ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 208

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
11 ta' Awwissu 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1447 tal-31 ta' Lulju 2017 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Limone Interdonato Messina (IĠP))

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1448 tas-7 ta' Awwissu 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni temporanja tas-sajd għar-redfish fiż-żona NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1449 tas-7 ta' Awwissu 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni temporanja tas-sajd għall-merluzz tal-linja sewda fl-ilmijiet tal-Unoni u internazzjonali taż-żona Vb u VIa minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1450 tas-7 ta' Awwissu 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni temporanja tas-sajd għal-lipp fiż-żona IIIa; fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIIbcd minn bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1451 tas-7 ta' Awwissu 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni temporanja tas-sajd għall-bakkaljaw fiż-żona VIIa minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1452 tas-7 ta' Awwissu 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni temporanja għas-sajd tal-alfonsinos fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1453 tad-9 ta' Awwissu 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

13

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1454 tal-10 ta' Awwissu 2017 li jispeċifika l-formati tekniċi għar-rappurtar mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

15

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1455 tal-10 ta' Awwissu 2017 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva pikossistrobin, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

28

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1456 tal-10 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

31

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1457 tal-10 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

33

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1458 tal-10 ta' Awwissu 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

36

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1459 tal-10 ta' Awwissu 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

38

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1460 tat-8 ta' Awwissu 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2008 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2017) 5471)  ( 1 )

42

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1461 tat-8 ta' Awwissu 2017 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti tal-laħam u tal-istonkijiet, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati (notifikata bid-dokument C(2017) 5472)  ( 1 )

46

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1462 tal-10 ta' Awwissu 2017 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema volontarja msejħa REDcert biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

51

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2017 tal-Kumitat Speċjali UE-CARIFORUM dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-Iffaċilitar tal-Kummerċ tas-7 ta' Lulju 2017 dwar deroga mir-regoli ta' oriġini stabbiliti fil-Protokoll I tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tar-Repubblika Dominicana fir-rigward ta' ċerti prodotti tessili [2017/1463]

53

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni 2009/750/KE tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2009 dwar id-definizzjoni tas-Servizz Elettroniku Ewropew tan-Nollijiet u l-elementi tekniċi tiegħu ( ĠU L 268, 13.10.2009 )

57

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1447

tal-31 ta' Lulju 2017

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Limone Interdonato Messina (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Limone Interdonato Messina”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1081/2009 (2).

(2)

L-emenda kkonċernata mhijiex minuri fit-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3).

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-emenda tal-ispeċifikazzjoni tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna d-denominazzjoni “Limone Interdonato Messina” (IĠP), hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Julian KING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1081/2009 tal-11 ta' Novembru 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Limone Interdonato Messina (IĠP)] (ĠU L 295, 12.11.2009, p. 3).

(3)  ĠU C 96, 28.3.2017, p. 7.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1448

tas-7 ta' Awwissu 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni temporanja tas-sajd għar-redfish fiż-żona NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2017.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).


ANNESS

Nru

12/TQ127

Stat Membru

L-Unjoni Ewropea (l-Istati Membri kollha)

Stokk

RED/N3M.

Speċi

Redfish (Sebastes spp)

Żona

NAFO 3M

Data tal-Għeluq

9.7.2017 fis-7:00 pm UTC


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1449

tas-7 ta' Awwissu 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni temporanja tas-sajd għall-merluzz tal-linja sewda fl-ilmijiet tal-Unoni u internazzjonali taż-żona Vb u VIa minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2017.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).


ANNESS

Nru

11/TQ127

Stat Membru

Spanja

Stokk

HAD/5BC6 A.

Speċi

Meluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus)

Żona

L-ilmijiet tal-Unoni u internazzjonali taż-żona Vb u VIa

Data tal-Għeluq

3.7.2017


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1450

tas-7 ta' Awwissu 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni temporanja tas-sajd għal-lipp fiż-żona IIIa; fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIIbcd minn bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2017.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).


ANNESS

Nru

10/TQ127

Stat Membru

Id-Danimarka

Stokk

LIN/3 A/BCD

Speċi

Lipp (Molva molva)

Żona

IIIa; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIIbcd

Data tal-Għeluq

1.7.2017


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1451

tas-7 ta' Awwissu 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni temporanja tas-sajd għall-bakkaljaw fiż-żona VIIa minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2017.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).


ANNESS

Nru

09/TQ127

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

COD/07 A.

Speċi

Bakkaljaw (gadus morhua)

Żona

VIIa

Data tal-Għeluq

21.6.2017


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1452

tas-7 ta' Awwissu 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni temporanja għas-sajd tal-alfonsinos fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2017.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stabbilita f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness, jew li huma irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stabbilita f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 tat-12 ta' Diċembru 2016 li jiffissa għall-2017 u l-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-fond u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 32).


ANNESS

Nru

13/TQ2285

Stat Membru

Spanja

Stokk

ALF/3X14-

Speċi

Alfonsinos (Beryx spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

Data tal-Għeluq

13.7.2017


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1453

tad-9 ta' Awwissu 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2017.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies li hi eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 tat-12 ta' Diċembru 2016 li jiffissa għall-2017 u l-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-fond u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 32).


ANNESS

Nru

14/TQ2285

Stat Membru

Spanja

Stokk

BSF/8910-

Speċi

Ċinturin iswed (Aphanopus carbo)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X

Data tal-Għeluq

19.7.2017


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1454

tal-10 ta' Awwissu 2017

li jispeċifika l-formati tekniċi għar-rappurtar mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 24(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tispeċifika l-formati tekniċi għar-rappurtar biex tissimplifika u tirrazzjonalizza l-obbligi tar-rappurtar għall-Istati Membri fir-rigward tal-informazzjoni skont l-Artikolu 24(1) tiegħu.

(2)

Għal dan il-għan, dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jillimita r-rappurtar tat-testi liberi, jiffaċilita l-ġbir tad-dejta biex minnha jinħarġu l-indikaturi ewlenin u jiffavorixxi r-referenzi għall-informazzjoni li tkun diġà disponibbli għall-pubbliku inġenerali fil-livell nazzjonali, filwaqt li juża l-benefiċċji tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għad-dejta ġeografika u jiżgura l-koerenza ma' politiki relatati bħal dawk mogħtija, pereżempju, fid-Direttivi 2000/60/KE (3), 2008/56/KE (4) u 2009/147/KE (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (6).

(3)

Skont id-Direttiva 2007/2/KE, l-awtoritajiet pubbliċi fl-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni s-settijiet tad-dejta ġeografika skont ir-regoli ta' implimentazzjoni dwar il-metadejta, dwar is-servizzi tan-netwerks u dwar l-interoperabbiltà tas-settijiet tad-dejta u tas-servizzi ġeografiċi stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 (7), inklużi d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 18 tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament (imsejħa “Distribuzzjoni tal-ispeċi (Species Distribution)”).

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispeċijiet Aljeni Invażivi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-formati tekniċi li l-Istati Membri għandhom jużaw biex jibagħtu l-informazzjoni skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 lill-Kummissjoni huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35.

(2)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

(5)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 tat-23 ta' Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta' dejta u s-servizzi ġeografiċi (ĠU L 323, 8.12.2010, p. 11).


ANNESS

Il-formati tekniċi li l-Istati Membri għandhom jużaw biex jibagħtu l-informazzjoni skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni ta' speċijiet aljeni invażivi lill-Kummissjoni

INFORMAZZJONI MIBGĦUTA B'APPLIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU 24(1) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1143/2014

Stat Membru

 

Perjodu tar-rappurtar

 

IT-TAQSIMA A

L-informazzjoni li għandha tintbagħat dwar kull waħda mill-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni u dwar kull waħda mill-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib reġjonali li huma soġġetti għall-miżuri kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014

Informazzjoni dwar l-ispeċi, dwar id-distribuzzjoni tagħha u dwar ix-xejriet tar-riproduzzjoni u tat-tixrid tagħha

1.

L-isem xjentifiku tal-ispeċi

 

2.

L-isem komuni tal-ispeċi (informazzjoni mhix obbligatorja)

 

3.

L-ispeċi tinsab fit-territorju tal-Istat Membru?

Iva

Le

Bħalissa dan mhux magħruf

4.

Informazzjoni dwar id-distribuzzjoni tal-ispeċi li tinkludi l-informazzjoni dwar ix-xejriet tar-riproduzzjoni u tat-tixrid tagħha (din l-informazzjoni għandha tingħata biss jekk weġibt “Iva” għall-mistoqsija 3 t'hawn fuq)

 

5.

Informazzjoni addizzjonali (informazzjoni mhix obbligatorja)

 


Informazzjoni dwar il-permessi li nħarġu għal din l-ispeċi

Din l-informazzjoni għandha tingħata biss għall-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni

6.

Matul il-perjodu tar-rappurtar inħarġu xi permessi għal din l-ispeċi?

Iva

Le

7.

L-informazzjoni t'hawn taħt għandha tingħata biss jekk weġibt “Iva” għall-mistoqsija 6 t'hawn fuq

Is-sena kalendarja kkonċernata

 

L-għan tal-permess

L-għadd ta' permessi li nħarġu

L-għadd jew il-volum kollu tal-eżemplari permessi li jikkorrispondu mal-permessi li nħarġu

Permessi għar-riċerka

 

 

Permessi għall-konservazzjoni ex situ

 

 

Permessi għall-produzzjoni xjentifika u għall-użu mediċinali sussegwenti għall-avvanz tas-saħħa tal-bniedem

 

 

Permessi għal attivitajiet oħrajn maħruġin wara li l-Kummissjoni tkun tat l-approvazzjoni tagħha għalihom (l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014)

 

 

8.

Informazzjoni addizzjonali (informazzjoni mhix obbligatorja)

 


Informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet

Din l-informazzjoni għandha tingħata biss għall-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni u jekk weġibt “Iva” għall-mistoqsija 6 t'hawn fuq

9.

Is-sena kalendarja kkonċernata

 

L-għan tal-permess

L-għadd ta' stabbilimenti li ġew spezzjonati

L-għadd jew il-volum tal-eżemplari permessi li jikkorrispondu mal-permessi li għandhom l-istabbilimenti li ġew spezzjonati

L-għadd ta' stabbilimenti li ġew spezzjonati li tqiesu li mhumiex konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-permessi

L-għadd jew il-volum tal-eżemplari permessi li jikkorrispondu mal-permessi li għandhom l-istabbilimenti li ġew spezzjonati li tqiesu li mhumiex konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-permessi

Permessi għar-riċerka

 

 

 

 

Permessi għall-konservazzjoni ex situ

 

 

 

 

Permessi għall-produzzjoni xjentifika u għall-użu mediċinali sussegwenti għall-avvanz tas-saħħa tal-bniedem

 

 

 

 

Permessi għal attivitajiet oħrajn maħruġin wara li l-Kummissjoni tkun tat l-approvazzjoni tagħha għalihom (l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014)

 

 

 

 

10.

Informazzjoni addizzjonali (informazzjoni mhix obbligatorja)

 


Informazzjoni dwar il-miżuri ta' qerda rapida li ttieħdu għal din l-ispeċi

(l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014)

11.

Ittieħdu miżuri ta' qerda rapida għall-ispeċi matul il-perjodu tar-rappurtar?

Iva

Le

12.

L-informazzjoni t'hawn taħt għandha tingħata biss jekk weġibt “Iva” għall-mistoqsija 11 t'hawn fuq

Miżuri

Data tal-bidu

 

It-tul ta' żmien stmat tal-miżuri jew id-data meta dawn waqfu jiġu applikati

 

Il-parti mit-territorju

 

Ir-reġjuni bijoġeografiċi

 

Is-sottounitajiet tal-baċir tax-xmara

 

Is-sottoreġjuni marini

 

Il-metodi użati

Metodi mekkaniċi jew fiżiċi

Metodi kimiċi

Metodi bijoloġiċi

Metodi oħrajn

L-effettività tal-miżuri

L-ispeċi nqerdet

Il-popolazzjoni tal-ispeċi qed tonqos

Il-popolazzjoni tal-ispeċi hija stabbli

Il-popolazzjoni tal-ispeċi għadha qed tiżdied

Mhux ċar b'liema mod qed tiżviluppa l-popolazzjoni tal-ispeċi

L-ispeċijiet mhux fil-mira li ntlaqtu mill-miżuri

 

L-impatt fuq kull speċi

 

 

 

 

 

13.

Informazzjoni addizzjonali (informazzjoni mhix obbligatorja)

 


Informazzjoni dwar il-miżuri ta' ġestjoni li ttieħdu għal din l-ispeċi

(l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014)

14.

Ittieħdu miżuri ta' ġestjoni għall-ispeċi matul il-perjodu tar-rappurtar?

Iva

Le

15.

L-informazzjoni t'hawn taħt għandha tingħata biss jekk weġibt “Iva” għall-mistoqsija 14 t'hawn fuq

Miżuri

Data tal-bidu

 

It-tul ta' żmien stmat tal-miżuri jew id-data meta dawn waqfu jiġu applikati

 

L-għan tal-miżuri

Il-qerda tal-ispeċi

Il-kontroll tal-popolazzjoni tal-ispeċi

Il-konteniment tal-popolazzjoni tal-ispeċi

Il-parti mit-territorju

 

Ir-reġjuni bijoġeografiċi

 

Is-sottounitajiet tal-baċir tax-xmara

 

Is-sottoreġjuni marini

 

Il-metodi użati

Metodi mekkaniċi jew fiżiċi

Metodi kimiċi

Metodi bijoloġiċi

Metodi oħrajn

L-effettività tal-miżuri

L-ispeċi nqerdet

Il-popolazzjoni tal-ispeċi qed tonqos

Il-popolazzjoni tal-ispeċi hija stabbli

Il-popolazzjoni tal-ispeċi għadha qed tiżdied

Mhux ċar b'liema mod qed tiżviluppa l-popolazzjoni tal-ispeċi

L-ispeċijiet mhux fil-mira li ntlaqtu mill-miżuri

 

L-impatt fuq kull speċi

 

 

 

 

 

16.

Informazzjoni addizzjonali (informazzjoni mhix obbligatorja)

 


Informazzjoni dwar l-impatt ta' din l-ispeċi

(informazzjoni mhix obbligatorja)

17.

Kummenti dwar l-impatt tal-ispeċi matul il-perjodu tar-rappurtar

 

IT-TAQSIMA B

L-informazzjoni li għandha tintbagħat għal kull waħda mill-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Istat Membru

1.

L-Istat Membru stabbilixxa lista nazzjonali ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għalih?

Jekk iva, wieġeb il-mistoqsijiet 2 sa 5 t'hawn taħt għal kull speċi mniżżla f'dik il-lista.

Iva

Le

2.

L-isem xjentifiku tal-ispeċi

 

3.

L-isem komuni tal-ispeċi (informazzjoni mhix obbligatorja)

 

4.

L-ispeċi tinsab fit-territorju tal-Istat Membru?

Iva

Le

Bħalissa dan mhux magħruf

5.

Informazzjoni dwar id-distribuzzjoni tal-ispeċi li tinkludi l-informazzjoni dwar ix-xejriet tar-riproduzzjoni u tat-tixrid tagħha (din l-informazzjoni għandha tingħata biss jekk weġibt “Iva” għall-mistoqsija 4 t'hawn fuq u mhix obbligatorja)

 

6.

Il-miżuri applikati fit-territorju tal-Istat Membru b'rabta mal-ispeċi

Restrizzjoni fuq l-introduzzjoni b'mod intenzjonat fit-territorju

Restrizzjoni fuq iż-żamma b'mod intenzjonat, inkluż f'faċilità kkonfinata

Restrizzjoni fuq it-trobbija b'mod intenzjonat, inkluż f'faċilità kkonfinata

Restrizzjoni fuq it-trasport b'mod intenzjonat, bl-eċċezzjoni tat-trasport fil-kuntest tal-qerda

Restrizzjoni fuq it-tqegħid b'mod intenzjonat fis-suq

Restrizzjoni fuq l-użu jew l-iskambju b'mod intenzjonat

Restrizzjoni fuq il-fatt li l-ispeċi titħalla tirriproduċi, tikber jew tiġi kkultivata, inkluż f'faċilità kkonfinata

Restrizzjoni fuq ir-rilaxx b'mod intenzjonat fl-ambjent

Derogi previsti fis-sistema ta' permessi skont l-Artikolu 8

Miżuri ttrattati fil-pjanijiet ta' azzjoni skont l-Artikolu 13

Miżuri koperti mis-sistema ta' sorveljanza skont l-Artikolu 14

Kontrolli uffiċjali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni intenzjonata

Sistema ta' identifikazzjoni bikrija tal-ispeċi

Qerda rapida tal-ispeċi wara identifikazzjoni bikrija

Miżuri ta' ġestjoni għall-ispeċi jekk din tkun inxterdet ħafna

Miżuri ta' restawr

7.

Informazzjoni addizzjonali (informazzjoni mhix obbligatorja)

 


IT-TAQSIMA C

Informazzjoni orizzontali

1.

Link għas-sit web fejn tista' ssib, fuq l-Internet, l-informazzjoni dwar il-permessi li nħarġu kif meħtieġ skont l-Artikolu 8(7) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014

 

2.

Il-pjanijiet ta' azzjoni msemmijin fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014

 

3.

Id-direzzjonijiet prijoritarji indirizzati

 

L-ispeċijiet koperti

 

 

 

 

 

4.

Deskrizzjoni tas-sistema ta' sorveljanza skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014

 

5.

Deskrizzjoni tas-sistema ta' kontrolli uffiċjali skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014

 

6.

Deskrizzjoni tal-miżuri li ttieħdu biex il-pubbliku jkun infurmat

 

7.

L-ispejjeż tal-miżuri li ttieħdu biex jintlaħqu l-obbligi tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014

 

8.

Informazzjoni addizzjonali (informazzjoni mhix obbligatorja)

 

Struzzjonijiet biex tinġabar l-informazzjoni li għandha tintbagħat

L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni dwar il-mistoqsijiet kollha, ħlief fejn dik l-informazzjoni tkun immarkata bħala “informazzjoni mhix obbligatorja”.

IT-TAQSIMA A

Il-mistoqsijiet kollha tat-Taqsima A għandhom jitwieġbu għal kull waħda mill-ispeċijiet aljeni invażivi mniżżlin fil-lista tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 li tkun fis-seħħ fi tmiem l-aħħar sena kalendarja li jkopri r-rapport.

Għal kull waħda mill-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib reġjonali li għaliha jkun daħal fis-seħħ att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 sa dik id-data, għandhom jitwieġbu biss il-mistoqsijiet 1 sa 5 u 11 sa 17.

Il-mistoqsija 1

Agħti l-isem xjentifiku tal-ispeċi.

Il-mistoqsija 2

Informazzjoni mhix obbligatorja: Agħti l-isem komuni tal-ispeċi bil-lingwa nazzjonali.

Il-mistoqsija 3

Għid jekk l-ispeċi titqiesx li tinsab fit-territorju tal-Istat Membru (ħlief l-iktar reġjuni mbiegħda, fejn dan ikun japplika).

Il-mistoqsija 4

Jekk weġibt “Iva” għall-mistoqsija 3, ibgħat fajl bid-dejta dwar id-distribuzzjoni tal-ispeċi filwaqt li tapplika d-Direttiva 2007/2/KE. F'dak il-fajl għandhom jintużaw it-tipi ta' oġġetti ġeografiċi ddefiniti fit-Taqsima 18 tal-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 li jimplimenta 'l dik id-Direttiva (imsejħa “Distribuzzjoni tal-ispeċi (Species Distribution)”). L-informazzjoni dwar ix-xejriet tar-riproduzzjoni u tat-tixrid għandha tingħata billi jintużaw il-listi x-xierqa tal-kodiċijiet.

Il-mistoqsija 5

Informazzjoni mhix obbligatorja: Agħti l-informazzjoni addizzjonali kollha li tqis li hija rilevanti biex tispjega t-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet 1 sa 4.

Il-mistoqsija 6

Għid jekk inħarġux permessi għall-ispeċi kif imsemmi fl-Artikolu 8(2) u/jew fl-Artikolu 9(6) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 matul il-perjodu tar-rappurtar.

Il-mistoqsija 7

Din il-mistoqsija għandha titwieġeb biss jekk weġibt “Iva” għall-mistoqsija 6.

Għal kull sena kalendarja li jkopri r-rapport, agħti l-għadd ta' permessi msemmijin fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 għal kull kategorija ta' għan, kif ukoll l-għadd jew il-volum kollu korrispondenti tal-eżemplari li jkopru dawn il-permessi, fosthom l-unità tal-kejl (l-għadd ta' eżemplari, il-kilogrammi ta' żerriegħa, eċċ.).

Il-mistoqsija 8

Informazzjoni mhix obbligatorja: Agħti l-informazzjoni addizzjonali kollha li tqis li hija rilevanti biex tispjega t-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet 6 u 7.

Il-mistoqsija 9

Għal kull sena kalendarja li jkopri r-rapport, agħti t-tabella mimlija bl-informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet meħtieġa skont l-Artikolu 8(8) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014.

Il-mistoqsija 10

Informazzjoni mhix obbligatorja: Agħti l-informazzjoni addizzjonali kollha li tqis li hija rilevanti biex tispjega t-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 9. B'mod partikulari, spjega fid-dettall għaliex ma saret l-ebda spezzjoni, kif ukoll kull azzjoni li hija ppjanata.

Il-mistoqsija 12

L-informazzjoni tista' tingħata billi l-popolazzjonijiet differenti tal-ispeċi li jkunu indirizzati permezz tal-istess miżuri ta' qerda rapida jitpoġġew fi grupp wieħed skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014. Jekk il-miżuri differenti jindirizzaw popolazzjonijiet differenti, l-informazzjoni trid tingħata għal kull waħda minn dawk il-popolazzjonijiet.

Agħti d-data tal-bidu tal-miżuri.

Agħti t-tul ta' żmien stmat tal-miżuri jew id-data meta dawn waqfu jiġu applikati fir-realtà jekk dawn ikunu twaqqfu waqt il-perjodu tar-rappurtar.

Għid f'liema parti tat-territorju tal-Istat Membru qed jiġu implimentati l-miżuri (f'liema reġjun jew f'liema unità amministrattiva rilevanti oħra qed isir dan).

Indika r-reġjuni bijoġeografiċi f'din il-parti tat-territorju skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE.

Jekk inhu rilevanti, għid liem'huma s-sottounitajiet tal-baċir tax-xmara li fihom qed jiġu applikati l-miżuri skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/60/KE.

Jekk inhu rilevanti, għid liem'huma s-sottoreġjuni marini li fihom qed jiġu applikati l-miżuri skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/56/KE.

Agħti l-ismijiet xjentifiċi tal-ispeċijiet mhux fil-mira li ntlaqtu ħażin mill-miżuri.

Għal kull waħda mill-ispeċijiet mhux fil-mira li ntlaqtu mill-miżuri, għid x'tip ta' impatt negattiv kien hemm fuqha. Dan jista' jkun impatt dirett (pereżempju l-qbid mhux intenzjonat tal-ispeċi mhux fil-mira) jew impatt indirett (pereżempju l-impatt fuq speċi mhux fil-mira li tiekol speċi fil-mira li tkun ġiet ivvalenata). Jekk l-impatti negattivi li jkunu ġew innutati jkunu jaffettwaw grupp tassonomiku, din l-informazzjoni tista' tingħata għall-grupp minflok għal kull speċi.

Il-mistoqsija 13

Informazzjoni mhix obbligatorja: Agħti l-informazzjoni addizzjonali kollha li tqis li hija rilevanti biex tispjega t-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet 11 u 12. B'mod partikulari, spjega fid-dettall għaliex ma ttieħdet l-ebda miżura, kif ukoll kull azzjoni li hija ppjanata.

Il-mistoqsija 15

L-informazzjoni tista' tingħata billi l-popolazzjonijiet differenti tal-ispeċi li jkunu indirizzati permezz tal-istess miżuri ta' ġestjoni jitpoġġew fi grupp wieħed skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014. Jekk il-miżuri differenti jindirizzaw popolazzjonijiet differenti, l-informazzjoni trid tingħata għal kull waħda minn dawk il-popolazzjonijiet.

Agħti d-data tal-bidu tal-miżuri.

Agħti t-tul ta' żmien stmat tal-miżuri jew id-data meta dawn waqfu jiġu applikati fir-realtà jekk dawn ikunu twaqqfu waqt il-perjodu tar-rappurtar.

Għid x'inhu l-għan tal-miżuri ta' ġestjoni.

Għid f'liema parti tat-territorju tal-Istat Membru qed jiġu implimentati l-miżuri (f'liema reġjun jew f'liema unità amministrattiva rilevanti oħra qed isir dan).

Indika r-reġjuni bijoġeografiċi f'din il-parti tat-territorju skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE.

Jekk inhu rilevanti, għid liem'huma s-sottounitajiet tal-baċir tax-xmara li fihom qed jiġu applikati l-miżuri skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/60/KE.

Jekk inhu rilevanti, għid liem'huma s-sottoreġjuni marini li fihom qed jiġu applikati l-miżuri skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/56/KE.

Agħti l-ismijiet xjentifiċi tal-ispeċijiet mhux fil-mira li ntlaqtu ħażin mill-miżuri.

Għal kull waħda mill-ispeċijiet mhux fil-mira li ntlaqtu mill-miżuri, għid x'tip ta' impatt negattiv kien hemm fuqha. Dan jista' jkun impatt dirett (pereżempju l-qbid mhux intenzjonat tal-ispeċi mhux fil-mira) jew impatt indirett (pereżempju l-impatt fuq speċi mhux fil-mira li tiekol speċi fil-mira li tkun ġiet ivvalenata). Jekk l-impatti negattivi li jkunu ġew innutati jkunu jaffettwaw grupp tassonomiku, din l-informazzjoni tista' tingħata għall-grupp minflok għal kull speċi.

Il-mistoqsija 16

Informazzjoni mhix obbligatorja: Agħti l-informazzjoni addizzjonali kollha li tqis li hija rilevanti biex tispjega t-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet 14 u 15. B'mod partikulari, spjega fid-dettall għaliex ma ttieħdet l-ebda miżura, kif ukoll kull azzjoni li hija ppjanata.

Il-mistoqsija 17

Informazzjoni mhix obbligatorja: Agħti informazzjoni dwar l-impatt tal-ispeċi fuq il-bijodiversità u fuq is-servizzi tal-ekosistema relatati, li tinkludi informazzjoni dwar l-ispeċijiet indiġeni, dwar is-siti protetti u dwar il-ħabitats fil-periklu. Agħti wkoll informazzjoni dwar l-impatti soċjali u ekonomiċi tal-ispeċi, kif ukoll dwar l-impatti tagħha fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem.

IT-TAQSIMA B

It-Taqsima B għandha timtela għal kull waħda mill-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Istat Membru skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014.

Il-mistoqsija 2

Agħti l-isem xjentifiku tal-ispeċi.

Il-mistoqsija 3

Informazzjoni mhix obbligatorja: Agħti l-isem komuni tal-ispeċi bil-lingwa nazzjonali.

Il-mistoqsija 4

Għid jekk l-ispeċi titqiesx li tinsab fit-territorju tal-Istat Membru (ħlief l-iktar reġjuni mbiegħda, fejn dan ikun japplika).

Il-mistoqsija 5

Informazzjoni mhix obbligatorja: Ara l-mistoqsija 4 tat-Taqsima A.

Il-mistoqsija 6

Jekk ikun rilevanti, għid liema miżuri ġew applikati għall-ispeċi kkonċernata.

Il-mistoqsija 7

Informazzjoni mhix obbligatorja: Agħti l-informazzjoni addizzjonali kollha li tqis li hija rilevanti biex tispjega t-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet 1 sa 6.

IT-TAQSIMA C

Il-mistoqsija 1

Agħti l-link għas-sit web fejn tista' ssib, fuq l-Internet, l-informazzjoni skont l-Artikolu 8(7) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014.

Il-mistoqsija 2

Ibgħat dokument li jiddeskrivi l-pjanijiet ta' azzjoni msemmijin fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 (jew agħti l-link għas-sit web fejn wieħed jista' jsib dan id-dokument).

Il-mistoqsija 3

Għid liema direzzjonijiet prijoritarji ġew indirizzati billi tuża l-kodiċijiet mogħtija hawn taħt, u liema huma l-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni koperti minn kull waħda minn dawk id-direzzjonijiet.

Direzzjoni

Kodiċi

1.

Ir-rilaxx fl-ambjent

Il-kontroll bijoloġiku

1.1

Il-kontroll tal-erożjoni jew l-istabbilizzazzjoni tal-għaram (l-ilqugħ kontra r-riħ, is-sisien tal-ħaxix, eċċ.)

1.2

Is-sajd fis-salvaġġ (fosthom is-sajd rikreattiv)

1.3

Il-kaċċa

1.4

“It-titjib” fil-flora, fil-fawna jew fil-pajsaġġ fis-salvaġġ

1.5

L-introduzzjoni għall-finijiet tal-konservazzjoni jew għall-ġestjoni tal-organiżmi selvaġġi

1.6

Ir-rilaxx fin-natura għal użijiet differenti minn dawk imsemmijin hawn fuq, pereżempju għall-fer, għat-trasport jew għal użu mediku)

1.7

Rilaxx intenzjonat ieħor

1.8

2.

Il-ħarba miż-żamma fil-magħluq

L-agrikoltura (fosthom il-materja prima tal-bijofjuwils)

2.1

L-akkwakultura jew il-marikultura

2.2

Ġardin botaniku, żu jew akwarji (minbarra l-akwarji domestiċi)

2.3

L-ispeċijiet li jinżammu bħala annimali domestiċi, li jitrabbew f'akwarju jew li jitrabbew f'terrarju (fosthom l-għalf ħaj għat-tali speċijiet)

2.4

L-annimali tal-irziezet (fosthom l-annimali li ftit li xejn jiġu kkontrollati)

2.5

Il-forestrija (fosthom it-tisġir u r-riforestazzjoni)

2.6

L-irziezet li fihom jitrabbew l-annimali għall-fer

2.7

L-ortikultura

2.8

Għanijiet ornamentali oħrajn minbarra l-ortikultura

2.9

Ir-riċerka u t-trobbija ex situ (fil-faċilitajiet)

2.10

L-għalf ħaj u l-lixka ħajja

2.11

Tip ta' ħarba oħra miż-żamma fil-magħluq

2.12

3.

It-trasport — il-kontaminanti

Il-kontaminanti tal-materjal taż-żoni ta' tkabbir

3.1

Il-lixka kkontaminata

3.2

Il-kontaminanti tal-ikel (inkluż tal-għalf ħaj)

3.3

Il-kontaminanti fl-annimali (ħlief il-parassiti u l-ispeċijiet ittrasportati permezz ta' ospitant jew ta' vettur)

3.4

Il-parassiti fl-annimali (fosthom l-ispeċijiet ittrasportati permezz ta' ospitant jew ta' vettur)

3.5

Il-kontaminanti fuq il-pjanti (ħlief il-parassiti u l-ispeċijiet ittrasportati permezz ta' ospitant jew ta' vettur)

3.6

Il-parassiti fuq il-pjanti (fosthom l-ispeċijiet ittrasportati permezz ta' ospitant jew ta' vettur)

3.7

Il-kontaminanti taż-żerriegħa

3.8

Il-kummerċ tal-injam

3.9

It-trasport tal-materjal tal-ħabitat (il-ħamrija, il-veġetazzjoni, eċċ.)

3.10

4.

It-trasport — il-passiġġieri klandestini

L-irkaptu tas-sajd jew tas-sajd bil-qasba

4.1

Il-kontejners jew l-oġġetti bl-ingrossa

4.2

Il-passiġġieri klandestini fuq ajruplan

4.3

Il-passiġġieri klandestini fuq dgħajsa jew fuq vapur (minbarra l-ilma tas-saborra u l-ħmieġ mal-buq)

4.4

Il-makkinarju jew it-tagħmir

4.5

In-nies u l-bagalji jew it-tagħmir tagħhom (b'mod partikulari fil-kuntest tat-turiżmu)

4.6

Il-materjal organiku tal-imballaġġ, b'mod partikulari dak tal-injam

4.7

L-ilma tas-saborra ta' dgħajsa jew ta' vapur

4.8

Il-ħmieġ mal-buq ta' dgħajsa jew ta' vapur

4.9

Il-vetturi (il-karozzi, il-ferroviji, eċċ.)

4.10

Mezzi oħrajn tat-trasport

4.11

5.

Il-kurituri

Il-passaġġi fuq l-ilma, il-baċiri u l-ibħra interkonnessi

5.1

Il-mini u l-pontijiet fuq l-art

5.2

6.

It-tixrid mhux megħjun

It-tixrid naturali transfruntier tal-ispeċijiet aljeni invażivi li jkunu ddaħħlu permezz tad-direzzjonijiet 1 sa 5

6.1

Il-mistoqsija 4

Ibgħat dokument li jiddeskrivi s-sistema ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 (jew agħti l-link għas-sit web fejn wieħed jista' jsib dan id-dokument).

Il-mistoqsija 5

Ibgħat dokument li jiddeskrivi s-sistema ta' kontrolli uffiċjali skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, fosthom deskrizzjoni tal-proċeduri biex ikun żgurat li tiġi skambjata l-informazzjoni rilevanti u li jkun hemm koordinazzjoni effiċjenti u effettiva bejn l-awtoritajiet kollha involuti fil-verifiki kif previst fl-Artikolu 15(7) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 (jew agħti l-link għas-sit web fejn wieħed jista' jsib dan id-dokument).

Il-mistoqsija 6

Ibgħat dokument li jiddeskrivi l-miżuri li ttieħdu b'rabta mal-preżenza ta' speċi aljena invażiva u kull azzjoni li ċ-ċittadini ntalbu jieħdu b'rabta ma' dan (jew agħti l-link għas-sit web fejn wieħed jista' jsib dan id-dokument).

Il-mistoqsija 7

Ibgħat dokument bl-informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-miżuri li ttieħdu biex jintlaħqu l-obbligi tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 meta din l-informazzjoni tkun disponibbli (jew agħti l-link għas-sit web fejn wieħed jista' jsib dan id-dokument). Sa fejn ikun possibbli, agħti d-dettalji tal-ispejjeż ta' kull azzjoni speċifika (pereżempju l-ispejjeż għall-bini tal-kapaċità, għat-tħaddim tas-sistema ta' sorveljanza, għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta' qerda rapida u tal-miżuri ta' ġestjoni) u inkludi, meta din tkun disponibbli, l-informazzjoni rilevanti dwar l-irkupru tal-ispejjeż u dwar il-benefiċċji tal-azzjonijiet li ttieħdu (l-ispejjeż tal-ħsara li ġiet evitata, il-ħsara lill-bijodiversità u lis-servizzi tal-ekosistema relatati li ġiet evitata, il-kontribut li ngħata għal miri oħrajn tal-UE u l-ħsara lis-saħħa tal-bniedem, lis-sikurezza u lill-ekonomija li ġiet evitata).

Il-mistoqsija 8

Informazzjoni mhix obbligatorja: Ibgħat dokument bl-informazzjoni l-oħra kollha li l-Istat Membru jixtieq iżid b'rabta mal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 minbarra l-informazzjoni mitluba f'dan il-format (jew agħti l-link għas-sit web fejn wieħed jista' jsib dan id-dokument).


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/28


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1455

tal-10 ta' Awwissu 2017

li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva pikossistrobin, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/84/KE (2) inkludiet il-pikossistrobin bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(2)

Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

Kif stipulat fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva pikossistrobin tiskadi fil-31 ta' Ottubru 2017.

(4)

Tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-pikossistrobin skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) fil-perjodu taż-żmien previst f'dak l-Artikolu.

(5)

L-applikant ressaq il-fajls addizzjonali meħtieġa skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta.

(6)

L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ppreżentah lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-30 ta' Ġunju 2015.

(7)

L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. L-Awtorità qiegħdet ukoll is-sommarju tal-fajl addizzjonali għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(8)

Fl-1 ta' Ġunju 2016, l-Awtorità bagħtet lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (6) dwar jekk jistax ikun mistenni li l-pikossistrobin tissodisfa l-kriterji ta' approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Ġew identifikati l-problemi li ġejjin: ma jistax jiġi eskluż potenzjal klastoġeniku u anewġeniku tal-metabolit IN-H8612 iffurmat bħala residwu, kif ukoll ġie identifikat riskju qawwi għall-organiżmi akkwatiċi u għall-ħniex mill-espożizzjoni għall-pikossistrobin u għall-mammiferi li jieklu l-ħniex mill-espożizzjoni għall-metabolit IN-QDY63. Barra minn hekk, għadd ta' oqsma tal-valutazzjoni ma setgħux jiġu ffinalizzati. Fuq il-bażi tad-dejta disponibbli fil-fajl ma kienx meqjus possibbli li titlesta l-valutazzjoni tal-ġenotossiċità għall-pikossistrobin u konsegwentement ma setgħux jiġu stabbiliti l-valuri ta' referenza bbażati fuq is-saħħa għall-użu fil-valutazzjoni tar-riskju u għalhekk la setgħu jitwettqu l-valutazzjonijiet tar-riskju għall-konsumaturi u lanqas il-valutazzjonijiet tar-riskju mhux dijetetiku. Il-konformità tal-istudji tat-tossiċità meta mqabbla mill-ispeċifikazzjoni teknika u mar-rilevanza tal-impuritajiet ma setgħetx tiġi ffinalizzata minħabba l-valutazzjoni mhux kompluta dwar il-potenzjal ġenotossiku tal-pikossistrobin. Lanqas ma seta' jiġi konkluż in-nuqqas ta' effetti medjati mis-sistema endokrinali kkawżati mill-pikossistrobin. Il-valutazzjoni tar-riskju dijetetiku minn esponiment għall-metaboliti ma setgħetx tiġi ffinalizzata billi tinħtieġ aktar dejta biex jiġi ddefinit il-profil tossikoloġiku ta' diversi metaboliti; konsegwentement, ma setgħux jiġu stabbiliti d-definizzjonijiet tar-residwi għall-finijiet ta' valutazzjoni tar-riskju. Barra minn hekk, abbażi tad-dejta disponibbli, ma setax jiġi ddeterminat il-potenzjal ġenotossiku ta' diversi metaboliti li hu previst li jiffurmaw fl-ilma ta' taħt l-art. Fl-aħħar nett, ma setgħetx tiġi ffinalizzata l-valutazzjoni tar-riskju minn avvelenament sekondarju permezz tal-katina alimentari akkwatika għall-għasafar u għall-mammiferi.

(9)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità. Barra minn hekk, b'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport tat-tiġdid. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, u dawn ġew eżaminati bir-reqqa.

(10)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib relatat mas-sustanza ma setax jiġi eliminat.

(11)

Għaldaqstant, fir-rigward ta' użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta' mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti, ma ġiex stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 ġew issodisfati. Għalhekk, jenħtieġ li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva pikossistrobin ma tiġġeddidx.

(12)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(13)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw żmien biżżejjed biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-pikossistrobin.

(14)

Fir-rigward tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-pikossistrobin, meta l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta' grazzja b'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jenħtieġ li dan il-perjodu jiskadi sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2018.

(15)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/950 (7) estenda d-data ta' skadenza tal-pikossistrobin sal-31 ta' Ottubru 2017 biex jippermetti li l-proċess ta' tiġdid jitlesta qabel ma tiskadi l-approvazzjoni ta' dik is-sustanza. Billi deċiżjoni tittieħed qabel din id-data ta' skadenza estiża, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika kemm jista' jkun malajr.

(16)

Dan ir-Regolament ma jippreġudikax is-sottomissjoni ta' applikazzjoni oħra għall-approvazzjoni tal-pikossistrobin b'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(17)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu. Tqies li kien meħtieġ att ta' implimentazzjoni u l-President ressaq l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni lill-kumitat ta' appell għal aktar deliberazzjoni. Il-Kumitat ta' appell ma tax opinjoni dwar dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni ta' sustanza attiva

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva pikossistrobin mhix imġedda.

Artikolu 2

Miżuri tranżitorji

L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-pikossistrobin bħala sustanza attiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2017.

Artikolu 3

Perjodi ta' grazzja

Kull perjodu ta' grazzja li jagħtu l-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2018.

Artikolu 4

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, titħassar ir-ringiela 68 dwar il-pikossistrobin.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/84/KE tal-25 ta' Settembru 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi flurtamone, flufenacet, iodosulfuron, dimethenamid-p, picoxystrobin, fosthiazate u silthiofam bħala sostanzi attivi (ĠU L 247, 30.9.2003, p. 20).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(6)  EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2016. “Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance picoxystrobin”. EFSA Journal 2016;14(6):4515, 26 pp. doi:10.2903/j.efsa.2016.4515.

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/950 tal-15 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-DB, beta-cyfluthrin, carfentrazone ethyl, Coniothyrium minitans ir-Razza CON/M/91-08 (DSM 9660), cyazofamid, deltamethrin, dimethenamid-P, ethofumesate, fenamidone, flufenacet, flurtamone, foramsulfuron, fosthiazate, imazamox, iodosulfuron, iprodione, isoxaflutole, linuron, maleic hydrazide, mesotrione, oxasulfuron, pendimethalin, picoxystrobin, silthiofam u trifloxystrobin (ĠU L 159, 16.6.2016, p. 3).


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/31


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1456

tal-10 ta' Awwissu 2017

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta' Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 jelenka l-bastimenti magħżulin mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti f'konformità mal-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2146 (2014). Dawk il-bastimenti huma soġġetti għal għadd ta' projbizzjonijiet skont dan ir-Regolament, inkluż il-projbizzjoni li jgħabbu, jittrasportaw jew jiskarikaw żejt mhux raffinat mil-Libja u li jkollhom aċċess għall-portijiet fit-territorju tal-Unjoni.

(2)

Fit-2 ta' Awwissu 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti żied il-bastiment Lynn S mal-lista ta' bastimenti li huma soġġetti għal miżuri restrittivi. Għalhekk l-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(3)

Peress li l-bastiment Lynn S huwa t-tieni bastiment elenkat fl-Anness V, il-lista ta' bastimenti jenħtieġ li tiġi numerata.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat kif jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.


ANNESS

L-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat kif ġej:

1.

L-entrata:

Isem: CAPRICORN

Elenkat skont il-paragrafi 10(a) u 10(b) tar-riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiż u mmodifikat mill-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni li jidħol fil-portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 2146, din l-inklużjoni hija valida mil-21 ta' Lulju sal-21 ta' Ottubru 2017, sakemm ma tintemmx qabel mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: it-Tanzanija.

Informazzjoni addizzjonali

Mis-16 ta' Lulju 2017, il-bastiment kien jinsab 'il barra mix-xatt ta' Ċipru.”

tinbidel b'dan li ġej:

“1.   Isem: CAPRICORN

Elenkat skont il-paragrafi 10(a) u 10(b) tar-riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiż u mmodifikat mill-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni li jidħol fil-portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2146, din l-inklużjoni hija valida mill-21 ta' Lulju 2017 sal-21 ta' Ottubru 2017, sakemm ma tintemmx qabel mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: it-Tanzanija.

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8900878. Mis-16 ta' Lulju 2017, il-bastiment kien jinsab 'il barra mix-xatt ta' Ċipru.”

2.

Tiżdied l-entrata li ġejja:

“2.   Isem: Lynn S

Elenkat skont il-paragrafi 10(a) u 10(b) tar-riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiż u mmodifikat mill-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni li jidħol fil-portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 2146, din l-inklużjoni hija valida mit-2 ta' Awwissu 2017 sat-2 ta' Novembru 2017, sakemm ma tintemmx qabel mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: Saint Vincent u l-Grenadini.

Informazzjoni Addizzjonali

OMI: 8706349. Mis-26 ta' Lulju 2017, il-bastiment kien jinsab f'ibħra internazzjonali madwar 50 mil nawtiku għax-Xlokk ta' Ċipru.”


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/33


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1457

tal-10 ta' Awwissu 2017

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka persuni, entitajiet u korpi li, peress li ġew innominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), huma koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fil-5 ta' Awwissu 2017, il-KSNU adotta r-Riżoluzzjoni 2371 (2017) li żżid disa' persuni fiżiċi u erba' entitajiet mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi. Il-KSNU emenda wkoll żewġ entrati diġà eżistenti.

(3)

Jenħtieġ għalhekk li l-Anness IV jiġi emendat skont dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

F'isem il-President

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1.


ANNESS

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:

1.

Taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi” jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

“(54)

Choe Chun Yong (alias Ch'oe Ch'un-yo'ng). Ġeneru: raġel. Ċittadinanza: tal-Korea ta' Fuq. Nru tal-passaport 654410078. Informazzjoni oħra: Rappreżentant ta' Ilsim International Bank, li huwa affiljat mal-militar tal-Korea ta' Fuq u għandu relazzjoni mill-qrib mal-Korea Kwangson Banking Corporation. Ilsim International Bank ipprova jevita sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti. Data tan-nomina: 5.8.2017.

(55)

Han Jang Su (alias Chang-Su Han). Ġeneru: raġel. Data tat-twelid: 8.11.1969. Post tat-twelid: Pyongyang. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Nru tal-passaport 745420176. Data ta' skadenza tal-passaport: 19.10.2020. Informazzjoni oħra: Kap Rappreżentant tal-Foreign Trade Bank. Data tan-nomina: 5.8.2017.

(56)

Jang Song Chol. Data tat-twelid: 12.3.1967. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: Rappreżentant barra l-Korea ta' Fuq tal-Korea Mining Development Corporation (KOMID).

(57)

Jang Sung Nam. Ġeneru: raġel. Data tat-twelid: 14.7.1970. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Nru tal-passaport 563120368, maħruġ fit-22.3.2013, data ta' skadenza tal-passaport: 22.3.2018. Indirizz: RDPK. Informazzjoni oħra: Kap ta' fergħa barranija ta' Tangun Trading Corporation, li hija primarjament responsabbli għall-akkwist ta' komoditajiet u teknoloġiji biex jappoġġjaw il-programmi ta' riċerka u żvilupp għad-difiża tal-Korea ta' Fuq. Data tan-nomina 5.8.2017.

(58)

Jo Chol Song (alias Cho Ch'o'l-so'ng). Ġeneru: raġel. Data tat-twelid: 25.9.1984. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Nru tal-passaport 654320502, data ta' skadenza tal-passaport: 16.9.2019. Informazzjoni oħra: Deputat rappreżentant tal-Korea Kwangson Banking Corporation, li tagħti servizzi finanzjarji f'appoġġ għal Tanchon Commercial Bank u Korea Hyoksin Trading, entità subordinata ta' Korea Ryonbong General Corporation. Data tan-nomina 5.8.2017.

(59)

Kang Chol Su. Data tat-twelid: 13.2.1969. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Nru tal-Passaport 472234895. Informazzjoni oħra: Uffiċjal għall-Korea Ryonbong General Corporation, li tispeċjalizza fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tal-Korea ta' Fuq u tgħin fil-bejgħ barrani relatat mal-militar tal-Korea ta' Fuq. L-akkwisti tagħha x'aktarx li jappoġġaw ukoll il-programm tal-armi kimiċi tal-Korea ta' Fuq. Data tan-nomina 5.8.2017.

(60)

Kim Mun Chol (alias Kim Mun-ch'o'l). Data tat-twelid: 25.3.1957. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: Rappreżentant għal Korea United Development Bank. Data tan-nomina 5.8.2017.

(61)

Kim Nam Ung. Nationality: tal-Korea ta' Fuq. Nru tal-Passaport 654110043. Informazzjoni oħra: Rappreżentant ta' Ilsim International Bank, li huwa affiljat mal-militar tal-Korea ta' Fuq u għandu relazzjoni mill-qrib mal-Korea Kwangson Banking Corporation. Ilsim International Bank ipprova jevita sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti. Data tan-nomina 5.8.2017.

(62)

Pak Il Kyu (alias Pak Il-Gyu). Ġeneru: raġel. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Nru tal-Passaport 563120235. Informazzjoni oħra: Uffiċjal għall-Korea Ryonbong General Corporation, li tispeċjalizza fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u fl-appoġġ għall-bejgħ marbut mal-militar ta' Pyongyang. L-akkwisti tagħha x'aktarx li jappoġġaw ukoll il-programm tal-armi kimiċi tal-Korea ta' Fuq. Data tan-nomina: 5.8.2017.”

2.

Taħt l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi:” jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

“(47)

Foreign Trade Bank (FTB). Post: FTB Building, Jungsong-dong, Central District, Pyongyang, RDPK. Informazzjoni oħra: Foreign Trade Bank huwa bank tal-Istat u jaġixxi bħala l-bank primarju tal-kambju, u pprovda appoġġ finanzjarju importanti lill-Korea Kwangson Banking Corporation. Data tan-nomina: 5.8.2017.

(48)

Korean National Insurance Company (KNIC) (alias KoreaNational Insurance Corporation, Korea Foreign Insurance Company). Post: Central District, Pyongyang, RDPK. Informazzjoni oħra: Il-Korean National Insurance Company hija kumpanija finanzjarja u tal-assigurazzjoni tal-Korea ta' Fuq, u hija affiljata ma' Office 39. Data tan-nomina: 5.8.2017.

(49)

Koryo Credit Development Bank (alias Daesong Credit Development Bank; Koryo Global Credit Bank; Koryo Global Trust Bank). Post: Pyongyang, RDPK. Informazzjoni oħra: Koryo Credit Development Bank jopera fl-industrija tas-servizzi finanzjarji tal-ekonomija tal-Korea ta' Fuq. Data tan-nomina: 5.8.2017.

(50)

Mansudae Overseas Project Group of Companies (alias Mansudae Art Studio). Post: Pyongyang, RDPK. Informazzjoni oħra: Mansudae Overseas Project Group of Companies kien involut jew kien responsabbli għall-esportazzjoni ta' ħaddiema mill-Korea ta' Fuq għal pajjiżi oħrajn għal attivitajiet marbutin mal-kostruzzjoni, inkluż għal statwi u monumenti biex jiġġeneraw qligħ għall-Gvern tal-Korea ta' Fuq jew għall-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Il-Mansudae Overseas Project Group of Companies ġie rrappurtat li għamel in-negozju f'pajjiżi tal-Afrika u tal-Asja tax-Xlokk, inkluż l-Alġerija, l-Angola, il-Botswana, il-Benin, il-Kambodja, iċ-Chad, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Guinea Ekwatorjali, il-Malasja, il-Mozambique, in-Namibja, is-Sirja, it-Togo, u ż-Żimbabwe. Data tan-nomina: 5.8.2017.”

3.

Taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”,

“(16)

Jang Bom Su (alias Jang Pom Su). Data tat-twelid: 15.4.1957. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fis-Sirja. Data tan-nomina: 2.3.2016.”

huwa sostitwit bi:

“(16)

Jang Bom Su (alias Jang Pom Su, Jang Hyon U). Data tat-twelid: 15.4.1957, 22.2.1958. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Numru tal-passaport: 836110034 (diplomatiku). Data ta' skadenza tal-passaport: 1.1.2020. Informazzjoni oħra: Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fis-Sirja. Data tan-nomina: 2.3.2016.”

4.

Taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”,

“(18)

Jon Myong Guk (alias Cho'n Myo'ng-kuk). Data tat-twelid: 18.10.1976. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Numru tal-passaport: 4721202031 (Data ta' skadenza: 21.2.2017). Informazzjoni oħra: Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fis-Sirja. Data tan-nomina: 2.3.2016”

huwa sostitwit bi:

“(18)

Jon Myong Guk (alias Cho'n Myo'ng-kuk, Jon Yong Sang). Data tat-twelid: 18.10.1976, 25.8.1976. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Numru tal-passaport: 4721202031 (data ta' skadenza tal-passaport: 21.2.2017), 836110035 (diplomatiku, data ta' skadenza tal-passaport: 1.1.2020). Informazzjoni oħra: Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fis-Sirja. Data tan-nomina: 2.3.2016”.


DEĊIŻJONIJIET

11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/36


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1458

tal-10 ta' Awwissu 2017

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(2)

Fit-2 ta' Awwissu 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1970 (2011) approva ż-żieda ta' bastiment wieħed fil-lista ta' bastimenti soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.


ANNESS

1.

Il-bastiment elenkat hawn taħt għandu jiżdied mal-lista ta' bastimenti soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333:

B.   Entitajiet

1.   Isem: Lynn S

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8706349; Elenkat skont il-paragrafi 10(a) u 10(b) tar-riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiża u mmodifikata bil-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni li jidħol fil-portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2146, din id-deżinjazzjoni hija valida mit-2 ta' Awwissu sat-2 ta' Novembru 2017, sakemm ma tintemmx qabel mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: Saint Vincent u l-Grenadini. Fis-26 ta' Lulju 2017, il-bastiment kien jinsab fl-ibħra internazzjonali madwar 50 mil nawtiku mix-Xlokk ta' Ċipru.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/38


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1459

tal-10 ta' Awwissu 2017

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

Fil-5 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2371 (2017), li żiedet disa' persuni u erba' entitajiet mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittiviu emendat l-entrati għal żewġ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Jenħtieġ għalhekk li l-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa b'dan emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.


ANNESS

Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

A.   Persuni

 

Isem

Alias

Identifikaturi

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

54.

Choe Chun Yong

Ch'oe Ch'un-yo'ng

Ċittadinanza: RDPK

Numru tal-passaport: 654410078

Sess: raġel

4.8.2017

Rappreżentant għal Ilsim International Bank, li huwa affiljat mal-forzi militari tar-RDPK u għandu relazzjoni mill-qrib mal-Korea Kwangson Banking Corporation. Ilsim International Bank ipprova jevita s-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti.

55.

Han Jang Su

Chang-Su Han

Data tat-twelid: 08.11.1969

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Ċittadinanza: RDPK

Nru tal-Passaport: 745420176, jiskadi fid-19.10.2020

Sess: raġel

4.8.2017

Kap Rappreżentant tal-Foreign Trade Bank.

56.

Jang Song Chol

 

Data tat-twelid: 12.3.1967

Ċittadinanza: RDPK

4.8.2017

Jang Song Chol huwa rappreżentant tal-Korea Mining Development Corporation (KOMID) barra mill-pajjiż.

57.

Jang Sung Nam

 

Data tat-twelid: 14.7.1970

Ċittadinanza: RDPK

Nru tal-Passaport: 563120368, maħruġ fit-22.3.2013; Data ta' skadenza tal-passaport: 22.3.2018

Sess: raġel

4.8.2017

Kap ta' fergħa barra mill-pajjiż ta' Tangun Trading Corporation, li hija primarjament responsabbli għall-akkwist ta' prodotti bażiċi u teknoloġiji għall-appoġġ tar-riċerka tad-difiża u l-programmi ta' żvilupp tar-RDPK.

58.

Jo Chol Song

Cho Ch'o'l-so'ng

Data tat-twelid: 25.9.1984

Ċittadinanza: RDPK

Numru tal-passaport: 654320502, jiskadi fis-16.9.2019

Sess: raġel

4.8.2017

Deputat Rappreżentant għall-Korea Kwangson Banking Corporation, li tipprovdi servizzi finanzjarji b'appoġġ għal Tanchon Commercial Bank u l-Korea Hyoksin Trading, entità li taqa' taħt il-Korea Ryonbong General Corporation.

59.

Kang Chol Su

 

Data tat-twelid: 13.2.1969

Ċittadinanza: RDPK

Nru tal-Passaport: 472234895

4.8.2017

Uffiċjal għall-Korea Ryonbong General Corporation, li tispeċjalizza fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u fl-appoġġ għax-xiri u l-bejgħ barra mill-pajjiż marbut mal-militar tar-RDPK. L-akkwisti tagħha x'aktarx li jappoġġaw ukoll il-programm tal-armi kimiċi tar-RDPK.

60.

Kim Mun Chol

Kim Mun-ch'o'l

Data tat-twelid: 25.3.1957

Ċittadinanza: RDPK

4.8.2017

Rappreżentat għall-Korea United Development Bank.

61.

Kim Nam Ung

 

Ċittadinanza: RDPK

Nru tal-Passaport: 654110043

4.8.2017

Rappreżentant għal Ilsim International Bank, li huwa affiljat mal-forzi militari tar-RDPK u għandu relazzjoni mill-qrib mal-Korea Kwangson Banking Corporation. Ilsim International Bank ipprova jevita s-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti.

62.

Pak Il Kyu

Pak Il-Gyu

Ċittadinanza: RDPK

Nru tal-Passaport: 563120235

Sess: raġel

4.8.2017

Uffiċjal għall-Korea Ryonbong General Corporation, li tispeċjalizza fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u fl-appoġġ għax-xiri u l-bejgħ marbuta mal-militar ta' Pyongyang. L-akkwisti tagħha x'aktarx li jappoġġaw ukoll il-programm tal-armi kimiċi tar-RDPK.

B.   Entitajiet

 

Isem

Alias

Lokalità

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Informazzjoni oħra

47.

Foreign Trade Bank

 

FTB Building, Jungsong-dong, Central District, Pyongyang, RDPK

4.8.2017

Il-Foreign Trade Bank huwa bank proprjetà tal-Istat u jaġixxi bħala l-kummerċjant primarju tal-bank f'valuta barranija tar-RDPK u pprovda appoġġ finanzjarju prinċipali lill-Korea Kwangson Banking Corporation.

48.

Korean National Insurance Company (KNIC)

Korea National Insurance Corporation (KNIC)

Korea Foreign Insurance Company

Central District, Pyongyang, RDPK

4.8.2017

Il-Korea National Insurance Company hija kumpanija finanzjarja u tal-assigurazzjoni tar-RDPK u hija affiljata mal-Uffiċċju 39.

49.

Koryo Credit Development Bank

Daesong Credit Development Bank; Koryo Global Credit Bank; Koryo Global Trust Bank

Pyongyang, RDPK

4.8.2017

Koryo Credit Development Bank jopera fl-industrija tas-servizzi finanzjarji fl-ekonomija tar-RDPK.

50.

Mansudae Overseas Project Group of Companies

Mansudae Art Studio

Pyongyang, RDPK

4.8.2017

Mansudae Overseas Project Group of Companies kien involut, iffaċilita, jew kien responsabbli għall-esportazzjoni ta' ħaddiema mir-RDPK lejn nazzjonijiet oħra għal attivitajiet relatati mal-kostruzzjoni, inkluż għal statwi u monumenti biex jiġġeneraw dħul għall-Gvern tar-RDPK jew għall-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Mansudae Overseas Project Group of Companies ġie rrappurtat li għamel negozju f'pajjiżi fl-Afrika u l-Asja tax-Xlokk, inkluż l-Alġerija, l-Angola, il-Botswana, il-Benin, il-Kambodja, iċ-Chad, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Guinea Ekwatorjali, il-Malasja, il-Mozambique, il-Madagascar, in-Namibja, is-Sirja, it-Togo u ż-Żimbabwe.

L-entrati li ġejjin għall-persuni soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huma sostitwiti kif jidher hawn taħt:

 

Isem

Alias

Identifikaturi

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Informazzjoni oħra

16.

Jang Bom Su

Jang Pom Su

Jang Hyon U

Data tat-twelid: 15.4.1957 jew 22.2.1958

Nru tal-Passaport Diplomatiku: 836110034; Data ta' skadenza: 01.1.2020;

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fis-Sirja.

18.

Jon Myong Guk

Cho'n Myo'ng-kuk

Jon Yong Sang

Data tat-twelid: 18.10.1976 jew 25.8.1976;

Nru tal-Passaport: 4721202031; Data ta' skadenza: 21.2.2017

Nru tal-Passaport Diplomatiku: 836110035; Data ta' skadenza: 01.1.2020;

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fis-Sirja.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/42


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1460

tat-8 ta' Awwissu 2017

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2008 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2017) 5471)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta' ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 19(1)(a) u (3)(a) u l-Artikolu 19(4) u (6) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/119/KEE tistabbilixxi miżuri ġenerali ta' kontroll li jridu jiġu applikati fil-każ ta' tifqigħa ta' ċertu mard tal-annimali, inkluża l-marda tal-infafet fil-ġilda (LSD). Dawn il-miżuri ta' kontroll jinkludu t-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-impriża agrikola infettata, filwaqt li jipprovdu wkoll it-tilqim ta' emerġenza f'każ ta' tifqigħa ta' LSD bħala suppliment għal miżuri oħra ta' kontroll.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2008 (5) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-okkorrenza tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'ċerti Stati Membri jew f'partijiet minnhom kif elenkati fl-Anness I tagħha, inkluż ir-rekwiżiti minimi għal programmi ta' tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Tiddefinixxi “żoni infettati” bħala l-partijiet mit-territorju ta' Stat Membru elenkat fil-Parti II tal-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni u dan jinkludi ż-żoni fejn il-marda tal-infafet fil-ġilda ġiet ikkonfermata u kull żona ta' sorveljanza u protezzjoni stabbiliti skont id-Direttiva 92/119/KEE, u fejn it-tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda jista' jiġi implimentat wara l-approvazzjoni ta' programmi ta' tilqim. Tiddefinixxi wkoll “żoni ħielsa bit-tilqim” bħala l-partijiet tat-territorju ta' Stat Membru elenkat fil-Parti I ta' dak l-Anness li jinkludu ż-żoni barra ż-“żoni infettati”, fejn it-tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda huwa implimentat wara l-approvazzjoni ta' programmi ta' tilqim.

(3)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2008 tistipula miżuri speċifiċi ta' mitigazzjoni u restrizzjonijiet kummerċjali fir-rigward ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq, il-prodott ġerminali tagħhom, u prodotti oħra ta' dawk l-annimali li għandhom jitqiegħdu fil-post fiż-“żoni infettati” u “żoni ħielsa bit-tilqim”, bil-ħsieb li jiġi minimizzat kull riskju ta' tixrid tal-marda tal-infafet fil-ġilda.

(4)

Ir-Rapport tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) dwar il-marda tal-infafet fil-ġilda, approvat fis-27 ta' Marzu 2017 (6) (Rapport tal-EFSA tal-2017), jindika li r-riżultati mill-analiżi tad-dejta epidemjologika disponibbli dwar il-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Ewropa sal-2016 tagħti x'tifhem li l-kampanji ta' tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda (LSD), fejn ġew implimentati kif xieraq, rażżnu tajjeb il-marda billi pprevjenu l-okkorrenza ta' tifqigħat ġodda. Dawn ir-riżultati jikkonfermaw ir-riżultati preċedenti ta' parir urġenti dwar il-marda tal-infafet fil-ġilda, adottat mill-EFSA fid-29 ta' Lulju 2016 (7) (il-Parir tal-EFSA tal-2016), li kien wasal għall-konklużjoni li t-tilqim bil-massa huwa l-iktar miżura effettiva għall-kontroll tal-marda tal-infafet fil-ġilda, speċjalment jekk tkun diġà ġiet żviluppata l-protezzjoni tal-annimali mlaqqma qabel id-dħul tal-marda, jiġifieri permezz ta' tilqim preventiv.

(5)

L-effikaċja tal-kampanji ta' tilqim reċenti kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda, kif ikkonfermat mill-Parir tal-EFSA tal-2016 u r-Rapport tal-EFSA tal-2017, tagħti x'tifhem li annimali bovini mlaqqma kif xieraq jistgħu jiġu spustati minn “żona ħielsa bit-tilqim” ta' Stat Membru għal Stat Membru ieħor jew pajjiż terz jew fi ħdan iż-“żona ħielsa bit-tilqim” jew “żona infettata” tal-istess Stat Membru li juża regoli li huma inqas restrittivi. Għall-istess raġuni, regoli inqas restrittivi għandhom japplikaw għal spustamenti ta' għoġġiela mhux imlaqqma li twieldu minn ommijiet imlaqqma meta jiġu spustati fi ħdan l-istess żona tal-istess Stat Membru. Regoli inqas restrittivi bl-istess mod għandhom japplikaw għall-ispustamenti ta' annimali bovini mhux imlaqqma u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq fi ħdan l-istess “żona ħielsa bit-tilqim” tal-istess Stat Membru, meta dawn ikunu impurtati minn Stati Membri jew pajjiżi terzi jew żoni tagħhom, li mhumiex soġġetti għal restrizzjonijiet marbuta mal-marda tal-infafet fil-ġilda, peress li dawn it-tipi ta' spustamenti jistgħu jitqiesu bħala ta' riskju baxx għat-tixrid ta' mard.

(6)

Il-Kroazja, il-Bulgarija u l-Greċja, it-tliet Stati Membri li bħalissa jimplimentaw it-tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda, u elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni (UE) 2016/2008, talbu biex dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tiġi emendata u b'mod partikolari l-Artikoli 4, 5 u 6 tagħha sabiex tinkludi regoli inqas restrittivi għall-ispustament ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq imlaqqma soġġetti għal tilqim mill-ġdid kif ukoll għall-ispustamenti ta' għoġġiela mwielda minn ommijiet imlaqqma. Barra minn hekk il-Kroazja talbet regoli inqas restrittivi għall-ispustamenti ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq mhux imlaqqma li joriġinaw minn Stati Membri jew pajjiżi terzi jew minn żoni tagħhom li mhumiex soġġetti għal restrizzjonijiet minħabba l-konferma tal-preżenza tal-marda tal-infafet fil-ġilda jew tat-tilqim kontriha.

(7)

Ir-riskju tat-tixrid tal-marda tal-infafet fil-ġilda minħabba l-ispustament ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq imlaqqmin kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda huwa ikbar meta jirċievu tilqima għall-ewwel darba bi tqabbil mal-istess riskju meta jirċievu tilqima mill-ġdid filwaqt li jibqgħu immuni minħabba tilqim preċedenti. Għaldaqstant ir-riskju tat-tixrid tal-marda tal-infafet fil-ġilda huwa ikbar meta l-impriża ta' oriġini ta' dawn l-annimali tkun mlaqqma għall-ewwel darba bi tqabbil mal-istess riskju meta l-impriża tkun imlaqqma mill-ġdid fil-perjodu meta l-annimali eżistenti għadhom immuni minħabba tilqim preċedenti. Huwa għalhekk xieraq li ssir distinzjoni bejn ir-regoli ta' restrizzjoni applikabbli f'kull waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti hawn fuq meta titqies id-durata tal-immunità provokata mit-tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda skont l-istruzzjonijiet tal-manifatturi tat-tilqima.

(8)

Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw id-derogi u l-kundizzjonijiet speċjali għall-ispedizzjoni ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq minn u fi ħdan “iż-żoni ħielsa bit-tilqim” u ż-“żoni infettati” għandhom għalhekk jiġu emendati u l-Artikoli 4, 5, 6 u 12 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2008 jiġu emendati skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2008 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(i)

l-annimali ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni, u ġejjin minn impriża ta' oriġini fejn ikunu ilhom residenti għal perjodu ta' mill-anqas 28 jum. F'din l-impriża ta' oriġini l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni jew jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità pprovokata mill-immunità tat-tilqima preċedenti jew mill-immunità materna fid-data tal-ispedizzjoni;”;

(b)

fil-punt (b), il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(i)

l-annimali ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas tliet xhur qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni. Fl-l-impriża ta' oriġini ta' dawn l-annimali, l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni jew jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità pprovokata mill-immunità tat-tilqima preċedenti jew mill-immunità materna fid-data tal-ispedizzjoni;”;

(c)

fil-punt (c), il-punt (ii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(ii)

l-annimali ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni. Fl-impriża ta' oriġini ta' dawn l-annimali, l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni jew jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità pprovokata mill-immunità tat-tilqima preċedenti jew mill-immunità materna fid-data tal-ispedizzjoni;”.

(2)

Fl-Artikolu 5(1), il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

l-annimali ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni. Fl-impriża ta' oriġini ta' dawn l-annimali, l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni jew jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità pprovokata mill-immunità tat-tilqima preċedenti jew mill-immunità materna fid-data tal-ispedizzjoni;”.

(3)

L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 6

Kundizzjonijiet speċjali għall-ispedizzjoni ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi mrobbija fiż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness I tal-istess Stat Membru

1.   B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 3, u soġġett għall-konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni ta' konsenji ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi mrobbija minn impriżi li jinsabu f'żona elenkata fil-Parti II tal-Anness I lejn destinazzjoni li tinsab fi ħdan żona oħra elenkata fil-Parti II tal-Anness I tal-istess Stat Membru.

2.   Id-deroga prevista fil-paragrafu 1 għandha tapplika biss għal konsenji ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq sakemm dawn l-annimali jikkonformaw ma' tal-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-annimali ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni. Fl-impriża ta' oriġini ta' dawn l-annimali l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni jew jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità pprovokata mill-immunità tat-tilqima preċedenti jew mill-immunità materna fid-data tal-ispedizzjoni;

(b)

l-annimali, irrispettivament mill-istatus ta' tilqim individwali tagħhom jew mit-tilqim fl-impriża ta' oriġini tagħhom kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda jistgħu jiġu mċaqlqa għal qtil ta' emerġenza lejn biċċerija, diment li l-impriża ta' oriġini mhix soġġetta għal xi waħda mir-restrizzjonijiet previsti fid-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tal-marda tal-infafet tal-ġilda, li tipprojbixxi tali ċaqliq;

(c)

l-annimali huma frieħ mhux imlaqqma ta' inqas minn sitt xhur imwielda minn ommijiet imlaqqma mill-anqas 28 jum qabel ma jwelldu li baqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ħlas u jistgħu jiġu mċaqalqa lejn impriża oħra jew lejn biċċerija għal qatla immedjata. Fl-impriża ta' oriġini ta' dawn l-annimali, l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli ġew imlaqqma mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni jew jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità pprovokata mill-immunità tat-tilqima preċedenti jew mill-immunità materna fid-data tal-ispedizzjoni, u l-impriża mhix soġġetta għal xi restrizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda, li jipprojbixxu tali ċaqliq.”.

(4)

L-Artikolu 6a li ġej jidħol wara l-Artikolu 6:

“Artikolu 6a

Kundizzjonijiet speċjali għall-ispedizzjoni ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq minn żoni elenkati fil-Parti I tal-Anness I lejn żoni elenkati fil-Parti I jew fil-Parti II tal-Anness I tal-istess Stat Membru

1.   B'deroga mill-projbizzjoni stipulata fil-punt (a) tal-Artikolu 3, u soġġett għall-konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni ta' konsenji ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq minn impriżi li jinsabu f'żona elenkata fil-Parti I tal-Anness I lejn destinazzjoni li tinsab fi ħdan żona oħra elenkata fil-Parti I jew fil-Parti II tal-Anness I tal-istess Stat Membru.

2.   Id-deroga prevista fil-paragrafu 1 għandha tapplika biss għal konsenji ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq sakemm dawn l-annimali jikkonformaw ma' tal-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-annimali ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni. Fl-impriża ta' oriġini ta' dawn l-annimali l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni jew jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità pprovokata mill-immunità tat-tilqima preċedenti jew mill-immunità materna fid-data tal-ispedizzjoni;

(b)

l-annimali, irrispettivament mill-istatus ta' tilqim individwali tagħhom jew mit-tilqim fl-impriża ta' oriġini tagħhom kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda jistgħu jiġu mċaqlqa għal qtil ta' emerġenza lejn biċċerija, diment li l-impriża ta' oriġini mhix soġġetta għal xi waħda mir-restrizzjonijiet previsti fid-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tal-marda tal-infafet tal-ġilda, li tipprojbixxi tali ċaqliq;

(c)

l-annimali huma frieħ mhux imlaqqma ta' inqas minn sitt xhur imwielda minn ommijiet imlaqqma mill-anqas 28 jum qabel ma jwelldu li baqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ħlas u jistgħu jiġu mċaqalqa lejn impriża oħra jew lejn biċċerija għal qatla immedjata. Fl-impriża ta' oriġini ta' dawn l-annimali l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli ġew imlaqqma mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni jew jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità pprovokata mill-immunità tat-tilqima preċedenti jew mill-immunità materna fid-data tal-ispedizzjoni, u l-impriża mhix soġġetta għal xi restrizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda, li jipprojbixxu tali ċaqliq.

(d)

l-annimali ġew introdotti fl-impriża inqas minn tliet xhur ilu minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz jew minn żona tiegħu li ma kienx soġġett għal xi restrizzjonijiet minħabba konferma tal-marda tal-infafet fil-ġilda jew it-tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda u jistgħu jiġu mċaqalqa lejn biċċerija għal qatla immedjata. Fl-impriża ta' oriġini ta' dawn l-annimali l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli ġew imlaqqma mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità skont il-manifattur tat-tilqima fid-data tal-ispedizzjoni jew jibqgħu fi ħdan il-perjodu tal-immunità pprovokata mill-immunità tat-tilqima preċedenti jew mill-immunità materna fid-data tal-ispedizzjoni, u l-impriża mhix soġġetta għal xi restrizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda, li jipprojbixxu tali ċaqliq.”

(5)

Fl-Artikolu 12, il-frażi ta' introduzzjoni tinbidel b'dan li ġej:

“L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-proċedura ta' gwida għat-trasport ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq, ta' prodotti sekondarji mhux proċessati tal-annimali u tal-ġlud u tal-ġilda mhux trattati kif kopert mid-derogi previsti fl-Artikoli 4, 5, 8 u 9 tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69.

(4)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2008 tal-15 ta' Novembru 2016 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'ċerti Stati Membri (ĠU L 310, 17.11.2016, p. 51).

(6)  EFSA Journal 2017;15(4):4773.

(7)  EFSA Journal 2016;14(8):4573.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/46


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1461

tat-8 ta' Awwissu 2017

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti tal-laħam u tal-istonkijiet, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati

(notifikata bid-dokument C(2017) 5472)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttiva tal-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt (1) tal-Artikolu 8, il-punt (4) tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (2) tistabbilixxi, fost l-oħrajn, il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' konsenji ta' ċerti prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati li għaddew minn wieħed mit-trattamenti stipulati fil-Parti 4 tal-Anness II tagħha (“il-prodotti bażiċi”).

(2)

Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti bażiċi, diment li jkun sarilhom wieħed mit-trattamenti imsemmija f'dik il-Parti tal-Anness. Il-Parti 4 ta' dak l-Anness tistabbilixxi t-trattament “A” li mhuwiex speċifiku u t-trattamenti “B” sa “F” li huma speċifiċi, imniżżlin f'ordni dekrexxenti tal-gravità tar-riskju għas-saħħa tal-annimali li għandhom l-għan li jeliminaw.

(3)

Il-Parti 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-biltong/jerky u tal-prodotti tal-laħam pasturizzati, diment li jkun sarilhom wieħed mit-trattamenti imsemmija fil-Parti 4 ta' dak l-Anness.

(4)

Il-Bożnija-Ħerzegovina talbet li titniżżel fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE bħala awtorizzata għat-tranżitu mill-Bulgarija ta' prodotti bażiċi li jkunu nkisbu minn annimali bovini domestiċi, sabiex dawn il-prodotti bażiċi jiġu esportati lejn it-Turkija.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (3) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, il-listi ta' pajjiżi terzi, ta' territorji jew ta' partijiet minnhom, li minnhom il-konsenji ta' laħam frisk maħsuba għall-konsum mill-bniedem huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni. Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 jawtorizza t-tranżitu ta' laħam frisk ta' annimali bovini domestiċi mill-Bożnija-Ħerzegovina mit-territorju tal-Unjoni u dak il-pajjiż terz huwa mniżżel kif suppost fil-Parti 1 tal-Anness II tiegħu. Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2007/777/KE tawtorizza wkoll it-tranżitu mill-Unjoni ta' konsenji mill-Bożnija-Ħerzegovina lejn it-Turkija, ta' prodotti bażiċi miksuba minn annimali bovini domestiċi, diment li dawn il-prodotti bażiċi jkun sarilhom trattament “A” li mhuwiex speċifiku. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Bożnija-Ħerzegovina titniżżel fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għal dak l-iskop.

(6)

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja talbet li titniżżel fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE bħala awtorizzata għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti bażiċi li jkunu nkisbu minn tjur.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (4) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, il-listi ta' pajjiżi terzi, ta' territorji, ta' żoni jew ta' kompartimenti, li minnhom il-konsenji ta' tjur u ta' ċerti prodotti bażiċi tat-tjur jistgħu jiġu importati fl-Unjoni. Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jawtorizza l-importazzjoni fl-Unjoni ta' laħam tat-tjur frisk għall-konsum mill-bniedem mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u dak il-pajjiż terz huwa mniżżel kif suppost fl-Anness I tiegħu. Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2007/777/KE tawtorizza wkoll l-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti bażiċi li jinkisbu minn tjur li jkun sarilhom trattament “A” li mhuwiex speċifiku u jenħtieġ li l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja titniżżel fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għal dak l-iskop.

(8)

L-Afrika t'Isfel hija awtorizzata għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti bażiċi li jinkisbu minn ratiti mrobbija fl-azjendi agrikoli, diment li dawn il-prodotti bażiċi jkun sarilhom trattament “A” li mhuwiex speċifiku u li titniżżel kif suppost fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għal dak l-iskop. Fit-22 ta' Ġunju 2017, l-Afrika t'Isfel ikkonfermat il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5N8 fit-territorju tagħha u għaldaqstant ma tistax tibqa' titqies bħala pajjiż ħieles minn dik il-marda. Għalhekk, sabiex jiġi evitat li jiddaħħal il-vajrus tal-HPAI fl-Unjoni, jenħtieġ li l-importazzjonijiet ta' prodotti bażiċi li jinkisbu minn ratiti mrobbija fl-azjendi agrikoli mill-Afrika t'Isfel ikunu awtorizzati, diment li dawn il-prodotti bażiċi jkun sarilhom it-trattament speċifiku “D”, kif stabbilit fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

(9)

L-Afrika t'Isfel hija mniżżla wkoll fil-Parti 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE bħala awtorizzata għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' biltong/jerky u ta' prodotti tal-laħam pasturizzati li jikkonsistu minn jew li fihom laħam tat-tjur, tjur tal-kaċċa bir-rix imrobbija, ratiti u għasafar tal-kaċċa selvaġġi, diment li dawn il-prodotti bażiċi jkun sarilhom it-trattament speċifiku “E”. Wara l-konferma tal-preżenza tal-HPAI fit-territorju tal-Afrika t'Isfel u sabiex jiġi evitat li jiddaħħal il-vajrus tal-HPAI fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġu awtorizzati l-importazzjonijiet ta' biltong/jerky u ta' prodotti tal-laħam pasturizzati li jikkonsistu minn jew li fihom laħam tat-tjur, tjur tal-kaċċa bir-rix imrobbija, ratiti u għasafar tal-kaċċa selvaġġi mill-Afrika t'Isfel, diment li dawn il-prodotti bażiċi jkun sarilhom it-trattament speċifiku “D” kif stabbilit fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

(10)

Iż-Żimbabwe huwa awtorizzat għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti bażiċi li jinkisbu minn ratiti mrobbija fl-azjendi agrikoli, diment li dawn il-prodotti bażiċi jkun sarilhom trattament “A” li mhuwiex speċifiku u li jitniżżel kif suppost fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għal dak l-iskop. Fl-1 ta' Ġunju 2017, iż-Żimbabwe kkonferma l-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5N8 fit-territorju tiegħu u għaldaqstant ma jistax jibqa' jitqies bħala pajjiż ħieles minn dik il-marda. Għalhekk, sabiex jiġi evitat li jiddaħħal il-vajrus tal-HPAI fl-Unjoni, jenħtieġ li l-importazzjonijiet ta' prodotti bażiċi li jinkisbu minn ratiti mrobbija fl-azjendi agrikoli miż-Żimbabwe jkunu awtorizzati, diment li dawn il-prodotti bażiċi jkun sarilhom it-trattament speċifiku “D”, kif stabbilit fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

(11)

Iż-Żimbabwe huwa mniżżel ukoll fil-Parti 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE bħala awtorizzat għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' biltong/jerky u ta' prodotti tal-laħam pasturizzati li jikkonsistu minn jew li fihom laħam tat-tjur, tjur tal-kaċċa bir-rix imrobbija, ratiti u għasafar tal-kaċċa selvaġġi, diment li dawn il-prodotti bażiċi jkun sarilhom it-trattament speċifiku “E”. Wara l-konferma tal-preżenza tal-HPAI fit-territorju taż-Żimbabwe u sabiex jiġi evitat li jiddaħħal il-vajrus tal-HPAI fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġu awtorizzati l-importazzjonijiet ta' biltong/jerky u ta' prodotti tal-laħam pasturizzati li jikkonsistu minn jew li fihom laħam tat-tjur, tjur tal-kaċċa bir-rix imrobbija, ratiti u għasafar tal-kaċċa selvaġġi miż-Żimbabwe, diment li dawn il-prodotti bażiċi jkun sarilhom it-trattament speċifiku “D” kif stabbilit fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

(12)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Partijiet 2 u 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE jiġu emendati skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Partijiet 2 u 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).


ANNESS

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti 2, l-entrata li ġejja għall-Bożnija-Ħerzegovina tiddaħħal bejn l-entrata għall-Awstralja u l-entrata għall-Bahrain:

Kodiċi ISO

Pajjiż ta' oriġini jew parti minnu

1.

Annimali bovini domestiċi

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

Annimali ovini/kaprini domestiċi

1.

Annimali porċini domestiċi

2.

Annimali tal-kaċċa mrobbija bid-difer mifruq (ħnieżer)

Annimali solipedi domestiċi

1.

Tjur

2.

Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief ir-ratiti)

Ratiti mrobbija

Fniek domestiċi u leporidi mrobbija

Annimali tal-kaċċa selvaġġi bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

Ħnieżer selvaġġi

Annimali solipedi selvaġġi

Leporidi selvaġġi (fniek u liebri)

Għasafar tal-kaċċa selvaġġi

Mammiferi tal-art selvaġġi (ħlief l-ungulati, is-solipedi u l-leporidi)

“BA

Il-Bożnija-Ħerzegovina (3)

A

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX”

(2)

fil-Parti 2, l-entrata għall-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja hija sostitwita b'dan li ġej:

Kodiċi ISO

Pajjiż ta' oriġini jew parti minnu

1.

Annimali bovini domestiċi

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

Annimali ovini/kaprini domestiċi

1.

Annimali porċini domestiċi

2.

Annimali tal-kaċċa mrobbija bid-difer mifruq (ħnieżer)

Annimali solipedi domestiċi

1.

Tjur

2.

Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief ir-ratiti)

Ratiti mrobbija

Fniek domestiċi u leporidi mrobbija

Annimali tal-kaċċa selvaġġi bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

Ħnieżer selvaġġi

Annimali solipedi selvaġġi

Leporidi selvaġġi (fniek u liebri)

Għasafar tal-kaċċa selvaġġi

Mammiferi tal-art selvaġġi (ħlief l-ungulati, is-solipedi u l-leporidi)

“MK

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (**)

A

A

B

A

A

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX”

(3)

fil-Parti 2, l-entrata għall-Afrika t'Isfel tiġi sostitwita b'dan li ġej:

Kodiċi ISO

Pajjiż ta' oriġini jew parti minnu

1.

Annimali bovini domestiċi

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

Annimali ovini/kaprini domestiċi

1.

Annimali porċini domestiċi

2.

Annimali tal-kaċċa mrobbija bid-difer mifruq (ħnieżer)

Annimali solipedi domestiċi

1.

Tjur

2.

Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief ir-ratiti)

Ratiti mrobbija

Fniek domestiċi u leporidi mrobbija

Annimali tal-kaċċa selvaġġi bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

Ħnieżer selvaġġi

Annimali solipedi selvaġġi

Leporidi selvaġġi (fniek u liebri)

Għasafar tal-kaċċa selvaġġi

Mammiferi tal-art selvaġġi (ħlief l-ungulati, is-solipedi u l-leporidi)

“ZA

L-Afrika t'Isfel

C

C

C

A

D

D

A

C

C

A

A

D

XXX”

(4)

fil-Parti 2, l-entrata għaż-Żimbabwe tiġi sostitwita b'dan li ġej:

Kodiċi ISO

Pajjiż ta' oriġini jew parti minnu

1.

Annimali bovini domestiċi

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

Annimali ovini/kaprini domestiċi

1.

Annimali porċini domestiċi

2.

Annimali tal-kaċċa mrobbija bid-difer mifruq (ħnieżer)

Annimali solipedi domestiċi

1.

Tjur

2.

Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief ir-ratiti)

Ratiti mrobbija

Fniek domestiċi u leporidi mrobbija

Annimali tal-kaċċa selvaġġi bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

Ħnieżer selvaġġi

Annimali solipedi selvaġġi

Leporidi selvaġġi (fniek u liebri)

Għasafar tal-kaċċa selvaġġi

Mammiferi tal-art selvaġġi (ħlief l-ungulati, is-solipedi u l-leporidi)

“ZW

Iż-Żimbabwe (1)

C

C

B

A

D

D

A

B

B

XXX

A

D

XXX”

(5)

fil-Parti 3, l-entrata għall-Afrika t'Isfel tiġi sostitwita b'dan li ġej:

Kodiċi ISO

Pajjiż ta' oriġini jew parti minnu

1.

Annimali bovini domestiċi

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

Annimali ovini/kaprini domestiċi

1.

Annimali porċini domestiċi

2.

Annimali tal-kaċċa mrobbija bid-difer mifruq (ħnieżer)

Annimali solipedi domestiċi

1.

Tjur

2.

Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija

Ratiti

Fniek domestiċi u leporidi mrobbija

Annimali tal-kaċċa selvaġġi bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

Ħnieżer selvaġġi

Annimali solipedi selvaġġi

Leporidi selvaġġi (fniek u liebri)

Għasafar tal-kaċċa selvaġġi

Mammiferi tal-art selvaġġi (ħlief l-ungulati, is-solipedi u l-leporidi)

“ZA

L-Afrika t'Isfel

XXX

XXX

XXX

XXX

D

D

A

XXX

XXX

A

A

D

XXX

L-Afrika t'Isfel ZA-1

E

E

XXX

XXX

D

D

A

E

XXX

A

A

D

XXX”

(6)

fil-Parti 3, l-entrata għaż-Żimbabwe tiġi sostitwita b'dan li ġej:

Kodiċi ISO

Pajjiż ta' oriġini jew parti minnu

1.

Annimali bovini domestiċi

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

Annimali ovini/kaprini domestiċi

1.

Annimali porċini domestiċi

2.

Annimali tal-kaċċa mrobbija bid-difer mifruq (ħnieżer)

Annimali solipedi domestiċi

1.

Tjur

2.

Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija

Ratiti

Fniek domestiċi u leporidi mrobbija

Annimali tal-kaċċa selvaġġi bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

Ħnieżer selvaġġi

Annimali solipedi selvaġġi

Leporidi selvaġġi (fniek u liebri)

Għasafar tal-kaċċa selvaġġi

Mammiferi tal-art selvaġġi (ħlief l-ungulati, is-solipedi u l-leporidi)

“ZW

Iż-Żimbabwe

XXX

XXX

XXX

XXX

D

D

A

XXX

XXX

E

A

D

XXX”


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/51


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1462

tal-10 ta' Awwissu 2017

dwar ir-rikonoxximent tal-iskema volontarja msejħa “REDcert” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (1), u b'mod partikulari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7c(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (2), u b'mod partikulari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikoli 7b u 7c u l-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikoli 17 u 18 u l-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE jistipulaw kriterji simili tas-sostenibbiltà għall-bijofjuwils u għall-bijolikwidi, u proċeduri simili għall-verifika tal-konformità ma' dawk il-kriterji.

(2)

Meta l-bijofjuwils u l-bijolikwidi jkunu jridu jitqiesu għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2009/28/KE, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi juru l-konformità tal-bijofjuwils u tal-bijolikwidi mal-kriterji tas-sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(2) sa (5) tad-Direttiva 2009/28/KE.

(3)

Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li l-iskemi volontarji nazzjonali jew internazzjonali li jistabbilixxu l-istandards għall-produzzjoni tal-prodotti tal-bijomassa fihom dejta preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE, u/jew li dawn juru li l-konsenji tal-bijofjuwils jew tal-bijolikwidi jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(3), (4) u (5), u/jew li l-ebda materjal ma nbidel jew ma twarrab apposta sabiex il-konsenja jew parti minnha tkun tista' taqa' taħt l-Anness IX. Meta operatur ekonomiku jagħti provi jew jipprovdi dejta miksuba skont skema volontarja rikonoxxuta mill-Kummissjoni, safejn ikun kopert bid-deċiżjoni tar-rikonoxximent, Stat Membru ma jistax jitlob lill-fornitur jipprovdi aktar evidenza ta' konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà.

(4)

It-talba biex jiġi rikonoxxut li l-iskema volontarja msejħa “REDcert” turi li l-konsenji tal-bijofjuwils jikkonformaw mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE u fid-Direttiva 2009/28/KE tressqet lill-Kummissjoni fl-24 ta' Mejju 2017. L-iskema, li hija bbażata fl-indirizz li ġej: Schwertberger Str. 16, 53177 Bonn, il-Ġermanja, tkopri firxa wiesgħa ta' materja prima, fosthom l-iskart u r-residwi, u l-katina kollha tal-kustodja. Id-dokumenti tal-iskema rikonoxxuta għandhom ikunu disponibbli fil-pjattaforma ta' trasparenza stabbilita skont id-Direttiva 2009/28/KE.

(5)

Mill-valutazzjoni tal-iskema volontarja msejħa “REDcert” irriżulta li din tkopri kif xieraq il-kriterji kollha ta' sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE u fid-Direttiva 2009/28/KE, u wkoll li din tapplika metodoloġija ta' bilanċ tal-massa skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7c(1) tad-Direttiva 98/70/KE u tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE.

(6)

Mill-evalwazzjoni tal-iskema volontarja msejħa “REDcert” irriżulta li din tilħaq standards xierqa ta' affidabbiltà, ta' trasparenza u ta' awditjar indipendenti, u wkoll li hija tikkonforma mar-rekwiżiti metodoloġiċi stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u fl-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijofjuwils u tal-Bijolikwidi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iskema volontarja msejħa “REDcert” (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-iskema”), li tressqet lill-Kummissjoni fl-24 ta' Mejju 2017 għar-rikonoxximent, turi li l-konsenji tal-bijofjuwils u tal-bijolikwidi prodotti skont l-istandards għall-produzzjoni tal-bijofjuwils u tal-bijolikwidi stabbiliti fl-iskema jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà kif stabbiliti fl-Artikolu 7b(3), (4) u (5) tad-Direttiva 98/70/KE u fl-Artikolu 17(3), (4) u (5) tad-Direttiva 2009/28/KE.

L-iskema tinkludi wkoll dejta preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE u tal-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 98/70/KE.

Artikolu 2

Jekk il-kontenut tal-iskema, kif imressaq lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent fl-24 ta' Mejju 2017, jinbidel b'tali mod li jista' jaffettwa l-bażi ta' din id-Deċiżjoni, dan it-tibdil għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni minnufih. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-tibdil innotifikat biex tistabbilixxi jekk l-iskema tkunx għadha tkopri kif xieraq il-kriterji ta' sostenibbiltà li għalihom tkun ġiet rikonoxxuta jew le.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni tista' tħassar din id-Deċiżjoni, fost l-oħrajn, fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a)

jekk ikun intwera biċ-ċar li l-iskema ma tkunx implimentat elementi meqjusa bħala deċiżivi għal din id-Deċiżjoni jew jekk ikun twettaq ksur serju u strutturali ta' dawk l-elementi;

(b)

jekk l-iskema ma tibgħatx rapporti annwali lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7c(6) tad-Direttiva 98/70/KE u skont l-Artikolu 18(6) tad-Direttiva 2009/28/KE;

(c)

jekk l-iskema ma timplimentax l-istandards tal-awditjar indipendenti speċifikati fl-atti ta' implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7c(5) tad-Direttiva 98/70/KE u fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 18(5) tad-Direttiva 2009/28/KE jew ma ttejjibx l-elementi l-oħrajn tal-iskema meqjusa bħala deċiżivi għall-issuktar tar-rikonoxximent.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika sat-12 ta' Awwissu 2022.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.

(2)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/53


DEĊIŻJONI Nru 1/2017 TAL-KUMITAT SPEĊJALI UE-CARIFORUM DWAR IL-KOOPERAZZJONI DOGANALI U L-IFFAĊILITAR TAL-KUMMERĊ

tas-7 ta' Lulju 2017

dwar deroga mir-regoli ta' oriġini stabbiliti fil-Protokoll I tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tar-Repubblika Dominicana fir-rigward ta' ċerti prodotti tessili [2017/1463]

IL-KUMITAT SPEĊJALI DWAR IL-KOOPERAZZJONI DOGANALI U L-IFFAĊILITAR TAL-KUMMERĊ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u b'mod partikulari l-Artikoli 39(2) u 42(b) tal-Protokoll I tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-CARIFORUM”) ilu japplika b'mod provviżorju bejn l-Unjoni Ewropea (l-UE) u Antigua u Barbuda, il-Bahamas, Barbados, il-Belize, Dominica, ir-Repubblika Dominicana, Grenada, il-Guyana, il-Ġamajka, Saint Kitts u Nevis, Saint Lucia, Saint Vincent u l-Grenadini, is-Suriname u Trinidad u Tobago sa mid-29 ta' Diċembru tal-2008 'l hawn.

(2)

Il-Protokoll I tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, li jittratta d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, fih ir-regoli tal-oriġini għall-importazzjoni fl-UE ta' prodotti li joriġinaw fl-Istati tal-CARIFORUM.

(3)

Skont l-Artikolu 39(2) tal-Protokoll I tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, jistgħu jingħataw derogi minn dawk ir-regoli tal-oriġini meta l-iżvilupp ta' industriji eżistenti jew il-ħolqien ta' industriji ġodda fl-Istati tal-CARIFORUM ikun jiġġustifika l-adozzjoni tagħhom. Barra minn hekk, l-Artikolu 39(6)(b) ta' dak il-Protokoll jgħid li l-valutazzjoni tat-talbiet għal deroga għandha tqis b'mod partikulari dawk il-każijiet fejn l-applikazzjoni tar-regoli attwali tal-oriġini tkun taffettwa b'mod sinifikanti l-abilità ta' industrija attwali fl-Istat jew fl-Istati tal-CARIFORUM li tkompli bl-esportazzjoni tagħha lejn l-UE, b'referenza partikulari għall-każijiet meta dan jista' jwassal għall-waqfien tal-attivitajiet tagħha.

(4)

Fl-10 ta' Marzu tal-2015, il-Kumitat Speċjali UE-CARIFORUM dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ adotta d-Deċiżjoni Nru 1/2015 (2) li tagħti deroga mir-regoli ta' oriġini lil ċerti prodotti tessili importati fl-Unjoni mill-10 ta' Marzu 2015 sad-9 ta' Marzu 2017 skont l-Artikolu 39(2) u 39(6)(b) tal-Protokoll I tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika.

(5)

Fit-22 ta' Frar tal-2017, il-President tal-Kumitat Speċjali UE-CARIFORUM dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-Iffaċilitar tal-Kummerċ irċieva talba ġdida għal deroga mingħand ir-Repubblika Dominicana.

(6)

Skont l-Artikolu 13 tal-Protokoll I tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, il-kundizzjonijiet għall-kisba ta' status oriġinarju stabbiliti fit-Titolu II tal-Protokoll I għandhom jiġu ssodisfati mingħajr interruzzjoni fl-Istati tal-CARIFORUM jew fl-UE. Il-Haiti ffirma l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika imma la rratifikah u lanqas ma hu qiegħed japplikah b'mod provviżorju. Skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll I, il-ħasil, il-mogħdija jew l-ippressar tat-tessuti, it-twaħħil jew l-istampar ta' marki, tabelli u lowgows, it-tqegħid sempliċi f'boroż, bagalji jew kaxxi u t-taħlita ta' żewġ proċessi minn dawn jew aktar jitqiesu bħala ħidma jew ipproċessar insuffiċjenti sabiex jingħata l-istatus ta' prodotti oriġinarji. Għalhekk jenħtieġ li tingħata deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 8 u 13(1) tal-Protokoll I sabiex tingħata oriġini lill-prodotti finali esportati mir-Repubblika Dominicana lejn l-UE.

(7)

Ir-Repubblika Dominicana talbet deroga mir-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Protokoll I tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-CARIFORUM għal 180 647 qalziet, qalziet li jasal u jintrabat taħt l-irkoppa (breeches) u xorz tal-irġiel jew tas-subien magħmulin mid-denim li jidħlu fil-kodiċi 6203.42 tas-Sistema Armonizzata (SA), u li ġew importati fl-UE skont l-Artikolu 39(2) ta' dak il-Protokoll. It-talba tissejjes fuq il-fatt li l-industrija għadha f'sitwazzjoni diffiċli minħabba li x-xogħol u l-ipproċessar imwettqin fil-pajjiż ġar tal-Haiti qed jaffettwaw il-konformità mar-regoli tal-oriġini stipulati fil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-CARIFORUM li l-Haiti għad irid jirratifika. Jekk ir-Repubblika Dominicana ma tkunx tista' tibqa' tagħmel dan ix-xogħol fil-Haiti, jiġu affettwati b'mod sinifikanti l-esportazzjonijiet kontinwi tal-industrija tat-tessuti tagħha lejn l-UE. Deroga ġdida tikkontribwixxi biex tkompli l-produzzjoni tal-industrija u biex din tkompli tiżviluppa, kif ukoll biex jiġu ppreservati l-impjiegi fir-Repubblika Dominicana u fil-Haiti. Ir-ratifika tal-Ftehim min-naħa tal-Haiti twassal biex il-partijiet ikkonċernati jkollhom l-istabbiltà tan-negozju u l-prevedibbiltà massima li għandhom bżonn.

(8)

It-talba tkopri perjodu ta' sentejn. Minħabba li l-Haiti għaddej bl-isforzi tiegħu biex jirratifika l-Ftehim matul l-2017, jenħtieġ li d-deroga tingħata għal sena sabiex ir-Repubblika Dominicana jkollha iktar żmien tħejji ruħha biex tikkonforma mar-regoli għall-kisba tal-oriġini u sabiex tkun żgurata l-prevedibbiltà għall-operaturi, sakemm il-Haiti jlesti l-proċess ta' ratifika tiegħu. Id-deroga tista' tiġġedded għal sena oħra jekk il-Haiti jkun għadu ma lestiex il-proċess ta' ratifika fl-aħħar tal-ewwel sena tad-deroga.

(9)

It-talba b'kollox tkopri 180 647 qalziet tad-denim li mistennija jiġu esportati lejn l-UE. Skont it-tagħrif li bagħtet ir-Repubblika Dominicana, bejn Marzu tal-2015 u Marzu tal-2016 ġew esportati skont id-deroga 161 634 prodott li kienu jidħlu fil-kodiċi tas-SA 6203.42. Jenħtieġ li l-kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għall-2017 u għall-2018 ikunu konsistenti ma' dan l-użu. Sabiex tkun tista' tintuża bis-sħiħ u b'mod effettiv il-kwota annwali tal-esportazzjonijiet mistennija, huwa xieraq li jiġi previst ammont ta' 180 647 prodott fis-sena, li jħares il-kapaċità tal-industrija eżistenti li tkompli bl-esportazzjonijiet tagħha lejn l-UE.

(10)

Jenħtieġ li l-Kumitat Speċjali UE-CARIFORUM dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-Iffaċilitar tal-Kummerċ jagħti deroga għal 180 647 qalziet, qalziet li jasal u jintrabat taħt l-irkoppa (breeches) u xorz tal-irġiel jew tas-subien magħmulin mid-denim li jidħlu fil-kodiċi tas-SA eks 6203.42 (il-kodiċi tan-NM 6203 42 31) li jiġu importati fl-Unjoni għal sena mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(11)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (3) jistabbilixxi r-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Jenħtieġ li dawk ir-regoli jiġu applikati għall-ġestjoni tal-kwantità li għaliha qed tingħata d-deroga permezz ta' din id-Deċiżjoni.

(12)

Sabiex l-operat tad-deroga jkun jista' jiġi mmonitorjat b'mod effiċjenti, jenħtieġ li l-awtoritajiet tar-Repubblika Dominicana jibagħtu lill-Kummissjoni b'mod regolari d-dettalji taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 li jkunu nħarġu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

B'deroga mill-Protokoll I tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika u skont l-Artikolu 39(2) ta' dak il-Protokoll, il-qliezet, il-qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u x-xorzijiet tal-irġiel jew tas-subien magħmulin mid-denim li jidħlu fil-kodiċi tas-SA eks 6203.42 (il-kodiċi tan-NM 6203 42 31) immanifatturati minn drapp mhux oriġinarju li jidħol fil-kodiċijiet tas-SA 5209.42 u 5513.19 (il-kodiċijiet tan-NM 5209 42 00 u 5513 19 00), li jkun inqata' fir-Repubblika Dominicana, ikun inħiet xi mkien 'il barra mit-territorju tal-Istati tal-CARIFORUM u wara jkun inħasel, ingħadda jew ġie ppressat u miegħu jkunu twaħħlu marki, tabelli u lowgows jew fuqu jkunu ġew stampati dawn l-affarijiet u jkun ġie ppakkjat fir-Repubblika Dominicana, għandhom jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fir-Repubblika Dominicana skont it-termini stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 5 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għal sena għall-prodotti u għall-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni li r-Repubblika Dominicana tiddikjara li huma għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-UE matul il-perjodu ta' bejn is-7 ta' Lulju 2017 u s-6 ta' Lulju 2018.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness għandhom jiġu amministrati skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

Artikolu 4

L-awtoritajiet doganali tar-Repubblika Dominicana għandhom iwettqu verifiki kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

Qabel jintemm ix-xahar ta' wara kull perjodu ta' tliet xhur, l-awtoritajiet doganali tar-Repubblika Dominicana għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni Ewropea, permezz tas-Segretarjat tal-Kumitat Speċjali dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-Iffaċilitar tal-Kummerċ, dikjarazzjoni tal-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu ċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 skont din id-Deċiżjoni u n-numri tas-serje ta' dawk iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

Il-Kaxxa numru 7 taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 li jinħarġu skont din id-Deċiżjoni għandha tinkludi waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:

“Derogation — Decision No 1/2017 of the CARIFORUM-EU Special Committee on Customs Cooperation and Trade facilitation of 7 July 2017”;

“Dérogation — Décision no 1/2017 du Comité spécial de coopération douanière et de facilitation des échanges CARIFORUM-UE du 7 juillet 2017”;

“Excepción — Decisión no 1/2017 del Comité Especial CARIFORUM-UE de Cooperación Aduanera y Facilitación del Comercio del 7 de julio 2017”.

Artikolu 6

Jekk, abbażi ta' informazzjoni oġġettiva, l-UE tiskopri każijiet ta' irregolarità jew frodi jew ta' nuqqas ripetut ta' ħarsien tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni, tista' titlob li d-deroga msemmija fl-Artikolu 1 tiġi sospiża b'mod temporanju skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 20(4) u (5) tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-CARIFORUM.

Artikolu 7

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 tista' tiġġedded għal sena oħra permezz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat jekk il-Haiti jkun għadu ma lestiex il-proċess ta' ratifika sa tmiem l-ewwel sena tad-deroga, dejjem jekk, tliet xhur qabel ma jintemm dak il-perjodu, l-Istat tal-CARIFORUM ikkonċernat jibgħat provi li għadu ma jistax jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Protokoll I.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Lulju 2017.

Magħmul f'Georgetown u fi Brussell, is-7 ta' Lulju 2017

Percival MARIE

Rappreżentant tal-CARIFORUM

f'isem l-Istati tal-CARIFORUM

Jean-Michel GRAVE

Il-Kummissjoni Ewropea

f'isem l-Unjoni Ewropea


(1)  ĠU L 289, 30.10.2008, p. 3.

(2)  Deċiżjoni Nru 1/2015 tal-Kumitat Speċjali UE-Cariforum dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ tal-10 ta' Marzu 2015 dwar deroga mir-regoli ta' oriġini stabbiliti fil-Protokoll I tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tar-Repubblika Dominicana fir-rigward ta' ċerti prodotti tessili [2015/600] (ĠU L 99, 16.4.2015, p. 34).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


ANNESS

In-numru tal-ordni

Il-kodiċi tas-SA

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Il-perjodu

Il-kwantità

(f'għadd ta' prodotti)

09.1950

Eks 6203.42

6203 42 31

Qliezet, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorzijiet tal-irġiel jew tas-subien tad-denim

Mis-7.7.2017 sas-6.7.2018

180 647


Rettifika

11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/57


Rettifika għad-Deċiżjoni 2009/750/KE tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2009 dwar id-definizzjoni tas-Servizz Elettroniku Ewropew tan-Nollijiet u l-elementi tekniċi tiegħu

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 268 tat-13 ta' Ottubru 2009 )

Fit-test kollu u fil-forma grammatikali xierqa tiegħu:

minflok:

“nol”,

aqra:

“pedaġġ”.

Fit-test kollu u fil-forma grammatikali xierqa tiegħu:

minflok:

“nollijiet”,

aqra:

“pedaġġi”.

F'paġna 11, fit-titolu tad-Deċiżjoni u fl-ewwel premessa; f'paġna 13 fl-Artikolu 1, fil-paragrafu 1 u f'paġna 22, fl-Anness III, fil-punt 2.1.1.1.:

minflok:

“Servizz Elettroniku Ewropew tan-Nollijiet”,

aqra:

“Servizz Ewropew ta' Pedaġġ Elettroniku”.

F'paġna 11, fl-għaxar premessa:

minflok:

“għall-imposti”,

aqra:

“għat-tariffi”.

F'paġna 12, fit-tlettax-il premessa:

minflok:

“nolleġġ”,

aqra:

“pedaġġ”.

F'paġna 12, fl-erbatax-il premessa; f'paġna 17, fl-Artikolu 13(2); f'paġna 18, fl-Artikolu 19(1)(a), fit-tieni inċiż u f'paġna 22, fl-Anness III, fil-punt 2.1.1.3.:

minflok:

“noleġġ”,

aqra:

“pedaġġ”.

F'paġna 14, fl-Artikolu 4, fil-paragrafu 8 u f'paġna 20, fl-Anness I, fil-paragrafu 1:

minflok:

“l-imposti”,

aqra:

“it-tariffi”.

F'paġna 22, fl-Anness III, fil-punt 2.1.1.2.:

minflok:

“l-imposti”,

aqra:

“t-tariffi”.

F'paġna 23, fl-Anness III, fil-punt 2.1.1.9.:

minflok:

“imposta”,

aqra:

“tariffa”.