ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 235

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
13 ta' Settembru 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1540 tal-15 ta' Mejju 2017 rigward il-miżura SA.40454 2015/C (ex 2015/N) li Franza beħsiebha tpoġġi fis-seħħ favur il-konsorzju CEB (notifikata bid-dokument C(2017) 3062)  ( 1 )

1

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

13.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1540

tal-15 ta' Mejju 2017

rigward il-miżura SA.40454 2015/C (ex 2015/N) li Franza beħsiebha tpoġġi fis-seħħ favur il-konsorzju CEB

(notifikata bid-dokument C(2017) 3062)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

wara li stiednet lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom skont l-Artikoli msemmija (1) u wara li kkunsidrat dawn il-kummenti,

billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta' ittra fis-7 ta' Jannar 2015, Franza nnotifikat lill-Kummissjoni b'sejħa għal offerti għall-istallazzjoni u t-tħaddim ta' impjant tal-elettriku tat-tip tal-gass b'ċiklu kkombinat (“CCG”) (2) fil-Brittanja. Bagħtet informazzjoni kumplimentari lill-Kummissjoni permezz ta' ittri fil-5 ta' Ġunju 2015, fl-10 u fis-17 ta' Settembru 2015.

(2)

Permezz ta' ittra fit-13 ta' Novembru 2015, il-Kummissjoni għarrfet lil Franza li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fir-rigward ta' din il-miżura (id-“deċiżjoni ta' ftuħ”).

(3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom rigward il-miżura kkonċernata.

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar dan mill-partijiet interessati. Hija bagħtithom lil Franza u tatha l-possibbiltà li tikkummenta dwarhom, u rċeviet il-kummenti tagħha permezz ta' ittra fit-8 ta' Ġunju 2016.

(5)

Fit-12 ta' Mejju 2016 u fil-5 ta' Settembru 2016, il-Kummissjoni bagħtet lista ta' mistoqsijiet lill-awtoritajiet Franċiżi, u dawn irrispondew permezz ta' ittri fil-5 ta' Settembru 2016 u fil-5 ta' Ottubru 2016 ripsettivament. Fil-5 ta' Settembru l-Kummissjoni bagħtet lista ta' mistoqsijiet oħra lill-awtoritajiet Franċiżi, li weġbuhom fil-5 ta' Ottubru 2016.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA

(6)

Is-sejħa għal offerti u l-kuntest li wassal għat-tnedija tagħha huma deskritti fid-dettall fid-deċiżjoni ta' ftuħ (il-premessi (4) sa (29)). It-taqsimiet li ġejjin jiġbru fil-qosor din il-kwistjoni.

2.1.   Is-sejħa għal offerti

(7)

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku fil-Bretanja hija mhedda bil-kapaċità baxxa ta' produzzjoni tal-elettriku f'dan ir-reġjun, bil-limiti tal-grilja, u biż-żieda fil-konsum u fit-termosensittività.

(8)

Fl-2010, diversi awtoritajiet Franċiżi iffirmaw il-Patt dwar l-Elettriku fil-Bretanja (“PEB”), li huwa bbażat fuq dawn it-tliet pilastri: L-ewwel nett il-ġestjoni tad-domanda, it-tieni nett il-produzzjoni tal-enerġiji rinnovabbli u s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku. It-tielet pilastru huwa magħmul minn tisħiħ u żvilupp tal-grilja elettrika lokali minn naħa u l-impjant ta' mezz ta' produzzjoni elettrika klassiku min-naħa l-oħra. Dan tal-aħħar huwa s-suġġett tal-miżura nnotifikata minn Franza.

(9)

Is-sejħa għal offerti tifforma parti mill-Artikolu L. 311-10 tal-Kodiċi tal-Enerġija. Is-sejħa għal offerti Nru 2011/S 120-198224 ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-25 ta' Ġunju 2011 mill-Ministru responsabbli għall-enerġija. Dan tal-aħħar imbagħad għażel il-proġett magħżul skont l-opinjoni tal-Kummissjoni Regolatorja tal-Enerġija (Commission de Régulation de l'Energie, “CRE”), li investigat il-proċedura b'mod konformi mar-regolamenti Franċiżi (4).

(10)

B'mod konformi mal-ispeċifikazzjonijiet, l-impjant tal-produzzjoni tal-elettriku irid:

(1)

juża t-teknoloġija taċ-ċikli kkombinati;

(2)

ikollu potenza attiva garantita ta' 450 MW (+ 15/– 10 %) li l-produttur ikun impenjat li jkun jista' jdaħħal fil-grilja;

(3)

juża esklużivament il-gass naturali bħala sors ta' enerġija primarja;

(4)

ikollu effiċjenza elettrika fuq il-valur kalorifiku nett (5) (net calorific value, NCV) ta' minimu ta' 54 %;

(5)

ikun lokalizzat kollu kemm hu fi spazju ddefinit sew (li jinsab fil-parti tal-Majjistral tal-Bretanja — il-kontea ta' Finistère);

(6)

jiggarantixxi li l-iskadenza għall-ħruġ tal-offerti ma taqbiżx il-ħmistax-il siegħa meta l-magna tkun wieqfa u sagħtejn meta l-magna tkun qed taħdem;

(7)

jiggarantixxi li d-durati minimi għall-offerti ta' aġġustament ikunu tliet sigħat jew inqas għal magna li tkun qed taħdem u tmien sigħat għal magna li tkun wieqfa;

(8)

jiggarantixxi li ma jkunx hemm limiti ta' perjodu massimu biex jitnedew l-offerti ta' aġġustament; u

(9)

ikun mgħammar b'arloġġ tad-dawl li jinqara mill-bogħod kif ukoll apparat li jkejjel mill-bogħod il-kwantitajiet karatteristiċi tal-produzzjoni elettrika tiegħu.

(11)

Is-sejħa għal offerti nnotifikata tipprevedi li l-produttur ikun liberu li jqiegħed il-produzzjoni kollha tiegħu fis-suq jew li jbigħ parti lix-xerrej obbligat, Electricité de France S.A. (“EDF”), fil-kuntest ta' kuntratt ta' xiri b'tariffa ugwali għall-95 % tal-prezz fis-siegħa osservat fuq is-suq EPEX SPOT.

(12)

Barra minn hekk, il-produttur jitħallas primjum fiss annwali PT, ikkalkolat fi proporzjon tal-prodott tal-potenza attiva garantita (6) (Pgar) u tal-primjum P espress f'EUR/MW/sena.

(13)

Il-ħlas tal-primjum fiss jiddependi fuq il-ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet kollha biex isiru x-xogħlijiet u l-kuntratti mal-operaturi tal-grilja, kif ukoll il-ġestjoni tal-potenza garantita, ivverifikata permezz ta' fattur ta' disponibbiltà.

(14)

Is-sejħa għal offerti tipprevedi wkoll l-applikazzjoni ta' sanzjonijiet f'każ li l-bini tal-impjant ma jitlestiex fil-ħin.

(15)

Il-klassifikazzjoni tal-offerti tal-kandidati tiddependi fuq it-tliet kriterji li ġejjin li huma spjegati fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti:

(1)

l-ammont tal-primjum (f'EUR/MW/sena) mitlub mill-kandidat, b'ponderazzjoni ta' 45 %;

(2)

id-data ta' meta jibda jopera l-impjant, b'ponderazzjoni ta' 25 %, u tingħata preferenza lill-proġett li d-data li fiha jibda jopera tkun l-aktar viċina; u

(3)

il-kriterju “għażla tas-sit u l-ambjent”, b'ponderazzjoni ta' 30 %.

2.2.   Għan tal-għajnuna

(16)

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-għan ewlieni tal-miżura huwa li tiġi żgurata l-provvista tal-elettriku fil-Bretanja. Anke jekk il-bżonn tal-elettriku fil-Bretanja huwa essenzjalment bżonn ta' potenza (MW), hemm ukoll bżonn ta' enerġija (MWh (7)). Għaldaqstant jeħtieġ li jinbena impjant li jaħdem fil-Bretanja għal diversi eluf ta' sigħat fis-sena, u mhux biss waqt l-aktar sigħat intensivi bħal turbin tal-kombustjoni (“TAC”). L-impjant tat-tip CCG, li jaħdem fuq il-prinċipju ta' magna reattur, jippermetti li jinħoloq l-elettriku fi ftit minuti biss. Għaldaqstant, din it-teknoloġija hija xierqa b'mod partikulari biex jiġi żgurat il-bilanċ bejn il-produzzjoni u l-konsum waqt domanda qawwija matul diversi sigħat. Dan l-impjant il-ġdid jipprovdi mhux biss kapaċità disponibbli fil-waqtiet intensivi, iżda anke potenza reattiva fejn tkun l-aktar effettiva biex jinżamm il-livell ta' vultaġġ fil-grilja kollha kif ukoll tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġiji rinnovabbli varjabbli (servizzi tas-sistemi).

(17)

Għal dawn ir-raġunijiet, l-awtoritajiet Franċiżi ħassew li jenħtieġ suppliment għall-produzzjoni li jkun ċentralizzat fil-Majjistral tar-reġjun, li jaħdem matul il-perjodi ta' konsum qawwi u mhux biss f'waqtiet intensivi fix-xitwa b'rabta ma' temperatura estrema. Dan il-mezz ta' produzzjoni għandu jikkompleta t-tisħiħ tal-grilja u l-azzjonijiet ta' ġestjoni tal-enerġija.

(18)

Il-miżura għandha wkoll l-għan li timminimizza l-ispejjeż tagħha għall-komunità u l-impatt ambjentali tagħha. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni tal-kandidati tqis il-primjum mitlub, l-adegwatezza tal-għażla tas-sit fir-rigward tal-ambjent, kif ukoll il-kwalità u l-adegwatezza tal-miżuri ta' akkumpanjament (l-evitar, it-tnaqqis jew il-kumpens tal-effetti negattivi fuq l-ambjent) tal-proġett u l-azzjonijiet maħsuba għall-monitoraġġ ambjentali.

(19)

L-impjant użat mill-Compagnie Electrique de Bretagne (minn issa 'l quddiem “CEB”), benefiċjarja tal-miżura, se tiżgura servizzi ta' bbilanċjar permezz ta' tliet azzjonijiet possibbli. L-ewwel jiġu attivati r-riżerva primarja u sekondarja (servizz ta' sistema b'attivazzjoni awtomatika) u terzjarja (aġġustament b'attivazzjoni manwali). It-tieni rigward is-servizzi tas-sistema u t-tħaddim tal-impjant, CEB se jkollha l-obbligu li tkun teknikament f'pożizzjoni li tfornihom. It-tielet rigward il-mekkaniżmu ta' aġġustament (ir-riżerva terzjarja), CEB se jkollha l-obbligu li tagħmel il-potenza tagħha disponibbli għal RTE (Réseau de Transport d'Electricité, kumpanija ta' manutenzjoni u ta' żvilupp tal-grilja pubblika Franċiża tat-trasport ta' elettriku b'vultaġġ għoli u għoli ħafna, “RTE”). Din id-disponibbiltà 'l barra mill-kuntratti ta' riżerva mhux se jagħtu lok għal rimunerazzjoni ħlief f'każ ta' sejħa għall-mekkaniżmu ta' aġġustament. Huwa mistenni li l-magna taħdem għal perjodu ekwivalenti ta' madwar 3 000 siegħa fis-sena b'tagħbija sħiħa li jibdea fid-data li fiha jibda jopera l-impjant. Għandha titqies il-potenza tal-impjant (422 MW), u dan il-perjodu ta' tħaddim iwassal għal produzzjoni tal-elettriku annwali ta' madwar 1 250 GWh.

2.3.   Ammont tal-għajnuna

(20)

L-ammont tal-primjum li jitħallas skont is-sejħa għal offerti jkun sa massimu ta' 94 000 EUR/MW/sena f'termini ta' valur fil-31 ta' Novembru 2011. Il-primjum jitħallas għal perjodu ta' 20 sena u jiġi indiċjat matul it-tul tal-proġett biex titqies l-evoluzzjoni tal-ispejjeż tat-tħaddim u tal-ġestjoni. L-ammont tal-primjum li jitħallas skont is-sejħa għal offerti jkun sa massimu ta' EUR 40 miljun fis-sena.

(21)

Il-primjum huwa indiċjat għal 20 % fuq il-prezzijiet tal-produzzjoni, 20 % fuq l-ispejjeż tax-xogħol, 50 % fuq il-livell tat-tariffa tat-trasport fuq il-grilja ġenerali, 5 % fuq il-kost tal-konnessjoni elettrika u 5 % fuq il-kost tal-konnessjoni gass.

(22)

L-awtoritajiet Franċiżi speċifikaw li l-ammont propost mir-rebbieħ huwa r-riżultat (i) ta' terminu ta' valur tal-kapaċità li huwa ugwali għal [50 000-60 000]  (*1) EUR/MW/sena, u ta' tliet termini marbuta mal-lokalizzazzjoni ġeografika tal-proġett, jiġifieri: (ii) l-ispiża inkrementali marbuta mal-gass li titla' għal [20 000-40 000] EUR/MW/sena, (iii) l-ispiża inkrimentali marbuta mal-konnessjoni li titla' għal 6 000 EUR/MW/sena u (iv) l-ispiża inkrimentali marbuta mal-miżuri ambjentali partikulari ta' 2 000 EUR/MW/sena.

(23)

It-terminu ta' valur tal-kapaċità jikkorrispondi għall-ammont kopert mit-titolu tal-ispiża inkrementali marbuta mad-data prevista li fiha jibda jopera l-impjant. Il-kandidati kkalkulaw din l-ispiża inkrementali bħala d-differenza bejn id-dħul ġenerat mill-bejgħ tal-enerġija fis-suq u l-ispejjeż marbuta mat-tqegħid fis-servizz rapidu tal-impjant. Is-CRE tosserva li: “il-kundizzjonijiet attwali tas-suq u l-istat tad-domanda tal-elettriku u t-tħaddim tal-impjant tat-tip CCG ma jrendux ekonomikament. U probabbilment mhumiex se jrendu għal diversi snin. Għaldaqstant hemm nuqqas ta' dħul għall-kandidat, liema nuqqas se jkun għadu jgħodd fid-data mistennija li fiha jibda jopera l-impjant, u meqjus kopert b'dan il-komponent tal-primjum” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

(24)

Jenħtieġ pipeline tal-gass ġdid ta' 111-il km għall-provvista tal-impjant. Il-kost stmat ta' dan il-proġett huwa ta' madwar EUR 100 miljun, li huma ffinanzjati minn qabel minn GRTgaz (kumpanija Franċiża maħluqa fl-2005 li tiżgura l-ġestjoni tan-netwerk tas-sistemi ta' trażmissjoni tal-gass fi Franza). CEB tikkontribwixxi għall-qligħ tiegħu bis-saħħa ta' pagament ta' tariffa għat-twassil tal-gass.

(25)

Il-Liġi Nru 2010-1488 tas-7 ta' Diċembru 2010 rigward organizzazjoni ġdida tas-suq tal-elettriku (“NOME”) introduċiet mekkaniżmu ta' kapaċità bil-għan li tiżgura s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku ta' Franza. (8) L-impjant magħżul permezz ta' proċedura ta' sejħiet għal offerti fil-Bretanja jrid jipparteċipa fil-mekkaniżmu tal-kapaċità nazzjonali. Ir-rimunerazzjoni li tinġabar mill-impjant b'dan il-mekkaniżmu titnaqqas, fejn xieraq, mill-primjum effettivament imħallas skont is-sejħa għal offerti.

2.4.   Durata

(26)

Il-primjum jingħata għal għoxrin sena mid-data li fiha jibda jopera l-impjant.

2.5.   Riċevitur(i)

(27)

Il-Ministru responsabbli għall-enerġija, skont l-opinjoni tas-CRE, għażel il-proġett li jinsab fil-kontea ta' Landivisiau u propost mill-Compagnie Electrique de Bretagne (“CEB”), konsorzju bejn Direct Energie u Siemens.

(28)

Ir-rebbieħ huwa produttur li ma tantx huwa sinifikanti fis-suq tal-produzzjoni Franċiża u ma għandux faċilitajiet ta' produzzjoni konvenzjonali oħrajn fil-Bretanja.

(29)

Il-potenza garantita tal-impjant propost mis-CEB hija ta' 422 MW. Ir-rebbieħ tas-sejħa għal offerti impenja ruħu li jpoġġi fis-servizz industrijali l-impjant tal-produzzjoni tal-elettriku tiegħu sa mhux aktar tard minn […]. Fl-ittra tagħhom tal-5 ta' Ottubru 2016, l-awtoritajiet Franċiżi spjegaw id-dewmien li affettwa l-proġett. Id-data riveduta li fiha jibda jopera l-impjant hija prevista għal […].

(30)

Skont l-informazzjoni ppreżentata mir-rebbieħ tas-sejħa għal offerti lis-CRE, dan tal-aħħar ma għandu l-ebda għajnuna oħra ma' dik mogħtija skont it-titolu tas-sejħa għal offerti u hekk għadu sal-lum. Barra minn hekk, ir-rimunerazzjoni li eventwalment tinġabar mill-impjant fis-suq ta' kapaċità futur titnaqqas mill-primjum imħallas skont is-sejħa għal offerti.

2.6.   Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ppreżentat mis-CEB

(31)

B'appoġġ għall-offerta ppreżentata lill-awtoritajiet Franċiżi, CEB ikkomunikat pjan ta' direzzjoni tan-negozju. Dan il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju juri rata ta' redditu interna (internal rate of return, “IRR”) wara t-taxxa ta' [5-10] %. Dan ir-redditu huwa msejjes fuq dawn is-suppożizzjonijiet ewlenin: volum ta' sigħat ta' użu ta' madwar [3 000-6 500] siegħa fis-sena; investiment inizjali ta' EUR [400-500] miljun. Id-dħul jiddependi fuq primjum ta' […] EUR/MW/sena minn naħa waħda u fuq rimunerazzjoni netta li tirriżulta minn kuntratt ta' tolling li jirrappreżenta rimunerazzjoni medja ta' EUR […] fis-sena min-naħa l-oħra.

(32)

Dan il-ftehim tat-tolling huwa kuntratt ta' dritt privat konkluż bejn CEB u toller, (kontroparti tal-kuntratt, pereżempju EDF) li jipprevjeni l-bejgħ ta' dan tal-aħħar ta' kwantità fissa ta' elettriku. Id-dħul minn dan il-ftehim ta' tolling ġie determinat b'tali mod li l-kundizzjonijiet li s-CEB seta' jistenna fil-mument tas-sejħa għal offerti ġew riflessi fil-pjan ta' direzzjoni tan-negozju. L-ammont tal-miżata tat-tolling ġie evalwat abbażi ta' mudell ta' previżjoni stokastika. Is-suppożizzjonijiet li jikkonċernaw dan il-kuntratt jiddependu fuq bejgħ tal-enerġija ipprovduta mill-impjant fis-suq tat-toller għal ammont inizjali ta' EUR […] miljun fis-sena bejn Marzu 2017 u Ottubru 2036. Ir-rimunerazzjoni tas-CEB skont il-kuntratt tat-tolling huwa s-suġġett ta' studju ta' sensittività. Intuża indiċi ta' għotja ta' somma f'daqqa biex jiġi emendat il-primjum tal-kapaċità.

(33)

Ir-rimunerazzjoni skont il-kuntratt tat-tolling tirrifletti l-kost tal-konverżjoni tal-gass f'elettriku u tal-użu tal-impjanti. Tinkludi komponent varjabbli bil-għan li jkopri l-ispejjeż tal-injezzjoni tal-operazzjoni u tal-ġestjoni. Barra minn hekk, tinkludi komponent fiss bil-għan li jkopri l-ispejjeż fissi ta' tħaddim u l-ispejjeż ta' finanzjament u ta' amortizzament. Il-miżata tat-tolling hija maqsuma wkoll f'komponent mhux indiċjat u komponent indiċjat. Il-komponent indiċjat għandu l-għan li jkopri l-ispejjeż fissi tal-funzjonament. Il-komponent mhux indiċjat għandu l-għan li jkopri l-ispejjeż tal-infrastruttura bħall-ispejjeż tal-finanzjament tal-proġett u anke l-amortizzamenti tal-investimenti realizzati. Il-bejgħ tal-gass mhuwiex immudellat b'kunsiderazzjoni għall-eżistenza tal-kuntratt tat-tolling. Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju jqis direttament marġni operattiva medja antiċipata fuq il-perjodu tal-ħajja tal-proġett.

(34)

Barra minn hekk, il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ppreveda l-aġġornament ta' diversi suppożizzjonijiet matul il-perjodu tal-proġett: indiċi tal-kost lavorattiv, indiċi tal-prezzijiet tal-produzzjoni, il-kost finali tal-konnessjoni tal-grilja. Dan l-aġġornamnet huwa ġġustifikat permezz tal-perjodu tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju li jinfirex fuq perjodu ta' [15-20] sena. Primjum tal-kapaċità, aġġornat ukoll, huwa attribwit għall-operatur sabiex jippermettilu li jagħmel qligħ mill-investiment tiegħu. Dan il-primjum jiddependi fuq id-disponibbiltà effettiva tal-impjant. Il-primjum fiss jiddependi fuq il-koeffiċjent tad-disponibbiltà tal-impjant. Parteċipazzjoni tal-mekkaniżmu ta' kapaċità lil hinn mill-bilanċ mill-ġdid mhijiex prevista fil-pjan ta' direzzjoni tan-negozju. Kieku sseħħ din il-parteċipazzjoni, ir-rimunerazzjoni minn din il-parteċipazzjoni titnaqqas mill-ammont tal-primjum.

(35)

Il-kost fiss tat-twassil tal-gass huwa stmat għal EUR [10-20] miljun fis-sena.

(36)

Il-kost operatorju varjabbli u l-ġestjoni huwa l-prodott ta' kost operatorju varjabbli u numru ta' sigħat operatorji ekwivalenti. Il-kostijiet operatorji u ta' ġestjoni jitħallsu mit-toller lis-CEB.

(37)

Twettaq ukoll studju ta' sensittività fuq suppożizzjonijiet oħrajn bħall-inflazzjoni jew l-ispejjeż tal-paga.

(38)

Il-konnessjoni mal-grilja, għalkemm imewttqa minn RTE u GRTgaz, se tkun iffinanzjata mis-CEB. Dawn l-ispejjeż ta' konnessjoni huma stmati rispettivament għal EUR [30-40] miljun u EUR [20-30] miljun.

(39)

Skont is-suppożizzjonijiet meqjusin, fl-aħħar tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju, l-ispejjeż ta' bejgħ mill-ġdid ta' tagħmir fuq il-post se jiġu kkumpensati permezz tal-ispejjeż ta' dekumissjonar, b'hekk il-valur finali tal-impjant ikun żero.

(40)

Hija meqjusa fattura maħruġa tal-attivitajiet ta' aġġustament. Is-suppożizzjonijiet ta' valwazzjoni ġew deskritti mill-awtoritajiet Franċiżi. (9) Dan l-introjtu jikkostitwixxi inqas minn 1,5 % tad-dħul totali mistenni.

(41)

Fl-ittra tagħha tal-5 ta' Ottubru 2016, Franza spjegat li l-impjant jista' jitnieda fi […] bi tqegħid fis-servizz industrijali fi […].

3.   DESKRIZZJONI TAR-RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA

3.1.   Analiżi tal-eżistenza tal-għajnuna

(42)

Il-Kummissjoni qieset li l-kriterju tal-imputabbiltà ddikjarat fl-Artikolu 107 ta-TFUE ġie ssodisfat. F'dan il-każ, il-miżura hija attribwibbli għall-Istat minn naħa waħda sa fejn l-avviż tas-sejħa għal offerti ġiet ippubblikata mill-Ministru responsabbli għall-enerġija, li għażel il-proġett ukoll. Min-naħa l-oħra r-rimunerazzjoni mħallsa lir-rebbieħ tiġi riflessa fil-prezz bl-imnut permezz tal-kontribuzzjoni lis-Servizz Pubbliku tal-Elettriku (CSPE). Madankollu, fid-Deċiżjoni ta' Għajnuna mill-Istat SA.36511 (2014/C) tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-CSPE kien jikkonsisti f'riżorsa tal-Istat, billi din hija “kontribuzzjoni imposta mill-Istat, li tinġabar u hija ġestita minn entità maħtura mill-Istat biex iġġestixxi l-iskema ta' għajnuna skont ir-regoli stabbiliti mill-Istat” (10). [traduzzjoni mhux uffiċjali]

(43)

Rigward l-eżistenza ta' vantaġġ għall-impriżi, l-awtoritajiet Franċiżi qiesu li dan il-kriterju ma ġiex issodisfat billi s-sejħa għal offerti ssodisfat il-kriterji ddikjarati fil-ġurisprudenza Altmark  (11).

(44)

Madankollu l-Kummissjoni qieset li l-kriterji ddikjarati fil-ġurisprudenza Altmark ma ġewx issodisfati. Sabiex servizz pubbliku ma jiġix klassifikat bħala għajnuna mill-Istat, iridu jiġu ssodisfati dawn l-erba' kriterji: (i) l-impriża benefiċjarja trid tkun effettivament inkarigata sabiex twettaq obbligi ta' servizz pubbliku, u tali obbliġi jridu jkunu ddefiniti b'mod ċar, (ii) il-parametri li fuqhom huwa kkalkolat l-kumpens iridu jkunu stabbiliti minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti, (iii) il-kumpens ma jistax ikun iktar minn dak li hu neċessarju sabiex ikunu koperti l-ispejjeż kollha jew parti minnhom li jirriżultaw mit-twettiq ta' obbligi ta' servizz pubbliku, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kollu kif ukoll il-profitt raġjonevoli, (iv) meta l-impriża li għandha twettaq l-obbligi ta' servizz pubbliku mhijiex magħżula permezz ta' proċedura ta' appalt pubbliku, il-livell tal-kumpens għandu jkun stabbilit abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż li impriża medja kienet tagħmel sabiex twettaq tali obbligi, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kollu kif ukoll il-profitt raġjonevoli għat-twettiq ta' dawn l-obbligi. Min-naħa l-oħra, jekk il-Kummissjoni qieset li ġie ssodisfat it-tieni kriterju, hija esprimiet dan it-tħassib rigward it-tliet kriterji:

(1)

Rigward l-ewwel kriterju (l-eżistenza ta' SIEĠ u mandat definit b'mod ċar), il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-fatt li l-impjant u t-tħaddim tal-impjant ta' Landivisiau setgħux jiġu kkwalifikati bi SIEĠ, l-ewwel nett minħabba n-nuqqas ta' evidenza riċevuta li juri problema ta' sigurtà tal-provvista tal-elettriku fil-Brittanja fil-passat u t-tieni nett minħabba l-impossibbiltà li l-Istati Membri jimponu obbligi speċifiċi tas-servizz pubbliku għal servizzi diġà forniti jew li jistgħu jiġu forniti b'mod soddisfaċenti f'kundizzjonijiet kompatibbli mal-interess ġenerali mill-impriżi li joperaw f'kundizzjonijiet normali tas-suq: dan ifisser li l-impriżi li jwettqu l-attivitajiet tagħhom f'kundizzjonijiet normali tas-suq setgħu jfornu l-kapaċità meħtieġa biex jiggarantixxu s-sigurtà tal-provvista fil-Bretanja jekk ir-regolamenti Franċiżi ma setgħux iwaqqfu l-prezzijiet tal-elettriku milli jibagħtu sinjali tajba biex jinċentivizzaw l-investimenti f'kapaċitajiet fir-reġjun. It-tielet nett, barra minn hekk, il-miżura tiddiskrimina kontra teknoloġiji oħrajn billi din tirrigwarda biss it-teknoloġija CCG. Għaldaqstant, il-miżura mhijiex newtrali fil-konfront tat-teknoloġija. (12) Ir-raba' nett, il-miżura mhijiex proporzjonali billi l-awtoritajiet Franċiżi ma kkonfermawx il-ħtieġa ta' mezz tal-produzzjoni ta' 450 MW permezz ta' analiżi dettaljata bil-ħtiġijiet tal-kapaċitajiet supplementari tar-reġjun. (13) Fl-aħħar nett, fit-tul, is-sejħa għal offerti tista' tiggrava l-problema dwar is-sigurtà tal-provvista: l-ewwel nett billi jingħalaq is-suq tal-elettriku għall-investimenti ma li bbenefikawx minn għajnuna mill-Istat, imbagħad billi ma tissolviex, anzi tiggrava l-problema strutturali tal-missing money  (14) għall-produttur, u fl-aħħar nett billi jitnaqqsu l-possibbiltajiet ta' żvilupp ta' teknoloġiji oħrajn.

(2)

Rigward it-tielet kriterju (kumpens żejjed), il-Kummissjoni esprimiet tħassib dwar in-nuqqas ta' kumpens żejjed meta wieħed iqis minn naħa waħda n-nuqqas tal-mekkaniżmu ta' rkupru fir-rigward tal-kundizzjonijiet futuri, u min-naħa l-oħra l-modalitajiet tas-sejħa għal offerti li ma jservux ta' garanzija kontra r-riskju tal-kumpens żejjed.

(3)

Rigward ir-raba' kriterju (għażla tal-fornitur bl-inqas spejjeż), il-Kummissjoni esprimiet tħassib dwar il-fatt li s-sejħa għal offerti ippermettiet l-għażla tal-fornitur kapaċi li jforni s-servizz bl-inqas spejjeż għall-komunità fir-rigward ta' kriterji restrittivi wisq biex jippermettu għażla reali ta' fornitur tas-servizzi: l-għażla ta' teknoloġija CCG biss, li mhijiex neċessarjament l-aktar l-irħs għażla, l-ammont tal-primjum ponderat ta' 45 %, perimetru ġeografiku restrittiv b'mod eċċessiv, kriterji tal-għażla li jikkontribwixxu għal aspetti oħra tal-PEB, bħall-kriterji ambjentali, li mhumiex it-tip li jikkontribwixxu biex tintgħażel l-offerta li tirrappreżenta l-irħas għażla għall-komunità.

(45)

Minħabba d-dubji li esprimiet il-Kummissjoni rigward ir-rispett lejn il-miżura tal-kundizzjonijiet tal-ġurisprudenza Altmark, fl-analiżi preliminari tagħha l-Kummissjoni qieset li l-miżura setgħet twassal għal vantaġġ għar-rebbieħ tas-sejħa għal offerti, u dan il-vantaġġ kien selettiv billi ngħata lil impriża waħda, CEB.

(46)

Rigward l-impatt fuq il-kompetizzjoni l-effett fuq il-kummerċ, il-Kummissjoni qieset li l-miżura tista' taffettwa l-kummerċ u l-kompetizzjoni fil-miżura fejn ir-rebbieħ tas-sejħa għal offerti, li jibbenifika minn miżura vantaġġuża, jikkompeti kontra mezzi oħra ta' produzzjoni tal-elettriku u fornituri oħra ta' kapaċità fis-swieq miftuħa għall-kompetizzjoni (suq għall-bejgħ tal-elettriku, mekkaniżmu ta' aġġustament).

3.2.   Analiżi tal-kompatibbiltà

3.2.1.   Qafas ġuridiku

(47)

Fid-deċiżjoni ta' ftuħ tagħha, il-Kummissjoni qieset li l-miżura trid tinqara fil-konfront tal-Artikolu 107 tat-TFUE fil-każ li t-tħassib tagħha rigward il-konformità mal-kriterji kollha tal-ġurisprudenza Altmark ikunu ġew ikkonfermati. Għaldaqstant, il-miżura trid tiġi analizzata fil-konfront tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali tal-2014 (“EEAG”) (15), li jħabbru l-kundizzjonijiet li bihom l-enerġija tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107 tat-TFUE.

(48)

B'mod sussidjarju, il-Kummissjoni nnutat li jekk it-tħassib tagħha li esprimiet rigward id-definizzjoni tal-obbligu tas-servizz pubbliku ma ġiex ikkonfermat, kien ikun japplika eżami tal-kompatibbiltà fid-dawl tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar qafas mill-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku (2011).

3.2.2.   Valutazzjoni tal-kompatibbiltà

(49)

Rigward l-għan ta' interess komuni, il-Kummissjoni wriet tħassib dwar il-fatt li l-miżura tikkontribwixxi għall-għan komuni li jikkonsisti fil-garanzija tas-sigurtà tal-forniment tal-elettriku: minn naħa waħda, l-għan tal-miżura ma deherx li kien definit b'mod ċar biżżejjed (nuqqas ġenerali ta' kapaċità, waqtiet intensivi ta' domanda) u min-naħa l-oħra l-miżura setgħet ma tikkoreġix il-funzjonament ħażin tar-regolamenti u tas-suq fuq perjodu ta' żmien medju, u dan attwalment ifixkel livell ta' investiment suffiċjenti fil-Bretanja.

(50)

Il-ħtieġa tal-miżura ma dehritx biżżejjed minħabba nuqqas ta' kwantifikazzjoni soddisfaċenti tan-nuqqas ta' kapaċità tal-waqtiet intensivi staġunali jew waqt il-perjodi l-aktar intensivi. Barra minn hekk, il-ħtieġa tal-miżura setgħet tiġi mhedda bil-possibbiltà li jiddaħħal prezz lokali xieraq li jibgħat sinjali tal-prezzijiet sabiex jistimula l-investimenti, mingħajr ma jsir rikors għall-għajnuna.

(51)

Il-Kummissjoni ma kenitx konvinta li l-miżura kienet xierqa. Minn naħa waħda ma jidhirx li l-awtoritajiet Franċiżi qiesu biżżejjed il-miżuri alternattivi (taqsim taż-żona tariffarja, arloġġi intelliġenti, tisħiħ tal-grilja tat-twassil tal-elettriku). Min-naħa l-oħra kien hemm ukoll tħassib rigward in-natura restrittiva tal-miżura, immirata lejn it-tip ta' fornituri ta' kapaċità li setgħu jipparteċipaw għas-sejħa għal offerti (sejħa għal offerti limitata għal tip wieħed ta' teknoloġija — turbini ta' gass b'ċiklu kkumbinat). Fl-aħħar nett il-miżura ma twassalx biex titnaqqas id-domanda.

(52)

Rigward il-proporzjonalità, il-Kummissjoni wkoll uriet tħassib: in-natura restrittiva tas-sejħa għal offerti setgħet twaqqaf lill-kompetituri milli jipparteċipaw, u dan kien iwassal biex jitbaxxa l-ammont tal-għajnuna. Barra minn hekk, il-miżura ma kienet tipprevedi l-ebda mekkaniżmu ta' rkupru f'każ ta' profitti mhux mistennija.

(53)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni wriet tħassib dwar il-kapaċità tal-miżura biex tipprevjeni l-effetti negattivi mhux mixtieqa fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. L-ewwel nett, il-miżura ma kenitx newtrali minn lat teknoloġiku. Fil-fatt eskludiet miżuri li wkoll setgħu jsolvu l-problemi tal-adegwatezza tal-kapaċità: it-tħassir, l-interkonnessjonijiet, is-soluzzjonijiet ta' ħżin, kif ukoll teknoloġiji oħra (turbini tal-kombustjoni). It-tieni nett, meta wieħed iqis il-possibbiltà li ngħatat lil Direct Energie li tbigħ l-enerġija prodotta lil EDF bi skont ta' 5 % minflok ma tikkummerċjalizzah hi stess, il-Kummissjoni wriet tħassib dwar ir-riskju li tissaħħaħ il-pożizzjoni ta' EDF fis-suq tal-forniment tal-enerġija.

4.   KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(54)

Il-Kummissjoni rċeviet 58 tweġiba mingħand il-partijiet interessati minbarra l-Istat Franċiż matul il-perjodu ta' konsultazzjoni dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ. Dawn it-tweġibiet differenti nġabru skont is-suġġett tagħhom hawn taħt. Dawn se jiġu indirizzati matul l-evalwazzjoni tal-miżura.

4.1.   Analiżi tal-kompatibbiltà

4.1.1.   Interess komuni

(55)

Disgħa u tletin parti interessata jqisu li l-awtoritajiet Franċiżi stmaw ir-riskju ta' qtugħ tad-dawl iżżejjed. Fil-fatt, lanqas waqt it-temp kiesaħ eċċezzjonali tal-2012 ma seħħ dan il-qtugħ tad-dawl. Il-qtugħ li seta' seħħ fit-territorju Bretonu kien ikkawżat minn elementi li ma għandhomx x'jaqsmu mal-funzjonament tal-grilja (bħall-waqgħa ta' siġar). Fl-aħħar ħsara serja magħrufa fi Franza, li seħħet fl-1978, inqata' d-dawl fi tliet kwarti tal-pajjiż għal diversi sigħat, imma din is-sitwazzjoni qatt ma reġgħet irrepetiet ruħha, u RTE ħadet il-miżuri meħtieġa biex ma jerġa' jirrepeti ruħu l-ebda inċident ta' dan it-tip.

(56)

Min-naħa l-oħra, kummenti oħra mill-partijiet interessati enfasizzaw il-kompatibbiltà tal-miżura mal-għan ta' interess komuni. Madwar għoxrin minnhom qiesu li s-sigurtà tal-forniment fil-Bretanja mhijiex effettiva. Is-sitwazzjoni ġeografika partikulari tal-Bretanja, li tinsab fit-tarf tal-linja, flimkien ma' produzzjoni tal-elettriku lokali dgħajfa, ma jkoprux iktar minn 13,3 % tal-konsum (16). Il-faċilità ta' produzzjoni tagħha hija kkaratterizata wkoll min-nuqqas ta' impjanti bażi li kapaċi jkopru d-domanda b'mod awtonomu, u dan jiġġustifika l-ħolqien tal-impjant tat-tip CCG. Fil-fatt, għalkemm kien hemm żieda fil-produzzjoni tal-enerġija fir-reġjun mir-riżorsi tal-enerġija rinnovabbli, in-natura diskontinwa tagħhom kienet teħtieġ il-ħolqien ta' impjant ta' produzzjoni bażi sabiex itaffi l-inkapaċità eventwali tagħhom li jissodisfaw il-waqtiet l-aktar intensivi tad-domanda.

4.1.2.   Ħtieġa għall-miżura

4.1.2.1.   Tisħiħ tal-grilja

(57)

Ċerti partijiet iġġustifikaw in-nuqqas tal-ħtieġa tal-miżura permezz ta' disinn ħażin tal-grilja fir-reġjun. Hemm konġestjonijiet qawwija fil-linji ta' 225 kV fit-Tramuntana tal-Bretanja. Għaldaqstant, diversi partijiet iqisu li l-bini futur ta' linja tal-elettriku taħt l-art ta' 225 kV li tgħaqqad is-substazzjonijiet ta' Calan (Morbihan), Mûr-de-Bretagne u Plaine-Haute (Côtes d'Armor) tassigura l-provvista tal-elettriku fil-Bretanja billi timporta 700 MW addizzjonali fil-Bretanja, u billi tiffaċilita t-twassil tajjeb tal-elettriku mill-istallazzjonijiet ta' enerġija rinnovabbli tar-reġjun (fuq l-art u fil-baħar). Il-funzjonament tagħha, li hija mistennija għal Novembru tal-2017, jikkompleta l-grilja elettrika tar-reġjun u jiżgura b'mod durabbli l-provvista tat-Tramuntana u taċ-Ċentru tal-Bretanja.

(58)

Jiddikjaraw li reġjunijiet oħra Franċiżi wkoll jimpurtaw l-elettriku b'mod sinifikanti: l-Île-de-France, il-Bourgogne-Franche-Comté u, fuq skala iżgħar, il-Pays de la Loire u r-reġjun Provence-Alpes-Côte d'Azur (“PACA”). F'dawn ir-reġjuni, l-investimenti għat-tisħiħ tal-grilja ngħataw preferenza fil-konfront tal-ħolqien ta' impjant tal-produzzjoni ġdid. Pereżempju, ir-reġjun PACA għażel li jkollu xibka ta' sikurezza magħmula minn tliet linji elettriċi taħt l-art ta' 225 kV, u llum juża servizz tal-elettriku ta' prestazzjoni tajba u affidabbli daqs tal-bqija ta' Franza (17).

(59)

Għaldaqstant, diversi partijiet ineteressati jipproponu soluzzjoni ta' “grilja”: huma jqisu li rduppjar tal-linja ta' 400 kV Plaine Haute-Domloup jew tisħiħ tal-linja ta' 225 kV iżidu l-kapaċità tat-twassil u għaldaqstant jimportaw l-elettriku f'livell suffiċjenti biex tkun garantita s-sigurtà tal-forniment. Rigward din l-aħħar opzjoni, ENGIE tinnota li dan l-irduppjar tal-linja ta' 400 kV tforni kapaċità tat-twassil supplementari li tkun superjuri ħafna għall-bżonnijiet meħtieġa, anke fuq perjodu twil ta' żmien, u dan ma jgħinx il-ġustifikazzjoni tal-investiment. Għaldaqstant, it-tisħiħ tal-linja ta' 225 kV tkun aktar adattata għall-bżonnijiet reali, iżda xorta waħda jkun jenħtieġ tisħiħ f'parti sinifikantit al-grilja.

4.1.2.2.   Tibdil fid-domanda

(60)

Diversi partijiet iqisu li t-tibdil fid-domanda jagħmel il-miżura mhux neċessarja biex jintlaħaq l-għan tas-sigurtà tal-forniment:

(1)

Huma jibbażaw ruħhom l-ewwel fuq ir-rapport tal-RTE tal-2014 li skontu s-sensittività tat-temperatura għandha t-tendenza li tonqos. Għaldaqstant, fl-2014 fil-Bretanja, il-konsum żdied b'150 MW meta t-temperatura naqset bi grad. Qabel, din iż-żieda kienet ta' madwar 200 MW għal kull grad inqas.

(2)

Sittax-il parti interessata jbassru tnaqqis fid-domanda, liema tnaqqis huwa appoġġjat bit-tnedija tal-arloġġi intelliġenti u bit-tqegħid fis-seħħ tal-inizjattiva Ecowatt. Din l-inizjattiva tinforma liċ-ċittadini, b'mod volontarju, meta l-grilja tkun qed tbati, u b'hekk inaqqsu l-konsum tal-elettriku tagħhom.

(3)

Il-partijiet interessati jqisu li t-titjib tal-prestazzjoni enerġetika tal-bini, li għandu jwassal għal tibdil fid-domanda lejn ġestjoni msaħħa tad-domanda, juri li l-miżura mhijiex meħtieġa.

(61)

Min-naħa l-oħra, ċerti partijiet interessati li huma favur il-proġett jistrieħu fuq it-tbassir ta' żieda demografika fil-Bretanja, flimkien ma' sensittività tat-temperatura qawwija, biex jiġġusitifikaw il-ħtieġa tal-miżura bħala reazzjoni għaż-żieda mistennija fid-domanda.

4.1.2.3.   Tibdil fil-produzzjoni

(62)

Ċerti partijiet interessati jqisu li t-tibdil fil-produzzjoni jagħmel il-miżura mhux meħtieġa:

(1)

Dawk li jopponu l-proġett l-ewwel iqisu l-fatt li diġà saru investimenti biex jiżdied it-tul tal-ħajja tas-siti ta' Brennilis u Dirinon, li ffissaw id-data tal-għeluq tagħhom mhux aktar għall-2017 iżda għall-2023. Għaldaqstant, ħames partijiet interessati jqisu li l-livell tal-produzzjoni tat-TAC eżistenti jtaffi l-waqtiet intensivi tal-konsum u jevita r-riskju ta' qtugħ tad-dawl. Barra minn hekk, għaxar partijiet interessati ddikjaraw li dawn is-siti mhumiex użati biżżejjed b'mod regolari, u dan jagħmel l-għajnuna ta' faċilità ġdida ta' produzzjoni mhux meħtieġa. Pereżempju, l-assoċjazzjoni Consommation, Logement et Cadre de Vie tiddikjara li t-TAC ta' Brennilis u Dirinon ma jaħdmux ħlief minn ftit għexieren ta' sigħat (madwar 70 siegħa fl-2012) sa ftit mijiet ta' sigħat (madwar 265 siegħa fl-2010).

(2)

It-tieni nett, ENGIE tqis li t-turbina tal-gass ta' SPEM Pointe, li għandha kuntratt permezz ta' sejħa għal offerti li sservi ta' riżerva rapida u addizzjonali għal RTE bil-prezz ta' EUR 25 000/MW/sena, toffri għadd ta' vantaġġi fil-konfront ta' installazzjoni ġdida, bħall-prezz tal-akkwist baxx tat-turbina tal-gass u l-ispejjeż ta' konnessjoni mal-grilja tal-elettriku li huma diġà amortizzati. Għaldaqstant, l-impriża tiddikjara li l-primjum ta' EUR 94 000/Mw/sena, iffissat minn RTE fil-qafas ta' dawn is-sejħiet għal offerti huma ta' livell aktar baxx mill-primjum annwali ta' EUR 40 000 000 mitlub għall-proġett ta' CCG.

(3)

Fl-aħħar nett, il-partijiet interessati jsemmu l-possibbiltà li r-reġjun “jimporta” l-elettriku. Il-persuni li jopponu l-proġett iqisu li fil-fatt ir-reġjun jista' jikseb l-elettriku li jeħtieġ mir-reġjuni tal-viċinat, partikolarment mill-impjant tal-produzzjoni TAC ta' Cordemais.

(63)

Għoxrin parti qiesu li, min-naħa l-oħra, it-tibdil fil-produzzjoni jiġġustifika t-tqegħid fis-seħħ tal-miżura. Fil-fatt, ħames partijiet interessati favur il-proġett semmew li l-uniċi impjanti ta' produzzjoni li huma attwalment preżenti fil-Bretanja huma t-TAC ta' Brennilis u Dirinon. Huma jqisu l-miżura meħtieġa aktar minn qatt qabel speċjalment billi t-TAC wasal fit-tmiem il-ħajja tagħhom billi jibqgħu jaħdmu sa mhux aktar mill-2023. Għaldaqstant, minħabba l-għeluq mistenni tagħhom jenħtieġ li jkun hemm ħsieb għal alternattiva minn qabel biżżejjed. Fil-fatt, tliet partijiet favur il-bini tal-impjant tat-tip CCG ifakkru li dawn it-turbini tal-fjuwil iridu jieqfu mhux aktar tard mill-2023 minħabba raġunijiet ambjentali u li għaldaqstant din ma hija xejn ħlief soluzzjoni qasira u mhux soddisfaċenti biex jiġi żgurat l-għan tas-sigurtà tal-forniment tar-reġjun.

4.1.3.   Adegwatezza tal-miżura

(64)

Diversi partijiet interessati kkontestaw l-adegwatezza tal-miżura:

(1)

Kif ġie deskritt fil-premessa 61, dawk li jopponu l-proġett iqisu li l-proġett huwa importanti wisq meta wieħed iqis il-ħtiġijiet reali tal-konsum fil-Bretanja. L-ogħla punt tal-konsum huwa stmat għal 200 MW fuq perjodu ta' 200 sa 400 siegħa fis-sena f'Finistère. Għaldaqstant, il-proġett propost mill-Istat u mill-Kunsill reġjonali — 450 MW għal aktar minn 3 000 siegħa fis-sena — ikun kbir wisq.

(2)

Barra minn hekk, skont l-analiżi tal-RTE (18) użata minn ċerti partijiet li jopponu l-proġett, it-tnaqqis fir-rata ta' żieda fid-domanda għall-enerġija huwa ġġustifikat minn raġunijiet strutturali (tnaqqis fiż-żieda tal-popolazzjoni, l-impatt tal-kriżi ekonomika u miżuri ta' effikaċja fl-enerġija). Skonthom, il-PEB irid jinbidel biex iqis dawn l-elementi. Ir-rata tal-waqtiet l-aktar intensivi tad-domanda hija pjuttost stabbli mill-2009 'l hawn, anzi naqset fl-2014. Barra minn hekk, is-sensittività tat-temperatura għandha t-tendenza li tonqos (kif ġie spjegat fit-Taqsima 4.1.2.2), u dan għandu jnaqqas il-waqtiet l-aktar intensivi tal-konsum b'mod awtomatiku. Dan l-argument diġà sar fil-premessa 60(1).

(3)

Fl-aħħar nett, huma ddikjaraw li proġetti oħra jkunu aktar kapaċi li jirrispondu għall-proġetti ta' sigurtà tal-forniment tal-Bretanja fuq perjodu twil ta' żmien, bħall-proġett tal-interkonnessjoni mal-Irlanda jew il-bini ta' stazzjon li jaħżen u jippompja l-enerġija (station de turbinage et de pompage, “STEP”). L-ewwel proġett iforni r-reġjun b'elettriku fuq perjodu twil ta' żmien u jikkorrispondi għall-għanijiet tas-suq intern tal-enerġija. Il-proġett STEP ta' Guerdélan ukoll huwa meqjus minn żewġ partijiet bħala kapaċi li jsolvi l-problema ta' nuqqas ta' enerġija f'każ ta' waqtiet intensivi ta' konsum.

(65)

Il-partijiet favur il-proġett għandhom dan l-argument:

(1)

Diversi partijiet interessati l-ewwel jinsistu fuq l-interess tal-għażla ta' faċilità ta' produzzjoni tat-tip CCG. Skonthom, din għandha prestazzjoni aħjar u produzzjoni aktar stabbli mis-siti li jaħdmu b'sorsi ta' enerġija rinnovabbli. Għal diversi kontributuri, din hija l-aħjar kompromess f'termini ta' effikaċità u impatt fuq l-ambjent.

(2)

Anke jekk ċerti partijiet interessati jfakkru fl-interess tal-iżvilupp tal-koġenerazzjoni, il-potenzjal ta' dawn is-siti għadu limitat (madwar 150 MW) u jenħtieġ li jinbnew diversi impjanti ta' produzzjoni, kif ukoll iridu jsiru proċeduri ta' konnessjoni mal-grilja. Min-naħa l-oħra, il-ħolqien ta' faċilità ta' produzzjoni ġdida tat-tip CCG inaqqas b'mod konsiderevoli l-ħtieġa ta' xogħlijiet biex tissaħħaħ il-grilja (ir-raġunijiet jinsabu spjegati wkoll fil-premessa 78).

(3)

Barra minn hekk, il-preżenza ta' diversi terminali tal-LNG fi Franza, u speċjalment il-ħolqien tas-sit ġdid f'Dunkirk, imħeġġa bil-possibbiltà li l-investituri jiksbu eżenzjoni għall-aċċess ta' partijiet terzi għall-grilja, tassigura s-sigurtà tal-forniment bil-gass, li huwa meħtieġ biex l-impjant jaħdem tajjeb. Għaldaqstant l-investimenti li għaddejjin bħalissa u dawk futuri jkunu adegwati.

4.1.4.   Effett ta' inċentiv

(66)

Skont it-Taqsima 3.2.4 tal-EEAG, il-miżura għandha effett ta' inċentiv jekk tħeġġeġ lill-benefiċjarju jibdel l-imġiba tiegħu biex itejjeb il-funzjonament tas-suq tal-enerġija. Dan it-tibdil ma jsirx mingħajr l-għajnuna.

(67)

ENGIE tqis li l-effett ta' inċentiv tal-miżura huwa wieħed negattiv. Il-primjum joħloq sinjal ekonomiku negattiv fis-suq tal-elettriku fi Franza billi jħeġġeġ lill-impjant jipproduċi aktar mill-ħtiġijiet reali tas-suq u għaldaqstant jeskludi operaturi oħrajn mis-suq.

4.1.5.   Proporzjonalità

(68)

In-nuqqas ta' proporzjonalità huwa enfasizzat minn diversi partijiet interessati:

(1)

Dawn l-ewwel joġġezzjonaw għal-livell tal-għajnuna, li huma jqisu bħala sproporzjonat u li aktarx iwassal għal kumpens żejjed tal-impjant: l-ewwel nett il-proġett irendi wara ħames snin avolja l-primjum jitħallas għal durata ta' għoxrin sena. It-tieni nett, Direct Energie tkun awtorizzata tbigħ l-elettriku fis-suq avolja dan id-dħul addizzjonali ma ġiex meqjus meta ġiet abbozzata s-sejħa għal offerti. It-tielet nett, l-istudju li għamlet ENGIE jenfasizza n-natura totalment sproporzjonata tal-primjum fiss mitlub minn CEB. Fil-fatt, sussidju ta' EUR 20 miljun fis-sena għal 20 sena kien ikun biżżejjed biex tiġi żgurata l-profittabbiltà ta' CCG fi Franza. Il-primjum tal-kapaċità (apparti l-konnessjoni mal-grilji tal-gass u tal-elettriku) riċevut minn Landivisiau ikun madwar EUR 73 000/Mw/sena qabel l-inflazzjoni, għaldaqstant Landivisiau jibbenefika minn sussidju ta' EUR 31 miljun fis-sena għal 20 sena, li huwa ferm ogħla minn EUR 20 miljun fis-sena li huma meħtieġa.

(2)

Barra minn hekk, diversi partijiet tefgħu dubju dwar il-metodu ta' finanzjament, permezz tas-Servizz Pubbliku tal-Elettriku (CSPE), li huma jqisu bħala illegali. Fil-fatt, l-awtoritajiet Franċiżi jbassru li r-rimunerazzjoni mħallsa lir-rebbieħ tas-sejħa għal offerti twassal sal-livell tal-konsumaturi tal-elettriku permezz tas-CSPE. Diversi partijiet interesati jqisu li dan il-finanzjament permezz tas-CSPE huwa illegali. Huma jqisu li l-finanzjament ta' impjant ta' produzzjoni tat-tip CCG mhuwiex parti mil-lista ta' għanijiet tas-CSPE stabbilita bil-Liġi Nru 2003-8 tat-3 ta' Jannar 2003 u speċjalment li s-CSPE huwa maħsub biex jippromwovi l-enerġiji rinnovabbli, u għaldaqstant l-impjant li huwa s-suġġett tal-miżura jiġi eskluż.

(69)

Barra minn hekk, ENGIE tenfasizza li l-proġett ta' Landivisiau jibbenefika minn primjum tal-konnessjoni tal-gass li jvarja minn EUR 40 000/MW/sena u EUR 50 000/MW/sena li huwa mistenni jikkumpensa għall-investiment fil-bini tal-pipeline tal-gass sa ammont ta' EUR 100 miljun. Din ir-remunerazzjoni twassal għal rata interna ta' redditu (IRR) li tvarja bejn 9,8 % (fil-każ ta' EUR 40 000/Mw/sena mingħajr inflazzjoni tat-tariffa) u 16,5 % (fil-każ ta' EUR 50 000/Mw/sena b'inflazzjoni tat-tariffa). ENGIE tqis li tali livell ta' remunerazzjoni huwa għoli ħafna b'paragun mar-riskju baxx ħafna meħud minn CEB peress li l-primjum tal-konnessjoni tal-gass jikkostitwixxi dħul garantit mill-Istat Franċiż mingħajr riskju ieħor għajr dak tad-disponibbiltà tas-CCG ta' Landivisiau. Imqabbel ma' dan, fir-rigward tas-sejħa ta' offerti rigward l-installazzjonijiet eoliċi fil-baħar fi Franza metropolitana, il-profitabbiltà tal-konnessjoni tal-RTE m'għandhiex taqbeż livell ta' profitabbiltà ta' qabel it-taxxa ta' 7,25 % (jew rata ta' wara t-taxxa ta' 5,5 %). B'hekk, il-profitabbiltà wara t-taxxa tal-proġett de Landivisiau li tvarja bejn 9,8 % u 16,5 % taqbeż bil-kbir dawn il-limiti (19). Primjum tal-konnessjoni tal-gass ta' EUR 23 000/Mw/sena mingħajr inflazzjoni kien ikun biżżejjed skont ENGIE biex tiġi garantita rata ta' qligħ qabel it-taxxi ta' 7,25 %.

4.1.6.   L-effett fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri

(70)

L-effett fuq il-kompetizzjoni ġie żviluppat skont iż-żewġ perspettivi mill-partijiet interessati. Iż-żewġ perspettivi jopponu, minn naħa fuq l-effett tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni eżistenti bejn il-produtturi, u min-naħa l-oħra bejn it-teknoloġiji użati għad-detriment tas-sorsi tal-enerġija li l-inqas li jniġġsu.

(71)

Fir-rigward tal-effett potenzjalment imxekkel fuq il-kompetizzjoni, ENGIE tikkunsidra li l-għajnuna se tgħin biex tissaħħaħ il-pożizzjoni dominanti ta' EDF.

(72)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni fakkret li l-EEAG jeħtieġu li l-miżura ta' għajnuna ppjanata ma ssaħħaħx indebitament id-dominanza tal-operatur ewlieni fis-suq. Għalhekk, il-Kummissjoni fakkret li fi Franza, “is-swieq tal-produzzjoni u t-twassil tal-elettriku huma kkonċentrati ħafna u ddominati mill-operatur ewlieni, EDF, li bħalissa jikkontrolla madwar 85 % tas-suq bl-imnut u iktar minn 90 % tas-suq tal-produzzjoni tal-elettriku (19). Fil-fatt, il-ħlas ta' saldu addizzjonali maħsub biex ikopri n-nuqqas ta' profitabbiltà ta' impjant tat-tip ċiklu kombinat fi Franza se jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-istokk ta' ċikli kombinati eżistenti li iżda ma jibbenefikaw minn l-ebda sussidju. Din ser tipprovdi wkoll ostaklu għad-dħul ta' produtturi ġodda fis-suq li mhux se jkunu jistgħu jħallsu l-ispejjeż neċessarji għat-tħaddim tal-installazzjonijiet waħedhom. Hu u jikoraġġixxi deċiżjonijiet ta' investiment eventwali fis-suq tal-elettriku, is-sejħa għal offerti prevista mhijiex se tippermetti li jitranġa, b'mod effikaċi, il-falliment identifikat tas-suq iżda fuq kollox, se ssaħħaħ il-pożizzjoni dominanti ta' EDF, l-uniku produttur sussettibbli li jiskansa d-diżattivazzjoni temporanja tal-installazzjonijiet tiegħu minkejja t-tnaqqis inevitabbli tal-profitabbiltà tagħhom fil-ġejjieni. Barra minn hekk, ENGIE tikkunsidra li l-pożizzjoni dominanti ta' EDF tista' biss tissaħħaħ permezz tal-mekkaniżmu ta' opzjoni ta' xiri tal-elettriku imponuta fuqha. Għalhekk, CEB se tkun inċentivata tbigħ l-elettriku prodott lill-operatur ewlieni milli lil operaturi oħra fis-suq.

(73)

Għall-kuntrarju, bosta partijiet interessati jenfasizzaw il-fatt li l-miżura li tibbenefika lil Direct Energie, fornitur alternattiv b'sehem żgħir fis-suq fi Franza, se jkollha impatt limitat fuq il-kompetizzjoni.

(74)

Fir-rigward tal-effett potenzjalment imxekkel fuq il-miżura rigward it-tip ta' teknoloġika wżata, bosta partijiet ikkritikaw l-għażla teknoloġika fil-kuntest tas-sejħa għal offerti, li għandu bħala riżultat is-sussidju ta' bini ta' impjant ta' produzzjoni ta' skart u li għalhekk jirriskja li jippreġudika l-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli.

5.   IL-KUMMENTI TA' FRANZA

5.1.   Tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ

(75)

It-tweġibiet tal-awtoritajiet Franċiżi għad-Deċiżjoni tal-ftuħ datata s-17 ta' Diċembru 2016 tirreferi minn naħa għall-kwalifika tas-Servizz ta' Interess Ekonomiku Ġenerali (SIEG) u min-naħa l-oħra għall-kompatibbiltà tal-miżura mal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat dwar l-enerġija u l-ambjent.

5.1.1.   Il-kwalifika tas-SIEG

5.1.1.1.   L-ewwel kriterju: Il-kompitu tas-SIEG

(76)

Franza tinnota li theddida għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fil-Brittanja kienet identifikata b'mod ċar permezz tar-rapporti ta' monitoraġġ dwar l-ekwilibriju bejn il-provvista u d-domanda kif ukoll mill-fornitur tan-netwerk (20) fir-rapporti previsti tagħha tal-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda. Dawn ir-riskji ġew ikkonfermati minkejja l-fallimenti li seħħew bejn l-istudji ta' adegwatezza u r-realtà.

(77)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, Bretanja għandha, minn naħa, distakk kbir fil-kapaċità li twassal l-importazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-elettriku tagħha minn reġjuni oħra. Min-naħa l-oħra, il-konsum ta' elettriku Bretanja qed jiżdied b'mod ħafna aktar mgħaġġel mill-konsum Franċiż minħabba l-iżvilupp demografiku li wassal għal sensibilizzazzjoni ikbar fil-konsum reġjonali dovuta għall-kesħa kbira.

(78)

Barra minn hekk, il-konfigurazzjoni ġeografika tal-peniżola ta' Bretanja tillimita l-possibilitajiet ta' trażmissjoni tal-elettriku u skont l-awtoritajiet Franċiżi, iddgħajjef l-istabbiltà tal-vultaġġ tan-netwerk. Il-vultaġġ huwa wieħed mill-parametri prinċipali tas-sigurtà tas-sistema tal-elettriku. Minħabba li l-elettriku jiġi trażmess lejn Bretanja fuq distanza kbira (minn Val de Loire u l-estwarju tal-Loire), iċ-ċirkolazzjoni tal-kurrent fil-linja tikkawża waqgħa fil-voltaġġ, b'dan ikun l-iktar baxx f'tarf il-linja milli kien fil-bidu tal-linja u li għalhekk iwassal għal diversi konsegwenzi: żieda fit-telf tat-trażmissjoni, tnaqqis fil-kwalità tal-mewġ lokali.

(79)

L-awtoritajiet Franċiżi wara enfasizzaw in-nuqqasijiet li jaffettwaw id-deċiżjonijiet operattivi u tal-investiment kif ukoll is-suq tal-elettriku fi Franza u fi Bretanja: nuqqas ta' sistema ta' kejl li jippermetti gwida tal-konsum f'ħin reali; nuqqas ta' oqsma differenti ta' prezzijiet li rriflettew il-limiti fin-netwerk; sinjali tal-prezzijiet insuffiċjenti biex tħeġġeġ id-diversifikazzjoni tal-provvista tal-elettriku mill-investituri privati; ġrajjiet li jistgħu jkollhom impatt fuq il-kundizzjonijiet ta' finanzjament tal-investimenti privati. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta' żona ta' suq fi Bretanja, skont l-awtoritajiet Franċiżi, ma tosservax il-kundizzjonijiet normali tas-suq peress li ma toħloqx is-sinjali tal-prezzijiet speċifiċi għal investituri privati fiż-żoni fejn il-ħtiġijiet ta' vultaġġ huma l-iktar għoljin.

(80)

Franza tinnota li l-obbligu ta' nondiskriminazzjoni huwa rispettat minħabba li dan, skont l-awtoritajiet Franċiżi, ma jinkludix it-teknoloġiji, imma l-intrapriżi.

(81)

Fir-rigward tad-dimensjonar tal-kapaċità, l-awtoritajiet Franċiżi jinnotaw li n-nuqqas ta' kapaċità se jkun agħar minħabba l-għeluq bikri tat-TACs ta' Brennilis u ta' Dirinon (320 MW), kif ukoll il-limitazzjoni tal-kapaċitajiet fuq is-sit Cordemais (1 400 MW għaż-żewġ partijiet) għal raġunijiet ambjentali. Id-defiċit huwa stmat bejn 200 MW u 600 MW fuq il-perjodu 2017-2020. Il-waqfien tagħhom isir b'ċertezza sa mhux aktar tard mill-2023.

(82)

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li s-sejħa għal offerti mhijiex ser tolqot id-deċiżjonijiet ta' investiment li jirrigwardaw it-teknoloġiji l-oħra minħabba li l-miżura għandha biss l-għan li tikkumpensa l-ispejjeż speċifiċi għat-teknoloġija użata (l-iktar, it-tisħiħ tan-netwerks tal-gass) kif ukoll il-limitazzjonijiet ta' żmien għall-kostruzzjoni li mhumiex appoġġjati minn teknoloġiji oħra.

(83)

Għall-istess raġunijiet, Franza tenfasizza li s-sejħa għal offerti ma ssaħħaħx il-“missing money” għall-kapaċitajiet l-oħra sa fejn dan huwa intiż biss biex jikkumpensa l-ispejjeż żejda speċifiċi għat-teknoloġija użata (GCC). Barra minn hekk, minħabba l-għeluq ta' erba' impjanti tat-Tip TAC sal-2023, l-impatt tal-introduzzjoni ta' impjant ġdid GCC f'Landivisiau se jillimita l-impatt fuq il- “missing money”.

(84)

Għall-kuntrarju tal-punt (76) tad-deċiżjoni tal-ftuħ, Franza tikkunsidra li l-miżura mhijiex diskriminatorja. Hija għarrfet li l-miżura ma kinitx teknoloġikament newtrali minħabba li s-sejħa għal offerti timponi r-rikors għat-teknoloġija GCC. Madankollu, Franza tikkunsidra li l-osservanza tal-obbligu tan-nondiskriminazzjoni tad-Direttiva 2009/72/KE ma timplikax l-interdizzjoni fl-għażla ta' teknoloġija partikolari fil-kuntest ta' sejħa għal offerti għal kapaċità ta' produzzjoni sakemm l-intrapriżi kollha jistgħu jaċċedu għal din it-teknoloġija.

(85)

Finalment, l-investimenti fit-tisħiħ tan-netwerk tal-gass se jiffaċilitaw l-impjantazzjoni ta' mezzi kumplimentari li joperaw bil-gass naturali.

5.1.1.2.   It-tielet u r-raba' kriterji: il-proporzjonalità u l-għażla tal-irħas kandidat

(86)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-ewwel nett, l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu ta' restituzzjoni kienet tnaqqas it-tamiet għal introjti mistennija mill-kandidati għal bejgħ tal-elettriku fis-suq u kienet twassalhom biex jitolbu premium ogħla. It-tieni nett, l-awtoritajiet jenfasizzaw li minħabba r-rabta qawwija, għat-teknoloġija GCC, bejn il-prodotti u l-ispejjeż tal-gass, l-IRR tal-proġett hija relattivament inflessibbli għall-bidliet fil-fatturat. L-awtoritajiet Franċiżi saħqu r-raġunijiet prattiċi: Kien ikun diffiċli li jintroduċu dan il-mekkaniżmu a posteriori u l-introduzzjoni tiegħu tista' toħloq inċertezza legali.

(87)

It-tieni nett, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-għadd ta' siti eliġibbli li jistgħu jilqgħu kandidat kien kbir biżżejjed biex l-ebda kandidat ma jiġi eskluż. Iż-żona eliġibbli tista' tiġi stmata bejn 2 000 km2 u 4 000 km2 ta' art libera, meta mqabbla mal-15-il ettaru meħtieġa għall-kostruzzjoni ta' sit għal GCC. Il-kandidati setgħu wkoll jagħżlu siti oħra billi jitolbu modifiki tal-Pjan Lokali tal-Iżvilupp Urban fil-limiti kompatibbli ma' dawk stabbiliti permezz tas-sejħa għal offerti. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-ebda kandidat għas-sejħa għall-offerti ma ġie impedit milli jdaħħal il-kandidaturi tiegħu minħabba nuqqas ta' sit.

(88)

Franza tillimita r-rwol ta' kriterji ambjentali fl-għażla tar-rebbieħ bil-varjetà ta' azzjonijiet possibbli li kandidat jista' jimplimenta biex jakkwista marka sodisfaċenti fil-kriterju ambjentali. Dawn il-kriterji josservaw ukoll li t-tliet fajls ta' applikazzjoni mressqa lill-Kummissjoni ta' Regolazzjoni tal-Enerġija kisbu marki ekwivalenti fuq dan il-kriterju ambjentali.

(89)

Fir-rigward tal-karattru potenzjalment diskriminatorju għall-għażla tat-teknoloġija, l-awtoritajiet jirrilevaw in-natura mifruxa fl-Ewropa u l-aċċessibbiltà tiegħu. L-awtoritajiet Franċiżi imbagħad jenfasizzaw li inkonsiderazzjoni tal-prossimità bejn it-teknoloġiji kkunsidrati (OCG (21), GCC, TAC), ma hemm l-ebda kandidat esklussivament speċjalizzat f'teknoloġija tal-gass u li kien ikun jista' jqis lilu nnifsu diskriminat minħabba l-miżura. Ir-rispett lejn in-newtralità teknoloġika għalhekk mhix se tiġi kontrobilanċjata.

5.1.2.   Il-kompatibbiltà mal-linji gwida

5.1.2.1.   L-interess komuni

(90)

L-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li l-għan ta' din il-miżura hija li tassigura l-provvista tal-elettriku ta' Bretanja permezz ta' żewġ elementi: tassigura minn naħa, il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda u tiggarantixxi l-istabbiltà tal-vultaġġ tan-netwerk min-naħa l-oħra.

(91)

L-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li l-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda se jkun garantit mill-miżura li se tikkontribwixxi għat-titjib tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni, li dawn iridu jkunu disponibbli fil-punt ta' konsum u b'mod partikolari, fil-Punent tar-reġjun (il-provvista tilħaq id-domanda tal-potenza reattiva).

(92)

L-awtoritajiet Franċiżi jinnotaw fl-aħħar nett li l-fatt li l-ebda telf tal-provvista tal-enerġija ma ġiet osservata fil-passat ma jiġġustifikax li ma tittieħed l-ebda miżura kontra t-theddid potenzjali u identifikati.

5.1.2.2.   In-neċessità

(93)

L-awtoritajiet Franċiżi jiġġustifikaw l-ewwel nett, in-neċessità tal-miżura permezz ta' elementi kwantifikati. Fil-każ ta' għeluq ta' erba' TAC ta' Brennelis u Dirinon u taqsimiet tal-fjuwil fuq is-sit ta' Cordemais, id-defiċit residwali jiġi stmat bejn 200 MW u 600 MW kull sena, fuq il-perjodu 2017–202. Dawn l-impjanti għandhom jiġu adottati sa mhux aktar tard mill-2023.

(94)

It-tieni nett, Franza tiġġustifika l-ħtieġa tal-miżura minn fallimenti tas-suq, murija l-iktar min-nuqqas ta' investiment fi Bretanja minkejja l-eżistenza ta' ħtieġa għall-komunità.

(95)

It-tielet nett, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-ħtieġa ma tikkonċernax il-ħolqien ta' żona ta' prezzijiet għal Bretanja. L-ewwel nett, din iż-żona li tkopri Bretanja kollha ma tippermettix li twieġeb għall-għan ta' żamma ta' vultaġġ fi ħdan dik iż-żona. It-tieni nett, tali żona, ristretta fil-Punent ta' Bretanja minħabba n-nuqqas ta' konġestjoni fuq tranżiti mal-bqija ta' Bretanja, ma timplikax is-sinjali tal-prezzijiet suffiċjenti sabiex jixprunaw l-investiment. Skont Franza, din iż-żona fil-fatt, tippreżenta attrazzjoni limitata minħabba d-daqs żgħir wisq biex tiġbed il-fornituri ż-żgħar. Ma hemm l-ebda ċertezza li ż-żona tal-prezzijiet tiżvela l-valur reali ta' mezz ta' produzzjoni fi Bretanja u twassal biex wieħed jinvesti hemmhekk minħabba l-livell baxx ta' okkorrenzi ta' konġestjoni fin-netwerk. Bl-istess mod, ma hemm l-ebda ċertezza dwar il-fatt li dan l-investiment isir b'inqas spejjeż mill-komunità meta mqabbel ma' sejħa għall-offerti ta' darba. Fl-aħħar nett l-awtoritajiet jenfasizzaw l-ispejjeż maħluqa minħabba l-ħolqien ta' żona ta' prezz speċifiku għal Bretanja: aġġustamenti neċessarji fis-swieq bl-ingrossa, allokazzjonijiet ta' drittijiet ta' tariffi tat-trażmissjoni, aġġustament tariffarju (22) sabiex ma jiġux penalizzati l-konsumaturi ta' Bretanja. Id-dewmien fl-istabbiliment fl-aħħar mill-aħħar jistgħu ma jikkorrispondux għall-ħtiġijiet fuq medda iqsar tal-istabbiliment ta' sigurtà fil-provvista tal-elettriku tas-sistema ta' Bretanja.

(96)

Ir-raba' nett, l-awtoritajiet Franċiżi jinnutaw li l-produzzjoni ta' Bretanja hija rinnovabbli fil-maġġoranza tagħha permezz tal-enerġija mir-riħ. Il-ġestjoni tal-intermittenza tikkostitwixxi għalhekk sfida dejjem akbar fi Bretanja li teħtieġ iktar u iktar id-disponibbiltà ta' mezzi flessibbli bħal l-GCC ta' Landivisiau.

(97)

Il-ħames nett, il-bini ta' mezz ta' produzzjoni fi Bretanja jista' jkun ta' benefiċċju għall-konsumaturi kollha Franċiżi barra l-perijodi tal-konġestjoni tan-netwerk billi jillimita r-riskju ta' waqgħa fil-vultaġġ billi jikkontribwixxi għat-tnaqqis tat-telf online u billi jtejjeb b'mod globali l-livell ta' adegwatezza tal-kapaċità.

(98)

Is-sitt nett, Franza temmen li l-ħtieġa tal-miżura hija sostnuta mill-ħtieġa li tevita kollass tal-vultaġġ fi Bretanja kollu li jista' jpatti l-uniku ħolqien ta' linji tal-elettriku.

(99)

L-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw, fl-aħħar nett, li minħabba l-għeluq ta' TACs ta' Brennilis u Dirinon, il-varjazzjoni fil-kapaċità termika fir-reġjun ser tkun baxxa, fl-ilma ta' 100 MW. F'dan il-kuntest, l-impatt fuq “missing money” ser ikun baxx ħafna.

5.1.2.3.   Natura xierqa

(100)

Fir-rigward tar-remunerazzjoni, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li din hija adattata peress li hija remunerazzjoni tal-kapaċità u għalhekk ma tiffornixxi l-ebda inċentiv għall-produzzjoni.

(101)

Il-frazzjonament taż-żona tariffarja ma tkunx xierqa, speċjalment biex tiġi żgurata ż-żamma tal-vultaġġ, bħal ma hu spjegat fil-premessa 95.

(102)

Jekk l-awtoritajiet Franċiżi ma jikkuntestawx li l-miżura nnotifikata hija selettiva, huma xorta waħda jqisu li, minn naħa, it-teknoloġija magħżula tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tindirizza l-ħtieġa identifikata u li hija b'hekk ġiet magħżula wara sejħa għal offerti teknoloġikament newtrali u li, min-naħa l-oħra, il-miżura ma tiħux post l-iżvilupp ibbilanċjat u ġust tat-teknoloġiji kollha neċessarji għas-sigurtà tal-provvista, inkluż ir-reazzjoni, l-interkonnetturi u l-ħażna.

(103)

Barra minn hekk, il-qawwa ta' 450 MW, skont Franza, hija ġġustifikata mill-kriterju ta' nuqqas ta' kapaċità waqt l-ogħla konsum (eż: il-previżjonijiet ta' RTE 2012).

(104)

L-adegwatezza tat-teknoloġija imbagħad tiġi pprovata mill-karatteristiċi tekniċi meħtieġa biex tindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi: dewmien ta' ħmistax-il siegħa fil-mobilizzazzjoni (magna wieqfa) jew ta' sagħtejn (magna operattiva); skadenzi minimi għall-offerti ta' aġġustament inferjuri jew indaqs għal tliet sigħat (operattiv) jew tmien sigħat (imwaqqfa). Ma hemmx limitu ta' tul ta' żmien massimu għall-attivazzjoni ta' offerti ta' aġġustament. L-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li t-teknoloġiji l-oħra (ċiklu miftuħ, TAC) u r-reazzjonijiet ma jistgħux jirrispondu b'mod sodisfaċenti għal dawn l-esiġenzi tekniċi.

(105)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, Franza ma tistax tiġi akkużata li ma ikkunsidratx teknoloġiji oħra fis-sejħa għall-offerti bħal dik dwar il-GCC (23). L-awtoritajiet Franċiżi jinvokaw l-Artikolu 194 tat-TFUE li tistabbilixxi li l-miżuri adottati mill-Unjoni Ewropea ma jistgħux jaffettwaw id-dritt ta' Stat Membru li jiddetermina l-istruttura ġenerali tal-provvista tal-enerġija tiegħu: l-għażla ta' impjant li jaħdem bil-gass taqa' fil-kompetenza nazzjonali u ma tistax tikkostitwixxi raġuni li żżommu lura mill-miżura.

(106)

Fir-rigward tar-reazzjonijiet, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li wieħed mill-għanijiet tal-miżura hija ż-żamma tal-vultaġġ lokali li tista' tiġi żgurata biss b'injezzjoni tal-elettriku lokali li fiha ma jistax ikun hemm kapaċitajiet ta' reazzjoni.

(107)

It-teknoloġiji l-oħra ma setgħux jiġu aċċettati mingħajr ma jitolbu primjum ogħla.

(108)

It-teknoloġija tal-GCC hija ġġustifikata mill-ammont kbir ta' sigħat ta' użu biex jimmantjenu l-livell ta' vultaġġ. It-TAC huma kompetittivi għal mitt siegħa biss. Il-ħtiġijiet ta' provvista tal-gass jiġġustifikaw ukoll l-użu ta' din it-teknoloġija: TAC kien ikollu bżonn 50 % ta' aktar gass. L-OCG jiswa inqas minn GCC, iżda l-ispejjeż għoljin ta' provvista tal-gass jiġġustifikaw l-użu ta' makkinarju aktar effiċjenti.

(109)

It-teknoloġija tar-reazzjoni mhijiex kumpatibbli mal-ħtieġa operattiva ta' ftit eluf ta' sigħat. Din lanqas ma tippermetti li tiġi żgurata l-ħtieġa tal-produzzjoni. L-istess japplika għall-moduli ta' ġenerazzjoni rinnovabbli intermittenti minħabba n-natura mhux “kontrollabli” tal-produzzjoni. It-teknoloġiji tal-ħżin deċentralizzati huma spejjeż ta' investiment għoljin wisq biex jikkompetu mal-GCC. Interkonnessjoni ġdida ma kinitx tkun suffiċjenti biex tikkompeti t-teknoloġija tal-GCC minħabba l-problema ta' vultaġġ.

(110)

Minbarra li l-kapaċitajiet eoliċi u fotovoltajċi huma wisq intermittenti biex jipproponu impenn ta' disponibbiltà bi prezz kompetittiv. Il-kapaċitajiet idrawliċi eżistenti huma wkoll intermittenti. Il-kapaċitajiet eżistenti tal-produzzjoni termali rinnovabbli diġà jibbenefikaw minn appoġġ mill-pubbliku u ma setgħux jieħdu sehem fis-sejħa għal offerti. Il-kapaċitajiet termali fossili kienu min-naħa tagħhom jirrikjedu investimenti kbar sal-2023. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, dawn l-argumenti jenfasizzaw il-karattru xieraq tat-teknoloġija magħżula.

5.1.2.4.   Il-proporzjonalità

(111)

Franza tenfasizza li l-profitabbiltà tal-proġett, imkejla bit-TRI ta' [5-10] %, hija fil-livell inferjuri meta mqabbla mal-profitabbiltà meħtieġa mill-investituri għal dan it-tip ta' proġett.

(112)

F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi ppreċiżaw li l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu ta' restituzzjoni hija tard wisq u li l-introduzzjoni tiegħu, li se twassal għal tnaqqis fid-dħul, se twassal għal talba ta' ħlas ta' premium ogħla b'tali mod li l-impatt tagħha fuq il-profitabbiltà tal-proġett se jinnewtralizza ruħha.

(113)

Għal dawn ir-raġunijiet, Franza tqis li l-miżura hija ta' natura proporzjonata.

5.1.2.5.   Distorsjoni tal-kompetizzjoni

(114)

Skont Franza, il-miżura ma tnaqqasx l-inċentivi għall-investiment fil-kapaċitajiet ta' interkonnessjoni, l-iktar bejn Franza u l-Irlanda.

(115)

Barra minn hekk, il-miżura ma tkunx ta' tisħiħ tal-pożizzjoni dominanti tal-pożizzjoni dominanti ta' EDF. Fil-fatt ir-rebbieħ se jkollu interess ikbar biex jikkumerċjalizza l-eletrriku fis-suq huwa stess. Il-bejgħ tal-elettriku lil EDF b'rata mraħħsa ta' 5 %, imsemmi fil-premessa 53 huwa inqas vantaġġjuż mill-bejgħ b'rata ta' 100 % bil-prezz tas-suq. Għalhekk, din hija għażla legalment possibbli iżda mhux ekonomikament iġġustifikata.

5.2.   It-tweġiba għall-kummenti tal-partijiet interessati

5.2.1.   Il-ħtieġa għall-miżura

(116)

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li din il-kontestazzjoni tal-proġett minn diversi partijiet interessati minħabba tkabbir iżgħar fil-konsum ma hijiex fondata. Fil-fatt, huma jenfasizzaw li l-konsum tal-elettriku fi Bretanja żdied b'9,9 % bejn l-2006 u l-2014 b'paragun ma' żieda medja ta' 2,9 % fi Franza. L-awtoritajiet Franċiżi jirreferu wkoll għal studju li skontu, Bretanja hija t-tielet l-aktar reġjun dinamiku fi Franza fir-rigward taż-żieda fil-konsum tal-elettriku (24).

(117)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li l-istruttura partikolari tal-konsum tal-elettriku fir-reġjun, magħmul minn taqsima iktar importanti tas-setturi residenzjali u terzjarji, twassal għal aktar sensittività ogħla tal-konsum reġjonali meta tkun il-kesħa. Bretanja tirrapreżenta għalhekk 6,3 % taż-żieda fil-punt ta' konsum, filwaqt li tirrapreżenta 4,4 % biss tal-konsum annwali tal-elettriku.

(118)

It-tendenza ekonomika qed tmajna, il-progress tal-effiċjenza enerġetika mwettqa mill-evoluzzjoni tal-kuntest regolatorju qed jillimita t-tkabbir fid-domanda, li stabbilizzat ruħha għall-ewwel darba fl-2014. Għall-kuntrarju, l-evoluzzjoni ta' għadd ta' familji, meħuda minn demografija dinamika, l-evoluzzjoni ta' modi ta' ħajja bl-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, il-bidu tad-distribuzzjoni elettrika tal-vettura u l-iżvilupp ta' park b'pompi tas-sħana jagħtu spinta lid-domanda. Barra minn hekk, skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-aħħar previżjonijiet ta' żieda fil-konsum tal-elettriku fi Bretagna jibqgħu ogħla mill-medja tal-pajjiż.

(119)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li l-paraguni bejn il-previżjonijiet tal-PEB u l-konsum mwettaq għandhom isiru b'parametri identiċi. B'hekk, il-previżjonijiet tal-PEB kienu jinkludu l-konsum assoċjat mat-telf fin-netwerks, li ma ttiħidx kont tiegħu sistematikament mill-assoċjazzjonijiet li wieġbu lill-Kummissjoni meta dawn għamlu t-tqabbil. L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li dan l-iżball wassal għal żball fl-entrati. Barra minn hekk, huma jqisu li għadd ta' assoċjazzjonijiet jibbażaw fuq evalwazzjonijiet żbaljati, speċjalment f'dak li jikkonċerna d-disponibbiltà ta' enerġiji intermittenti, li ma kienux se jieħdu post l-evalwazzjonijiet magħmula minn RTE.

5.2.2.   Il-legalità tal-finanzjament tal-miżura

(120)

Bħalma huwa spjegat fil-premessa 68(2), ċerti partijiet interessati jqisu li l-finanzjament tal-miżura hija illegali, b'mod partikolari, li s-CSPE tkun esklużivament irriżervata għall-finanzjament ta' enerġiji rinovabbli.

(121)

L-awtoritajiet Franċiżi jikkontestaw din l-allegazzjoni. Fil-fatt:

(a)

Il-bażi legali tas-sejħa għall-offerti hija l-ipprogrammar pluriannwali tal-investimenti tal-2009, li tidentifika r-riskji għas-sigurtà tal-provvista fi Bretanja u tenfasizza l-ħtieġa li jinbena mezz ta' produzzjoni tradizzjonali fir-reġjun.

(b)

L-Artikolu L. 311-10 tal-kodiċi tal-enerġija jipprovdi li s-sejħiet għal offerti jistgħu jitniedu “fejn il-kapaċità ta' produzzjoni ma tilħaqx l-objettivi tal-programmazzjoni multiannwali ta' investimenti, speċjalment dawk li jikkonċernaw it-tekniki ta' produzzjoni u l-lokalizzazzjoni ġeografika tal-faċilitajiet”. Dan huwa l-każ ta' din is-sejħa għal offerti.

(c)

Fl-aħħar nett, il-punt 1 tal-Artikolu L. 121-7 tal-kodiċi tal-enerġija jipprovdi li l-ispejjeż imputabbli lill-funzjonijiet ta' servizz pubbliku jinkludu “l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw, fejn xieraq, fl-applikazzjoni tal-artikoli L. 311-10 sa L. 311-13-5”.

It-testi ċċitati hawn fuq juru li l-finanzjament tas-sejħiet għal offerti mnedija skont l-Artikolu L. 311-10 tal-kodiċi tal-enerġija setgħu jintlaħqu bħala kumpens għall-ispejjeż attribwiti għal missjonijiet tas-servizz pubbliku, u dan anke jekk ma jittrattawx dwar enerġija rinnovabbli.

(122)

Fl-aħħar nett, skont l-awtoritajiet Franċiżi, ir-riforma tas-CSPE fi tmiem l-2015 ma biddlitx dawn l-indikazzjonijiet. Il-finanzjament tal-miżura se jitwettaq minn approprjazzjonijiet baġitarji.

5.2.3.   L-impatt fuq il-kompetizzjoni

(123)

Kif żviluppat fil-premessa (74), ENGIE tikkunsidra li s-sejħa għal offerti ser issaħħaħ il-pożizzjoni dominanti tal-grupp EDF minħabba l-fatt li se jkun l-uniku produttur sussettibbli li jiskansa d-diżattivazzjoni temporanja tal-installazzjonijiet tiegħu minkejja t-tnaqqis inevitabbli tal-profitabbiltà tagħhom fil-ġejjieni. Għall-kuntrarju, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-wasla ta' attur ġdid fis-suq tal-produzzjoni tgħin biex tiżviluppa l-kompetizzjoni.

5.2.4.   Proċedura trasparenti — Konsultazzjoni Pubblika

5.2.4.1.   Il-preżenza ta' dibattitu pubbliku

(124)

Bosta partijiet interessati qiesu li d-dibattitu pubbliku dwar il-proġett ma kienx biżżejjed. Għall-kuntrarju tagħhom, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li l-proċedura tad-dibattitu pubbliku hija sodisfaċenti. Għaldaqstant:

(1)

Il-proġett kien soġġett għal awtorizzazzjoni meħuda taħt il-forma ta' digriet prefettorali li tistipula d-dispożizzjonijiet li l-operatur għandu jirrispetta sabiex jiżgura l-ħarsien tal-ambjent, bi qbil mat-titolu 1 tal-Ktieb V tal-Kodiċi tal-Ambjent dwar l-impjanti kklassifikati għall-ħarsien tal-ambjent.

(2)

Il-proġett kien is-suġġett ta' investigazzjoni pubblika li saret bejn il-15 ta' Settembru 2014 u l-31 ta' Ottubru 2014 skont il-kundizzjonijiet preċiżi fid-digriet prefettorali tat-18 ta' Awwissu 2014. Il-konklużjonijiet ta' din l-investigazzjoni pubblika jenfasizzaw li l-informazzjoni tal-pubbliku kiener biżżejjed u ppermettiet konsultazzjoni reali. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li l-fatt li l-maġġoranza fl-għadd tat-tweġibiet riċevuti ma jkunux favorevoli ma timminax id-deċiżjoni motivata tal-Kummissjoni ta' Inkjesta;

(3)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi fakkru li d-dibattitu li sar fil-livell lokali u reġjonali u l-konsultazzjoni mhux biss ippermettiet li l-pubbliku jingħata informazzjoni, iżda wkoll tat okkażjoni biex jiffurmaw gruppi ta' ħidma li jiġbru l-assoċjazzjonijiet favur jew kontra l-proġett.

5.2.4.2.   L-għan tal-primjum

(125)

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-affermazzjoni ta' parti interessata li s-sejħa għal offerti ma kinitx trasparenti għaliha, sa fejn il-għan tal-primjum ma kienx definit b'mod ċar, ma hijiex fondata.

(126)

Skont din il-parti, filwaqt li l-primjum kien intiż biss biex ikopri l-ispejjeż żejda marbuta mal-lokalizzazzjoni tal-istallazzjoni, it-trażmissjoni tal-elettriku u d-data prevista tal-operat, ċerti kandidati talbu saldu addizzjonali fl-offerta tagħhom li jikkumpensaw in-nuqqas ta' qligħ mill-impjant. Flus addizzjonali ma kienx ikun konformi mal-ispeċifikazzjoni u kien jintroduċi distorsjoni fil-kompetizzjoni fir-rigward tal-istokk ta' ċikli kkumbinati eżistenti u għalhekk, kien joħloq preġudizzju.

(127)

L-awtoritajiet Franċiżi fakkru li l-kandidat magħżul jista' jitħallas biss mill-ammont tal-premjum propost. Kull kandidat li jitlob ħlas addizzjonali għal dak tal-primjum fiss, li huwa perfettament deskritt fl-ispeċifikazzjonijiet, ma jkunx konformi. L-ebda ħlas addizzjonali (“saldu”) ma jista' jiġi previst u barra minn hekk, lanqas ma jista' jitqies fl-evalwazzjoni tal-kriterju primjum. Dan il-punt ġie mfakkar mis-CRE b'risposta għal domanda magħmula minn kandidat fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti.

(128)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, dan il-punt ma huwiex is-suġġett ta' diffikultajiet ta' interpretazzjoni min-naħa tal-kandidati li ssottomettew offerta. Dawn kienu kapaċi jintegraw l-ispiża addizzjonali għad-dħul fis-servizz tal-installazzjoni f'kuntest ekonomiku degradat għall-ammont tal-primjum propost.

6.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA

6.1.   Il-preżenza tal-għajnuna

(129)

L-għajnuna tal-Istat hija definita fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE bħala għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(130)

Jirriżulta mill-premessa preċedenti li l-klassifikazzjoni ta' miżura bħala għajnuna mill-Istat tirrikjedi li dawn it-tliet kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti b'mod kumulattiv: (a) il-miżura għandha tkun imputabbli lill-Istat u ffinanzjata permezz tar-riżorsi tal-Istat; (b) il-miżura tagħti vantaġġ selettiv li jista' jiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti; (c) il-miżura trid tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u jkollha l-potenzjal li taffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri.

6.1.1.   Għajnuna imputabbli lill-Istat u mogħtija permezz tar-riżorsi tal-Istat

(131)

Biex titqies bħala għajnuna mill-Istat, miżura finanzjarja għandha tkun imputabbli lill-Istat Membru u mogħtija, direttament jew indirettament, permezz tar-riżorsi tal-Istat.

(132)

F'dan il-każ, huwa stabbilit li r-remunerazzjoni mogħtija lil CEB tingħadda fuq il-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut tal-elettriku permezz tas-CSPE (ara l-premessa 42).

(133)

Kif indikat fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-CSPE hija riżorsa tal-Istat, billi din hija “kontribuzzjoni imposta mill-Istat, li tinġabar u hija ġestita minn entità maħtura mill-Istat biex iġġestixxi l-iskema ta' għajnuna skont ir-regoli stabbiliti mill-Istat”. Hekk kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja (25), il-fondi pprovduti permezz ta' kontribuzzjonijiet obbligatorji imposti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru, ġestiti u mqassma konformement ma' din il-leġiżlazzjoni, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala riżorsi tal-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, anki jekk huma ġestiti minn entitajiet pubbliċi jew privati distinti mill-awtorità pubblika (26).

(134)

Fl-aħħar nett, il-miżura hija imputabbli lill-Istat peress li l-avviż ta' sejħa għal offerti kien ippubblikat mill-Ministru responsabbli mill-enerġija u dan tal-aħħar kellu l-għażla tal-kandidat.

6.1.2.   Vantaġġ ekonomiku

(135)

Sabiex tkun tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, il-miżura għandha tkun ta' benefiċċju għall-impriża li tibbenefika minnha, li jfisser li din l-impriża ma setgħetx tikseb dan il-vantaġġ fil-kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri, fl-assenza ta' intervent mill-Istat.

(136)

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-miżura ma tikkostitwixxix vantaġġ ekonomiku li tissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fil-ġurisprudenza Altmark  (27). Fid-deċiżjoni ta' ftuħ tagħha, il-Kummissjoni kienet esprimiet dubji dwar din l-evalwazzjoni, u b'mod partikolari dwar jekk l-ewwel kriterju ġiex sodisfatt.

(137)

Jeħtieġ li l-ġurisprudenza Altmark  (27) tiġi evalwata jekk il-miżura inkwistjoni tagħti vantaġġ lil CEB.

(138)

Fis-sentenza Altmark, il-Qorti ddeċidiet li “sa kemm intervent mill-Istat għandu jkun ikkunsidrat bħala kumpens għas-servizzi pprovduti mill-impriżi benefiċjarji sabiex iwettqu obbligi ta' servizz pubbliku, b'mod illi dawn l-impriżi, fir-realtà ma jiħdux vantaġġ finanzjarju u li l-imsemmi intervent m'għandux għalhekk l-effett li jpoġġi tali impriżi f'pożizzjoni kompetittiva iktar favorevoli minn dik ta' impriżi kompetituri tagħhom, tali intervent ma jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 92(1) tat-Trattat” (28).

(139)

Bħala nota ta' tfakkir, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-miżura ma tikkostitwixxix vantaġġ ekonomiku li tissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fil-ġurisprudenza Altmark.

(140)

Fil-fatt, skont il-Qorti tal-Ġustizzja (29), sabiex kumpens għal servizz pubbliku jista' jevita li jiġi kwalifikat bħala għajnuna mill-Istat, għandhom ikunu sodisfatti l-erba' kriterji kumulattivi li ġejjin:

(1)

l-impriża benefiċjarja trid tkun effettivament ġiet inkarigata bit-twettiq tal-obbligu ta' servizz pubbliku li trid taqdi, u l-obbligi għandhom ikunu definiti sew;

(2)

il-parametri li fuq il-bażi tagħhom irid jiġi kkalkolat il-kumpens iridu jiġu stabbiliti bil-quddiem b'mod oġġettiv u trasparenti;

(3)

il-kumpens ma jistax ikun aktar minn dak li hu neċessarju sabiex ikunu koperti l-ispejjeż kollha jew parti minnhom, li jirriżultaw mit-twettiq ta' obbligi ta' servizz pubbliku, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kollu kif ukoll profitt raġonevoli; u

(4)

meta l-impriża inkarigata mit-twettiq tal-obbligi tas-servizz pubbliku ma tkunx saret skont proċedura tal-għażla kompetittiva li tippermetti li jintgħazel l-offerent li jkun kapaċi jipprovdi dawk is-servizzi li jiswew l-inqas lill-komunità, il-livell ta' kumpens meħtieġ irid jiġi ddeterminat abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż li ġġarrab impriża tipika, li tkun immexxija tajjeb u li jkollha biżżejjed mezzi neċessarji sabiex tissodisfa l-obbligi tas-servizz pubbliku filwaqt li jitqiesu d-dħul relevanti u profitt raġonevoli relattivi sabiex jitwettqu l-obbligi.

(141)

Fir-rigward tal-ewwel kriterju, jekk jiġi rikonoxxut li l-Istati Membri għandhom marġni wiesa' ta' diskrezzjoni biex jiddeterminaw liema servizzi jistgħu jitqiesu bħala obbligi tas-servizz pubbliku (30), il-Qorti tal-Ġustizzja reċentement fakkret (31) li, meta jeżistu regoli speċifiċi tad-dritt tal-Unjoni li jinkludu d-definizzjoni tal-kontenut u tal-portata tas-SIEĠ, dawn jorbtu l-evalwazzjoni tal-Istati Membri, skont il-punt 46 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali. Dawn ir-regoli ġeneralment għandhom l-għan ta' armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet sabiex jitneħħew l-ostakoli għal-libertajiet għall-movimenti liberi u għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Il-fatt li l-istandards jiġu adottati fuq il-bażi ta' dispożizzjonijiet oħrajn tat-Trattat minbarra dawk dwar il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat u għandhom, bħala għan ewlieni t-twettiq tas-suq intern, bl-ebda mod ma jillimita r-rilevanza tagħhom fir-rigward tal-ewwel kriterju Altmark.

(142)

Fid-dawl tal-osservazzjonijiet tal-partijiet interessati u tar-risposti pprovduti minn Franza (Taqsima 5), il-Kummissjoni tqis li l-miżura ma tissodisfax l-ewwel kriterju ta' Altmark dwar il-kwalifika tal-obbligu ta' servizz pubbliku (“OSP”) — b'mod partikolari għas-settur tal-enerġija, għal żewġ raġunijiet.

(143)

L-ewwel nett, kif spjegat il-Kummissjoni (32), mhuwiex xieraq li tiġi kklassifikata bħala obbligu tas-servizz pubbliku attività li diġà tkun ipprovduta jew li tista' tkun ipprovduta b'mod sodisfaċenti mis-suq. Skont din l-analiżi, għandu jitqies ukoll it-titjib possibbli għall-funzjonament tas-suq li jista' jiġi implimentati mill-Istati Membri. Fil-fatt, jekk dawn il-bidliet huma possibbli, mhuwiex xieraq li tiġi kkwalifikata l-attività ta' obbligu ta' servizz pubbliku. Madankollu, f'dan il-każ, is-suq jista' jiġi kkunsidrat bħala mhux funzjonali sa fejn ma jibgħatx is-sinjali tal-prezzijiet biżżejjed sabiex jixpruna l-investiment fil-livell lokali. Dan huwa l-każ speċjalment tas-swieq ta' terminu qasir, bħas-swieq ta' bbilanċjar, li l-mekkaniżmi ta' aġġustament tagħhom ma jipproduċux fid-data tal-proġett, sinjal tal-prezz lokali suffiċjenti.

(144)

It-tieni nett, il-preżenza ta' diskriminazzjoni dwar it-teknoloġiji ma tippermettix li jiġi kkwalifikat is-servizz ta' obbligu ta' servizz pubbliku. F'dan il-każ, l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva dwar l-Elettriku (33) jispeċifika l-kundizzjonijiet speċifiċi dwar il-kapaċità tal-Istati Membri li jimplimentaw l-OSP fis-settur liberalizzat tal-elettriku. B'mod partikolari, l-Artikolu 3(2) jillimita l-possibbiltajiet tal-Istati għall-implimentazzjoni ta' OSP fis-settur tal-enerġija għal objettivi speċifiċi (34): “l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq impriżi li jkunu qed jaħdmu fis-settur tal-elettriku, u fl-interess ekonomiku ġenerali, l-obbligi tas-servizz pubbliku li jistgħu jkunu marbuta mas-sigurtà, inkluża s-sigurtà tal-provvista, ir-regolarità, il-kwalità u l-prezz tal-provvisti u l-protezzjoni ambjentali, inklużi l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, l-enerġija minn sorsi rinnovabbli u l-protezzjoni tal-klima.” L-istess Artikolu 3(2) jipprevedi wkoll li l-OSP fis-settur tal-enerġija għandhom ikunu “definiti b'mod ċar, trasparenti, mhux diskriminatorji, verifikabbli u jiggarantixxu aċċess ugwali lill-kumpaniji tal-elettriku tal-Unjoni għall-klijenti”.

(145)

Il-Kummissjoni tqis li l-kriterju tan-nondiskriminazzjoni, analizzat fil-kuntest tal-eżistenza ta' obbligu ta' servizz pubbliku, għandu jiġi interpretat b'mod strett. In-notifika mressqa minn Franza tispeċifika li s-sejħa għal offerti tikkonċerna l-bini u l-użu ta' installazzjoni ta' produzzjoni tal-elettriku li jagħmel użu biss mit-teknoloġija taċ-ċiklu kombinat (35). F'termini oħra, is-sejħa għal offerti kienet ristretta għal teknoloġija unika (GCC) u eskludiet speċjalment, it-teknoloġiji konvenzjonali tat-tip OCG jew TAC li setgħu wkoll jipprovdu s-servizzi meħtieġa fl-impjant benefiċjarju.

(146)

Kif spjegat fil-premessi 84 u 89, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li l-fatt li l-miżura ma tkunx teknoloġikament newtrali ma jikkostitwixxix diskriminazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3 (2) tad-Direttiva 2009/72/KE peress li l-impriżi kollha jista' jkollhom aċċess għat-teknoloġija GCC kif ukoll għat-teknoloġiji konvenzjonali kollha. Madankollu, il-miżuri ta' għajnuna għandhom ikunu ddisinjati b'mod li l-kapaċitajiet ta' produzzjoni jkunu jistgħu jikkontribwixxu b'mod effettiv għall-indirizzar tal-problema tal-adegwatezza tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni li jipparteċipaw f'dawk il-miżuri u speċjalment, il-parteċipazzjoni ta' ġeneraturi li jużaw teknoloġiji differenti. Għalhekk, l-argument ta' Franza li l-impriżi kollha jkunu jistgħu jkollhom aċċess għat-teknoloġija GCC ma jippermettix li tiġi eskluża n-natura diskriminatorja tal-miżura.

(147)

Il-Kummissjoni tinnota li s-sejħa ta' offerti kellha l-għan li ttejjeb il-livell tal-produzzjoni tal-elettriku tar-reġjun sabiex iżżomm is-sigurtà tal-provvista minkejja l-għeluq ippjanat ta' bosta siti ta' produzzjoni u biex tiġi riżolta l-problema rikorrenti ta' vultaġġ fi Bretanja. Biex twieġeb għal dan il-għan doppju, l-ispeċifikazzjonijiet elenkaw għadd ta' rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-impjant benefiċjarju tal-futur. Dan kellu jkollu potenza attiva ta' madwar 450 MW (± 10 %), jkun fil-Punent ta' Bretanja u jkun disponibbli dejjem biex jippermetti l-mobilizzazzjoni tiegħu minn RTE permezz tal-mekkaniżmu ta' aġġustament. Min dan ir-rekwiżit tal-aħħar, l-ispeċifikazzjonijiet kienu jippreċiżaw li l-impjant għandu jiġi mmobilizzat minn RTE f'mhux iktar tard minn ħmistax-il siegħa minn meta l-magna tkun wieqfa u mhux iktar tard minn sagħtejn minn meta tkun qed topera l-magna, u li ma jistax ikun hemm restrizzjonijiet ta' żmien massimu għall-attivazzjoni ta' offerti ta' aġġustament u li d-dewmien minimu ta' offerti ta' aġġustament għandu jkun ta' tliet sigħat jew inqas għal magna li qed topera, u tmien sigħat għal magna wieqfa. Dawn il-kundizzjonijiet huma intiżi sabiex jiggarantixxu r-reattività u l-flessibbiltà tal-impjant u b'hekk jiżguraw li RTE tkun tista' timmobilizza l-impjant biex tissodisfa ħtieġa puntwali u temporanja li jiżguraw iż-żamma tal-vultaġġ u l-bilanċ lokali fl-istess ħin. Fil-premessi 107 u 108, Franza ma tikkontestax li dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jintlaħqu mill-impjanti konvenzjonali kollha, jiġifieri minn GCC, OCG u TAC.

(148)

Bl-istess mod, l-analiżi tal-adegwatezza tat-teknoloġiji differenti mal-għanijiet stabbiliti mis-sejħa għal offerti twassal għall-konklużjoni li t-tliet teknoloġiji konvenzjonali (GCC, OCG et TAC) setgħu jirrispondu għall-ħtiġijiet identifikati mill-awtoritajiet Franċiżi, għalkemm f'kundizzjonijiet ta' effiċjenza differenti. Madankollu, is-sejħa għal offerti tipprevedi biss l-istabbiliment ta' impjant tat-tip GCC. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li s-sejħa għal offerti hija diskriminatorja.

(149)

Madankollu, kif imfakkar fil-premessa 144, l-obbligu ta' servizz pubbliku għandu jkun neċessarjament nondiskriminatorju. Id-diskriminazzjoni kkonstatata fil-konfront ta' ċerti teknoloġiji konvenzjonali b'hekk teskludi l-kwalifika tal-obbligu ta' servizz pubbliku tal-miżura.

(150)

Għalhekk, l-argument ta' Franza ppreżentat fil-premessa 84 li skontu l-miżura ma tikkostitwixxix diskriminazzjoni lejn tipi oħra ta' teknoloġiji konvenzjonali ma għandhiex tkun ammissibbli. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-miżura ma tistax tiġi kkwalifikata bħala obbligu ta' servizz pubbliku. Għalhekk, l-ewwel kriterju stabbilit mill-ġurisprudenza Altmark ma ġiex irrispettat.

(151)

Il-miżura tikkostitwixxi għalhekk vantaġġ. Fil-fatt, fis-sens tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 107 tat-TFUE, il-vantaġġ huwa vantaġġ ekonomiku li intrapriża ma kellhiex tikseb fil-kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fin-nuqqas ta' intervent tal-Istat. F'dan il-każ, il-konsorzju se jibbenefika minn primjum li ma tkunx allokata fil-kundizzjonijiet normali tas-suq iżda li tirriżulta minn sussidju pubbliku. Għaldaqstant, il-miżura tista' titqies bħala vantaġġ mogħti lir-rebbieħ tas-sejħa għal offerti.

(152)

Fit-tieni lok, sabiex titqies bħala selettiva skont l-Artikolu 107(1) TFUE, għajnuna għandha tiffavorixxi lil“ċerti impriżi jew ċerti produtturi”. F'dan il-każ, il-miżura hija allokata b'mod esklużiv lir-rebbieħ tas-sejħa għal offerti u għandha għalhekk tkun ikkunsidrata bħala selettiva.

(153)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-miżura tagħti vantaġġ selettiv għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) TFUE.

6.1.3.   L-effett fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri

(154)

L-għajnuna pubblika għall-impriżi fis-sens tal-Artikolu 107(1) biss għandha effett fuq il-kompetizzjoni jekk din “(…) twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti” u sa fejn “tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri”. Miżura mogħtija mill-Istat titqies li twassal għal distorsjoni jew thedded li twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni meta tkun probabbli li ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarju meta mqabbel ma' impriżi oħra li jikkompeti magħhom (36). Fil-prattika, distorsjoni fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE huwa normalment ikkonstatat malli l-Istat jagħti vantaġġ finanzjarju lil impriża f'settur fejn il-kompetizzjoni teżisti (37). F'dan il-każ, il-miżura hija ta' natura li ssaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva tal-konsorzju CEB meta mqabbel ma' impriżi oħra, li ppermettewlu jżid il-kapaċità tiegħu biex jipproduċi l-elettriku meta mqabbel mal-bqija tal-kompetituri.

(155)

L-għajnuna pubblika għall-impriżi tikkostitwixxi biss għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE sa fejn “tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri”. Is-sostenn pubbliku jista' jitqies li kapaċi jaffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri anki jekk il-benefiċjarji mhumiex direttament involuti f'kummerċ transfruntier. Barra minn dan, l-ammont relativament baxx ta' għajnuna jew id-daqs relativament żgħir tal-impriża benefiċjarja ma jeskludix, a priori, l-eventwalità li l-kummerċ bejn l-Istati Membri jkun affettwat (38). F'dan il-każ, il-benefiċjarju tal-għajnuna se jikseb vantaġġ li l-kompetituri barranin ma jistgħux jiksbu, minħabba s-selettività tal-għajnuna.

(156)

Barra minn hekk, l-implikazzjonijiet ta' għajnuna fuq il-kompetizzjoni u l-effett tagħhom fuq il-kummerċ bejn Stati Membri jistgħu jiġu kkaratterizzati sakemm il-miżura tibbenefika lil impriża li topera f'settur li kien suġġett ta' liberalizzazzjoni fuq livell Europew (39). F'dan il-każ, is-settur tal-enerġija kien is-suġġett ta' tali liberalizzazzjoni.

(157)

Għalhekk, il-miżura se taffettwa il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

6.1.4.   Konklużjoni dwar l-eżistenza tal-għajnuna

(158)

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

6.2.   Il-leġalità tal-għajnuna

(159)

Il-miżura għadha ma ġietx implimentata. Hija se titħallas għat-tħaddim tal-impjant, mill-bidu ta' […]. Il-miżura se tkun implimentata wara din id-deċiżjoni. Din tal-aħħar ma tistax għalhekk titqies bħala li hija illegali.

6.3.   Kompatibbiltà mas-Suq Intern

6.3.1.   Ġustifikazzjoni tal-qafas ta' analiżi użat

(160)

Is-servizz ma jistax jiġi kkwalifikat bħala obbligu ta' servizz pubbliku, kif deskritt fil-premessi 144 sa 147. Għaldaqstant, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-qafas SIEĠ ma tapplikax f'dan il-każ.

(161)

Il-Kummissjoni għalhekk għandha tevalwa l-kompatibbiltà tal-miżura skont it-Taqsima 3.9 tal-EEAG. Il-punti 19 sa 34 tal-EEAG jiddefinixxu l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni bħala (i) il-livell ta' produzzjoni li huwa meqjus bħala adegwat biex jintlaħqu l-livelli tad-domanda fl-Istat Membru f'perjodu ta' żmien partikolari, (ii) li jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-użu ta' indikatur statistiku konvenzjonali użat minn organizzazzjonijiet ewlenin (pereżempju n-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku (“l-ENTSO-E”)).

(162)

Fir-rigward tal-ewwel kriterju, il-Kummissjoni tqis li l-miżura tirrigwarda l-implimentazzjoni ta' livell ta' produzzjoni biżżejjed biex jintlaħqu l-livelli tad-domanda fi Bretanja, kemm mil-lat kwantitattiv (ara l-premessa 166) u kwalitattiv (premessa 174).

(163)

Dwar it-tieni kriterju, il-Kummissjoni tqis li l-indikaturi li jsostnu n-natura suffiċjenti tar-risposta miġjuba mill-impjant CCG għandhom ikunu oġġettiv b'mod sodisfaċenti (ara premessa 168).

6.3.2.   L-objettiv ta' interess komuni u tal-ħtieġa

(164)

Il-Kummissjoni tqis li l-miżura tikkontribwixxi għall-kisba ta' objettiv ta' interess komuni u hija meħtieġa, skont it-Taqsimiet 3.9.1 u 3.9.2 tal-EEAG, jekk din tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin: (i) il-kwistjoni tal-adegwatezza tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni għandha tiġi identifikata permezz tal-użu ta' indikatur kwantifikabbli u r-riżultati għandhom ikunu konsistenti mal-analiżi mwettqa mill-ENTSO-E; (ii) il-miżura trid tilħaq objettiv definit sew; (iii) il-miżura għandha tolqot in-natura u l-kawżi tal-problema u b'mod partikolari l-falliment tas-suq li ma jħallix lis-suq sabiex jipprovdi l-livell meħtieġ ta' kapaċità; u (iv) l-Istat Membru għandu jkun qies għażliet oħra biex tiġi indirizzata l-problema.

(165)

Il-kwistjoni tal-adegwatezza tal-kapaċità ġiet kjarament identifikata u kkwantifikata. L-għeluq, programmat fl-2017 fin-nuqqas ta' investiment ta' kapaċità, ta' erba' TAC ta' Brennelis u Dirinon u taqsimiet tal-fjuwil fuq is-sit ta' Cordemais, joħloq defiċit residwali ta' kapaċità stmat bejn 200 MW u 600 MW kull sena, fuq il-perjodu 2017–2023, kif espost fil-premessa 81. Anki jekk ġiet proposta estensjoni tat-tul tal-ħajja ta' dawn l-impjanti, dawn għandhom jitwaqqfu sa mhux aktar tard mill-2023. Dwar dan il-punt, il-Kummissjoni tinnota l-produzzjoni baxxa fi Bretanja stess, b' 13,3 % tal-konsum fl-2014, li minnha 11,8 % permezz tal-enerġiji rinnovabbli li jiżvela' s-sehem mhux daqstant sinifikanti tal-produzzjoni mhux intermittenti. Dawn l-elementi jinnegaw l-argumenti miġjuba minn xi partijiet interessati (ara l-premessa 55). Dawn jikkonfermaw min-naħa l-oħra l-argumentazzjoni żviluppata minn dawn tal-aħħar esposta fil-premessi 61, 63 u 81.

(166)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li r-riskju marbut maż-żamma ta' vultaġġ ġie oġġettivat b'mod sodisfaċenti mill-awtoritajiet Franċiżi. Fil-fatt, RTE iddeċieda li jwaqqaf, f'erba' darbiet matul is-sena tal-2012, sistema speċifika ta' ġlieda kontra kwalunkwe inċident relatat ma' limitazzjoni tal-vultaġġ fi Bretanja. Sistema bħal din għandha tikkonsisti f'sistema ta' skattar ta' tnaqqis tat-tagħbija stabbilit waqt l-aktar perjodi kritiċi.

(167)

Il-bżonn tal-miżura ppreżentata mill-awtoritajiet Franċiżi huwa bbażat fuq dejta kwantifikata li tirriżulta minn studji magħmula minn RTE fil-kuntest tal-attività tiegħu ta' pubblikazzjoni annwali (40).

(168)

Minn naħa, il-metodu użat huwa konformi ma' dak użat fil-bilanċ previst ta' RTE. Dan il-metodu huwa bbażat fuq approċċ probabilistiku fejn il-livelli ta' offerta u domanda jiġu kkonfrontati b'simulazzjoni tat-tħaddim tas-sistema elettrika Ewropea f'fażi tal-ħin fuq sena sħiħa. Xi parametri, bħal pereżempju d-disponibbiltà tal-impjant, għandhom ikunu bbażati fuq il-parametri ta' referenza tal-istudji mwettqa minn ENTSO-E.

(169)

Min-naħa l-oħra, sostanzjalment, id-dejta nnotifikata għandha tkun ibbażata fuq l-elementi tal-bilanċ li jattestaw (i) dinamika ta' konsum madwar 2,7 darba aktar mit-tendenza nazzjonali matul il-perjodu 2006–2012 (żieda fil-konsum ta' 1,6 % bħala medja fuq l-aħħar sitt snin fi Bretanja), (ii) il-waqtiet intensivi ta' konsum li għadhom sensittivi għall-kundizzjonijiet tal-klima u ogħla mis-sensittività medja fi Franza, li jiġu spjegati prinċipalment permezz tal-istruttura tal-konsum tar-reġjun fejn is-setturi residenzjali u terzjarji jokkupaw parti sinifikanti, (iii) mezzi ta' produzzjoni lokali insuffiċjenti, billi l-mezzi ta' produzzjoni li jinsabu fi Bretanja jipprovdu biss 13 % tal-enerġija elettrika kkunsmata fir-reġjun, (ara l-premessa 166) u (iv) titjib fin-netwerk li jirrispondi b'mod parzjali għall-kwistjoni tal-adegwatezza. Fil-fatt, l-iżbilanċ bejn tal-enerġija prodotta u l-enerġija kkunsmata jdgħajjef is-sigurtà tal-provvista fir-reġjun u b'mod partikolari l-punti ta' dgħufija li ġejjin: it-Tramuntana ta' Bretanja, li jkopri l-biċċa l-kbira tad-Dipartiment ta' Côtes d'Armor kif ukoll l-agglomerazzjonijiet ta' Saint-Malo u Dinard, li l-provvista tagħhom tkun interrotta f'każ ta' indisponibbiltà tal-Assi 44 kV Domloup-Plaine Haute u l-madwar tar-reġjun ta' Bretanja, suġġett għal riskju ta' kollass tal-vultaġġ kkawżat mid-distanza bejn is-siti ta' produzzjoni u ċ-ċentri ta' konsum. Saru diversi investimenti minn RTE u b'mod partikolari l-istallazzjoni bejn l-2011 u l-2013 ta' mezzi ta' kumpens mifruxa fuq it-territorju kollu tar-reġjun tal-punent b'kapaċità totali ta' 1 150 MVAR (megavolt ampere reattiv), sabiex ikun żgurat livell ta' qawwa meħtieġa matul perjodi ta' kesħa. Skont RTE, dawn il-mezzi ta' kumpens għandhom jiġu supplimentati b'konnessjoni tal-CCG de Landivisiau biex jagħtu mill-ġdid il-marġni ta' sigurtà meħtieġa fir-rigward tar-riskju ta' kollass tal-vultaġġ u tinkiseb għalhekk “xibka ta' sikurtà” suffiċjenti (41).

(170)

Imbagħad, il-miżura ssegwi objettiv definit sew li tindirizza nuqqasijiet fis-suq, jiġifieri nuqqas ta' investiment minkejja l-ħtieġa tagħha fi Bretanja, biex jiġi evitat kollass tal-vultaġġ fuq ir-reġjun f'termini usa', li ma jistax jiġi indirizzat biss permezz tal-ħolqien waħdu ta' linji tal-elettriku kif spjegat fil-premessa 98. Il-Kummissjoni ssostni l-argument li jgħid li r-reġjun ta' Bretanja jbati minn “flus neqsin” li jirriżultaw fi prezzijiet li ma jżdidux biżżejjed fil-kuntest Breton ta' nuqqas fil-provvista tal-elettriku, u ma jistax, kif imsemmi fil-premessi 101 u 95, jiġi rrimedjat permezz ta' qsim taż-żona tariffarja. Barra minn hekk, il-mekkaniżmu ta' kapaċità lanqas ma jippermetti li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjun (ara l-premessa 177).

(171)

Dawn l-elementi jispjegaw b'mod sodisfaċenti, skont il-Kummissjoni, in-nuqqas ta' investiment f'kapaċità ġdida mingħajr għajnuna finanzjarja pubblika.

(172)

Il-miżura tirrigwarda l-kawżi tal-problema identifikata u, b'mod partikolari l-falliment tas-suq li ma jħalluhx jipprovdi l-kapaċità meħtieġa, fuq żewġ livelli. Minn naħa, l-għażla tat-teknoloġija tal-CCG tippermetti li jiġu indirizzati fl-istess ħin kemm il-ħtiġijiet ta' qawwa u dawk ta' disponibbiltà, kif identifikati fil-EPBD. Il-CCG jippermetti li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista u jikkontribwixxi biex jinżamm il-vultaġġ elettriku fiż-żona. Dan il-punt huwa żviluppat fil-premessi 104 et seq. Min-naħa l-oħra, is-sehem tal-produzzjoni mhux intermittenti u disponibbli f'waqtiet intensivi tax-xitwa huwa baxx ħafna, li huwa riskjuż.

(173)

Rigward il-ġustifikazzjoni tal-ħtieġa li jinżamm livell ta' vultaġġ kostanti, il-Kummissjoni tosserva l-eżistenza ta' fraġilità elettrika, identifikata minn RTE, fit-Tramuntana ta' Bretanja. Iż-żona tat-Tramuntana ta' Bretanja hija fornuta b'ċirkwit wieħed ta' 400 kV u żewġ linji ta' 225 kV fil-Punent mill-pożizzjoni ta' La Martyre. Fil-każ ta' qtugħ il-linja bejn Rennes u Saint-Brieuc, ikun hemm tagħbija eċċessiva fuq żewġ linji ta' 225 kV, aggravata bit-tnaqqis ta' vultaġġ fiż-żona Rance. Din is-sitwazzjoni tirriżulta f'riskju ta' telf tal-integralità tal-provvista taż-żona, fin-nuqqas ta' tnaqqis fit-tagħbija fiż-żona tat-Tramuntana ta' Bretanja. Barra minn dan, f'każ ta' konsum b'saħħtu fit-totalità taż-żona tal-Punent, minħabba xi indisponibilitajiet ta' impjanti jew inċidenti ta' netwerk, il-Bretanja tkun esposta għal riskji ta' qtugħ immirat tal-provvista tal-elettriku tagħha iżda wkoll għal riskju ta' kollass ta' vultaġġ ġeneralizzat fuq ir-reġjun kollu tagħha.

(174)

L-Istat Membru ġġustifika n-nuqqas ta' użu ta' teknoloġiji oħra (pereżempju l-enerġija rinnovabbli), l-użu ta' tħassir, il-ħolqien ta' żona ta' prezzijiet jew it-twettiq ta' linji ta' interkonnessjonijiet. Skont il-Kummissjoni, ebda wieħed minn dawn ir-rimedji individwali ma jista' jindirizza b'mod sħiħ ir-riskji sottolinjati u b'mod partikolari r-riskji ta' tnaqqis fil-vultaġġ, kif spjegat fil-premessa 16.

(175)

Rigward il-ġustifikazzjoni tan-nuqqas ta' użu esklużiv tal-linji ta' interkonnessjonijiet, il-Kummissjoni tirrileva li Bretanja, li tinsab fl-aħħar post, mhijiex f'sitwazzjoni komparabbli mar-reġjuni Franċiżi l-oħra li għandhom karatteristiċi simili (PACA, Franche Comté, Pays de la Loire, Korsika). Il-provvista tal-enerġija hija żgurata minn bosta interkonnessjonijiet ma' reġjuni oħra. Iż-żamma ta' vultaġġ mhijiex problematika. Barra minn hekk, hija ma tinstabx “fit-tarf tan-netwerk” bħal Bretanja. Korsika, li hija interkonnessa b'mod dgħajjef (42), tibbenefika hija nfisha minn kapaċitajiet sinifikanti fit-territorju tagħha.

(176)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat il-proġett Franċiż tal-mekkaniżmu ta' kapaċità fit-8 ta' Novembru 2016 (43). Kontribuzzjoni ċentrali fil-mekkaniżmu ta' kapaċità hija prinċipalment stabbilita permezz tal-ibbilanċjar mill-ġdid, li se jikkostitwixxi biss parti żgħira mid-dħul totali tal-impjant (madwar 1,5 % tad-dħul annwali totali), l-impatt ta' dan il-mekkaniżmu fuq il-proġett u t-teħid inkunsiderazzjoni tiegħu fl-evalwazzjoni tal-miżura huma limitati. Kull parteċipazzjoni tal-mekkaniżmu ta' kapaċità lil hinn mill-bilanċ mill-ġdid mhijiex prevista fil-pjan ta' direzzjoni. Kieku sseħħ din il-parteċipazzjoni, ir-rimunerazzjoni minn din il-parteċipazzjoni titnaqqas mill-ammont tal-primjum.

(177)

Barra minn hekk, fir-Rapport finali tagħha dwar l-inkjesta settorjali dwar il-mekkaniżmi ta' kapaċità (44), il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-każ ta' problema lokali ta' adegwatezza tal-kapaċità ta' produzzjoni, l-għażla tal-użu ta' mekkaniżmu ta' kapaċità għandu jiddependi fuq il-karatteristiċi speċifiċi tas-suq ikkonċernat (45). F'dan il-każ, l-eżistenza ta' domanda lokali fi Bretanja ma timplikax direttament il-ħolqien ta' offerta fi Bretanja. Fil-fatt, is-suq tal-elettriku Franċiż mhuwiex f'pożizzjoni li jiżvela id-domanda eżistenti għal kapaċità fil-livell lokali. In-natura estremament lokalizzata ta' nuqqas ta' kapaċità illum ma tistax tiġi solvuta permezz tal-mekkaniżmu waħdu ta' kapaċità ġdida applikata fi Franza.

(178)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li l-miżura, li sservi l-objettiv ta' interess komuni li jiżgura l-provvista tal-elettriku, hija tabilħaqq meħtieġa fi Franza.

6.3.3.   In-natura adegwata tal-għajnuna

(179)

It-taqsima 3.9.3 EEAG teżiġi li l-miżura hija strument ta' intervent adegwat biex jiġi indirizzat l-objettiv ta' interess komuni identifikat. B'hekk, sabiex tkun ikkunsidrata bħala adegwata, għandhom ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin: i) l-għajnuna trid tikkumpensa biss is-servizz ta' disponibbiltà ta' kapaċità; ii) il-miżura għandha tipprovdi inċentivi adegwati kemm lil ġeneraturi eżistenti u kemm dawk futuri u għall-operaturi li jużaw teknoloġiji sostitwibbli, bħal reazzjoni min-naħa tad-domanda jew soluzzjonijiet ta' ħażna; u iii) l-għajnuna għandha tqis sa liema punt il-kapaċitajiet ta' interkonnessjoni jistgħu jirrimedjaw kwalunkwe problema eventwali ta' adegwatezza tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni.

(180)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li l-premjum teskludi kwalunkwe rimunerazzjoni għall-bejgħ tal-elettriku. Din tal-aħħar hija fil-fatt magħmula minn (i) terminu ta' valur tal-kapaċità li huwa ugwali għal [EUR 50 000-60 000]/MW/sena, u ta' tliet termini marbuta mal-lokalizzazzjoni ġeografika tal-proġett, jiġifieri: (ii) minn terminu ta' spiża inkrementali marbuta mal-gass li titla' għal [EUR 20 000-40 000] MW/sena, (iii) minn terminu ta' spiża inkrimentali marbuta mal-konnessjoni li titla' għal EUR 6 000 MW/sena u (iv) minn terminu ta' spiża inkrimentali marbuta mal-miżuri ambjentali partikolari ta' EUR 2 000 MW/sena. Għalhekk il-primjum tirrigwarda rimunerazzjoni ta' kapaċità u teskludi kwalunkwe rimunerazzjoni marbuta mal-bejgħ tal-elettriku.

(181)

It-tieni nett, għalkemm il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna ġiet mogħtija permezz ta' proċedura ta' sejħa għal offerti diskriminatorja (ara l-premessa 145), hija tikkunsidra li huwa leġittimu li l-awtoritajiet Franċiżi għamlu sejħa għal offerti għall-parteċipazzjoni biss ta' impjanti tat-tip CCG. Fil-fatt, din il-limitazzjoni hija spjegata minn ħtieġa speċifika għaż-żamma tal-vultaġġ f'termini enerġetiċi u ambjentali tajba. Fost l-impjanti tal-enerġija termali, u għaldaqstant meta mqabblin ma' impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam u mat-teknoloġiji li jaħdmu bil-fjuwil, l-impjanti tal-enerġija tal-gass għandhom ikunu dawk li jniġġsu l-anqas (ara wkoll il-premessa 102). L-għażla ta' impjant tat-tip CCG meta mqabbel ma' tipi oħra ta' impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-gass, u b'mod partikolari l-OGC, hija preferibbli mil-lat ambjentali peress li dan huwa mezz ta' produzzjoni bi prestazzjoni għolja tal-enerġija li juża' il-gass naturali, il-fjuwil l-inqas emittent ta' CO2 fost il-fjuwils fossili, filwaqt li tipprovdi l-flessibilità u r-reattività meħtieġa biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tas-suq identifikati.

(182)

It-tielet nett, il-miżura tal-għajnuna għandha tieħu kont tal-kapaċità tal-interkonnessjonijiet, iżda din l-għażla ma tippermettix li tiġi indirizzata b'mod sodisfaċenti l-ħtieġa taż-żamma tal-livell ta' vultaġġ. Barra minn hekk, il-bini ta' interkonnessjonijiet jirriżulta minn viżjoni fit-tul. Il-proġetti ta' interkonnessjoni diġà qed jiġu mħejjija, bl-għan li tiżdied il-kapaċità ta' interkonnessjoni bejn Franza u r-Renju Unit, bejn Bretanja u l-Irlanda. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-miżura ma tipprekludix żieda ta' flussi fi tranżitu minn Bretanja fil-qafas tal-ħolqien tal-interkonnessjoni.

(183)

Barra minn hekk, għadd ta' miżuri alternattivi mhumiex xierqa:

(1)

L-enerġija rinnovabbli, li jittieħed kont tagħhom ukoll fl-ambitu tal-EPBD, ma jiggarantixxux fihom infushom u f'dan ir-reġjun li jinsab fit-tarf tal-linja, la l-vultaġġ u lanqas ġestjoni effettiva ta' żieda fid-domanda.

(2)

Is-siti l-oħra ta' produzzjoni ta' enerġija konvenzjonali waslu fl-aħħar tal-isfruttament tagħhom u t-TAC imsemmija hawn fuq fir-reġjun se jingħalqu sa mill-2023. In-natura tat-tniġġis tagħhom, enfasizzata fil-premessa 81, tipprekludi li tiġi kkunsidrata estensjoni addizzjonali tat-tul tal-ħajja tagħhom.

(3)

Il-livell ta' investimenti ta' interkonnessjoni, li huwa ta' madwar 45 miljun euro fl-2015, se jikkontribwixxi biss b'mod insuffiċjenti għall-ħtiġijiet ta' kapaċità tar-reġjun. Il-Kummissjoni tinnota li saru diġà xogħlijiet sinifikanti fuq in-netwerk minn RTE, iżda dawn mhumiex biżżejjed biex jintlaħaq l-objettiv ta' sigurtà tal-provvista. Dawn il-miżuri kienu dawn li ġejjin: it-tisħiħ tas-“xibka ta' sikurezza” Breton bejn l-2011 u l-2013, l-istallazzjoni ta' transformer għall-qalba tal-fażi fi Brennilis (2015) u l-irduppjar tal-kapaċitajiet ta' trasformazzjoni 400/225 kV fi Plaine-Haute (2015). Madankollu, wara l-2017, transformer għall-qalba tal-fażi ta' Brennilis mhux se jkun biżżejjed biex jiggarantixxi l-provvista tat-Tramuntana ta' Bretanja. Dan l-argument jikkonferma l-elementi rrappurtati mill-partijiet interessati fil-premessa 65(2).

(4)

L-iskonnessjoni ma tikkostitwixxix strument adegwat. Il-Kummissjoni tinnota li l-inklużjoni ta' skonnessjoni għad-diversi mekkaniżmi ta' bbilanċjar ġiet imsaħħa: wara programm ta' erba' (4) snin, is-swieq kollha (enerġija, riżervi, servizzi tas-sistema) huma miftuħin għall-iskonnessjoni mill-1 ta' Lulju 2014. Madankollu, l-iskonnessjoni ma tistax tikseb l-objettiv tal-miżura li għandha l-għan fl-istess ħin li jinkiseb bilanċ bejn l-offerta u d-domanda tal-elettriku u ż-żamma tal-vultaġġ.

(1)

Rigward il-bilanċ bejn l-offerta u d-domanda, l-iskonnessjoni tippermetti effettivament it-tnaqqis jew il-posponiment tal-konsum. Madankollu, din is-sistema mhijiex immirata b'mod ġeografiku. Barra minn hekk, bħalissa huwa diffiċli li jiġu mobilizzati biżżejjed kapaċitajiet ta' skonnessjoni biex jiġi indirizzat l-iżbilanċ reġjonali. Pereżempju, programm ta' ttestjar imwettaq minn RTE fi Bretanja u ntiż għall-mobilizzazzjoni ta' offerti lokali ta' skonnessjoni ppermettiet l-mobilizzazzjoni ta' 62 MW bejn l-1 ta' Novembru 2014 u l-31 ta' Marzu 2015 (46), imqabbel ma' żbilanċ residwu stmat ta' bejn 200 MW u 600 MW (premessa 166). Anki jekk sistema tkun implimentata fil-livell ta' Bretanja, hija ma tippermettix, minn natura tagħha stess, li jiġu indirizzati problemi lokali għaż-żamma ta' vultaġġ bil-forniment ta' qawwa suffiċjenti.

(2)

Fir-rigward taż-żamma ta' vultaġġ, għalkemm l-iskonnessjoni tippermetti li jittaffew it-tensjonijiet fuq id-domanda fil-ħinijiet l-aktar intensivi u li jitnaqqsu l-perjodi ta' konsum intensiv mingħajr ma jsir użu minn sorsi ta' produzzjoni addizzjonali, dan ma jippermettix li jinżamm il-vultaġġ, li skont l-awtoritajiet Franċiżi teħtieġ injezzjoni ta' elettriku lokali fuq perjodi li ma jistgħux jiġu koperti mill-iskonnessjonijiet. Il-ħolqien ta' kapaċitajiet ġodda huwa għaldaqstant meħtieġ sabiex titwettaq tali injezzjoni.

(184)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li l-Artikolu 194 TFUE invokat mill-awtoritajiet Franċiżi (ara l-premessa 105) ma teżentahomx milli jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ dwar l-għajnuna mill-Istat meta din tal-aħħar tkun ingħatat lil produttur tal-elettriku.

(185)

Jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti, li l-miżura hija tabilħaqq adegwata biex tilħaq l-objettiv ta' interess komuni identifikat.

6.3.4.   Effett ta' inċentiv

(186)

L-effett ta' inċentiv tal-għajnuna se jkun evalwat fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 3.2.4 tal-EEAG. Tali effett ta' inċentiv iseħħ meta l-għajnuna tinċentiva lill-benefiċjarju li jibdel l-imġiba tiegħu sabiex jitjieb il-funzjonament tas-suq tal-enerġija; bidla fl-imġiba li kieku huwa ma jwettaqx fin-nuqqas tal-għajnuna.

(187)

Il-Kummissjoni tinnota li l-primjum jippermetti investiment f'kapaċitajiet ġodda li ma kienx isir fin-nuqqas tal-għajnuna, minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-suq Breton. Mingħajr il-primjum, il-proġett ma kinx jippermetti redditu suffiċjenti (premessa (23)). F'dan il-kuntest, hija tiċħad l-argumenti tal-partijiet interessati ppreżentati fil-premessi (67) u (68).

(188)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura għandha l-effett ta' inċentiv meħtieġ.

6.3.5.   Il-proporzjonalità

(189)

Il-Kummissjoni tevalwa l-proporzjonalità tal-miżura f'konformità mat-Taqsima 3.9.5 tal-EEAG. Miżura hija proporzjonali meta tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin: (i) il-kumpens jippermetti lill-benefiċjarji li jiksbu rata ta' redditu raġonevoli (preżunta fil-każ ta' proċedura ta' ħruġ għall-offerti kompetittiv fuq il-bażi ta' kriterji ċari, trasparenti u mhux diskriminatorji), u (ii) din tinkludi mekkaniżmi integrati li jipprekludu milli jkun hemm qligħ eċċezzjonali.

(190)

Dawn il-kundizzjonijiet huma evalwati abbażi tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ta' stqarrija. Il-preżunzjonijiet tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ġew deskritti fit-Taqsima 2.6 ta' din id-deċiżjoni.

(191)

Il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li perjodu ta' 20 snin huwa meħtieġ biex tinkiseb l-IRR raġonevoli ta' [5–10] % meta mqabbla mal-kost medju ponderat tal-kapital (ara l-premessa li jmiss). Perjodu aktar qasir tal-proġett iwassal għal IRR aktar baxxa, li mhux meħtieġ fid-dawl ta' livell tal-IRR diġà kkunsidrat bħala aċċettabbli mill-Kummissjoni. Dan l-argument jikkonfuta l-ipoteżi deskritta fil-premessa 68(1).

(192)

Il-Kummissjoni tinnota sussegwentement li l-IRR tal-proġett hija ta' [5–10] %. In-natura proporzjonali ta' din ir-IRR hija evalwata bil-paragun tagħha mal-kost medju ponderat tal-kapital (WACC — weighted average cost of capital). Il-WACC tal-proġett għandu jirrifletti r-riskji speċifiċi mhux diversifikabbli tal-proġett. Il-Kummissjoni tqis li l-valutazzjoni tal-IRR tista' ssir permezz tal-paragun tagħha mal-WACC ta' bord ta' kumpaniji komparabbli, li l-medja tagħhom tammonta għal 6,6 % matul il-perjodu 2007-2016, li huwa viċin tal-IRR tal-proġett. Il-Kummissjoni għalhekk tinnota l-prossimità bejn l-IRR u l-firxa ta' WACC rilevanti stmata, li jippermettulha li tikkonkludi pożittivament dwar il-proporzjonalità tal-miżura.

(193)

L-affidabbiltà tan-natura proporzjonali hija msaħħa mill-istudji ta' sensittività proposti. Ġew fil-fatt imwettqa studji fuq il-bażi ta' kwalunkwe penalitajiet ta' dewmien, minħabba l-inflazzjoni, skont it-teħid inkunsiderazzjoni ta' eventwali valur terminali. Diversi ipoteżijiet ta' prezzijiet ġew ikkunsidrati biex jitkejlu l-konsegwenzi tal-kuntratt ta' tolling fuq il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju.

(194)

Rigward il-prevenzjoni tar-riskju ta' twettiq ta' qligħ eċċezzjonali, il-Kummissjoni tinnota li skont id-disinn il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ppreżentat mill-Konsorzju ma jippermettix it-twettiq ta' qligħ eċċezzjonali. Iż-żewġ komponenti ewlenin ta' dħul huma, minn naħa, il-primjum riċevuta li tiddependi fuq id-disponibbiltà tal-impjant, innegozjat b'mod kuntrattwali, u li għalhekk ma jippermettix li jsir qligħ eċċezzjonali. Min-naħa l-oħra, ir-rimunerazzjoni skont il-kuntratt ta' tolling hija wkoll kuntrattwalment innegozjata u ma toffrix lill-konsorzju l-possibbiltà li jagħmel qligħ eċċezzjonali.

(195)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-Konsorzju se jkollu l-possibbiltà li jipparteċipa fil-mekkaniżmu ta' kapaċità skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-premessa 25. Madankollu r-rimunerazzjoni permessa permezz tal-parteċipazzjoni, fejn applikabbli, fil-mekkaniżmu ta' kapaċità għandha titnaqqas mill-primjum. In-nuqqas ta' rimunerazzjoni doppja jidher li huwa għalhekk element li jsostni l-proporzjonalità tal-miżura.

(196)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-mekkaniżmu huwa proporzjonali mal-objettiv tiegħu.

6.3.6.   Il-prevenzjoni ta' effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

(197)

Skont il-punt 3.9.6 tal-EEAG, sabiex l-għajnuna titqies bħala kompatibbli, din trid tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin: (i) għandha tkun miftuħa lill-fornituri kollha b'kapaċità xierqa meta dan ikun teknikament u fiżikament possibbli; (ii) ma tnaqqasx l-inċentivi għall-investiment fl-interkonnessjonijiet u ma timminax l-akkoppjament tas-swieq; (iii) ma timminax id-deċiżjonijiet ta' investiment li jiġu qabel l-introduzzjoni tal-miżura; (iv) ma ssaħħaħx indebitament il-pożizzjonijiet dominanti; u (v) tagħti preferenza lill-ġeneraturi b'livell baxx ta' karbonju f'każijiet ta' parametri tekniċi u ekonomiċi ekwivalenti.

(198)

Rigward l-ewwel kriterju, il-premessa 232 tal-EEAG jispeċifika li l-parteċipazzjoni f'mekkaniżmi ta' kapaċità “tista' tkun ristretta biss jekk il-kwalitajiet tekniċi meħtieġa biex tiġi rrimedjata l-problema ta' adegwatezza tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni mhumiex biżżejjed” (47). F'dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li l-kwalitajiet tekniċi ta' ċerti kapaċitajiet ta' produzzjoni, b'mod partikolari l-CCG, huma ċarament aktar adegwati biex jirrimedjaw b'mod effiċjenti għall-problema ta' adegwatezza tal-kapaċitajiet milli oħrajn, b'mod partikolari l-OGC u t-TAC. B'mod aktar speċifiku, il-kwalitajiet tekniċi ta' dawn tal-aħħar ma jippermettux l-ottimizzazzjoni tal-effiċjenza enerġetika u għalhekk ekonomika tal-proġett ta' investiment, meta wieħed iqis l-arranġamenti u t-tul ta' żmien ta' funzjonament tal-mezz ta' produzzjoni mfittex mill-awtoritajiet Franċiżi, biex tiġi indirizzata l-problema tal-adegwatezza tal-kapaċitajiet identifikata.

(199)

F'dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota fil-fatt li t-teknoloġiji konvenzjonali m'għandhomx il-kapaċità teknika ekwivalenti sabiex jirrispondu b'mod effiċjenti biżżejjed u vijabbli għall-bżonnijiet identifikati kollha fil-paragrafu 3.3 tal-ispeċifikazzjonijiet.

(200)

L-ewwel nett, f'dak li jirrigwarda l-paragun ma' mal-OGC, l-istudji tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija — Aġenzija għall-enerġija nukleari (AIE-AEN) “Edizzjoni 2015 dwar il-Kostijiet Stmati għall-Ġenerazzjoni tal-Elettriku” juru li l-CCG huwa mezz ta' produzzjoni tal-elettriku iktar ekonomiku b'mod sinifikanti fil-każ ta' perjodi ta' tħaddim sinifikanti. Il-kostijiet ta' referenza għall-produzzjoni tal-elettriku ppreżentati minn dan l-istudju juru b'dan il-mod li l-LCOE (48) ta' impjant OGC mibni fil-Belġju jew fil-Ġermanja (49) huwa ferm ogħla mil-LCOE ta' impjanti CCG Belġjani jew Ġermaniżi. Ikkonvertiti f'EUR/MWh, kemm il-kostijiet ta' investiment u kif ukoll il-kostijiet ta' manutenzjoni għall-użu huma għalhekk ogħla għal OGC milli għal CCG. Il-konklużjonijiet ta' dan l-istudju huma ppreżentati fit-Tabella hawn taħt:

Kost totali medju tal-produzzjoni tal-elettriku

Table 3.9: Levelised cost of electricity for natural gas plants

Country

Technology

Net capacity (50)

(MWe)

Electrical conversion efficiency

(%)

Investmens cost (51)

(USD/MWh)

3 %

7 %

10 %

Belgium

CCGT

420

60

9,65

13,82

17,45

OCGT

280

44

14,54

20,82

26,28

France

CCGT

575

61

6,92

11,37

15,40

Germany

CCGT

500

60

6,77

10,90

14,56

OCGT

50

40

39,90

60,80

79,19

Hungary

CCGT (dual fuel)

448

59

7,53

11,79

15,67

Japan

CCGT

441

55

8,67

13,96

18,64

Korea

CCGT

396

58

7,03

11,29

15,04

CCGT

791

61

5,86

9,40

12,52

Netherlands

CCGT

870

59

7,89

12,70

16,96

New Zealand

CCGT

475

45

10,09

15,38

20,03

OCGT

200

30

28,31

43,13

56,18

Portugal

CCGT

445

60

8,35

12,72

16,57

United Kingdom

CCGT

900

59

7,64

12,02

16,03

OCGT

565

39

48,11

74,54

98,37

United States

CCGT

550

60

8,06

13,24

17,94

Non-OECD countries

China

CCGT

350

55 %

4,36

7,03

9,38

(Il-kontinwament tat-Tabella — fuq in-naħa tal-lemin)

Refurbishment and decommissioning costs (USD/MWh)

Fuel cost

(USD/MWh)

Carbon cost

(USD/MWh)

O&M costs

(USD/MWh)

LCOE

(USD/MWh)

Country

3 %

7 %

10 %

3 %

7 %

10 %

0,21

0,12

0,07

74,62

10,08

3,97

98,54

102,61

106,19

Belgium

0,32

0,17

0,11

100,91

14,01

5,35

135,13

141,26

146,66

0,11

0,05

0,02

68,99

10,56

6,25

92,83

97,21

101,23

France

0,11

0,05

0,02

74,00

9,90

7,71

98,49

102,56

106,20

Germany

0,76

0,36

0,20

111,00

15,15

29,68

196,50

216,99

235,23

0,00

0,00

0,00

71,21

10,56

7,64

96,94

101,20

105,08

Hungary

0,15

0,06

0,03

104,07

10,95

9,38

133,21

138,42

143,07

Japan

0,00

0,00

0,00

98,97

10,27

5,55

121,82

126,08

129,82

Korea

0,10

0,04

0,02

95,21

9,89

4,05

115,11

118,60

121,70

0,13

0,05

0,03

75,25

9,90

3,53

96,71

101,45

105,68

Netherlands

0,19

0,09

0,05

46,75

11,22

7,38

75,64

80,82

85,43

New Zealand

0,54

0,26

0,14

69,26

16,62

14,39

129,11

143,65

156,58

0,16

0,08

0,04

74,00

9,90

6,24

98,65

102,93

106,75

Portugal

0,00

0,00

0,0

75,51

9,43

6,63

99,21

103,59

107,59

United Kingdom

0,00

0,00

0,00

113,85

14,22

36,45

212,63

239,06

262,89

0,13

0,05

0,03

36,90

11,10

4,65

60,84

65,95

70,62

United States

Non-OECD counrtries

0,07

0,03

0,01

71,47

11,02

3,25

90,17

92,79

95,13

China

Note: CGTs were modelled under an assumed capacity factor 85 %. OCGTs were modelled under nationally provides capacity factors.

Sors:

Nota tal-awtoritajiet Franċiżi tal-20 ta' Marzu 2017, meħuda mill-istudju AIE-AEN tal-2015, p. 48-49

(201)

Abbażi tat-tul ta' żmien ta' funzjonament stmat għal EUR [3 000-6 500] siegħa fis-sena u madwar 1 600 GWh ta' produzzjoni annwali (52), il-Kummissjoni tqis li l-kwalitajiet tekniċi tal-OGC jirriżultaw, ceteris paribus u fid-dawl tad-daqs tal-għajnuna rċevuta minn CEB, f'kostijiet tal-produzzjoni tal-elettriku bejn ca. EUR 60 miljun u ca. EUR 190 miljun, meta mqabbla ma' qligħ ta' ca. EUR 90 miljun fis-sena. L-użu ta' OGC għalhekk jaffettwa b'mod eċċessiv l-ekwilibriju ekonomiku tal-proġett u jipperikola l-vijabbilità tiegħu. Il-Kummissjoni tista' b'hekk tasal għall-konklużjoni biss tan-natura insuffiċjenti tal-kwalitajiet tekniċi tal-OGC li ma jistgħux jiżguraw il-vijabbiltà tal-proġett u għalhekk ma jistgħux isolvu l-problema ta' produzzjoni tal-kapaċitajiet.

(202)

Barra minn dan l-istudju, il-Kummissjoni tinnota li dawn il-kostijiet għoljin tal-produzzjoni tal-OGC jiġu spjegati minn tnaqqis fl-effiċjenza enerġetika. L-effiċjenza enerġetika ta' OGC hija anqas minn 40 % u tabilħaqq 55 % minn dik ta' CCG. OGC kienet għalhekk tirrikjedi l-provvista ta' mill-anqas 40 % tal-gass aktar milli għal CCG tal-istess qawwa (53).

(203)

It-tieni nett, rigward il-paragun ma' TAC, il-Kummissjoni tinnota li din it-teknoloġija, l-istess bħall-OGC, tippreżenta kost ta' tħaddim marġinali għola minn dak tal-CCG. Lil hinn minn perjodu ta' tħaddim ta' 200 siegħa fis-sena għat-TAC (1 000 sigħat għall-OGC), din it-teknoloġija qed issir aktar għolja mit-teknoloġija tal-CCG. Din it-TAC hija għalhekk inqas effiċjenti mill-OGC għal tul ta' tħaddim ogħla minn 1 000 siegħa, kif inhu l-każ hawnhekk. Peress li l-Kummissjoni talbet li l-OGC f'kundizzjonijiet ta' tħaddim ta' din il-kawża jista' jipperikola l-vijabbiltà tal-proġett, ceteris paribus, l-użu ta' TAC ma jistax, a fortiori, ħlief jipperikola l-vijabbiltà tal-proġett.

(204)

Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi kkunsidrat ukoll, fil-każ tal-miżura notifikata, l-influwenza tal-effiċjenza enerġetika fuq il-kostijiet totali tal-proġett. Fil-fatt, effiċjenza ogħla tippermetti li titnaqqas il-kwantità ta' gass li għandha tiġi fornita sal-istallazzjoni, għall-istess qawwa elettrika partikolari. Peress li l-effiċjenza enerġetika ta' OGC hija anqas minn 40 %, u għal CCG riċenti lil hinn minn 55 %, OGC kienet tirrikjedi l-provvista ta' mill-anqas 40 % tal-gass aktar minn CCG tal-istess qawwa. Dan il-punt huwa essenzjali fil-każ ta' sejħa għal offerti fi Bretanja, fejn it-tisħiħ tan-netwerk tal-gass huwa previst bħala parti mill-ispejjeż li jiġġustifikaw l-għoti ta' għajnuna mill-Istat. Għall-memorja, il-parti tal-primjum li tikkorrispondi għat-trasport ta' gass tirrappreżenta 33 % tal-premjum totali mħallas lill-applikant. Effiċjenza enerġetika akbar għal CCG tippermetti b'hekk li titnaqqas il-kapaċità għall-forniment meħtieġ tal-gass, u għalhekk il-kostijiet ta' dan il-proġett li jirrikjedu t-tisħiħ tan-netwerk ta' trasport tal-gass fi Bretanja.

(205)

Il-miżura hija għalhekk miftuħa għal fornituri ta' kapaċità li jistgħu jirrimedjaw b'mod effiċjenti għall-problema ta' adegwatezza tal-kapaċitajiet identifikata minn Franza.

(206)

Rigward it-tieni kriterju, il-Kummissjoni tinnota li l-miżura ma tnaqqasx l-inċentivi għall-investiment fl-interkonnessjonijiet jew tipperikola l-akkoppjament tas-swieq. Fil-fatt, il-proġetti ta' interkonnessjoni qegħdin jiġu studjati, bl-għan li tiżdied il-kapaċità ta' interkonnessjoni bejn Franza u r-Renju Unit sal-2022, bejn Bretanja u l-Irlanda sal-2025. Il-miżura tippermetti li jiżdiedu l-flussi li qed jittransitaw mill-Bretanja fil-kuntest tal-ħolqien tal-interkonnessjoni.

(207)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li r-regoli dettaljati tas-sejħa għal offerti ġew imfassla b'tali mod li jiġi evitat kull tip ta' parteċipazzjoni tal-CCG fi swieq differenti. L-istallazzjoni ma għandhiex neċessarjament tirriżerva parti mill-qawwa tagħha għall-mekkaniżmu ta' aġġustament. Jekk l-impjant biegħ il-qawwa kollha tiegħu fis-suq tal-elettriku u pproduċa sal-limitu tal-qawwa massima tiegħu, ma jkunx meħtieġ li huwa jippreżenta l-offerti fuq il-mekkaniżmu ta' aġġustament għall-perjodu korrispondenti.

(208)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li d-dħul tal-proġett fuq l-ibbilanċjar mill-ġdid mhuwiex daqstant sinifikanti (madwar 1,5 % tad-dħul annwali) u għalhekk ma jistax ikun ikkunsidrat bħala li jippreżenta riskju sinifikanti fis-suq tal-aġġustament.

(209)

Rigward it-tielet kriterju, il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna għal impjant ta' tip ċiklu kkombinat, għalkemm mhijiex l-unika teknoloġija li tippermetti ż-żamma ta' vultaġġ għal perjodu twil, tibqa' l-unika teknoloġija li tissodisfa l-ħtieġa taż-żamma tal-vultaġġ fil-kundizzjonijiet ta' effiċjenza l-aktar aċċettabbli, kif deskritt fil-premessi 199 sa 204.

(210)

Rigward ir-raba' kriterju, il-Kummissjoni tinnota li l-impriżi li jiffurmaw il-konsorzju CEB mhumiex parteċipanti dominanti fis-suq tal-elettriku Franċiż. Għalhekk il-miżura mhux se tgħin biex issaħħaħ il-pożizzjoni tal-benefiċjarju dirett tal-għajnuna. Fil-fatt, il-miżura tikkontribwixxi għall-kompetizzjoni fi Franza minħabba l-pożizzjoni tas-suq ta' Direct Energie, fornitur u produttur alternattiv. Dan l-element jikkonferma, barra minn hekk, l-argumentazzjoni esposta fil-premessa 73.

(211)

Il-Kummissjoni tinnota sussegwentement li l-miżura tinvolvi riskju ta' tisħiħ tal-pożizzjoni fis-suq tal-operatur dominanti.

(212)

Il-Kummissjoni tirrileva li EDF, l-operatur dominanti, għandu sehem sinifikanti mis-suq fi Franza. EDF għandha 83,5 % tal-produzzjoni totali tal-elettriku u 89,4 % tal-kapaċità totali installata fi Franza (54). EDF għandu impjant ta' produzzjoni mingħajr ekwivalenti fi Franza, kemm f'termini tar-rilevanza tiegħu kif ukoll tad-diversità tiegħu. Dawn jikkonċernaw prinċipalment il-produzzjoni nukleari u idroelettrika.

(213)

Madankollu l-Konsorzju CEB se jkollu żewġ għażliet. Huwa jista' jew ibigħ l-elettriku prodott lill-operatur tas-suq dominanti, għal 95 % tal-prezz tas-suq (ara l-premessa 11), jew jbigħ l-elettriku fil-forma ta' kuntratt ta' tolling skont ir-regoli dettaljati deskritti fil-premessa 32.

(214)

Dawn l-għażliet, jekk dawn jiġu attivati, jistgħu jsaħħu l-pożizzjoni fis-suq tal-operatur preeżistenti billi jqiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu l-volumi ta' elettriku prodotti mill-impjant.

(215)

L-ewwel nett, il-kontroll tal-ġenerazzjoni tal-elettriku minn parteċipant fis-suq jikkontribwixxi għal nuqqas ta' likwidità fis-swieq bl-ingrossa u jippenalizza lill-fornituri alternattivi. EDF tikkontrolla aktar minn 80 % tal-produzzjoni tal-elettriku fi Franza. F'dan il-każ, dan il-kontroll ikun imsaħħaħ fl-ipoteżi ta' kkuntrattar mal-konsorzju CEB, kemm permezz ta' kuntratt ta' tolling kif ukoll b'kuntratt fuq medda twila għax-xiri tal-elettriku. Din il-pożizzjoni kompetittiva msaħħa ta' EDF tolqot il-kapaċità tal-fornituri alternattivi li jixtru fuq is-swieq bl-ingrossa b'termini kompetittivi, billi tesponihom għal riskju ta' nuqqas ta' likwidità u riskju ta' volatilità tal-prezzijiet. F'dan il-kuntest, l-aċċess ta' fornituri alternattivi għal kapaċitajiet ta' produzzjoni proprji jippermettilhom li ma jkunux esposti għal dawn ir-riskji. Dan l-aċċess għal kapaċitajiet ta' produzzjoni proprji għandu għalhekk jiġi żgurat.

(216)

Fit-tieni lok, il-pożizzjoni dominanti ta' parteċipant integrat vertikalment fuq il-produzzjoni tagħtih ukoll vantaġġ kompetittiv sinifikanti fuq il-provvista tal-elettriku. Minħabba s-sinifikanza tal-kostijiet ta' produzzjoni fil-kostijiet totali ta' provvista, il-kontroll tal-ġenerazzjoni għandu impatt fuq il-provvista bl-imnut. Il-kompetituri ta' EDF għandhom ftit jew ebda kapaċità ta' produzzjoni biex tiġi żgurata provvista ta' elettriku bażiku b'kostijiet ta' produzzjoni varjabbli baxxi daqs dik ipprovduta mill-impjant ikkontrollat minn EDF. Madankollu, EDF bħalissa għandha madwar 86 % tal-ishma tas-suq fis-suq tal-konsumaturi (55). Il-possibbiltà għal EDF li ssir parti għall-kuntratt ta' tolling jew li tixtri l-elettriku kollu prodott mill-impjant permezz ta' kuntratt ta' xiri fuq medda twila se żżid b'hekk il-kapaċità tagħha biex tkun tista' tissodisfa d-domanda fis-suq tal-konsumaturi. L-aċċess tal-fornituri alternattivi għal kapaċitajiet ta' produzzjoni proprji jippermetti għalhekk ukoll li jiġi evitat it-tisħiħ tal-pożizzjoni dominanti tal-operatur preeżistenti fis-suq tal-konsumaturi.

(217)

Il-Kummissjoni tqis li dawn ir-riskji ta' tisħiħ tal-pożizzjoni dominanti ta' EDF fuq is-swieq tal-operaturi u tal-konsumaturi jistgħu jiġu koperti minn obbligu minn naħa tal-awtoritajiet Franċiżi li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-benefiċjarju tal-għajnuna ma jistax jagħmel kuntratt, għal ebda wieħed minn dawn iż-żewġ mekkaniżmi kuntrattwali, ma' operatur li jkollu fuq is-suq Franċiż iktar minn 40 % tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni ta' elettriku.

(218)

Fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari ħafna tas-suq Franċiż tal-elettriku, din il-kundizzjoni li hija limitata għal 40 % hija proporzjonali. Fil-fatt, din tippermetti li jiġi evitat it-tisħiħ tal-pożizzjoni tas-suq tal-operatur dominanti li jista' indirettament jirriżulta mill-miżura ta' għajnuna permezz ta' mekkaniżmi kuntrattwali msemmija fil-premessa 214.

(219)

Fid-dawl tal-elementi deskritti f'din it-taqsima, u jekk il-kundizzjoni deskritta fil-premessa 218 tiġi ssodisfata, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura ma tkunx ta' ħsara għall-kompetizzjoni u għall-kummerċ bejn l-Istati Membri b'mod li tqiegħed f'riskju t-twettiq tal-objettiv ta' interess komuni.

(220)

Bħala konklużjoni, u fid-dawl tar-rimedji proposti minn Franza, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura ma tirriskjax aktar distorsjoni indebita tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ bejn l-Istati Membri.

6.3.7.   Trasparenza

(221)

L-awtoritajiet għandhom jiżguraw li jiġi ppubblikat it-test dwar l-iskema ta' għajnuna, l-identità tal-awtorità jew l-awtoritajiet tal-għoti, l-identità tal-benefiċjarju, il-forma u l-ammont ta' għajnuna mogħtija, id-data tal-għotja, it-tip ta' impriża kkonċernata, ir-reġjun fejn jinsab il-benefiċjarju u s-settur ekonomiku prinċipali li fih huwa jeżerċita l-attivitajiet tiegħu.

(222)

F'dan il-każ, l-awtoritajiet Franċiżi ssodisfaw l-obbligi ta' trasparenza previsti mill-EEAG. L-informazzjoni ppubblikata dwar id-deċiżjoni tal-għoti ta' għajnuna u r-regoli dettaljati tagħhom ta' implimentazzjoni, l-identità tal-awtorità tal-għoti, l-identità tal-benefiċjarju, il-forma u l-ammont tal-għajnuna mogħtija, id-data tal-għotja, it-tip ta' impriża kkonċernata, ir-reġjun fejn jinsab il-benefiċjarju u s-settur ekonomiku prinċipali li fih huwa jeżerċita l-attivitajiet tiegħu.

(223)

Barra minn hekk, is-sit http://www.europe-en-france.gouv.fr/Centre-de-ressources/Aides-d-Etat/Regimes-d-aides jippreżenta l-iskemi ta' għajnuna kollha approvati mill-Kummissjoni Ewropea fi Franza, inkluż din is-sejħa għal offerti. Fl-aħħar nett, l-ammonti annwali ta' għajnuna mogħtija lill-impriża se jiġu ppubblikati fuq bażi annwali fuq l-istess sit web.

(224)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-kundizzjonijiet ta' trasparenza li jirriżultaw mill-EEAG huma rispettati.

7.   KONKLUŻJONIJIET

(225)

Il-miżura mogħtija minn Franza lill-konsorzju CEB tikkostitwixxi għajnuna.

(226)

Il-miżura se tkun kompatibbli mal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna tal-Istat għall-ħarsien tal-Ambjent tal-2014, ladarba l-awtoritajiet Franċiżi jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-benefiċjarju tal-għajnuna ma jirkuprax, għall-perjodu sħiħ tal-għajnuna, l-enerġija mill-impjant mingħand operatur li jkollu fuq is-suq Franċiż iktar minn 40 % tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni tal-elettriku, kemm jekk ikun permezz ta' ftehim ta' tolling jew kuntratt ta' bejgħ fuq medda twila tal-enerġija prodotta mill-impjant għal prezz ugwali għal 95 % tal-prezz tas-suq.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżura li Franza qed tippjana li timplimenta favur il-konsorzju CEB, li jikkonsisti fl-għoti ta' primjum ta' EUR 94 000/MW/sena bil-valur tal-31 ta' Novembru 2011 u mħallas għal perjodu ta' 20 sena, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li taqa' taħt l-Artikolu 107(1) TFUE, li hija kompatibbli mas-suq intern bis-saħħa tal-Artikolu 107(3) TFUE, abbażi tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2.

Artikolu 2

Franza għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li, għad-durata kollha tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1, il-benefiċjarju tal-miżura ma jkunx jista' jirkupra l-enerġija tal-impjant mingħand operatur li jkollu fis-suq Franċiż iktar minn erbgħin fil-mija tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni tal-enerġija, sew jekk permezz ta' ftehim ta' tolling jew kuntratt ta' bejgħ fuq medda twila tal-enerġija prodotta mill-impjant.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni tawtorizza l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1, li għandu jiġi implimentatii fil-forma ta' ħlas ta' primjum lill-konsorzju CEB għad-durata tal-użu tal-impjant, jiġifieri għad-durata massima ta' għoxrin sena. Jekk din il-miżura tinżamm, din għandha tiġi nnotifikata mill-ġdid wara tali perjodu.

Artikolu 4

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 46, 5.2.2016, p. 69.

(2)  Combined cycle gas turbine (turbina tal-gass b'ċiklu kkombinat).

(3)  Tfakkira tan-nota Nru 1.

(4)  Id-Digriet Nru 2002-1434 tal-4 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura tas-sejħa għal offerti għall-istallazzjoni tal-produzzjoni tal-elettriku jiddeskrivi l-passi kollha tal-proċedura tas-sejħa għal offerti. Hija proċedura applikata fil-qafas tas-sejħa għal offerti nnotifikata.

(5)  Il-valur kalorifiku nett ifisser karatteristika tal-fjuwil. Huwa l-ammont ta' sħana rilaxxata b'riżultat tal-kombustjoni sħiħa ta' unità tal-fjuwil, mingħajr irkupru ta' sħana mill-kondensazzjoni tal-fwar tal-ilma.

(6)  Medja tal-potenza istantanja tal-impjant.

(7)  Il-Watt (MW jikkorrispondi għal miljun watt) hija l-unità biex titkejjel il-potenza elettrika. MWh tiffissa l-produzzjoni ta' MW għal perjodu ta' siegħa.

(*1)  Informazzjoni kunfidenzjali

(8)  Il-Kummissjoni Ewropea awtorizzat il-proġett Franċiż tal-mekkaniżmu ta' kapaċità fit-8 ta' Novembru 2016 bin-numru SA.39621.

(9)  Ittra tal-awtoritajiet Franċiżi tal-5 ta' Ottubru 2016.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 1315 finali tas-27 ta' Marzu 2014, il-Każ SA.36511 (2014/C) (ex 2013/NN) — Franza Mekkaniżmu ta' sostenn għall-enerġiji rinnovabbli u l-limitu massimu tas-CSPE.

(11)  CJUE, 24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH, il-Kawża C-280/00.

(12)  Kif previst mill-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).

(13)  L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/72/KE, is-sentenza tal-21 ta' Diċembru 2011 C-242/10 Enel Produzione SpA contre Autorita per l'energia elettrica e il gas (il-punt 42); Is-sentenza tal-20 ta' April 2010 C-265/08 Federutility e.a. (il-punt 33).

(14)  Is-sitwazzjoni li fiha d-domanda eċċessiva fir-rigward tal-kapaċità disponibbli ma twassalx lis-suq biex jirreaġixxi b'żieda fil-kapaċità.

(15)  Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1).

(16)  RTE, Bilan Electrique de la Bretagne 2014.

(17)  Ara: http://www.rte-france.com/fr/projet/filet-de-securite-paca-pour-une-securisation-electrique-durable-de-la-region.

(18)  RTE, Bilan Electrique de la Bretagne 2014.

(19)  Deċiżjoni tal-ftuħ tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta' Novembru 2015, SA.40454 (2015/C) (ex 2015/N), premessa (137).

(20)  Bilanċ previst 2013 ta' RTE.

(21)  Open cycle gas turbine: turbina tal-gass b'ċiklu miftuħ.

(22)  L-aġġustament tariffarju huwa strument li jiżgura prattika ta' tariffi identiċi fit-territorju kollu.

(23)  Il-premessa (6) tar-risposta tal-awtoritajiet Franċiżi tas-17 ta' Diċembru 2015.

(24)  Sinteżi tar-rapporti dwar l-elettriku reġjonali 2014-RTE, ara l-anness 1.

(25)  QtĠ-UE, Sentenza tad-19 ta' Diċembru 2013, Vent de Colère! c. Ministru tal-Ekoloġija, C-262/12.

(26)  QtĠ-UE, Sentenza tat-2 ta' Lulju 1974, L-Italja vs Il-Kummissjoni (173/73, Ġabra p. 709, punt 35).

(27)  QtĠ-UE, 24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH, il-Kawża C-280/00.

(28)  Idem, premessa 87.

(29)  Idem, premessi 88-94.

(30)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-forniment ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, 2012/C 8/02, punt 46.

(31)  Il-Qorti Ġenerali, l-1 ta' Marzu 2017, il-każ T-454/13, SNCM c/Kummissjoni, punt 113

(32)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-forniment ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4), punt 48.

(33)  Id-Direttiva 2009/72/KE.

(34)  Kawża C-242/10 — Enel Produzione, ECLI:EU:C:2011:861, paragrafu 42.

(35)  Il-punt 20 tan-notifika mibgħuta minn Franza.

(36)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Settembru 1980, Philip Morris, 730/79

(37)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ġunju 2000, Alzetta, Kawżi Magħquda T-298/97, T-312/97

(38)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Jannar 2015, Eventech vs. Parking Adjudicator, C-518/13.

(39)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Jannar 2006, Kawża C-222/04.

(40)  Il-bilanċ previst 2013 ta' RTE

(41)  Il-bilanċ previst 2013 ta' RTE, p. 42.

(42)  Il-kapaċità ta' kollegament bil-kejbil taħt il-baħar mas-Sardenja (kejbil wieħed) għandu jkun ta' 100 MW sal-2010 (sors: rapport dwar is-sistemi tal-enerġija tal-gżejjer — Korsika, Lulju 2015).

(43)  Każ SA.39621 — Mekkaniżmu ta' kapaċità fi Franza.

(44)  Ir-Rapport tal-Kummissjoni — Ir-Rapport Finali tal-inkjesta settorjali dwar il-mekkaniżmi ta' Kapaċità, it-30 ta' Novembru 2016 (http://ec.europa.eu/competition/sectors/energy/capacity_mechanisms_final_report_fr.pdf)

(45)  Ir-Rapport tal-Kummissjoni — Ir-Rapport Finali tal-inkjesta settorjali dwar il-mekkaniżmi ta' Kapaċità, p. 17.

(46)  RTE, Bilanċ previst tal-bilanċ bejn l-offerta u d-domanda tal-elettriku fi Franza, edizzjoni tal-2015, p. 67.

(47)  Il-premessa (232)(a) tal-EEAG

(48)  “Levelized cost of electricity”: kost livellat tal-produzzjoni ta' elettriku

(49)  Dan l-istudju ma jippreżentax il-kost ta' OGC fi Franza, b'mod li l-ebda bini reċenti jew futuri ma jippermetti li jiġi stabbilit prezz ta' referenza għal pajjiżna.

(50)  Net capacity may refer to the unit capacity or to the combined capacity of multiple units on the same site.

(51)  Investment cost includes overnight cost (with contingency) as the implied IDC.

(52)  Sors: pjan ta' direzzjoni tan-negozju ta' CEB.

(53)  Ittra tal-awtoritajiet Franċiżi tal-20 ta' Marzu 2017.

(54)  Dejta għas-sena 2015. Sorsi: Il-Kummissjoni li tirregola l-enerġija u RTE

(55)  Rapport mill-Kummissjoni ta' regolamentazzjoni tal-enerġija, Osservatorju tas-suq tal-konsumaturi, Ċifri ta' Settembru 2016