta' flieles ta' ġurnata u ta' bajd għat-tfaqqis imsemmija fl-Artikoli 3a u 3c ta' din id-Deċiżjoni, fid-dispaċċ lejn Stati Membri oħra jinkludu din is-sentenza:

“Il-konsenja hija konformi mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247.”.”

(4)

Fl-Artikolu 5, id-data “31 ta' Diċembru 2017” tiġi ssostitwita bid-data “31 ta' Mejju 2018”.

(5)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1593 tal-20 ta' Settembru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 243, 21.9.2017, p. 14).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74).

(8)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/977 tat-8 ta' Ġunju 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 155).


ANNESS

Il-Parti C li ġejja tiżdied wara l-Parti B tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247:

“PARTI C

Stat Membru:

Żoni ristretti oħra fl-Istati Membri kkonċernati kif imsemmi fl-Artikolu 3b:

Stat Membru: żona li tinkludi:

Id-data sa meta l-miżuri jridu jibqgħu jkunu applikabbli skont l-Artikolu 3b

 

xx.xx.201x


Rettifika

11.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 261/31


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 6 tal-11 ta' Jannar 2017 )

F'paġna 44, fl-Artikolu 3, fl-aħħar sentenza:

minflok:

“Il-proċess relatat ma' dawn il-prinċipji u attivitajiet għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni.”

aqra:

“8.   Il-proċessi relatati mal-prinċipji u l-attivitajiet stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 7 għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 13.”

F'paġna 45, fl-Artikolu 5, fl-aħħar sentenza:

minflok:

“Il-proċessi relatati ma' dawn ir-responsabbiltajiet u l-attivitajiet għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni.”

aqra:

“8.   Il-proċessi relatati mar-responsabbiltajiet u l-attivitajiet stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 7 għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 13.”

F'paġna 45, fl-Artikolu 6, fil-punt(7):

minflok:

“(7)

jiżviluppa l-istandards u l-linji gwida għas-sigurtà tal-IT fir-rigward tal-Artikolu 6, b'kooperazzjoni mill-qrib mad- Direttorat Ġenerali għall-Informatika.”

aqra:

“(7)

jiżviluppa l-istandards u l-linji gwida għas-sigurtà tal-IT stabbiliti fil-punti (1) sa (6), b'kooperazzjoni mill-qrib mad- Direttorat Ġenerali għall-Informatika.”

F'paġna 45, fl-Artikolu 6, fl-aħħar sentenza:

minflok:

“Il-proċessi relatati ma' dawn ir-responsabbiltajiet u l-attivitajiet għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni.”

aqra:

“(8)

Il-proċessi relatati mar-responsabbiltajiet u l-attivitajiet stabbiliti fil-punti (1) sa (7) għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 13.”

F'paġna 46, fl-Artikolu 7, fl-aħħar sentenza:

minflok:

“Il-proċessi relatati u r-responsabbiltajiet aktar dettaljai għandhom jiġu definiti ulterjorment fir-regoli ta' implimentazzjoni.”

aqra:

“(15)

Il-proċessi relatati mar-responsabbiltajiet u l-attivitajiet stabbiliti fil-punti (1) sa (14) għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 13.”

F'paġna 46, fl-Artikolu 8, fl-aħħar sentenza:

minflok:

“Il-proċessi relatati ma' dawn ir-responsabbiltajiet u l-attivitajiet għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni.”

aqra:

“(11)

Il-proċessi relatati mar-responsabbiltajiet u l-attivitajiet stabbiliti fil-punti (1) sa (10) għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 13.”

F'paġna 47, fl-Artikolu 9(3), fit-tieni subparagrafu:

minflok:

“Il-proċessi relatati ma' dawn ir-responsabbiltajiet u l-attivitajiet għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni.”

aqra:

“4.   Il-proċessi relatati mar-responsabbiltajiet u l-attivitajiet stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3 għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 13.”

F'paġna 48, fl-Artikolu 10(3), fit-tieni subparagrafu:

minflok:

“Il-proċessi relatati ma' dawn ir-responsabbiltajiet u l-attivitajiet għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni.”

aqra:

“4.   Il-proċessi relatati mar-responsabbiltajiet u l-attivitajiet stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3 għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 13.”

F'paġna 48, fl-Artikolu 11:

minflok:

“Fir-rigward tas-sigurtà tal-IT, il-LISO għandu:

(a)

jidentifika b'mod proattiv u jinforma lis-sidien tas-sistema, lis-sidien tad-dejta u rwoli oħrajn bir-responsabbilitajiet ta' sigurtà tal-IT fid-dipartiment(i) tal-Kummissjoni dwar il-politika għas-sigurtà tal-IT.

(b)

Jikkoordina dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-IT fid-dipartiment(i) tal-Kummissjoni mad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika bħala parti min-netwerk tal-LISO.

(c)

Jattendi l-laqgħat regolari tal-LISO.

(d)

Iżomm ħarsa ġenerali fuq il-proċess ta' mmaniġġar tar-riskju għas-sigurtà tal-informazzjoni u fuq l-iżvilupp u l- implimentazzjoni tal-pjanijiet għas-sigurtà tas-sistema ta' informazzjoni.

(e)

Jagħti pariri lis-sidien tad-dejta, lis-sidien tas-sistema u lill-kapijiet tad-dipartimenti tal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-IT.

(f)

Jikkoopera mad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika fit-tixrid ta' prattiki tajba għas-sigurtà tal-IT u jipproponi programmi speċifiċi ta' sensibilizzazzjoni u ta' taħriġ.

(g)

Jirrapporta dwar is-sigurtà tal-IT, jidentifika nuqqasijiet u titjib lill-Kap tad-dipartiment(i) tal-Kummissjoni (i).

Il-proċessi relatati ma' dawn ir-responsabbiltajiet u l-attivitajiet għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni.”

aqra:

“1.   Fir-rigward tas-sigurtà tal-IT, il-LISO għandu:

(a)

jidentifika b'mod proattiv u jinforma lis-sidien tas-sistema, lis-sidien tad-dejta u rwoli oħrajn bir-responsabbilitajiet ta' sigurtà tal-IT fid-dipartiment(i) tal-Kummissjoni dwar il-politika għas-sigurtà tal-IT;

(b)

jikkoordina dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-IT fid-dipartiment(i) tal-Kummissjoni mad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika bħala parti min-netwerk tal-LISO;

(c)

jattendi l-laqgħat regolari tal-LISO;

(d)

iżomm ħarsa ġenerali fuq il-proċess ta' mmaniġġar tar-riskju għas-sigurtà tal-informazzjoni u fuq l-iżvilupp u l- implimentazzjoni tal-pjanijiet għas-sigurtà tas-sistema ta' informazzjoni;

(e)

jagħti pariri lis-sidien tad-dejta, lis-sidien tas-sistema u lill-kapijiet tad-dipartimenti tal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-IT;

(f)

jikkoopera mad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika fit-tixrid ta' prattiki tajba għas-sigurtà tal-IT u jipproponi programmi speċifiċi ta' sensibilizzazzjoni u ta' taħriġ;

(g)

jirrapporta dwar is-sigurtà tal-IT, jidentifika nuqqasijiet u titjib lill-Kap tad-dipartiment(i) tal-Kummissjoni.

2.   Il-proċessi relatati mar-responsabbiltajiet u l-attivitajiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 13.”

F'paġna 48, fl-Artikolu 12(2), fit-tieni subparagrafu:

minflok:

“Il-proċessi relatati ma' dawn ir-responsabbiltajiet u l-attivitajiet għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni.”

aqra:

“3.   Il-proċessi relatati mar-responsabbiltajiet u l-attivitajiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 13.”

F'paġna 49, fl-Artikolu 13(1):

minflok:

“L-adozzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni għall-Artikolu 6 u tal-istandards u l-linji gwida relatati se tkun soġġetta għal deċiżjoni ta' setgħa mill-Kummissjoni favur il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli minn kwistjonijiet ta' sigurtà.”

aqra:

“L-adozzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni għall-punt (2) tal-Artikolu 6 u tal-istandards u l-linji gwida relatati tista' tkun soġġetta għal deċiżjoni ta' setgħa mill-Kummissjoni favur il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli minn kwistjonijiet ta' sigurtà.”

F'paġna 49, fl-Artikolu 13(2):

minflok:

“L-adozzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni l-oħra kollha rigward din id-deċiżjoni u tal-istandards u l-linji gwida relatati dwar is-sigurtà tal-IT se tkun soġġetta għal deċiżjoni ta' setgħa mill-Kummissjoni favur il-Membru tal- Kummissjoni responsabbli mill-informatika.”

aqra:

“L-adozzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni l-oħra kollha rigward din id-deċiżjoni u tal-istandards u l-linji gwida relatati dwar is-sigurtà tal-IT tista' tkun soġġetta għal deċiżjoni ta' setgħa mill-Kummissjoni favur il-Membru tal- Kummissjoni responsabbli mill-informatika.”

F'paġna 49, fl-Artikolu 14(5), fit-tieni subparagrafu:

minflok:

“Il-proċessi relatati ma' dawn ir-responsabbiltajiet u l-attivitajiet għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni.”

aqra:

“6.   Il-proċessi relatati mar-responsabbiltajiet u l-attivitajiet stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 13.”

F'paġna 50, fl-Artikolu 15(14), fit-tieni subparagrafu:

minflok:

“Il-proċessi relatati ma' dawn ir-responsabbiltajiet u l-attivitajiet għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni.”

aqra:

“15.   Il-proċessi relatati mar-responsabbiltajiet u l-attivitajiet stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 14 għandhom jingħataw f'aktar dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 13.”