ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 125

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
18 ta' Mejju 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/836 tal-11 ta' Jannar 2017 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika sistema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/837 tas-17 ta' Mejju 2017 li jikkoreġi l-verżjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni bl-Iżvediż u bil-Pollakk ( 1 )

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/838 tas-17 ta' Mejju 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 fir-rigward tal-għalf għal ċerti annimali organiċi tal-akkwakultura ( 1 )

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/839 tas-17 ta' Mejju 2017 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu tan-nitriti (E 249–250) fil-golonka peklowana ( 1 )

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/840 tas-17 ta' Mejju 2017 dwar in-nonapprovazzjoni tas-sustanza attiva ortosulfamuron, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ( 1 )

10

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/841 tas-17 ta' Mejju 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfa-ċipermetrina, ir-razza Ampelomyces quisqualis: aq 10, benalaksil, bentażon, bifenażat, bromossinil, etil tal-karfentrażon, klorprofam, ċjażofammid, desmedifam, dikwat, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), etossażol, famoksadon, fenamidon, flumjoksażina, foramsulfuron, ir-razza Gliocladium catenulatum: j1446, imażamoks, imażosulfuron, isossaflutol, laminarin, metalaksil-m, metossifenożid, milbemektin, oksasulfuron, pendimetalin, fenmedifam, pimetrożina, s-metolaklor, u triflossistrobin ( 1 )

12

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/842 tas-17 ta' Mejju 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ta' riskju baxx ir-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08 skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

16

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/843 tas-17 ta' Mejju 2017 li japprova s-sustanza attiva Beauveria bassiana tar-razza NPP111B005 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

21

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/844 tas-17 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

25

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2017/845 tas-17 ta' Mejju 2017 li temenda d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-listi indikattivi tal-elementi li għandhom jitqiesu fit-tħejija tal-istrateġiji tal-baħar ( 1 )

27

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/846 tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Marzu 2017 dwar il-prorogazzjoni tat-tul tal-mandat tal-Kumitat ta' Inkjesta biex jinvestiga allegazzjonijiet ta' kontravvenzjoni u ta' amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa

34

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/847 tas-16 ta' Mejju 2017 li tagħti deroga mitluba mid-Danimarka skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (notifikata bid-dokument C(2017) 2891)

35

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 tas-17 ta' Mejju 2017 li tistabbilixxi kriterji u standards metodoloġiċi ta' status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar, kif ukoll speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/477/UE ( 1 )

43

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1011 tal-24 ta' April 2015 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prekursuri tad-droga u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005 ( ĠU L 162, 27.6.2015 )

75

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/836

tal-11 ta' Jannar 2017

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika sistema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika sistema ġeneralizzata ta' preferenzi tariffarji u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Pajjiż benefiċjarju taħt l-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi Tariffarji (“SĠP”) jista' jitlob li jibbenefika minn preferenzi tariffarji addizzjonali taħt l-arranġament ta' inċentiv speċjali għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba (SĠP+). Għal dak l-għan, l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jistabbilixxi l-kriterji speċifiċi ta' eliġibilità għall-għoti tal-preferenzi tariffarji pprovduti skont l-GSP+. Il-pajjiż għandu jitqies bħala vulnerabbli minħabba nuqqas ta' diversifikazzjoni u integrazzjoni mhux suffiċjenti fis-sistema kummerċjali internazzjonali. Huwa għandu jkun irratifika l-konvenzjonijiet kollha elenkati fl-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 u l-aktar konklużjonijiet disponibbli reċenti tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti ma għandhomx jidentifikaw nuqqas serju fl-implimentazzjoni effettiva ta' xi waħda minn dawn il-konvenzjonijiet. Fir-rigward ta' kwalunkwe waħda mill-konvenzjonijiet rilevanti, il-pajjiż ma għandux ikun ifformula riżerva li hija pprojbita mill-konvenzjoni jew li, għall-finijiet esklussivi tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, titqies inkompatibbli mal-għan u l-fini ta' din il-konvenzjoni. Huwa għandu jaċċetta mingħajr riżerva l-obbligi ta' rapportar imposti minn kull konvenzjoni u jagħti l-impenji vinkolanti msemmijin fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012.

(2)

Pajjiż benefiċjarju tas-SĠP li jixtieq jibbenefika mis-SĠP+ ikollu jagħmel talba flimkien ma' informazzjoni komprensiva li tikkonċerna r-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti, ir-riżervi tiegħu u l-oġġezzjonijiet għal dawn ir-riżervi magħmula minn partijiet oħra għall-konvenzjoni, u l-impenji obbligatorji tiegħu.

(3)

Il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa tadotta atti delegati biex temenda l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 sabiex jingħata SĠP+ lil pajjiż rikjedenti billi jiżdied mal-lista ta' pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+.

(4)

Fit-12 ta' Lulju 2016, il-Kummissjoni rċeviet talba ta' GSP+ min-naħa tar-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka (“Sri Lanka”).

(5)

Il-Kummissjoni eżaminat it-talba għal SĠP+ magħmula mis-Sri Lanka skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, u l-Kummissjoni stabbiliet li s-Sri Lanka tissodisfa l-kundizzjonijiet. Għalhekk is-Sri Lanka għandha tingħata SĠP + mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jiġi emendat skont dan.

(6)

Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, il-Kummissjoni għandha tkompli tirrevedi l-istatus ta' ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti, l-implimentazzjoni effettiva ta' dawn il-konvenzjonijiet, kif ukoll il-kooperazzjoni mal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti mill-gvern tas-Sri Lanka,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, il-pajjiż li ġej u l-kodiċi alfabetiku korrispondenti jiddaħħlu taħt il-kolonni B u A, rispettivament:

“Is-Sri Lanka

LK”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.


18.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/837

tas-17 ta' Mejju 2017

li jikkoreġi l-verżjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni bl-Iżvediż u bil-Pollakk

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 (2) bil-Pollakk fiha żball fil-punt 11.4.3(a) tal-Anness b'rabta mal-lista ta' kompetenzi li għalihom hemm bżonn ta' taħriġ rikorrenti f'intervalli speċifiċi.

(2)

Il-verżjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 bl-Iżvediż fiha żbalji fl-Anness, jiġifieri fil-punti 8.1.1.2 u 9.1.1.3 b'rabta mar-rekwiżit tal-iskrinjar mill-ġdid; fil-punt 8.3.1 b'rabta mal-oġġett tal-obbligu ta' twassil; fl-ewwel paragrafu tal-punt 9.1.3.5(b) b'rabta mal-kamp ta' applikazzjoni tal-metodu ta' validazzjoni; fil-punt 9.3.1 b'rabta mal-oġġett tal-obbligu ta' twassil; u fil-frażi tal-bidu tal-punt 11.2.3.1 b'rabta mal-persuni koperti mill-obbligu tat-taħriġ.

(3)

Għalhekk il-verżjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 bl-Iżvediż u bil-Pollakk għandhom jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra ma jintlaqtux.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 tal-5 ta' Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 299, 14.11.2015, p. 1).


18.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/838

tas-17 ta' Mejju 2017

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 fir-rigward tal-għalf għal ċerti annimali organiċi tal-akkwakultura

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 16(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jistabbilixxi r-rekwiżiti bażiċi għall-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura, inklużi r-rekwiżiti fir-rigward tal-għalf. Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (2).

(2)

L-Artikolu 15(1)(d)(i) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jeħtieġ li l-ħut u l-krustaċji, jintemgħu b'għalf organiku li jissodisfa l-ħtiġijiet nutrizzjonali tal-annimali fl-istadji varji tal-iżvilupp tagħhom.

(3)

L-Artikolu 25l tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar l-għalf għal ċerti annimali tal-akkwakultura msemmija fit-Taqsimiet 6, 7 u 9 tal-Anness XIIIa ta' dak ir-Regolament. Ir-regoli stipulati f'dak l-Artikolu għandhom l-għan li jagħtu prijorità lill-għalf disponibbli b'mod naturali, meta dan ikun disponibbli.

(4)

Skont l-Artikolu 25l(1) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008, l-annimali kkonċernati għandhom jingħalfu b'għalf li jkun disponibbli b'mod naturali fil-vaski u fil-lagi. L-Artikolu 25l(2) ta' dak ir-Regolament jippermetti l-użu ta' għalf organiku li ġej mill-pjanti jew mill-alka fejn ma jkunux disponibbli riżorsi naturali tal-għalf fi kwantitajiet suffiċjenti. L-Artikolu 25l(3)(a) u (b) ta' dak ir-Regolament jistabbilixxi l-perċentwali massimi ta' ħut imqadded mitħun u ta' żejt tal-ħut li jista' jiġi inkluż fil-porzjon ta' għalf tas-siamese catfish u tal-gambli fejn l-għalf naturali disponibbli jiġi ssupplimentat.

(5)

L-għalf disponibbli b'mod naturali huwa limitat jew noneżistenti fl-istadju tat-tfaqqis. L-Istati Membri indikaw lill-Kummissjoni li r-regoli dwar it-tmigħ tal-gambli penaeid, b'mod partikolari l-gambli Tigra (Penaeus monodon), stabbiliti fl-Artikolu 25l(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008, iwasslu għal malnutrizzjoni u żieda fil-mortalità jekk jiġu applikati fi stadji bikrija tat-trobbija f'mafqas.

(6)

L-Artikolu 25l(1) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 jitlob li l-annimali kkonċernati jingħalfu b'għalf li jkun disponibbli b'mod naturali fil-vaski u fil-lagi. Ir-regola stabbilita f'dak l-Artikolu għandha tikkonċerna biss l-fażijiet ta' tismin li waqthom l-annimali jinżammu f'għadajjar u lagi, pjuttost milli f'mafqas fejn l-għalf disponibbli naturalment ma jkunx biżżejjed. Dan huwa speċjalment pertinenti mill-31 ta' Diċembru 2016, minn meta, f'konformità mal-Artikolu 25e(3) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008, il-frieħ tal-annimali tal-akkwakultura soġġetti għal kundizzjonijiet partikolari ta' ġestjoni mhux organiċi ma jistgħux jiddaħħlu aktar f'azjendi organiċi. Qabel din id-data, kien permess li jiġi introdott persentaġġ ta' annimali żgħar mhux organiċi f'azjendi agrikoli organiċi, wara stadju f'maqfas taħt ġestjoni mhux organika.

(7)

Barra minn hekk, il-grupp ta' esperti biex jagħti pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika (“EGTOP”), imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kommissjoni 2009/427/KE (3) ikkonferma li ir-regoli speċifiċi li jinsabu fl-Artikolu 25l(3)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 huma adattati biss għall-istadji ta' tismin (4). L-EGTOP tqis li l-limitazzjonijiet fuq il-ħut mitħun u ż-żejt tal-ħuta stabbiliti f'dak l-Artikolu ma jippermettux li jintlaħqu l-ħtiġijiet nutrizzjonali tal-annimali matul l-istadji bikrija tal-ħajja filwaqt li l-annimali jkunu f'mafqas.

(8)

Il-Kummissjoni identifikat il-ħtieġa li jiġu emendati r-regoli dwar l-għalf għal ċerti annimali tal-akkwakultura billi jiġi ċċarat li dawn ir-regoli japplikaw biss għall-istadji ta' tismin. Sabiex waslet għal din il-konklużjoni l-Kummissjoni qieset ir-rekwiżit li jissodisfa l-ħtiġijiet nutrizzjonali tal-annimali fl-istadji varji tal-iżvilupp tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 15(1)(d)(i) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-għan tal-Artikolu 25l tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 biex tingħata priorità lill-għalf disponibbli naturalment fejn dan ikun disponibbli, u l-opinjoni tal-EGTOP.

(9)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju għall-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 25l, il-paragrafu 1 tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Fl-istadji ta' tismin, l-annimali tal-akkwakultura kif imsemmija fit-Taqsimiet 6, 7 u 9 tal-Anness XIIIa għandhom jingħalfu b'għalf li jkun disponibbli b'mod naturali fil-vaski u fil-lagi.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/427/KE tat-3 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi l-grupp ta' esperti biex jagħti pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika (ĠU L 139, 5.6.2009, p. 29).

(4)  Rapport finali: http://ec.europa.eu/agriculture/organic/sites/orgfarming/files/final_report_egtop_on_aquaculture_part-c_en.pdf


18.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/839

tas-17 ta' Mejju 2017

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu tan-nitriti (E 249–250) fil-“golonka peklowana”

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Il-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni.

(3)

Fl-10 ta' Marzu 2016, ġiet ippreżentata applikazzjoni mill-Polonja għall-awtorizzazzjoni tal-użu tan-nitriti (E 249–250) bħala preservattiv fil-“golonka peklowana” Sussegwentement l-applikazzjoni tpoġġiet għad-disponibbiltà tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(4)

Skont l-applikant, il-“golonka peklowana” hija preparazzjoni tradizzjonali tal-laħam mill-Polonja li fiha n-nitriti minbarra l-effetti ta' preservazzjoni tagħhom jintużaw bħala aġent solidifikanti sabiex jinkisbu l-karatteristiċi tal-kulur, tat-togħma u tal-konsistenza mixtieqa, kif mistennija mill-konsumaturi. Il-“golonka peklowana” tiġi offruta lill-konsumaturi biex tkompli tiġi ttrattata bis-sħana qabel ma' tiġi kkunsmata.

(5)

Il-Premessa 7 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tistipula li l-approvazzjoni tal-addittivi tal-ikel għandha tieħu wkoll kont ta' fatturi oħrajn rilevanti għall-kwistjoni taħt konsiderazzjoni, inklużi, inter alia, il-fatturi tradizzjonali. Għalhekk, huwa xieraq li jinżammu ċerti prodotti tradizzjonali fis-suq f'xi Stati Membri fejn l-użu tal-additivi tal-ikel jikkonforma mal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(6)

Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-użu tal-addittivi koperti b'dan ir-Regolament, il-“golonka peklowana” se tkun deskritta fid-dokument ta' gwida li jiddeskrivi l-kategoriji tal-ikel fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dwar l-addittivi tal-ikel (3).

(7)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ħlief meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni li jkollu effett fuq saħħet il-bniedem. In-nitriti huma awtorizzati għall-użu fi prodotti tal-laħam. Fuq bażi ġenerali, l-użu fil-preparazzjonijiet tal-laħam huwa ristrett għal ċerti preparazzjonijiet tradizzjonali u huma stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi għall-prodotti tal-laħam staġjonat tradizzjonalment. Peress li l-applikazzjoni għall-estensjoni tal-użu tan-nitriti hija limitata għall-preparazzjoni speċifika tal-laħam li tkun ġiet użata tradizzjonalment, mhuwiex mistenni li l-estensjoni jkollha impatt sinifikanti fuq l-esponiment totali għan-nitriti. Għalhekk, l-użu estiż ta' dawn l-addittivi jikkostitwixxi aġġornament tal-lista tal-Unjoni li mhux mistenni jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem u mhuwiex meħtieġ li titfittex l-opinjoni tal-Awtorità.

(8)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).

(3)  http://ec.europa.eu/food/safety/food_improvement_agents/additives/eu_rules_en


ANNESS

Fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, fil-kategorija tal-ikel 08.2 “Preparati tal-laħam kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004” l-annotazzjoni dwar in-nitriti (E 249–250) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 249-250

Nitriti

150

(7)

lomo de cerdo adobado, pincho moruno, careta de cerdo adobada, costilla de cerdo adobada, Kasseler, Bräte, Surfleisch, toorvorst, šašlõkk, ahjupraad, kiełbasa surowa biała, kiełbasa surowa metka, tatar wołowy (danie tatarskie) u golonka peklowana biss”


18.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/840

tas-17 ta' Mejju 2017

dwar in-nonapprovazzjoni tas-sustanza attiva ortosulfamuron, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2), fir-rigward tal-proċedura u tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni għas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta' dik id-Direttiva qabel l-14 ta' Ġunju 2011. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/806/KE (3) tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għall-ortosulfamuron.

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE fl-4 ta' Lulju 2005 l-Italja rċeviet applikazzjoni mingħand Isagro S.p.A. biex is-sustanza attiva ortosulfamuron tiddaħħal fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2006/806/KE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta' jitqies bħala wieħed li fil-prinċipju jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva, ġew ivvalutati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. L-Istat Membru relatur maħtur issottometta abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni fis-27 ta' Lulju 2012. Skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 (4) l-applikant intalab jibgħat informazzjoni addizzjonali. L-evalwazzjoni mill-Italja tal-informazzjoni addizzjonali sottomessa mill-applikant ġiet sottomessa fil-format ta' addenda tal-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni u saret mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”) f'Awwissu 2013.

(4)

L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Awtorità. Fit-3 ta' Settembru 2013, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċida tas-sustanza attiva ortosulfamuron (5). L-Awtorità kkonkludiet li l-informazzjoni disponibbli dwar in-natura tar-residwi fl-għelejjel primarji u suċċessivi flimkien ma' nuqqas ta' informazzjoni tossikoloġika u valutazzjoni tat-teħid dwar xi metaboliti tal-pjanti ma tippermettix l-iffinalizzar tal-valutazzjoni tar-riskju għall-konsumaturi. Addizzjonalment, ma setgħetx tiġi ffinalizzata wkoll il-valutazzjoni tar-riskju għall-organiżmi li jgħixu fil-ħamrija u għall-organiżmi akkwatiċi. Barra minn hekk, l-Awtorità identifikat tħassib minn ċerti metaboliti, u konsegwentement ma setgħetx tiġi ffinalizzata l-valutazzjoni tal-esponiment għall-ilma ta' taħt l-art.

(5)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant jissottometti l-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità u, f'konformità mal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 188/2011, dwar l-abbozz tar-rapport ta' reviżjoni. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, u dawn ġew eżaminati bir-reqqa.

(6)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib identifikat/imsemmi fil-premessa 4 ma setax jiġi eliminat.

(7)

Għalhekk, ma ntweriex li wieħed jista' jistenna li, bil-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-ortosulfamuron jissodisfaw b'mod ġenerali r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

Għaldaqstant, l-ortosulfamuron ma għandux jiġi approvat skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(9)

Skont l-Artikolu 8(1)(b) tad-Direttiva 91/414/KEE, l-Istati Membri ngħataw il-possibbiltà li jagħtu awtorizzazzjonijiet provviżorji għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom l-ortosulfamuron għal perjodu inizjali ta' tliet snin. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/205/UE (6) tat permess lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji għall-ortosulfamuron għal perjodu li jintemm mhux aktar tard mit-30 ta' April 2015.

(10)

Minħabba l-fatt li l-awtorizzazzjonijiet eżistenti kollha skadew, ma hemmx il-ħtieġa li jingħata perjodu addizzjonali biex jiġu rtirati l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-ortosulfamuron.

(11)

Dan ir-Regolament ma jippreġudikax is-sottomissjoni ta' applikazzjoni ulterjuri għall-ortosulfamuron f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Nonapprovazzjoni ta' sustanza attiva

Is-sustanza attiva ortosulfamuron mhijiex approvata.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/806/KE tal-24 ta' Novembru 2006 li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossier li tressaq għal eżaminazzjoni ddettaljata bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tal-ortosulfamuron fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 329, 25.11.2006, p. 74).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-proċedura għall-valutazzjoni ta' sustanzi attivi li ma kinux fis-suq sentejn wara d-data ta' notifika ta' dik id-Direttiva (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 51).

(5)  EFSA Journal 2013;11(9):3352. Disponibbli online fuq: www.efsa.europa.eu

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/205/UE tal-25 ta' April 2013 li tħalli l-Istati Membri li jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi ġodda aċekinoċil, amminopiralid, l-aċidu askorbiku, flubendiammid, gamma ċialotrin, ipkonażol, metaflumiżon, ortosulfamuron, Pseudomonas sp. Razza DSMZ 13134, piridalil, pirossulamm, spiromesifen, it-tijenkarbażon u toprameżon (ĠU L 117, 27.4.2013, p. 20).


18.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/841

tas-17 ta' Mejju 2017

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfa-ċipermetrina, ir-razza Ampelomyces quisqualis: aq 10, benalaksil, bentażon, bifenażat, bromossinil, etil tal-karfentrażon, klorprofam, ċjażofammid, desmedifam, dikwat, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), etossażol, famoksadon, fenamidon, flumjoksażina, foramsulfuron, ir-razza Gliocladium catenulatum: j1446, imażamoks, imażosulfuron, isossaflutol, laminarin, metalaksil-m, metossifenożid, milbemektin, oksasulfuron, pendimetalin, fenmedifam, pimetrożina, s-metolaklor, u triflossistrobin

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi bentażon, dikwat, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), famoksadon, flumjoksażina, metalaksil-m u pimetrożina ġew estiżi l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/549 (3). L-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2017. L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-inklużjoni ta' dawk is-sustanzi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4) tressqu skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 (5).

(3)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi etil tal-karfentrażon, ċjażofammid, fenamidon, foramsulfuron, imażamoks, isossaflutol, oksasulfuron, pendimetalin, u triflossistrobin ġew estiżi l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/950 (6). L-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se tiskadi se tiskadi fil-31 ta' Lulju 2017.

(4)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfa-ċipermetrina, ir-razza Ampelomyces quisqualis: aq 10, benalassil, bifenażat, bromossinil, klorprofam, desmedifam, etossażol, ir-razza Gliocladium catenulatum: J1446, imażosulfuron, laminarin, metossifenożid, milbemektin, fenmedifam, u s-metolaklor ġew estiżi bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1197/2012 (7). L-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se tiskadi fil-31 ta' Lulju 2017.

(5)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi mniżżla fil-Premessi 3 u 4 tressqu skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (8).

(6)

Peress li l-valutazzjoni tas-sustanzi ddewmet minħabba raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti, aktarx li l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi jiskadu qabel tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għalhekk jeħtieġ jiġu estiżi l-perjodi ta' approvazzjoni tagħhom.

(7)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward tal-każijiet meta l-Kummissjoni se tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx għax ma jkunux jintlaħqu l-kriterji tal-approvazzjoni, il-Kummissjoni se tistabbilixxi skadenza fl-istess data prevista qabel dan ir-Regolament jew inkella, jekk din id-data tkun aktar tard, fid-data meta jidħol fis-seħħ ir-Regolament li jistipula li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx. Fir-rigward tal-każijiet meta l-Kummissjoni se tadotta Regolament li jistipula t-tiġdid ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tipprova tistabbilixxi l-aktar data tal-applikazzjoni kmieni possibbli, kif xieraq u skont iċ-ċirkostanzi.

(8)

Għalhekk ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/549 tat-8 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi bentażon, ċjalofop butil, dikwat, famoksadon, flumjoksażina, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), metalaksil-M, pikolinafen, prosulfuron, pimetrożina, tijabendażol u tifensulfuron-metil (ĠU L 95, 9.4.2016, p. 4).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas-7 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta' sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta' dawk is-sustanzi (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 10).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/950 tal-15 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-DB, beta-cyfluthrin, carfentrazone ethyl, Coniothyrium minitans ir-Razza CON/M/91-08 (DSM 9660), cyazofamid, deltamethrin, dimethenamid-P, ethofumesate, fenamidone, flufenacet, flurtamone, foramsulfuron, fosthiazate, imazamox, iodosulfuron, iprodione, isoxaflutole, linuron, maleic hydrazide, mesotrione, oxasulfuron, pendimethalin, picoxystrobin, silthiofam u trifloxystrobin (ĠU L 159, 16.6.2016, p. 3).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1197/2012 tat-13 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi aċetamiprid, alfa-ċipermetrin, ir-Razza Ampelomyces quisqualis: AQ 10, benalassil, bifenażat, bromossinil, klorprofam, desmedifam, etossażol, ir-Razza Gliocladium catenulatum: J1446, imażosulfuron, laminarin, mepanipirim, metossifenożid, milbemektin, fenmedifam, ir-Razza Pseudomonas chlororaphis: MA 342, kwinossifen, S-metolaklor, tepralossidim, tijakloprid, tiram u żiram (ĠU L 342, 14.12.2012, p. 27).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 11, Benżaton, id-data ssir it-“30 ta' Ġunju 2018”;

(2)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 15, Dikwat, id-data ssir it-“30 ta' Ġunju 2018”;

(3)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 19, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), id-data ssir it-“30 ta' Ġunju 2018”;

(4)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 23, Pimetrożina, id-data ssir it-“30 ta' Ġunju 2018”;

(5)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 35, Famoksadon, id-data ssir it-“30 ta' Ġunju 2018”;

(6)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 37, Metalaksil-M, id-data ssir it-“30 ta' Ġunju 2018”;

(7)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 39, Flumjoksażina, id-data ssir it-“30 ta' Ġunju 2018”;

(8)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 41, Imażamoks, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(9)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 42, Oksasulfuron, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(10)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 44, Foramsulfuron, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(11)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 46, Ċjażofammid, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(12)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 53, Pendimetalin, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(13)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 59, Triflossistrobin, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(14)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 60, Etil tal-karfentrażon, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(15)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 62, Fenamidon, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(16)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 63, Isossaflutol, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(17)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 78, Klorprofam, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(18)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 83, Alfa-ċipermetrina, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(19)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 84, Benalaksil, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(20)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 85, Bromossinil, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(21)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 86, Desmedifam, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(22)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 88, Fenmedifam, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(23)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 93, ir-Razza Ampelomyces quisqualis: AQ 10, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(24)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 95, Laminarin, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(25)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 96, Metossifenożid, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(26)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 97, S-metolaklor, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(27)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 98, ir-Razza Gliocladium catenulatum: J1446, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(28)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 99, Etossażol, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(29)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 109, Bifenażat, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(30)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 110, Milbemektin, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”.


18.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/842

tas-17 ta' Mejju 2017

li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ta' riskju baxx ir-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08 skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(1) flimkien mal-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/79/KE (2) inkludiet ir-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08 bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(2)

Is-sustanzi attivi li hemm fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u jinsabu elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

Kif stipulat fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva, ir-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08, tiskadi fil-31 ta' Ottubru 2017.

(4)

Tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tar-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08 skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) fil-perjodu taż-żmien stipulat fl-istess Artikolu.

(5)

L-applikant ressaq id-dossiers addizzjonali meħtieġa skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta.

(6)

L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ppreżentah lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fid-29 ta' Mejju 2015.

(7)

L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. L-Awtorità qiegħdet ukoll id-dossier ta' sommarju supplimentari għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(8)

Fit-8 ta' Ġunju 2016 l-Awtorità bagħtet lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (6) dwar jekk ir-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08 tistax tiġi mistennija li tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fis-6 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni ppreżentat l-abbozz tar-rapport ta' tiġdid għar-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08 lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(9)

L-applikant ingħata ċ-ċans jibgħat il-kummenti tiegħu dwar ir-rapport ta' tiġdid.

(10)

Dwar l-użu rappreżentattiv, wieħed jew aktar, ta' mill-inqas prodott wieħed tal-protezzjoni tal-pjanti li fih ir-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għalhekk huwa xieraq li l-approvazzjoni tar-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08 tiġi mġedda.

(11)

Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni tar-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08 hija bbażata fuq għadd limitat ta' użi rappreżentattivi, li madankollu ma jillimitawx l-użi li għalihom jistgħu jiġu awtorizzati l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom ir-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08. Għaldaqstant, jixraq li r-restrizzjoni għall-użu bħala fungiċid biss ma tibqax fis-seħħ.

(12)

Il-Kummissjoni tqis ukoll li r-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08 hija sustanza attiva ta' riskju baxx skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Ir-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08 mhix sustanza ta' tħassib u tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Ir-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08 hi razza ta' tip selvaġġ li tinsab fl-ambjent b'mod naturali. Mhijiex patoġenika għall-bnedmin jew għall-annimali. L-esponiment addizzjonali tal-bnedmin, tal-annimali u tal-ambjent għall-użi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huwa mistenni jkun negliġibbli meta mqabbel mal-esponiment mistenni f'sitwazzjonijiet naturali realistiċi.

(13)

Għalhekk huwa xieraq li l-approvazzjoni tar-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08 tiġi mġedda. Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(14)

Madankollu, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet.

(15)

Għaldaqstant, b'konformità mal-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 13(4) tiegħu, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat.

(16)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/950 (7) estenda l-perjodu ta' approvazzjoni tar-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08 sal-31 ta' Ottubru 2017 sabiex il-proċess ta' tiġdid ikun jista' jitlesta qabel id-data ta' skadenza tal-approvazzjoni ta' dik is-sustanza. Madankollu, minħabba li d-deċiżjoni dwar it-tiġdid laħqet ittieħdet qabel din id-data ta' skadenza estiża, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Awwissu 2017.

(17)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva

Is-sustanza attiva, ir-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat b'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Awwissu 2017.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/79/KE tat-13 ta' Awwissu 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi Coniothyrium minitans bħala sustanza attiva (ĠU L 205, 14.8.2003, p. 16).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(6)  EFSA Journal 2016;14(7):4517, 16 pp. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/950 tal-15 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-DB, beta-cyfluthrin, carfentrazone ethyl, Coniothyrium minitans ir-Razza CON/M/91-08 (DSM 9660), cyazofamid, deltamethrin, dimethenamid-P, ethofumesate, fenamidone, flufenacet, flurtamone, foramsulfuron, fosthiazate, imazamox, iodosulfuron, iprodione, isoxaflutole, linuron, maleic hydrazide, mesotrione, oxasulfuron, pendimethalin, picoxystrobin, silthiofam u trifloxystrobin (ĠU L 159, 16.6.2016, p. 3).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08

Numru tal-adeżjoni fil-ġabra ta' kolturi tad-“Deutsche Sammlung von Mikroorganismen” (DSM), il-Ġermanja: DSM 9660

Nru CIPAC 614

Mhux applikabbli

Kontenut minimu ta' spori vijabbli:

1 × 1012 CFU/kg

L-1 ta' Awwissu 2017

Il-31 ta' Lulju 2032

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' tiġdid dwar ir-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom joqogħdu attenti b'mod partikolari għal dan li ġej:

il-ħarsien tal-operaturi u tal-ħaddiema, billi jitqies li l-mikroorganiżmi huma kkunsidrati bħala sensitizzaturi potenzjali.

Il-produttur għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet ambjentali jinżammu b'mod strett u li ssir analiżi tal-kontroll tal-kwalità matul il-proċess tal-manifattura.

Meta jkun xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma pprovduti fir-rapport ta' rieżami.


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti A, l-entrata 71 dwar ir-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08 hija mħassra;

(2)

fil-Parti D, tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“11

Razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08

Numru tal-adeżjoni fil-ġabra ta' kolturi tad-“Deutsche Sammlung von Mikroorganismen” (DSM), il-Ġermanja: DSM 9660

Nru CIPAC 614

Mhux applikabbli

Kontenut minimu ta' spori vijabbli:

1 × 1012 CFU/kg

L-1 ta' Awwissu 2017

Il-31 ta' Lulju 2032

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' tiġdid dwar ir-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom joqogħdu attenti b'mod partikolari għal dan li ġej:

il-ħarsien tal-operaturi u tal-ħaddiema, billi jitqies li l-mikroorganiżmi huma kkunsidrati bħala sensitizzaturi potenzjali.

Il-produttur għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet ambjentali jinżammu b'mod strett u li ssir analiżi tal-kontroll tal-kwalità matul il-proċess tal-manifattura.

Meta jkun xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma pprovduti fir-rapport ta' rieżami.


18.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/843

tas-17 ta' Mejju 2017

li japprova s-sustanza attiva Beauveria bassiana tar-razza NPP111B005 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħhom,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fis-6 ta' Novembru 2012 Franza rċeviet applikazzjoni mingħand Arysta Lifescience S.A.S. għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva Beauveria bassiana tar-razza NPP111B005. Skont l-Artikolu 9(3) ta' dak ir-Regolament, fil-5 ta' Frar 2013 Franza, bħala l-Istat Membru relatur, għarrfet lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”) bl-ammissibbiltà tal-applikazzjoni.

(2)

Fis-7 ta' Ottubru 2014, l-Istat Membru relatur ippreżenta abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni u bagħat kopja tiegħu lill-Awtorità, u fih ivvaluta jekk jistax jiġi mistenni li dik is-sustanza attiva tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(3)

L-Awtorità kkonformat mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-applikant qed jintalab jibgħat iktar informazzjoni lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. Il-valutazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru relatur ġiet sottomessa quddiem l-Awtorità fil-format ta' abbozz aġġornat tar-rapport ta' valutazzjoni fit-3 ta' Lulju 2015.

(4)

Fis-6 ta' Ottubru 2015, l-Awtorità kkomunikat il-konklużjoni tagħha (2) lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar jekk is-sustanza attiva Beauveria bassiana tar-razza NPP111B005 hix mistennija tissodisfa l-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-Awtorità għamlet il-konklużjonijiet tagħha disponibbli għall-pubbliku.

(5)

Fit-8 ta' Marzu 2016, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta' reviżjoni għall-Beauveria bassiana tar-razza NPP111B005 lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, kif ukoll abbozz ta' Regolament li fih previst li l-Beauveria bassiana tar-razza NPP111B005 hija approvata.

(6)

L-applikant ingħata l-opportunità li jippreżenta l-kummenti tiegħu dwar ir-rapport ta' reviżjoni.

(7)

Ġie stabbilit li l-kriterji tal-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati fir-rigward ta' użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta' mill-inqas prodott għall-protezzjoni tal-pjanti wieħed li fih is-sustanza attiva, u b'mod partikolari l-użi li ġew eżaminati u spjegati fir-rapport ta' reviżjoni. Huwa għalhekk xieraq li l-Beauveria bassiana tar-razza NPP111B005 tiġi approvata.

(8)

Madankollu, b'konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet.

(9)

B'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni tas-sustanza attiva

Is-sustanza attiva Beauveria bassiana tar-razza NPP111B005, kif speċifikata fl-Anness I, hija approvata suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  EFSA Journal 2015;13(10):4264 [34 pp.]. doi: 10.2903/j.efsa.2015.4264.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Beauveria bassiana tar-razza NPP111B005

Numru tal-adeżjoni fis-CNCM (Collection Nationale de la Culture de Microorganismes) — Institut Pasteur, Pariġi, Franza: I-2961

Mhux applikabbli

Livell massimu ta' beauveriċina 24 μg/L

Is-7 ta' Ġunju 2017

Is-7 ta' Ġunju 2027

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar Beauveria bassiana tar-razza NPP111B005, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għal dan il-ġej:

il-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema, billi jitqies il-fatt li l-Beauveria bassiana tar-razza NPP111B005 għandha tiġi kkunsidrata, bħal kwalunkwe mikroorganiżmu, bħala sensitizzatur potenzjali, u li tingħata attenzjoni speċjali għall-esponiment bit-teħid man-nifs;

il-livell massimu tal-metabolit beauveriċina fil-prodott formulat.

Il-produttur għandu jiżgura li jinżammu strettament il-kondizzjonijiet ambjentali u li ssir analiżi tal-kontroll tal-kwalità matul il-proċess tal-manifattura.

Fejn xieraq, il-kondizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:

 

Isem Komuni Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“109

Beauveria bassiana tar-razza NPP111B005

Numru tal-adeżjoni fis-CNCM (Collection Nationale de la Culture de Microorganismes) — Institut Pasteur, Pariġi, Franza: I-2961.

Mhux applikabbli

Livell massimu ta' beauveriċina 24 μg/L

Is-7 ta' Ġunju 2017

Is-7 ta' Ġunju 2027

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-Beauveria bassiana tar-razza NPP111B005, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għal dan li ġej:

il-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema, billi jitqies il-fatt li l-Beauveria bassiana tar-razza NPP111B005 għandha tiġi kkunsidrata, bħal kull mikroorganiżmu, bħala sensitizzatur potenzjali, u li tingħata attenzjoni speċjali għall-esponiment bit-teħid man-nifs;

il-livell massimu tal-metabolit beauveriċina fil-prodott formulat.

Il-produttur għandu jiżgura li jinżammu strettament il-kondizzjonijiet ambjentali u li ssir analiżi tal-kontroll tal-kwalità matul il-proċess tal-manifattura.

Fejn xieraq, il-kondizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


18.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/25


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/844

tas-17 ta' Mejju 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

109,8

TN

158,2

TR

94,0

ZZ

120,7

0707 00 05

TR

126,8

ZZ

126,8

0709 93 10

TR

131,8

ZZ

131,8

0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28

EG

55,2

MA

59,8

TR

41,8

ZA

88,5

ZZ

61,3

0805 50 10

AR

123,2

TR

65,0

ZA

144,7

ZZ

111,0

0808 10 80

AR

95,5

BR

108,5

CL

123,4

CN

130,6

NZ

136,2

US

107,1

ZA

99,3

ZZ

114,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DIRETTIVI

18.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/27


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/845

tas-17 ta' Mejju 2017

li temenda d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-listi indikattivi tal-elementi li għandhom jitqiesu fit-tħejija tal-istrateġiji tal-baħar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24(1) tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness III tad-Direttiva 2008/56/KE jistabbilixxi l-listi indikattivi tal-karatteristiki, il-pressjonijiet u l-impatti msemmijin fl-Artikoli 8(1), 9(1), 9(3), 10(1), 11(1) u 24 ta' dik id-Direttiva.

(2)

Fl-2012, abbażi tal-ewwel valutazzjoni tal-ilmijiet tal-baħar tagħhom li twettqet skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/56/KE u bħala parti mill-ewwel ċiklu tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-baħar tagħhom, l-Istati Membri bagħtu sett ta' karatteristiki li jwasslu għal status ambjentali tajjeb u l-miri ambjentali tagħhom, lill-Kummissjoni bi qbil mal-Artikoli 9(2) u 10(2) tad-Direttiva 2008/56/KE, rispettivament. Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni (2) ta' dawk ir-rapporti tal-Istati Membri, li twettqet skont l-Artikolu 12 ta' dik id-Direttiva, uriet ċar li huma meħtieġa b'mod urġenti aktar sforzi jekk l-Istati Membri u l-Unjoni jridu jaslu għal status ambjentali tajjeb sal-2020.

(3)

Biex ikun aċċertat li t-tieni ċiklu tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-baħar tal-Istati Membri jkompli jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva 2008/56/KE u jrendi determinazzjonijiet iżjed konsistenti ta' status ambjentali tajjeb, fir-rapport tagħha dwar l-ewwel fażi tal-implimentazzjoni, il-Kummissjoni rrakkomandat li fil-livell tal-Unjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkollaboraw biex jirrevedu, isaħħu u jtejbu d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/477/UE (3) sal-2015, u li jimmiraw biex jipproduċu sett ta' kriterji għal status ambjentali tajjeb u standards metodoloġiċi aktar ċari, aktar sempliċi, aktar konċiżi u aktar koerenti u komparabbli, u fl-istess ħin jirrevedu l-Anness III tad-Direttiva Kwadru tal-Istrateġija Marina, u jekk ikun hemm bżonn, jirreveduha u jiżviluppaw gwida speċifika biex ikun aċċertat metodu aktar koerenti u konsistenti għall-valutazzjonijiet fiċ-ċiklu ta' implimentazzjoni li jmiss.

(4)

Ir-reviżjoni tal-Anness III tad-Direttiva 2008/56/KE hija meħtieġa biex tikkomplementa r-reviżjoni tad-Deċiżjoni 2010/477/UE. Barra minn hekk, ir-relazzjoni bejn l-Anness III tad-Direttiva 2008/56/KE u d-deskritturi kwalitattivi għad-determinazzjoni ta' status ambjentali tajjeb elenkati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva hija biss impliċita f'dik id-Direttiva, u għaldaqstant mhijiex ċara biżżejjed. F'dokument ta' ħidma tal-persunal tal-2011 (4), il-Kummissjoni spjegat ir-relazzjonijiet bejn id-deskritturi kwalitattivi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE, l-elementi stabbiliti fl-Anness III ta' dik id-Direttiva, u l-kriterji u l-indikaturi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/477/UE, iżda setgħet tagħti biss tweġiba parzjali minħabba l-kontenut inerenti tagħhom. Hija meħtieġa reviżjoni tal-Anness III tad-Direttiva 2008/56/KE biex dawk ir-relazzjonijiet jiġu ċċarati aħjar u biex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni, u jkun hemm rabtiet aħjar bejn l-elementi tal-ekosistema u tal-pressjoni u l-impatti antropoġeniċi fuq l-ambjent tal-baħar mad-deskritturi fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE u mar-riżultat tar-reviżjoni tad-Deċiżjoni 2010/477/UE.

(5)

L-Anness III tad-Direttiva 2008/56/KE għandu jipprovdi l-elementi għall-evalwazzjoni (l-Artikolu 8(1) ta' dik id-Direttiva) rigward status ambjentali tajjeb (l-Artikolu 9(1) ta' dik id-Direttiva), jipprovdi l-elementi li jridu jiġu ssorveljati (l-Artikolu 11(1) ta' dik id-Direttiva), li huma komplementari għall-evalwazzjoni (eż. it-temperatura, is-salinità), u jipprovdi l-elementi li għandhom jitqiesu meta jkunu qegħdin jiġu ffissati l-miri (l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva). Ir-rilevanza ta' dawn l-elementi se jvarjaw skont ir-reġjun u l-Istat Membru minħabba karatteristiki reġjonali diverġenti. Dan ifisser li l-elementi jeħtieġ li jiġu indirizzati biss jekk jitqies li jkunu “aspetti u karatteristiki essenzjali” jew “pressjonijiet u impatti predominanti” kif imsemmija rispettivament fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/56/KE, u jekk ikunu preżenti fl-ilmijiet tal-Istat Membru rilevanti.

(6)

Huwa importanti li jkun żgurat li l-elementi stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 2008/56/KE jkunu marbutin b'mod ċar mad-deskritturi kwalitattivi tal-Anness I ta' dik id-Direttiva u mal-kriterji u l-istandards metodoloġiċi dwar status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2008/56/KE, kif ukoll mal-applikazzjoni tagħhom b'relazzjoni mal-Artikoli 8, 9, 10 u 11 tad-Direttiva 2008/56/KE. F'dan il-kuntest, dawk l-elementi jeħtieġ li jkunu ġeneriċi u applikabbli b'mod ġenerali madwar l-Unjoni meta wieħed iqis li jistgħu jiġu stabbiliti elementi aktar speċifiċi mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2008/56/KE jew fil-kuntest tad-determinazzjoni ta' settijiet ta' karatteristiki għal status ambjentali tajjeb skont l-Artikolu 9(1) ta' dik id-Direttiva.

(7)

It-tabelli 1 u 2 tal-Anness III tad-Direttiva 2008/56/KE għandhom jiġu ċċarati biex jintrabtu iżjed biċ-ċar mal-elementi tal-istat (it-Tabella 1) u mal-elementi tal-pressjoni u l-impatti tagħhom (it-Tabella 2), u biex l-elementi elenkati fihom jintrabtu b'mod dirett mad-deskritturi kwalitattivi stabbiliti fl-Anness I ta' dik id-Direttiva, u permess ta' dan, mal-kriterji stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2008/56/KE.

(8)

Biex ikun hemm gwida għall-evalwazzjonijiet tal-użi tal-ilmijiet tal-baħar skont il-punt (c) tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/56/KE, u tal-attivitajiet umani skont il-punt (b) tal-Artikolu 8(1), u għall-monitoraġġ stipulat fl-Artikolu 11 ta' dik id-Direttiva, it-Tabella 2 għandha titkabbar biex tinkludi wkoll lista indikattiva tal-użi u tal-attivitajiet umani biex tkun żgurata l-konsistenza fl-evalwazzjoni tagħhom madwar ir-reġjuni u s-sottoreġjuni tal-baħar kollha.

(9)

Għalhekk, l-Anness III tad-Direttiva 2008/56/KE għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-kumitat regolatorju stabbilit skont l-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 2008/56/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2008/56/KE huwa sostitwit mit-test fl-Anness ta' din id-Direttiva

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mis-7 ta' Diċembru 2018. Dawn għandhom jgħaddu t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Dawn id-dispożizzjonijiet għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom ir-referenza mehmuża magħhom meta jiġu ppubblikati uffiċjalment wara li jiġu adottati mill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

3.   L-obbligu li jittrasponu din id-Direttiva ma għandux japplika għall-Istati Membri li ma jmissux ma' ibħra.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.

(2)  Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew — L-ewwel fażi ta' implimentazzjoni tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (2008/56/KE) — Il-valutazzjoni u l-gwida tal-Kummissjoni Ewropea (COM(2014) 97 final, 20.2.2014).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/477/UE tal-1 ta' Settembru 2010 dwar kriterji u standards metodoloġiċi għal status ambjentali tajjeb ta' ilmijiet tal-baħar (ĠU L 232, 2.9.2010, p. 14).

(4)  Commission Staff Working Paper SEC(2011) 1255.


ANNESS

ANNESS III

Listi indikattivi tal-elementi tal-ekosistema, tal-pressjonijiet antropoġeniċi u tal-attivitajiet tal-bniedem rilevanti għall-ibħra

(imsemmija fl-Artikoli 8(1), 9(1), 9(3), 10(1), 11(1) u 24)

Tabella 1

L-istruttura, il-funzjonijiet u l-proċessi tal-ekosistemi tal-baħar

b'rilevanza partikolari għall-punt (a) tal-Artikolu 8(1), u tal-Artikoli 9 u 11

Tema

Elementi tal-ekosistema

Il-parametri u l-karatteristiki possibbli (Nota 1)

Deskritturi kwalitattivi rilevanti stabbiliti fl-Anness I (in-Noti 2 u 3)

Speċi

Gruppi ta' speċijiet (in-Nota 4) ta' għasafar, mammiferi tal-baħar, rettili, ħut u ċefalopodi tar-reġjun jew tas-sottoreġjun tal-baħar

Varjazzjoni spazjali u temporali għal kull speċi jew popolazzjoni:

id-distribuzzjoni, l-abbundanza u/jew il-bijomassa

id-daqs, l-istruttura tal-età u tas-sess

ir-rati tal-fekondità, tas-sopravvivenza u tal-mortalità/korriment

imġiba li tinkludi l-moviment u l-migrazzjoni

l-ambjent naturali tal-ispeċi (il-firxa, l-idoneità),

L-ispeċijiet li jiffurmaw il-grupp

(1); (3)

Ħabitats

Tipi ta' ħabitats ġenerali tal-kolonna tal-ilma (pelaġiċi) u ta' qiegħ il-baħar (bentiċi) (in-Nota 5), jew tipi oħra ta' ħabitats, fosthom il-komunitajiet bijoloġiċi assoċjati magħhom madwar ir-reġjun jew is-sottoreġjun kollu

Għal kull tip ta' ħabitat:

id-distribuzzjoni tal-ħabitats u l-firxa (u l-volum, fejn hu rilevanti)

il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet, l-abbundanza u/jew il-bijomassa (varjazzjoni spazjali u temporali)

fid-daqs u fl-età tal-ispeċijiet (fejn rilevanti)

il-karatteristiki fiżiċi, idroloġiċi u kimiċi

Barra minn hekk, għal ħabitats pelaġiċi:

konċentrament ta' klorofilla

il-frekwenzi u l-firxa spazjali tal-proliferazzjoni tal-plankton

(1); (6)

L-ekosistemi, inklużi x-xbieki alimentari

L-istruttura, il-funzjonijiet u l-proċessi tal-ekosistemi, li jinkludu:

il-karatteristiċi fiżiċi u idroloġiċi

il-karatteristiċi kimiċi

il-karatteristiċi bijoloġiċi

il-funzjonijiet u l-proċessi

Varjazzjoni spazjali u temporali:

fit-temperatura u fis-silġ

fl-idroloġija (is-sistemi tal-mewġ u tal-kurrenti; l-upwelling, it-taħlit, iż-żmien ta' residenza, l-influss ta' ilma ħelu; il-livell tal-baħar)

batimetrija

id-dardir tal-ilma (l-ammont ta' sediment/ħama) trasparenza, akustika

is-sottostrat u l-morfoloġija ta' qiegħ il-baħar

is-salinità, in-nutrijenti (N u P), il-karbonju organiku, il-gassijiet maħlula (pCO2, O2) u l-pH

ir-rabtiet bejn il-ħabitats u l-ispeċijiet ta' għasafar tal-baħar, ta' mammiferi u rettili tal-baħar, tal-ħut u taċ-ċefalopodi

l-istruttura tal-komunitajiet pelaġiċi-bentiċi

il-produttività

(1); (4)

Noti marbuta mat-Tabella 1

Nota 1:

Ingħatat lista indikattiva tal-parametri u karatteristiki rilevanti għall-ispeċijiet, il-ħabitats u l-ekosistemi, li jirriflettu l-parametri affettwati mill-pressjonijiet tat-Tabella 2 ta' dan l-Anness u li huma ta' rilevanza għal kriterji stabbiliti skont l-Artikolu 9(3). Il-parametri u l-karatteristiki partikolari li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni għandhom jiġu ddeterminati skont ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, inklużi dawk tal-Artikoli 8 sa 11.

Nota 2:

In-numri f'din il-kolonna huma referenza għall-punti nnumerati rispettivament fl-Anness I.

Nota 3:

Fit-Tabella 1 huma elenkati biss id-deskritturi kwalitattivi (1), (3), (4) u (6) ibbażati fuq l-istat, li għandhom il-kriterji stipulati skont l-Artikolu 9(3). Id-deskritturi kwalitattivi l-oħrajn kollha bbażati fuq il-pressjoni, fl-Anness I jistgħu jkunu rilevanti għal kull tema.

Nota 4:

Dawn il-gruppi ta' speċijiet huma speċifikati aktar fid-dettall fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 tas-17 ta' Mejju 2017 li tistabbilixxi kriterji u standards metodoloġiċi ta' status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar, kif ukoll speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/477/UE (ara l-paġna 43 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

Nota 5:

Dawn iit-tipi ġenerali ta' ħabitats huma speċifikati aktar fid-dettall fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni (UE) 2017/848.

Tabella 2

Il-pressjonijiet antropoġeniċi, l-użi u l-attivitajiet tal-bniedem fl-ambjent tal-baħar jew li jaffettwaw l-ambjent tal-baħar

2a.

Il-pressjonijiet antropoġeniċi fuq l-ambjent tal-baħar

b'rilevanza partikolari għall-punti (a) u (b) tal-Artikolu 8(1), u l-Artikoli 9, 10 u 11

Tema

Il-pressjoni (Nota 1)

Il-parametri possibbli

Id-deskritturi kwalitattivi rilevanti stabbiliti fl-Anness I (in-Noti 2 u 3)

Id-dħul ta' materja bijoloġika

jew it-tixrid ta' speċijiet mhux indiġeni

L-intensità u l-varjazzjoni spazjali u temporali, tal-pressjoni fuq l-ambjent tal-baħar u, fejn rilevanti, fis-sors

Għall-valutazzjoni tal-impatti ambjentali tal-pressjoni, agħżel l-elementi tal-ekosistemi u l-parametri rilevanti mit-Tabella 1

(2)

Id-dħul ta' patoġeni mikrobiċi

 

Id-dħul ta' speċi li tkun immodifikata ġenetikament u t-traslokazzjoni ta' speċijiet lokali

 

It-telf ta' komunitajiet bijoloġiċi naturali, jew bidla fihom, minħabba l-koltivazzjoni ta' speċijiet ta' annimali jew veġetali

 

L-isfrattar tal-ispeċijiet (eż. fejn ibidu, fejn jistrieħu u fejn jieklu) minħabba l-preżenza tal-bniedem

 

L-estrazzjoni ta' speċijiet slavaġ, jew il-mewt/il-korriment tagħhom, (minħabba s-sajd kummerċjali u rikreattiv u attivitajiet oħra)

(3)

Fiżiku

Disturbi fiżiċi ta' qiegħ il-baħar (temporanji jew riversibbli)

(6); (7)

Telf fiżiku (minħabba bidla permanenti tas-sottostrat ta' qiegħ il-baħar jew minħabba l-morfoloġija u l-estrazzjoni tas-sottostrat minn qiegħ il-baħar)

Bidliet fil-kundizzjonijiet idroloġiċi

Sustanzi, skart u enerġija

Id-dħul tan-nutrijenti — sorsi diffużi, sorsi minn punti partikolari, depożitu atmosferiku

(5)

Id-dħul ta' materja organika — sorsi diffużi u sorsi minn punti partikolari

Id-dħul ta' sustanzi oħrajn (eż. sustanzi sintetiċi, sustanzi mhux sintetiċi, radjunuklidi) — sorsi diffużi, is-sorsi minn punti, depożitu atmosferiku, avvenimenti akuti

(8); (9)

Id-dħul ta' skart (skart solidu li jinkludi l-iskart ta' daqs mikro)

(10)

Id-dħul ta' ħsejjes antropoġeniċi (impulsivi, kontinwi)

(11)

Id-dħul ta' forom oħra ta' enerġija (fosthom il-kampi elettromanjetiċi, id-dawl u s-sħana)

Id-dħul ta' ilma — sorsi minn punti partikolari (eż. ilma mielaħ)

 


2b.

L-użi u l-attivitajiet tal-bniedem li jaffettwaw l-ambjent tal-baħar

b'rilevanza partikolari għall-punti (b) u (c) tal-Artikolu 8(1) (l-attivitajiet immarkati * biss huma rilevanti għall-punt (c) tal-Artikolu 8(1)), u għall-Artikoli 10 u 13

Tema

Attività

Ir-ristrutturar fiżiku tax-xmajjar, kostali jew f'qiegħ il-baħar (il-ġestjoni tal-ilma)

It-teħid tal-art

Il-bini ta' sistemi ta' kanali u modifiki oħra tal-kanali tal-ilma

Id-difiża tal-kosta u l-protezzjoni mill-għargħar *

Strutturi barra mix-xtut (minbarra dawk taż-żejt/tal-gass/tal-enerġija rinnovabbli)*

Ir-ristrutturar tal-morfoloġija ta' qiegħ il-baħar, inkluż it-tindif tal-ħama u d-depożitu ta' materjali *

L-estrazzjoni ta' riżorsi mhux ħajjin

L-estrazzjoni ta' minerali (ġebel, metall, minerali, żrar, ramel, qxur tal-molluski) *

L-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass, inkluż l-infrastruttura*

L-estrazzjoni tal-melħ

L-estrazzjoni tal-ilma *

Il-produzzjoni tal-enerġija

Il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli (mir-riħ, mill-mewġ u l-enerġija mill-mili u t-tifrigħ tal-baħar), inkluż l-infrastruttura*

Il-ġenerazzjoni tal-enerġija mhux rinnovabbli

It-trażmissjoni tal-elettriku u tal-komunikazzjonijiet (kejbils)*

L-estrazzjoni tar-riżorsi ħajjin

Il-qbid ta' ħut u tal-frott tal-baħar (professjonali, ta' rikreazzjoni) *

L-ipproċessar ta' ħut u frott tal-baħar*

Il-qtugħ tal-pjanti tal-baħar*

Il-kaċċa u l-ġbir għal skopijiet oħra*

Il-kultivazzjoni ta' riżorsi ħajjin

L-akkwakultura — fil-baħar, inkluż l-infrastruttura*

L-akwakultura fl-ilma ħelu

L-agrikultura

Il-forestrija

It-trasport

L-infrastruttura tat-trasport*

It-trasport — bastimenti tal-baħar*

It-trasport — bl-ajru

It-trasport — fuq l-art

L-użi industrijali u urban

L-użi urbani

L-użi industrijali

It-trattament u r-rimi tal-iskart*

It-turiżmu u l-passatempi

L-infrastrutturi għat-turiżmu u għall-passatempi

L-attivitajiet turistiċi u l-passatempi*

Is-sigurtà u d-difiża

Operazzjonijiet militari (soġġett għall-Artikolu 2(2))

L-edukazzjoni u r-riċerka

Ir-riċerka, l-istħarriġ u l-attivitajiet edukattivi*

Noti marbuta mat-Tabella 2

Nota 1:

Il-valutazzjonijiet tal-pressjonijiet għandhom jindirizzaw il-livelli tagħhom fl-ambjent tal-baħar u, fejn rilevanti, ir-rati tad-dħul (minn sorsi bbażati fuq l-art jew atmosferiċi) għall-ambjent tal-baħar.

Nota 2:

In-numri f'din il-kolonna huma referenza għall-punti nnumerati rispettivament fl-Anness I.

Nota 3:

Fit-Tabella 2a huma elenkati biss id-deskritturi kwalitattivi (2), (3), (5) (6), (7), (8), (9), (10) u (11), li għandhom il-kriterji stipulati skont l-Artikolu 9(3). Id-deskritturi kwalitattivi l-oħrajn kollha bbażati fuq l-istat, skont l-Anness I jistgħu jkunu rilevanti għal kull tema.”


DEĊIŻJONIJIET

18.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/34


DEĊIŻJONI (UE) 2017/846 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-16 ta' Marzu 2017

dwar il-prorogazzjoni tat-tul tal-mandat tal-Kumitat ta' Inkjesta biex jinvestiga allegazzjonijiet ta' kontravvenzjoni u ta' amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

wara li kkunsidra l-Artikolu 226 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 95/167/KE, Euratom, KEFA tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tad-19 ta' April 1995 dwar id-dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew (1),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2016/1021 tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar it-twaqqif ta' Kumitat ta' Inkjesta inkarigat biex jinvestiga allegazzjonijiet ta' kontravvenzjoni u ta' amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, is-setgħat, kif ukoll id-daqs numeriku u l-mandat tiegħu (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 198(11) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Kumitat ta' Inkjesta talab li jiġi prorogat it-tul tal-mandat tiegħu sabiex ikun jista' jimplimentah kompletament u adegwatament, wara li qies l-għadd ta' dokumenti li għad iridu jiġu eżaminati, l-analiżijiet li ġew ikkummissjonati u l-partijiet interessati li għad iridu jinstemgħu;

1.

Jiddeċiedi li jipproroga b'perjodu ta' tliet xhur it-tul tal-mandat tal-Kumitat ta' Inkjesta.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI


(1)  ĠU L 113, 19.5.1995, p. 1.

(2)  ĠU L 166, 24.6.2016, p. 10.


18.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/35


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/847

tas-16 ta' Mejju 2017

li tagħti deroga mitluba mid-Danimarka skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli

(notifikata bid-dokument C(2017) 2891)

(It-test bid-Daniż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tagħha,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Novembru 2002, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2002/915/KE (2) li tagħti deroga mitluba mid-Danimarka skont id-Direttiva 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli, li tippermetti l-użu ta' demel tal-bhejjem li fih sa 230 kg nitroġenu għal kull ettaru fis-sena fuq ċerti azjendi tal-bhejjem tal-ifrat fil-qafas tal-programm ta' azzjoni Daniż 1999–2003. Id-deroga ġiet estiża bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/294/KE (3) b'rabta mal-programm ta' azzjoni Daniż 2004–2007, bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/664/KE (4) b'rabta mal-programm ta' azzjoni Daniż 2008–2012 u bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/659/UE (5), b'rabta mal-programm ta' azzjoni Daniż 2008–2015.

(2)

Id-deroga mogħtija bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/659/UE kienet tikkonċerna madwar (għall-perjodu 2014/2015) 1 500 azjenda tal-bhejjem tal-ifrat, 425 102 unità ta' bhejjem u 205 165 ettaru ta' art li tinħadem, li jikkorrispondu rispettivament għal 4,0 % tal-għadd totali ta' azjendi, 18,6 % tal-unitajiet ta' bhejjem totali u 8,2 % tal-erja totali li tinħadem fid-Danimarka.

(3)

Fl-4 ta' Frar 2016, id-Danimarka ressqet talba għat-tiġdid tad-deroga lill-Kummissjoni skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE.

(4)

Id-Danimarka stabbilixxiet programm ta' azzjoni għall-perjodu 2016 sal- 2018, b'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/676/KEE, permezz ta' partijiet tal-Ordni dwar bhejjem kummerċjali, demel tal-bhejjem, silaġġ, eċċ. Nru 1324 tal-15 ta' Novembru 2016, l-Att Konsolidat dwar l-użu mill-farms ta' fertilizzant u dwar il-kopertura veġetali Nru 388 tas-27 ta' April 2016 u l-Ordni dwar l-użu mill-farms ta' fertilizzanti fil-perjodu tal-ippjanar 2016/2017 Nru 1055 tal-1 ta' Lulju 2016, skema ġdida għall-għelejjel tat-titwiq fil-mira, parti obbligatorja, kif iddikjarat fl-Att dwar l-użu mill-farms ta' fertilizzanti u dwar il-kopertura veġetali. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni Daniża tinkludi regolament ġenerali ġdid dwar il-fosforu, skont l-Att dwar l-approvazzjoni ambjentali eċċ. ta' azjendi agrikoli u l-Ordni dwar bhejjem kummerċjali, demel tal-bhejjem, silaġġ eċċ.

(5)

Il-leġiżlazzjoni Daniża li timplimenta d-Direttiva 91/676/KEE tistabbilixxi limiti għall-użu tan-nitroġenu. Ġiet adottata leġiżlazzjoni li tillimita l-użu tal-fosforu u din se tidħol fis-seħħ f'Awwissu 2017.

(6)

Ir-rapport Daniż dwar “L-Istatus u l-bixriet tal-ambjent akkwatiku u tal-prattika agrikola” fir-rigward tal-perjodu 2012 sal-2015 juri bilanċ favorevoli annwali fil-livell nazzjonali ta' 80 kg N/ettaru fl-2014 u rilaxx totali ta' nitroġenu fil-baħar li ġej mill-agrikoltura ta' bejn wieħed u ieħor 70 % tat-total fl-2012. Id-Danimarka stmat li l-ammont ta' nitroġenu terrestri mitfugħ fl-ilmijiet kostali għandu jitnaqqas minn 56,8 Mt għal 44,7 Mt ta' N, b'appoġġ għal status ekoloġiku tajjeb.

(7)

Il-leġiżlazzjoni Daniża għandha tinkludi skema mmirata u kkombinata għall-għelejjel tat-titwiq volontarji u obbligatorji għall-2017 u l-2018. Skont din l-iskema, id-dispożizzjonijiet obbligatorji għall-għelejjel tat-titwiq għandhom jidħlu fis-seħħ awtomatikament jekk il-ftehimiet volontarji għall-għelejjel tat-titwiq ma jirnexxilhomx iwettqu l-għanijiet ambjentali. L-erjas b'għelejjel tat-titwiq għandhom ikunu b'żieda mar-rekwiżit nazzjonali tal-għelejjel tat-titwiq obbligatorji skont l-Att Daniż dwar l-użu mill-farms ta' fertilizzanti u dwar il-kopertura veġetali. Dawn il-miżuri huma meħtieġa biex jiġi żgurat li l-applikazzjoni tad-deroga attwali ma twassalx għal deterjorament tal-kwalità tal-ilma.

(8)

L-informazzjoni mogħtija mid-Danimarka fil-kuntest tad-deroga mogħtija bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/659/UE turi li d-deroga ma wasslitx għal deterjorament tal-kwalità tal-ilma meta jsir paragun mal-erjas mhux koperti mid-deroga. Id-dejta ppreżentata mid-Danimarka dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 91/676/KEE għall-perjodu 2012 sal-2015 (6) turi li fid-Danimarka, għall-ilma ta' taħt l-art, madwar 16 % tal-istazzjonijiet ta' monitoraġġ għandhom konċentrazzjonijiet ta' nitrati li jaqbżu l-50 mg/l u madwar 23 % tal-istazzjonijiet ta' monitoraġġ għandhom konċentrazzjonijiet ta' nitrati li jaqbżu l-40 mg/l. Id-dejta tal-monitoraġġ turi tendenza stabbli fil-konċentrazzjoni ta' nitrati fl-ilma ta' taħt l-art meta mqabbla ma' dik tal-perjodu preċedenti tar-rappurtar (2008 sal-2011). Għall-ilma tal-wiċċ, il-biċċa l-kbira tal-punti ta' monitoraġġ fl-ilmijiet tal-wiċċ juru medja ta' konċentrazzjonijiet ta' nitrati taħt il-50 mg/l u xejra stabbli fil-konċentrazzjonijiet tan-nitrati. Ir-rapport li jkopri l-perjodu 2012 sal-2015 jiddikjara li 2 minn 119-il ilma kostali kienu kklassifikati fi status “tajjeb”.

(9)

Il-Kummissjoni, wara li eżaminat it-talba tad-Danimarka abbażi tal-elementi deskritti fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE u fid-dawl tal-esperjenza miksuba mid-deroga kif stipulata fid-Deċiżjonijiet 2002/915/KE, 2005/294/KE, 2008/664/KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/659/UE, tqis li l-ammont ta' demel previst mid-Danimarka, 230 kg nitroġenu għal kull ettaru fis-sena, se jkun bla ħsara għall-ksib tal-għanijiet tad-Direttiva 91/676/KEE, sakemm ikunu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet stretti.

(10)

F'farms awtorizzati li japplikaw demel tal-bhejjem li fih sa 230 kg nitroġenu għal kull ettaru fis-sena, il-pjanijiet għall-fertilizzazzjoni jiġu aġġornati fil-ħin biex tiġi żgurata konsistenza fil-prattiki agrikoli attwali, u l-kopertura veġetali permanenti tal-erja li tinħadem u l-għelejjel tat-titwiq jintużaw sabiex jiġu rkuprati n-nitrati li jintilfu mis-saff sekondarju tal-ħamrija fil-ħarifa u sabiex jiġi limitat it-telf tan-nitroġenu fix-xitwa.

(11)

Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) tipprevedi approċċ transfruntier u komprensiv għall-ħarsien tal-ilma organizzat madwar id-distretti tal-baċiri idrografiċi, bil-għan li l-korpi tal-ilma Ewropej jiksbu status tajjeb sal-2015. It-tnaqqis tan-nutrijenti huwa parti integrali minn dak l-għan. L-għoti ta' deroga skont din id-Deċiżjoni huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet skont id-Direttiva 2000/60/KE u ma jeskludix li jista' jkun hemm bżonn ta' miżuri addizzjonali biex jissodisfaw l-obbligi li joħorġu minnha.

(12)

Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) tistabbilixxi regoli ġenerali maħsuba għall-istabbiliment tal-Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fl-Unjoni għall-finijiet tal-politiki ambjentali tal-Unjoni u l-politiki jew l-attivitajiet li jista' jkollhom impatt fuq l-ambjent. Fejn applikabbli, l-informazzjoni ġeografika miġbura fil-kuntest ta' din id-Deċiżjoni għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dik id-Direttiva. Sabiex jonqos il-piż amministrattiv u tiżdied il-koerenza tad-dejta, id-Danimarka, meta tiġbor id-dejta neċessarja skont din id-Deċiżjoni għandha tuża l-informazzjoni ġġenerata skont is-Sistema Integrata ta' Amministarazzjoni u Kontroll stabbilita skont il-Kapitolu II tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

(13)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nitrati stabbilit skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/676/KEE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Deroga

Id-deroga mitluba mid-Danimarka permezz tal-ittra tal-4 ta' Frar 2016, bil-għan li jiġi awtorizzat l-użu fuq l-art ta' ammont ta' nitroġenu mid-demel tal-bhejjem li jkun ogħla minn dak previst fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE, qed tingħata soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Din id-deroga tapplika għal farms tal-bhejjem tal-ifrat fejn in-newba tal-għelejjel tinkludi aktar minn 80 % ta' għelejjel b'assorbiment għoli ta' nitroġenu u bi staġun twil ta' tkabbir u li għalihom tkun ingħatat awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 5.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għal finijiet ta' din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“Farm tal-bhejjem tal-ifrat” tfisser azjenda bi produzzjoni annwali ta' nitroġenu fid-demel tal-bhejjem ta' aktar minn 300 kg u li mill-inqas żewġ terzi ġejjin mill-bhejjem tal-ifrat;

(b)

“ħaxix” tfisser bur permanenti jew temporanju;

(c)

“għelejjel li jittewqu bil-ħaxix” tfisser silaġġ taċ-ċereali, silaġġ tal-qamħirrum, xgħir tar-rebbiegħa jew xgħir tar-rebbiegħa u piżelli, li għandhom jittewqu bil-ħaxix qabel jew wara l-ħsad;

(d)

“għelejjel b'assorbiment għoli ta' nitroġenu u bi staġun twil ta' tkabbir” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

ħaxix;

(ii)

għelejjel tal-ħaxix tat-titwiq;

(iii)

pitravi għall-foraġġ;

(iv)

għelejjel li jittewqu bil-ħaxix;

(e)

“profil tal-ħamrija” tfisser is-saff tal-ħamrija li jinsab taħt il-wiċċ tal-art sa fond ta' 0,90 m jew sal-medja tal-ogħla livell ta' ilma tal-pjan fejn dak il-livell huwa inqas minn 0,90 m taħt il-wiċċ tal-art;

Artikolu 4

Kundizzjonijiet tad-deroga

Id-deroga qed tingħata bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Minn Awwissu 2017 għandu jidħol fis-seħħ regolament dwar il-fosforu li jistabbilixxi limiti diretti ta' fosforu f'livelli differenti madwar il-pajjiż skont il-pożizzjoni ġeografika u t-tip ta' fertilizzant. Il-limiti għandhom ikopru l-użu tal-fosforu minn kull tip ta' fertilizzant: fertilizzanti organiċi, inkluż id-demel, id-diġestat tal-bijogass, il-bijomassa veġetali mingħajr gass, il-ħama mit-trattament tad-drenaġġ kif ukoll il-fertilizzanti industrijali. Limiti aktar stretti dwar l-użu tal-fosforu li jkopru t-tipi kollha ta' fertilizzanti għandhom jiġu applikati f'żoni ta' qbid b'ambjent akkwatiku vulnerabbli għall-fosforu.

(2)

Għandha tidħol fis-seħħ sistema ta' indikaturi u ta' monitoraġġ fir-rigward tal-ammont ta' fosforu applikat fuq artijiet agrikoli fid-Danimarka. Jekk is-sistema tal-indikaturi jew is-sistema tal-monitoraġġ juru li l-medja annwali tar-rata reali ta' fertilizzazzjoni tal-fosforu fuq ħamrija agrikola fid-Danimarka tista' taqbeż jew tkun fil-fatt qabżet il-medja tal-livelli nazzjonali ta' fertilizzazzjoni tal-fosforu li għandhom jintlaħqu matul il-perjodu 2018–2025, il-limiti għall-użu massimu tal-fosforu se jitnaqqsu kif meħtieġ.

(3)

Għandha tidħol fis-seħħ skema mmirata u kkombinata għall-għelejjel tat-titwiq volontarji u obbligatorji abbażi tal-ħtieġa li jitnaqqas il-kontenut tan-nitrati f'korpi ta' ilma ta' taħt l-art jew f'ilmijiet kostali. Skont din l-iskema, id-dispożizzjonijiet obbligatorji għall-għelejjel tat-titwiq għandhom jidħlu fis-seħħ awtomatikament jekk il-ftehimiet volontarji għall-għelejjel tat-titwiq ma jirnexxilhomx iwettqu l-għanijiet ambjentali.

(4)

L-għelejjel tat-titwiq stabbiliti skont din l-iskema għandhom ikunu addizzjonali għar-rekwiżit obbligatorju nazzjonali ta' 10 jew 14 % ta' għelejjel tat-titwiq fuq l-erja tal-art tar-raba' tal-farms, u ma jistgħux jiġu stabbiliti fuq l-istess erja użata sabiex jiġi ssodisfat rekwiżit tal-EFA għall-għelejjel tat-titwiq.

Artikolu 5

Awtorizzazzjoni annwali u impenn

1.   Il-bdiewa li jrabbu l-bhejjem tal-ifrat jistgħu jippreżentaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni annwali sabiex japplikaw demel tal-bhejjem li fih sa 230 kg nitroġenu għal kull ettaru fis-sena lill-awtoritajiet kompetenti.

Il-limitu taż-żmien għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għandu jkun l-istess bħall-iskadenza nazzjonali għall-applikazzjoni għal Pagament Uniku tal-fertilizzant u l-preżentazzjoni tal-kwoti tal-fertilizzanti u tal-pjan dwar l-għelejjel tat-titwiq.

2.   Flimkien mal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-applikant għandu jippreżenta dikjarazzjoni li hu jissodisal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7, 8 u 9.

Artikolu 6

L-għoti tal-awtorizzazzjonijiet

L-awtorizzazzjonijiet biex jiġi applikat ammont ta' demel tal-bhejjem tal-ifrat, inkluż demel li jipproduċu l-bhejjem infushom u demel ittrattat, li jkun fih sa 230 kg nitroġenu għal kull ettaru art fis-sena għandhom jingħataw soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 9.

Artikolu 7

Kundizzjonijiet rigward l-użu tad-demel u fertilizzanti oħra

1.   L-input tan-nitroġenu ma għandux jaqbeż id-domanda prevista ta' nutrijenti għall-għalla, b'kont meħud tal-provvista ta' nutrijenti mill-ħamrija. Ma għandux jaqbeż l-istandards massimi ta' użu, kif stabbiliti fl-Ordni dwar l-użu agrikolu ta' fertilizzanti matul il-perjodu tal-ippjanar 2016/2017 Nru 1055 (1/07/16), u fl-ordnijiet korrispondenti fil-perjodi ta' programmazzjoni suċċessivi.

2.   Għandu jitħejja pjan ta' fertilizzazzjoni għas-superfiċji kollha tal-farm tal-bhejjem tal-ifrat. Dan għandu jinżamm fil-farm. Għandu jkopri l-perjodu bejn l-1 ta' Awwissu u l-31 ta' Lulju tas-sena suċċessiva. Il-pjan ta' fertilizzazzjoni għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

pjan tan-newba tal-għelejjel, li jispeċifika dan li ġej:

(1)

is-superfiċji ta' rqajja' b'għelejjel b'assorbiment għoli ta' nitroġenu u bi staġun twil ta' tkabbir;

(2)

is-superfiċji ta' rqajja' b'għelejjel oħra għajr dawk imsemmija f'punt (1);

(3)

mappa li tindika l-post tal-irqajja' msemmija fil-punti (1) u (2) rispettivament;

(b)

l-għadd ta' bhejjem fil-farm u d-deskrizzjoni tal-post fejn jinżammu u tas-sistema tal-ħżin tad-demel, inkluż il-volum ta' ħżin ta' demel disponibbli;

(c)

kalkolu tan-nitroġenu u tal-fosforu fid-demel prodott fuq il-farm;

(d)

deskrizzjoni tat-trattament tad-demel, fejn applikabbli, u tal-karatteristiċi mistennija tad-demel ittrattat;

(e)

l-ammont, it-tip u l-karatteristiki tad-demel imwassal barra l-farm jew fil-farm;

(f)

ammont prevedibbli ta' nitroġenu u fosforu meħtieġa għall-għalla f'kull roqgħa;

(g)

kalkolu tal-użu tan-nitroġenu u tal-fosforu mid-demel għal kull roqgħa;

(h)

kalkolu tal-użu tan-nitroġenu u tal-fosforu minn fertilizzanti kimiċi u fertilizzanti oħrajn għal kull roqgħa;

(i)

indikazzjoni taż-żmien tal-użu tad-demel u tal-fertilizzanti kimiċi.

Il-pjan ta' fertilizzazzjoni għandu jiġi rivedut mhux aktar tard minn sebat ijiem wara kwalunkwe bidla fil-prattiki agrikoli ġol-farm tal-bhejjem tal-ifrat. Il-kont tal-fertilizzazzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet kompetenti sa mhux aktar tard minn tmiem Marzu ta' kull sena.

3.   Id-demel ma għandux jinfirex fil-perjodu bejn l-31 ta' Awwissu u l-1 ta' Marzu fuq bur li se jinħarat fir-rebbiegħa ta' wara.

Artikolu 8

Kundizzjonijiet rigward it-teħid ta' kampjuni u l-analiżi tal-ħamrija

1.   Il-kampjuni għandhom jittieħdu minn fost l-ogħla 30 cm tal-ħamrija tal-art agrikola u analizzati għall-kontenut tagħhom ta' nitroġenu u fosforu.

2.   It-teħid ta' kampjuni u l-analiżi għandhom jitwettqu tal-inqas darba kull erbgħa snin għal kull erja tal-farm li tippreżenta karatteristiċi omoġenji fir-rigward tan-newba tal-għelejjel u l-karatteristiċi tal-ħamrija.

3.   It-teħid ta' kampjuni u l-analiżi għandhom jitwettqu tal-inqas għal kull ħames ettari ta' art agrikola.

4.   Ir-riżultati tal-analiżi għandhom ikunu disponibbli għall-ispezzjoni fuq il-farm tal-bhejjem tal-ifrat.

Artikolu 9

Kundizzjonijiet rigward il-ġestjoni tal-art

1.   80 % jew aktar tas-superfiċji disponibbli għall-użu tad-demel għandhom jiġu kkultivati b'għelejjel b'assorbiment għoli ta' nitroġenu u bi staġun twil ta' tkabbir.

2.   L-għelejjel tal-ħaxix tat-titwiq ma għandhomx jinħartu qabel l-1 ta' Marzu tas-sena wara li jkunu ġew stabbiliti.

3.   Il-bwar temporanji għandhom jinħartu fir-rebbiegħa. Għalla b'assorbiment għoli ta' nitroġenu u bi staġun twil ta' tkabbir għandha tinżera' mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn 3 ġimgħat, wara li jkun inħarat il-ħaxix.

4.   Għelejjel użati fin-newba tal-għelejjel ma għandhomx jinkludu pjanti leguminużi jew pjanti oħra li jipproċessaw in-nitroġenu atmosferiku, ħlief għal dan li ġej:

(a)

xnien f'bur b'inqas minn 50 % ta' xnien u alfalfa;

(b)

alfalfa f'bur b'inqas minn 50 % ta' xnien u alfalfa;

(c)

xgħir u piżelli li jittewqu bil-ħaxix;

5.   L-istandards dwar il-fertilizzazzjonijiet tan-nitroġenu għall-għelejjel li jiġu wara bur temporanju għandhom jitnaqqsu bil-valur tan-nitroġenu tal-għalla preċedenti skont l-Ordni dwar l-użu agrikolu ta' fertilizzant matul il-perjodu tal-ippjanar 2016/2017 Nru 1055 (1/07/16), u l-ordnijiet korrispondenti fil-perjodi ta' ppjanar suċċessivi rigward l-istandards dwar il-fertilizzazzjoni, it-tabella dwar in-normi ta' fertilizzazzjoni għall-għelejjel agrikolu u ħxejjex, u bidliet sussegwenti.

Artikolu 10

Monitoraġġ

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-mapep jitfasslu biex juru dan li ġej:

(a)

il-persentaġġ tal-farms tal-bhejjem tal-ifrat f'kull muniċipalità li huma koperti minn awtorizzazzjonijiet;

(b)

il-persentaġġ tal-bhejjem f'kull muniċipalità li huma koperti minn awtorizzazzjonijiet;

(c)

il-persentaġġ tal-art agrikola f'kull muniċipalità li hija koperta minn awtorizzazzjonijiet;

Dawk il-mapep għandhom jiġu aġġornati kull sena.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru dejta dwar in-newbiet tal-għelejjel u l-prattiki agrikoli koperti minn awtorizzazzjonijiet. Dik id-dejta għandha tiġi aġġornata kull sena.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw l-ilma tar-riżosfera, l-ilmijiet tal-wiċċ u ta' taħt l-art, u għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni dejta dwar in-nitroġenu u l-fosforu fil-profil tal-ħamrija u l-konċentrazzjonijiet tan-nitrati fl-ilmijiet tal-wiċċ u ta' taħt l-art, kemm bil-kundizzjonijiet tad-deroga kif ukoll mingħajr.

Il-monitoraġġ għandu jitwettaq fil-livell tal-farms fil-qafas tal-programm nazzjonali tal-monitoraġġ taż-żoni agrikoli ta' qbid. Is-siti ta' monitoraġġ għandhom ikunu rappreżentattivi tat-tipi ewlenin ta' ħamrija, il-prattiki ta' fertilizzazzjoni prevalenti u l-għelejjel ewlenin. Għandu jitwettaq monitoraġġ rinforzat f'żoni agrikoli ta' qbid fuq ħamrija mrammla.

Barra minn hekk, il-konċentrazzjonijiet tan-nitrati fl-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art għandhom jiġu sorveljati f'mill-inqas 3 % tal-farms kollha li jibbenefikaw minn awtorizzazzjonijiet.

3.   L-awtoritajiet għandhom iwettqu stħarriġiet u analiżi kontinwa tan-nutrijenti fil-programm nazzjonali ta' monitoraġġ taż-żoni agrikoli ta' qbid u għandhom jipprovdu dejta dwar l-użu tal-art fil-livell lokali, in-newbiet tal-għelejjel u l-prattiki agrikoli fuq farms tal-bhejjem tal-ifrat li jibbenefikaw minn awtorizzazzjoni.

L-Informazzjoni u d-dejta miġbura mill-analiżi tan-nutrijenti kif imsemmi fl-Artikolu 7 u mill-monitoraġġ kif imsemmi fl-Artikolu 10(2) għandhom jintużaw għall-kalkoli bbażati fuq mudelli tat-telf tan-nitroġenu u tal-fosfru mill-farms tal-bhejjem tal-ifrat li jibbenefikaw minn awtorizzazzjoni fuq il-bażi ta' prinċipji xjentifiċi.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkwantifikaw il-persentaġġi tal-art taħt deroga koperta:

(a)

bis-silla jew bl-alfalfa f'bur;

(b)

xgħir u piżelli li jittewqu bil-ħaxix.

Artikolu 11

Verifika

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet jitressqu għal kontroll amministrattiv. Meta l-kontroll juri li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 7, 8 u 9 ma jiġux issodisfati mill-applikant, l-applikazzjoni għandha tkun rifjutata u l-applikant għandu jiġi informat bir-raġunijiet għar-rifjut.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu programm ta' spezzjonijiet ta' farms li jibbenefikaw minn awtorizzazzjonijiet.

Dan il-programm għandu jkun ibbażat fuq analiżi tar-riskju filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-kontrolli tas-snin preċedenti fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 7, 8 u 9 u r-riżultati tal-kontrolli ta' konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 91/676/KEE.

3.   L-ispezzjonijiet għandhom jikkonsistu minn spezzjonijiet fuq il-post u kontroll fuq il-post għall-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7, 8 u 9 u għandhom ikopru kull sena mill-inqas 7 % tal-farms li jibbenefikaw minn awtorizzazzjoni. Meta jkun instab li farm ma jikkonformax ma' dawn il-kundizzjonijiet, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiġi mmultat skont il-liġi nazzjonali u m'għandux ikun eliġibbli għal awtorizzazzjoni s-sena ta' wara.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat u l-mezzi meħtieġa biex jivverifikaw il-konformità mal-kundizzjonijiet tad-deroga mogħtija skont din id-Deċiżjoni.

Artikolu 12

Rappurtar

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, kull sena u mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru, jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

mapep li juru l-persentaġġ tal-farms tal-bhejjem tal-ifrat, il-persentaġġ ta' bhejjem, il-persentaġġ tal-art agrikola koperta b'derogi individwali għal kull muniċipalità, kif ukoll mapep dwar l-użu tal-art fil-livell lokali, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1);

(b)

ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-ilma tal-pjan u l-ilma tal-wiċċ, fir-rigward tal-konċentrazzjonijiet tan-nitrati u tal-fosforu, inkluża l-informazzjoni dwar ix-xejriet fil-kwalità tal-ilma, kemm jekk bil-kundizzjonijiet ta' deroga kif ukoll jekk le, flimkien mal-impatt tad-deroga fuq il-kwalità tal-ilma, kif imsemmi fl-Artikolu 10(2);

(c)

ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-ħamrija fir-rigward tal-konċentrazzjonijiet tan-nitroġenu u tal-fosforu fuq l-ilma tar-riżosfera, kemm bil-kundizzjonijiet tad-deroga kif ukoll bla deroga, kif imsemmi fl-Artikolu 10(2);

(d)

ir-riżultati tal-istħarriġiet dwar l-użu tal-art fil-livell lokal, in-newbiet tal-għelejjel u l-prattiki agrikoli, imsemmija fl-Artikolu 10(3);

(e)

ir-riżultati ta' kalkoli bbażati fuq mudelli ta' kemm hu kbir it-telf tan-nitroġenu u tal-fosforu minn farms li jibbenefikaw minn awtorizzazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 10(3);

(f)

tabelli li juru l-persentaġġ ta' art agrikola taħt deroga koperta bix-xnien jew bl-alfalfa f'bur u bix-xgħir/bil-piżelli li jittewqu bil-ħaxix, kif imsemmi fl-Artikolu 10(4);

(g)

evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet tad-deroga, fuq il-bażi ta' kontrolli fil-livell tal-farms u ta' informazzjoni dwar il-farms li mhumiex konformi, abbażi tar-riżultati tal-ispezzjonijiet amministrattivi u fuq il-post, kif imsemmi fl-Artikolu 11;

(h)

ix-xejriet fl-għadd ta' bhejjem għal kull kategorija ta' bhejjem fid-Danimarka u fil-farms tad-deroga.

Id-dejta ġeografika fir-rapport għandha, fejn applikabbli, tissodisfa d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/2/KE. Fejn xieraq, fil-ġbir tad-dejta meħtieġa d-Danimarka għandha tagħmel użu mill-informazzjoni ġġenerata taħt is-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll stabbilita skont l-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Artikolu 13

Perjodu ta' Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2018.

Artikolu 14

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/915/KE tat-18 ta' Novembru 2002 dwar talba għal deroga skont il-paragrafu 2(b) tal-Anness III u l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 319, 23.11.2002, p. 24).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/294/KE tal-5 ta' April 2005 dwar talba għal deroga skont il-punt 2(b) tal-Anness III u l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 94, 13.4.2005, p. 34).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/664/KE tat-8 ta' Awwissu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/294/KE dwar talba għal deroga skont il-punt 2(b) tal-Anness III u l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 217, 13.8.2008, p. 16).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/659/UE tat-23 ta' Ottubru 2012 li tagħti deroga mitluba mir-Renju tad-Danimarka skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 295, 25.10.2012, p. 20).

(6)  L-Aġenzija Daniża għall-Protezzjoni tal-Ambjent (ed.), L-istatus u x-xejriet tal-ambjent akkwatiku u tal-prattika agrikola fid-Danimarka, Rapport għall-Kummissjoni Ewropea għall-perjodu 2012–2015 skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva dwar in-Nitrati (1991/676/KEE), Settembru 2016.

(7)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1)

(8)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).


18.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/848

tas-17 ta' Mejju 2017

li tistabbilixxi kriterji u standards metodoloġiċi ta' status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar, kif ukoll speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/477/UE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika dwar l-ambjent marin (id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(3) u 11(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/477/UE (2) stabbiliet kriterji li jridu jintużaw mill-Istati Membri sabiex jiddeterminaw l-istatus ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar tagħhom u sabiex jiggwidaw il-valutazzjonijiet tagħhom ta' dak l-istatus fl-ewwel ċiklu ta' implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/56/KE.

(2)

Id-Deċiżjoni 2010/477/UE rrikonoxxiet li fil-każ ta' xi deskritturi kwalitattivi kien meħtieġ iktar progress tekniku u xjentifiku biex jiġu sostnuti l-iżvilupp jew ir-reviżjoni ta' dawk il-kriterji, u li kien hemm bżonn ukoll jiġu żviluppati iktar l-istandards metodoloġiċi b'koordinazzjoni mill-qrib mat-twaqqif tal-programmi ta' monitoraġġ. Barra minn hekk, dik id-Deċiżjoni ddikjarat li jkun xieraq li r-reviżjoni tagħha ssir mill-aktar fis possibbli wara li titlesta l-valutazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2008/56/KE biex bl-appoġġ tal-istess reviżjoni jilħaq jitlesta l-aġġornament tal-istrateġiji marini li huma dovuti sal-2018, skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/56/KE.

(3)

Fl-2012, abbażi tal-valutazzjoni inizjali tal-ilmijiet tal-baħar tagħhom magħmula skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/56/KE, l-Istati Membri rrapportaw l-istatus ambjentali tal-ilmijiet tal-baħar tagħhom u nnotifikaw lill-Kummissjoni d-determinazzjoni tagħhom ta' status ambjentali tajjeb u l-miri ambjentali tagħhom skont l-Artikoli 9(2) u 10(2) tad-Direttiva 2008/56/KE, rispettivament. Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni (3) ta' dawk ir-rapporti tal-Istati Membri, imwettqa skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2008/56/KE, enfasizzat li jekk l-Istati Membri jridu jilħqu status ambjentali tajjeb sal-2020, kienu meħtieġa aktar sforzi u b'mod urġenti. Ir-riżultati wrew il-ħtieġa li jittejbu b'mod sinifikanti l-kwalità u l-koerenza tad-determinazzjoni ta' status ambjentali tajjeb mill-Istati Membri. Barra minn hekk, il-valutazzjoni rrikonoxxiet li l-kooperazzjoni reġjonali għandha tkun fil-qalba tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/56/KE. Hija enfasizzat ukoll il-ħtieġa li l-Istati Membri jibnu b'mod aktar sistematiku fuq standards li joħorġu mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew, meta dawn ma jkunux jeżistu, fuq l-istandards stabbiliti mill-Konvenzjonijiet dwar l-Ibħra Reġjonali jew ftehimiet internazzjonali oħrajn.

(4)

Sabiex ikun żgurat li t-tieni ċiklu tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji marini tal-Istati Membri jkompli jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva 2008/56/KE u jrendi determinazzjonijiet aktar konsistenti ta' status ambjentali tajjeb, fir-rapport tagħha dwar l-ewwel fażi tal-implimentazzjoni l-Kummissjoni rrakkomandat li, fil-livell tal-Unjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkollaboraw flimkien sabiex jirrevedu, isaħħu u jtejbu d-Deċiżjoni 2010/477/UE, billi jimmiraw għal sett aktar ċar, sempliċi, konċiż, koerenti u komparabbli ta' kriterji ta' status ambjentali tajjeb u standards metodoloġiċi u, fl-istess ħin, janalizzaw l-Anness III tad-Direttiva 2008/56/KE u, jekk ikun meħtieġ, jirreveduh, kif ukoll jiżviluppaw gwida speċifika sabiex jiżguraw approċċ aktar koerenti u konsistenti għall-valutazzjonijiet fiċ-ċiklu ta' implimentazzjoni li jmiss.

(5)

Abbażi ta' dawk il-konklużjonijiet, il-proċess ta' rieżami beda fl-2013 meta kien approvat pjan direzzjonali, li jikkonsisti f'diversi fażijiet (tekniċi u xjentifiċi, konsultazzjoni u teħid ta' deċiżjonijiet), mill-Kumitat Regolatorju stabbilit skont l-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 2008/56/KE. Matul dan il-proċess, il-Kummissjoni kkonsultat lill-partijiet interessati kollha, inklużi l-Konvenzjonijiet dwar l-Ibħra Reġjonali.

(6)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-aġġornamenti futuri tal-valutazzjoni inizjali tal-ilmijiet tal-baħar tal-Istati Membri u d-determinazzjoni tagħhom ta' status ambjentali tajjeb, kif ukoll sabiex tiġi żgurata koerenza akbar fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/56/KE madwar l-Unjoni, jeħtieġ li jiġu kkjarifikati, riveduti jew introdotti kriterji, standards metodoloġiċi, speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati li jridu jintużaw mill-Istati Membri, imqabbla mal-elementi li huma stabbiliti bħalissa fid-Deċiżjoni 2010/477/UE. B'riżultat ta' dan, l-għadd ta' kriterji li jeħtieġ li jimmonitorjaw u jivvalutaw l-Istati Membri għandu jitnaqqas, filwaqt li jiġi applikat approċċ ibbażat fuq ir-riskji għal dawk li jinżammu sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiffokaw l-isforzi tagħhom fuq il-pressjonijiet antropoġeniċi ewlenin li jaffettwaw l-ilmijiet tagħhom. Fl-aħħar nett, il-kriterji u l-użu tagħhom għandhom jiġu speċifikati ulterjorment, inkluż billi jiġu previsti valuri ta' limitu jew l-iffissar tagħhom, sabiex b'hekk ikun jista' jiġi ddeterminat x'livell ta' status ambjentali tajjeb jkun inkiseb fl-ilmijiet tal-baħar tal-Unjoni.

(7)

F'konformità mal-impenn meħud mill-Kummissjoni meta addottat il-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Regolamentazzjoni aħjar għal riżultati aħjar — Aġenda tal-UE (4), din id-Deċiżjoni għandha tiżgura koerenza ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Sabiex jiġu żgurati konsistenza u komparabbiltà akbar fil-livell tal-Unjoni fir-rigward tad-determinazzjonijiet tal-Istati Membri ta' status ambjentali tajjeb u jiġu evitati d-duplikazzjonijiet bla bżonn, huwa xieraq li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-istandards eżistenti rilevanti u l-metodi għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inklużi d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (5), id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (7), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 (8), id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(8)

Għal kull wieħed mid-deskritturi kwalitattivi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE u abbażi tal-listi indikattivi fl-Anness III ta' dik id-Direttiva, jeħtieġ li jiġu definiti l-kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji u, fejn xieraq, il-valuri ta' limitu, li jridu jintużaw. Il-valuri ta' limitu huma maħsuba biex jikkontribwixxu għad-determinazzjoni min-naħa tal-Istati Membri ta' sett ta' karatteristiċi li jiddefinixxu status ambjentali tajjeb u fil-valutazzjoni tagħhom jindikaw kemm qiegħed jinkiseb status ambjentali tajjeb. Huwa meħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti standards metodoloġiċi, inklużi l-iskali ġeografiċi għall-valutazzjoni u kif għandhom jintużaw il-kriterji. Dawk il-kriterji u l-istandards metodoloġiċi għandhom jiżguraw il-konsistenza u jippermettu li jsir tqabbil, bejn ir-reġjuni jew is-subreġjuni marini, bejn il-valutazzjonijiet dwar kemm qiegħed jinkiseb status ambjentali tajjeb.

(9)

Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà bejn id-dettalji tal-aġġornamenti mill-Istati Membri wara r-rieżamijiet ta' ċerti elementi tal-istrateġiji marini tagħhom, mibgħuta skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2008/56/KE, għandhom jiġu definiti speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards eżistenti fil-livell tal-Unjoni jew internazzjonali, inkluż fil-livell reġjonali u subreġjonali.

(10)

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji, l-istandards metodoloġiċi, l-ispeċifikazzjonijiet u l-metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni stabbiliti f'din id-Deċiżjoni flimkien mal-elementi tal-ekosistema, il-pressjonijiet antropoġeniċi u l-attivitajiet umani elenkati fil-listi indikattivi tal-Anness III tad-Direttiva 2008/56/KE u b'referenza għall-valutazzjoni inizjali magħmula skont l-Artikolu 8(1) ta' dik id-Direttiva, meta jiddeterminaw sett ta' karatteristiċi li jiddefinixxu status ambjentali tajjeb skont l-Artikolu 9(1) ta' dik id-Direttiva u meta jistabbilixxu programmi ta' monitoraġġ ikkoordinati skont l-Artikolu 11 ta' dik id-Direttiva.

(11)

Sabiex tiġi stabbilita rabta ċara bejn id-determinazzjoni ta' sett ta' karatteristiċi għal status ambjentali tajjeb u l-valutazzjoni tal-progress lejn il-kisba tiegħu, huwa xieraq li l-kriterji u l-istandards metodoloġiċi jiġu organizzati fuq il-bażi tad-deskritturi kwalitattivi stipulati fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE, wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-listi indikattivi ta' elementi tal-ekosistemi, pressjonijiet antropoġeniċi u attivitajiet umani stipulati fl-Anness III ta' dik id-Direttiva. Uħud minn dawk il-kriterji u l-istandards metodoloġiċi jirrigwardjaw b'mod partikolari l-valutazzjoni tal-istatus ambjentali jew tal-pressjonijiet u l-impatti predominanti skont il-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/56/KE, rispettivament.

(12)

F'każijiet fejn ma huwa stabbilit ebda valur ta' limitu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu permezz ta' kooperazzjoni subreġjonali, reġjonali jew tal-Unjoni, pereżempju billi jirreferu għall-valuri eżistenti jew jiżviluppaw oħrajn ġodda fil-qafas tal-Konvenzjonijiet dwar l-Ibħra Reġjonali. F'każijiet fejn il-valuri ta' limitu għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni (għad-deskritturi dwar l-iskart fil-baħar, il-ħsejjes taħt l-ilma u l-integrità ta' qiegħ il-baħar), dan isir fil-qafas tal-Istrateġija Komuni ta' Implimentazzjoni stabbilita mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni għall-finijiet tad-Direttiva 2008/56/KE. Ladarba jiġu stabbiliti permezz ta' kooperazzjoni subreġjonali, reġjonali u tal-Unjoni, dawn il-valuri ta' limitu jsiru biss parti mis-settijiet ta' karatteristiċi tal-Istati Membri ta' status ambjentali tajjeb meta jintbagħtu lill-Kummissjoni bħala parti mir-rapportar tal-Istati Membri skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2008/56/KE. Sakemm jiġu stabbiliti tali valuri ta' limit permezz ta' kooperazzjoni subreġjonali, reġjonali jew tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw valuri ta' limitu nazzjonali, xejriet direzzjonali jew valuri ta' limitu bbażati fuq il-pressjonijiet, bħala indikaturi.

(13)

Il-valuri ta' limitu għandhom jirriflettu, fejn ikun xieraq, il-livell ta' kwalità li jirrifletti l-importanza ta' effett avvers għal kriterju partikolari u għandhom jiġu stabbiliti b'rabta ma' kundizzjoni ta' referenza. Il-valuri ta' limitu għandhom ikunu konsistenti mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u jiġu stabbiliti fi skali ġeografiċi xierqa sabiex ikunu jirriflettu l-karatteristiċi bijotiċi u abijotiċi differenti tar-reġjuni, tas-subreġjuni u tas-subdiviżjonijiet. Dan ifisser li anki jekk il-proċess sabiex jiġu stabbiliti l-valuri ta' limitu jseħħ fil-livell tal-Unjoni, dan jista' jirriżulta fl-iffissar ta' valuri ta' limitu differenti, li jkunu speċifiċi għal reġjun, subreġjun jew subdiviżjoni. Il-valuri ta' limitu għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-prinċipju ta' prekawzjoni, sabiex ikunu jirriflettu r-riskji potenzjali għall-ambjent tal-baħar. L-iffissar tal-valuri ta' limitu għandu jakkomoda n-natura dinamika tal-ekosistemi marini u l-elementi tagħhom, li tista' tinbidel fi spazju u ħin permezz ta' varjazzjoni idroloġika u klimatika, relazzjonijiet bejn il-predaturi u l-priża u fatturi ambjentali oħrajn. Il-valuri ta' limitu għandhom jirriflettu wkoll il-fatt li l-ekosistemi marini jistgħu jirkupraw, jekk ikunu ddeterjoraw, għal stat li jkun jirrifletti kundizzjonijiet fiżjografiċi, ġeografiċi, klimatiċi u bijoloġiċi prevalenti, minflok jerġgħu lura għal stat speċifiku tal-imgħoddi.

(14)

F'konformità mal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2008/56/KE, il-pressjoni kollettiva tal-attivitajiet umani għandha tinżamm fi ħdan livelli kompatibbli mal-kisba ta' status ambjentali tajjeb, sabiex b'hekk jiġi żgurat li l-kapaċità tal-ekosistemi marini li jirrispondu għall-bidliet ikkawżati mill-bniedem ma tkunx kompromessa. Dan jista' jinvolvi, fejn ikun xieraq, li l-valuri ta' limitu għal ċerti pressjonijiet u l-impatti ambjentali tagħhom mhux neċessarjament jintlaħqu fiż-żoni kollha tal-ilmijiet tal-baħar tal-Istati Membri, bil-kundizzjoni li dan ma jikkompromettix il-kisba tal-għanijiet tad-Direttiva 2008/56/KE, filwaqt li jippermettu l-użu sostenibbli ta' prodotti u servizzi marini.

(15)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti valuri ta' limitu li jkunu parti mis-sett ta' karatteristiċi li jintużaw mill-Istati Membri fid-determinazzjoni tagħhom ta' status ambjentali tajjeb f'konformità mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2008/56/KE u l-firxa safejn għandhom jintlaħqu l-valuri ta' limitu. Għalhekk, minnhom infushom, il-valuri ta' limitu ma jikkostitwixxu ebda determinazzjoni ta' status ambjentali tajjeb mill-Istati Membri.

(16)

L-Istati Membri għandhom jesprimu kemm qed jinkiseb status ambjentali tajjeb bħala l-proporzjon tal-ilmijiet tal-baħar tagħhom li fuqhom intlaħqu l-valuri ta' limitu jew bħala l-proporzjon tal-elementi ta' kriterji (l-ispeċijiet, il-kontaminanti, eċċ.) li laħqu l-valuri ta' limitu. Meta jivvalutaw l-istatus tal-ilmijiet tal-baħar tagħhom skont l-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva 2008/56/KE, l-Istati Membri għandhom jindikaw kull bidla fl-istatus sew jekk jitjieb, sew jekk jibqa' stabbli u sew jekk jiddeterjora meta mqabbel mal-perjodu ta' rapportar preċedenti, u dan fid-dawl li l-ambjent tal-baħar idum ma jirrispondi għall-bidliet li jseħħu.

(17)

Meta l-valuri ta' limitu, stabbiliti f'konformità ma' din id-Deċiżjoni, ma jiġux issodisfati għal kriterju partikolari, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jieħdu miżuri xierqa jew li jwettqu riċerka jew investigazzjoni ulterjuri.

(18)

Meta l-Istati Membri jintalbu jikkooperaw fil-livell reġjonali jew subreġjonali, huma għandhom jużaw, fejn ikun prattiku u xieraq, l-istrutturi reġjonali ta' kooperazzjoni istituzzjonali eżistenti, inklużi dawk skont il-Konvenzjonijiet dwar l-Ibħra Reġjonali, kif ipprovdut taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/56/KE. Bl-istess mod, fin-nuqqas ta' kriterji speċifiċi, ta' standards metodoloġiċi (inklużi għall-integrazzjoni tal-kriterji), ta' speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, l-Istati Membri, fejn ikun prattiku u xieraq, għandhom ikomplu jibnu fuq dawk żviluppati f'livell subreġjonali, reġjonali jew internazzjonali, pereżempju fil-qafas tal-Konvenzjonijiet dwar l-Ibħra Reġjonali, jew mekkaniżmi internazzjonali oħrajn. Inkella, jekk ikun il-każ, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jikkoordinaw bejniethom fil-qafas tar-reġjun jew is-subreġjun speċifiku. Barra minn hekk, Stat Membru jista' jiddeċiedi wkoll, abbażi tal-ispeċifiċitajiet tal-ilmijiet tal-baħar tiegħu, li jikkunsidra elementi addizzjonali mhux stipulati f'din id-Deċiżjoni u mhux indirizzati f'livell subreġjonali, reġjonali jew internazzjonali, jew li jikkunsidra li japplika l-elementi ta' din id-Deċiżjoni għall-ilmijiet ta' tranżizzjoni tiegħu, kif definit fl-Artikolu 2(6) tad-Direttiva 2000/60/KE, b'sostenn għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/56/KE.

(19)

L-Istati Membri għandu jkollhom biżżejjed flessibbiltà, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, sabiex jiffokaw fuq il-pressjonijiet predominanti u l-impatti ambjentali tagħhom fuq l-elementi tal-ekosistema differenti f'kull reġjun jew subreġjun bil-għan li jimmonitorjaw u jivvalutaw l-ilmijiet tal-baħar tagħhom b'mod effikaċi u effettiv u jiffaċilitaw il-prijoritizzazzjoni tal-azzjonijiet li jridu jittieħdu sabiex jinkiseb status ambjentali tajjeb. Għal dak il-għan, l-ewwel nett, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jqisu wħud mill-kriterji bħala mhux xierqa li jiġu applikati, dejjem jekk ikunu f'qagħda li jiġġustifikaw il-fehma tagħhom. It-tieni nett, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jiddeċiedu li ma jużawx ċerti elementi ta' kriterji jew li jagħżlu elementi addizzjonali jew li jiffokaw fuq ċerti matriċi jew żoni tal-ilmijiet tal-baħar tagħhom, dejjem jekk dan ikun ibbażat fuq valutazzjoni tar-riskji fir-rigward tal-pressjonijiet u l-impatti tagħhom. Fl-aħħar nett, għandha tiġi introdotta distinzjoni bejn il-kriterji primarji u sekondarji. Filwaqt li għandhom jintużaw kriterji primarji sabiex tkun żgurata l-konsistenza madwar l-Unjoni, għandha tingħata flessibbiltà fir-rigward tal-kriterji sekondarji. L-użu ta' kriterju sekondarju għandu jiġi deċiż mill-Istati Membri, fejn ikun meħtieġ, sabiex jikkumplimenta kriterju primarju jew meta, għal kriterju partikolari, l-ambjent tal-baħar ikun f'riskju li ma jiksibx jew ma jżommx status ambjentali tajjeb.

(20)

Il-kriterji, inklużi l-valuri ta' limitu, l-istandards metodoloġiċi, l-ispeċifikazzjonijiet u l-metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq l-aqwa xjenza disponibbli. Madankollu, għad hemm bżonn ta' aktar progress tekniku u xjentifiku sabiex uħud minn dawn il-kriterji jkomplu jiġu żviluppati, u dan isir billi l-progress jissarraf f'għarfien li jitfa' aktar dawl fuqhom.

(21)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2010/477/UE għandha titħassar.

(22)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi:

(a)

kriterji u standards metodoloġiċi li jridu jintużaw mill-Istati Membri meta jiġu biex jiddeterminaw sett ta' karatteristiċi għal status ambjentali tajjeb f'konformità mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2008/56/KE, abbażi tal-Annessi I u III u b'referenza għall-valutazzjoni inizjali magħmula skont l-Artikolu 8(1) ta' dik id-Direttiva, sabiex jivvalutaw kemm qed jinkiseb status ambjentali tajjeb, f'konformità mal-Artikolu 9(3) ta' dik id-Direttiva;

(b)

speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, li jridu jintużaw mill-Istati Membri meta jistabbilixxu programmi ta' monitoraġġ ikkoordinati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/56/KE, f'konformità mal-Artikolu 11(4) ta' dik id-Direttiva;

(c)

skeda ta' żmien biex jiġu stabbiliti l-valuri ta' limitu, il-listi ta' elementi ta' kriterji u l-istandards metodoloġiċi permezz ta' kooperazzjoni subreġjonali, reġjonali jew tal-Unjoni;

(d)

rekwiżit ta' notifika għall-elementi tal-kriterji, il-valuri ta' limitu u l-istandards metodoloġiċi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/56/KE.

Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“subreġjuni” tfisser is-subreġjuni elenkati fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2008/56/KE;

(2)

“subdiviżjonijiet” tfisser is-subdiviżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2008/56/KE;

(3)

“speċijiet mhux indiġeni invażivi” tfisser “speċijiet aljeni invażivi” skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12);

(4)

“elementi ta' kriterji” tfisser elementi kostitwenti ta' ekosistema, b'mod partikolari l-elementi bijoloġiċi tagħha (l-ispeċijiet, il-ħabitats u l-komunitajiet tagħhom), jew aspetti ta' pressjonijiet fuq l-ambjent tal-baħar (bijoloġiċi, fiżiċi, sustanzi, skart u enerġija), li jiġu vvalutati taħt kull kriterju;

(5)

“valur ta' limitu” jfisser valur jew firxa ta' valuri li jippermettu li ssir valutazzjoni tal-livell ta' kwalità miksub għal kriterju partikolari, li b'hekk jikkontribwixxi għall-valutazzjoni ta' kemm qed jinkiseb status ambjentali tajjeb.

Artikolu 3

L-użu ta' kriterji, standards metodoloġiċi, speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati

1.   L-Istati Membri għandhom jużaw kriterji primarji u l-istandards metodoloġiċi, l-ispeċifikazzjonijiet u l-metodi standardizzati assoċjati stipulati fl-Anness sabiex jimplimentaw din id-Deċiżjoni. Madankollu, abbażi tal-valutazzjoni inizjali jew l-aġġornamenti sussegwenti tagħha mwettqa skont l-Artikoli 8 u 17(2)(a) tad-Direttiva 2008/56/KE, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw, f'ċirkostanzi ġustifikati, li mhuwiex xieraq li jużaw wieħed jew aktar mill-kriterji primarji. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'ġustifikazzjoni fil-qafas tan-notifika magħmula skont l-Artikolu 9(2) jew 17(3) tad-Direttiva 2008/56/KE.

Skont l-obbligu ta' kooperazzjoni reġjonali stabbilit fl-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 2008/56/KE, Stat Membru għandu jinforma lil Stati Membri oħrajn li jikkondividu l-istess reġjun jew subreġjun marin qabel jiddeċiedi li ma jużax kriterju primarju f'konformità mal-ewwel subparagrafu.

2.   Il-kriterji sekondarji u l-istandards metodoloġiċi, l-ispeċifikazzjonijiet u l-metodi standardizzati assoċjati stipulati fl-Anness għandhom jintużaw sabiex jikkumplimentaw kriterju primarju jew meta l-ambjent tal-baħar ikun f'riskju li ma jiksibx jew ma jżommx status ambjentali tajjeb għal dak il-kriterju partikolari. L-użu ta' kriterju sekondarju għandu jiġi deċiż minn kull Stat Membru, ħlief meta jkun speċifikat mod ieħor fl-Anness.

3.   Fejn din id-Deċiżjoni ma tistabbilixxix kriterji, standards metodoloġiċi, speċifikazzjonijiet jew metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni –inkluż għall-aggregazzjoni spazjali u temporali tad-dejta — l-Istati Membri għandhom jużaw, fejn ikun prattiku u xieraq, dawk żviluppati f'livell subreġjonali, reġjonali jew internazzjonali, bħal fil-Konvenzjonijiet dwar l-Ibħra Reġjonali rilevanti.

4.   Sakemm jiġu stabbiliti listi subreġjonali, reġjonali, internazzjonali jew tal-Unjoni ta' elementi tal-kriterji, standards metodoloġiċi u speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jużaw dawk stabbiliti fil-livell nazzjonali, bil-kundizzjoni li tiġi segwita l-kooperazzjoni reġjonali kif stabbilit fl-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 2008/56/KE.

Artikolu 4

L-iffissar ta' valuri ta' limitu permezz ta' kooperazzjoni subreġjonali, reġjonali jew tal-Unjoni

1.   Meta l-Istati Membri jintalbu, skont din id-Deċiżjoni, jistabbilixxu valuri ta' limitu permezz ta' kooperazzjoni subreġjonali, reġjonali jew tal-Unjoni, dawk il-valuri għandhom:

(a)

ikunu parti mis-sett ta' karatteristiċi użati mill-Istati Membri biex jiddeterminaw l-istatus ambjentali tajjeb;

(b)

ikunu konsistenti mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

(c)

fejn ikun xieraq, jiddistingwu l-livell ta' kwalità li jirrifletti l-importanza ta' effett avvers għal kriterju u jiġu stabbiliti b'rabta ma' kundizzjoni ta' referenza;

(d)

jiġu stabbiliti abbażi ta' skali ta' valutazzjoni ġeografika sabiex ikunu jirriflettu l-karatteristiċi bijotiċi u abijotiċi tar-reġjuni, is-subreġjuni u s-subdiviżjonijiet;

(e)

jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-prinċipju ta' prekawzjoni, sabiex ikunu jirriflettu r-riskji potenzjali għall-ambjent tal-baħar;

(f)

ikunu konsistenti fost il-kriterji differenti meta jkunu jirrigwardaw l-istess element tal-ekosistema;

(g)

jagħmlu użu mill-aqwa xjenza disponibbli;

(h)

ikunu bbażati fuq serje ta' dejta fuq terminu twil ta' żmien, fejn disponibbli, sabiex jgħinu fid-determinazzjoni tal-aktar valur xieraq;

(i)

ikunu jirriflettu d-dinamika tal-ekosistema naturali, inklużi r-relazzjonijiet bejn il-predaturi u l-priża u l-varjazzjoni idroloġika u klimatika, filwaqt li jirrikonoxxu wkoll li l-ekosistema jew partijiet minnha jkunu jistgħu jirkupraw, jekk jiddeterjoraw, għal stat li jkun jirrifletti kundizzjonijiet fiżjografiċi, ġeografiċi, klimatiċi u bijoloġiċi prevalenti, minflok jerġgħu lura għal stat speċifiku tal-imgħoddi;

(j)

meta prattiku u xieraq, ikunu konsistenti mal-valuri rilevanti skont strutturi reġjonali ta' kooperazzjoni istituzzjonali, inklużi l-Konvenzjonijiet dwar l-Ibħra Reġjonali.

2.   Sakemm l-Istati Membri jistabbilixxu valuri ta' limitu permezz ta' kooperazzjoni subreġjonali, reġjonali jew tal-Unjoni kif mitlub skont din id-Deċiżjoni, huma jistgħu jużaw kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin sabiex jesprimu kemm qed jinkiseb status ambjentali tajjeb:

(a)

il-valuri ta' limitu nazzjonali, dejjem jekk l-obbligu ta' kooperazzjoni reġjonali stabbilit fl-Artikolu 5 u 6 tad-Direttiva 2008/56/KE ikun ġie osservat;

(b)

ix-xejriet direzzjonali tal-valuri;

(c)

il-valuri ta' limitu bbażati fuq il-pressjonijiet, bħala indikaturi.

Meta possibbli dawn għandhom jirmxu mal-prinċipji stabbiliti fil-punti minn (a) sa (i) tal-paragrafu Nru 1.

3.   Meta l-valuri ta' limitu, inklużi dawk stabbiliti mill-Istati Membri f'konformità ma' din id-Deċiżjoni, ma jiġux issodisfati għal kriterju partikolari sal-punt li dak l-Istat Membru jkun iddetermina bħala li jikkostitwixxi status ambjentali tajjeb skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2008/56/KE, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw, kif xieraq, jekk għandhomx jittieħdu miżuri skont l-Artikolu 13 ta' dik id-Direttiva jew jekk għandhiex titwettaq riċerka jew investigazzjoni ulterjuri.

4.   Il-valuri ta' limitu stabbiliti mill-Istati Membri f'konformità ma' din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu riveduti perjodikament fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku u jiġu emendati, fejn ikun meħtieġ, fil-ħin sabiex ikunu jistgħu jsiru r-rieżamijiet previsti fl-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva 2008/56/KE.

Artikolu 5

L-iskeda taż-żmien

1.   Meta din id-Deċiżjoni tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu, listi ta' elementi ta' kriterji jew standards metodoloġiċi permezz ta' kooperazzjoni subreġjonali, reġjonali jew tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jagħmlu dan fil-limitu ta' żmien stabbilit għall-ewwel rieżami tal-valutazzjoni inizjali tagħhom u biex jiddeterminaw l-istatus ambjentali tajjeb skont l-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva 2008/56/KE (il-15 ta' Lulju 2018).

2.   Meta l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jistabbilixxu valuri ta' limitu, listi ta' elementi ta' kriterji jew standards metodoloġiċi permezz ta' kooperazzjoni subreġjonali, reġjonali jew tal-Unjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 1, huma għandhom jistabbilixxu dawn mill-aktar fis possibbli wara tali limitu ta' żmien, bil-kundizzjoni li jipprovdu, sal-15 ta' Ottubru 2018, ġustifikazzjoni lill-Kummissjoni fin-notifika magħmula skont l-Artikolu 9(2) jew 17(3) tad-Direttiva 2008/56/KE.

Artikolu 6

Notifika

Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, bħala parti min-notifika magħmula skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2008/56/KE, l-elementi tal-kriterji, il-valuri ta' limitu u l-istandards metodoloġiċi stabbiliti permezz ta' kooperazzjoni subreġjonali, reġjonali jew tal-Unjoni f'konformità ma' din id-Deċiżjoni, li jiddeċiedi li juża bħala parti minn sett ta' karatteristiċi biex jiddetermina l-istatus ambjentali tajjeb skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2008/56/KE.

Artikolu 7

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2010/477/UE hija b'dan imħassra.

Ir-referenzi għad-Deċiżjoni 2010/477/UE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/477/UE tal-1 ta' Settembru 2010 dwar kriterji u standards metodoloġiċi għal status ambjentali tajjeb ta' ilmijiet tal-baħar (ĠU L 232, 2.9.2010, p. 14).

(3)  Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew — L-ewwel fażi ta' implimentazzjoni tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (2008/56/KE) — Il-valutazzjoni u l-gwida tal-Kummissjoni Ewropea (COM(2014) 97 final, 20.2.2014).

(4)  COM(2015) 215 final.

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(6)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).

(9)  Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards ta' kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84).

(10)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).


ANNESS

Il-kriterji u l-istandards metodoloġiċi ta'status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar, rilevanti għad-deskritturi kwalitattivi fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE u għal-listi indikattivi stabbiliti fl-Anness III ta' dik id-Direttiva, kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet u l-metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

Dan l-Anness huwa strutturat f'żewġ partijiet:

fl-Ewwel Parti hemm stipulati l-kriterji u l-istandards metodoloġiċi biex jiġi ddeterminat l-istatus ambjentali tajjeb skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2008/56/KE, u l-ispeċifikazzjonijiet u l-metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni skont l-Artikolu 11(4) ta' dik id-Direttiva, li jridu jintużaw mill-Istati Membri fir-rigward tal-valutazzjoni tal-pressjonijiet u l-impatti predominanti skont l-Artikolu 8(1)(b) tad-Direttiva 2008/56/KE,

fit-Tieni Parti huma stipulati l-kriterji u l-istandards metodoloġiċi biex jiġi ddeterminat l-istatus ambjentali tajjeb skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2008/56/KE u l-ispeċifikazzjonijiet u l-metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni li jridu jintużaw mill-Istati Membri fir-rigward tal-valutazzjoni tal-istatus ambjentali skont l-Artikolu 8(1)(a) tad-Direttiva 2008/56/KE.

L-EWWEL PARTI

Kriterji, standards metodoloġiċi, speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-pressjonijiet u l-impatti predominanti skont il-punt (b) tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/56/KE

L-Ewwel Parti tikkunsidra d-deskritturi (1) marbuta mal-pressjonijiet antropoġeniċi rilevanti: pressjonijiet bijoloġiċi (Deskritturi 2 u 3), pressjonijiet fiżiċi (Deskritturi 6 u 7) u s-sustanzi, l-iskart u l-enerġija (Deskritturi 5, 8, 9, 10 u 11), kif elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2008/56/KE.

Deskrittur 2

L-ispeċijiet mhux indiġeni introdotti minn attivitajiet umani huma f'livelli li ma jbiddlux negattivament l-ekosistemi

Pressjoni rilevanti: L-input jew it-tixrid ta' speċijiet mhux indiġeni

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

Speċijiet mhux indiġeni introdotti riċentament.

D2C1 — Primarju:

L-għadd ta' speċijiet mhux indiġeni li ġew introdotti riċentament permezz ta' attività umana fis-selvaġġ, għal kull perjodu ta' valutazzjoni (6 snin), imkejjel mis-sena ta' referenza kif irrapportata għall-valutazzjoni inizjali skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/56/KE, huwa minimizzat u, fejn possibbli, jitnaqqas għal żero.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valur ta' limitu għall-għadd ta' introduzzjonijiet ġodda ta' speċijiet mhux indiġeni, permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Is-subdiviżjonijiet tar-reġjun jew tas-subreġjun, diviżi, fejn meħtieġ, minn konfini nazzjonali.

L-użu tal-kriterji:

L-indikazzjoni ta' kemm inkiseb status ambjentali tajjeb għandha tiġi espressa għal kull żona vvalutata kif ġej:

l-għadd ta' speċijiet mhux indiġeni introdotti riċentament permezz ta' attività umana, fil-perjodu ta' valutazzjoni ta' 6 snin u lista ta' dawk l-ispeċijiet.

L-ispeċijiet mhux indiġeni stabbiliti, b'mod partikolari l-ispeċijiet mhux indiġeni invażivi, li jinkludu l-ispeċijiet rilevanti fuq il-lista ta' speċijiet aljeni invażivi ta' tħassib għall-Unjoni adottati skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 u l-ispeċijiet li huma rilevanti għall-użu skont il-kriterju D2C3.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dik il-lista permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

D2C2 — Sekondarju:

L-abbundanza u d-distribuzzjoni spazjali ta' speċijiet mhux indiġeni stabbiliti, b'mod partikolari ta' speċijiet invażivi, li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għal effetti negattivi fuq gruppi ta' speċijiet partikolari jew tipi ta' ħabitats wiesgħa.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Kif użata għall-valutazzjoni tal-gruppi ta' speċijiet korrispondenti jew tat-tipi ta' ħabitats wiesgħa skont id-Deskritturi 1 u 6.

L-użu tal-kriterji:

Il-kriterju D2C2 (kwantifikazzjoni tal-ispeċijiet mhux indiġeni) għandu jiġi espress għal kull speċi vvalutat u għandu jikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-kriterju D2C3 (effetti negattivi ta' speċijiet mhux indiġeni).

Il-kriterju D2C3 għandu jipprovdi l-proporzjon għal kull grupp ta' speċijiet u l-firxa għal kull tip ta' ħabitat wiesa' vvalutat, li jiġi mibdul b'mod negattiv, u b'hekk jikkontribwixxi għall-valutazzjonijiet tagħhom skont id-Deskritturi 1 u 6.

Il-gruppi ta' speċijiet u t-tipi ta' ħabitats wiesgħa li huma f'riskju minn speċijiet mhux indiġeni, magħżula minn fost dawk użati għad-Deskritturi 1 u 6.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dik il-lista permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

D2C3 — Sekondarju:

Il-proporzjon tal-grupp ta' speċijiet jew tal-firxa spazjali tat-tip ta' ħabitat wiesa' li jinbidlu b'mod negattiv minħabba speċijiet mhux indiġeni, b'mod partikolari speċijiet mhux indiġeni invażivi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valuri ta' limitu għat-tibdil negattiv fil-gruppi ta' speċijiet u fit-tipi ta' ħabitats wiesgħa minħabba speċijiet mhux indiġeni, permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

1.

Speċijiet mhux indiġeni “introdotti riċentament” għandhom jinftiehmu bħala dawk li ma kinux magħrufa bħala preżenti fiż-żona fil-perjodu ta' valutazzjoni preċedenti.

2.

Speċijiet mhux indiġeni “stabbiliti” għandhom jinftiehmu bħala dawk li kienu magħrufa bħala preżenti fiż-żona fil-perjodu ta' valutazzjoni preċedenti.

3.

Għal D2C1: meta ma jkunx ċar jekk il-wasla ġdida ta' speċijiet mhux indiġeni hijiex dovuta għal attività umana jew irriżultatx kawża ta' tixrid naturali minn żoni ġirien, l-introduzzjoni għandha tiġi magħduda taħt D2C1.

4.

Għal D2C2: meta l-okkorrenza u l-abbundanza tal-ispeċijiet ikunu varjabbli skont l-istaġun (eż. l-plankton), il-monitoraġġ tul is-sena għandu jsir fiż-żmien opportun.

5.

Il-programmi ta' monitoraġġ għandhom ikunu marbuta ma' dawk għad-Deskritturi 1, 4, 5 u 6, fejn possibbli, minħabba li dawn tipikament jużaw l-istess metodi ta' teħid ta' kampjuni u huwa aktar prattiku li l-ispeċijiet mhux indiġeni jiġu mmonitorjati bħala parti minn monitoraġġ usa' tal-bijodiversità, għajr fejn it-teħid tal-kampjuni jkun jeħtieġ jiffoka fuq vetturi ewlenin u żoni ta' riskju għal introduzzjonijiet ġodda.

Unitajiet tal-kejl għall-kriterji:

D2C1: l-għadd ta' speċijiet għal kull qasam ta' valutazzjoni li ġew introdotti riċentament fil-perjodu ta' valutazzjoni (6 snin),

D2C2: l-abbundanza (l-għadd ta' individwi, il-bijomassa f'tunnellati (t) jew il-firxa f'kilometri kwadri (km2)) għal kull speċi mhux indiġena,

D2C3: il-proporzjon tal-grupp ta' speċijiet (il-proporzjon ta' speċijiet indiġeni għal speċijiet mhux indiġeni, bħala l-għadd ta' speċijiet u/jew l-abbundanza tagħhom fi ħdan il-grupp) jew tal-firxa spazjali tat-tip ta' ħabitat wiesa' (f'kilometri kwadri (km2)) li jinbidel b'mod negattiv

Deskrittur 3

Il-popolazzjonijiet tal-ħut u l-frott tal-baħar kollu li jiġi sfruttat b'mod kummerċjali huma fi ħdan limiti bijoloġiċi sikuri, li għandhom età tal-popolazzjoni u distribuzzjoni tad-daqs indikattivi ta' stokk b'saħħtu

Pressjoni rilevanti: L-estrazzjoni ta' speċijiet selvaġġi, inklużi speċijiet fil-mira u dawk mhux fil-mira, jew inkella mortalità/dannu

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

Ħut u frott tal-baħar sfruttat b'mod kummerċjali.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali, lista ta' ħut u frott tal-baħar li jiġi sfruttat b'mod kummerċjali, skont il-kriterji stipulati taħt “speċifikazzjonijiet”.

D3C1 — Primarju:

Ir-rata ta' Mortalità mis-sajd ta' popolazzjonijiet ta' speċijiet li jiġu sfruttati b'mod kummerċjali hija f'livelli jew taħt livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli (MSY). Il-korpi xjentifiċi xierqa għandhom jiġu kkonsultati skont ma jgħid l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Il-popolazzjonijiet ta' kull speċi huma vvalutati fi skali ekoloġikament rilevanti f'kull reġjun jew subreġjun, kif stabbilit minn korpi xjentifiċi xierqa msemmija fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, abbażi tal-aggregazzjonijiet speċifikati taż-żoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), tas-sub-żoni ġeografiċi tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM) u taż-żoni tas-sajd tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan.

L-użu tal-kriterji:

L-indikazzjoni ta' kemm inkiseb status ambjentali tajjeb għandha tiġi espressa għal kull żona vvalutata kif ġej:

(a)

il-popolazzjonijiet ivvalutati, il-valuri miksuba għal kull kriterju u jekk il-livelli għal D3C1 u D3C2 u l-valuri ta' limitu għal D3C3 inkisbux u l-istatus globali tal-popolazzjoni abbażi tar-regoli dwar l-integrazzjoni tal-kriterji maqbula fil-livell tal-Unjoni;

(b)

il-popolazzjonijiet ta' speċijiet li jiġu sfruttati b'mod kummerċjali fiż-żona tal-valutazzjoni li ma kinux ivvalutati.

L-eżiti ta' dawn il-valutazzjonijiet tal-popolazzjonijiet għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-valutazzjonijiet skont id-Deskritturi 1 u 6, jekk l-ispeċijiet ikunu rilevanti għall-valutazzjoni ta' gruppi ta' speċijiet u tipi ta' ħabitats ta' qiegħ il-baħar partikolari.

D3C2 (2) — Primarju:

Il-Bijomassa ta' Stokk Riproduttiv ta' popolazzjonijiet ta' speċijiet li jiġu sfruttati b'mod kummerċjali hija 'l fuq mil-livelli ta' bijomassa li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli. Il-korpi xjentifiċi xierqa għandhom jiġu kkonsultati skont ma jgħid l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

D3C3 (2)  (3) — Primarju:

Id-distribuzzjoni tad-daqs u l-età ta' individwi fil-popolazzjonijiet ta' speċijiet sfruttati b'mod kummerċjali titfa' dawl dwar kemm popolazzjoni tkun f'saħħitha. Din għandha tinkludi proporzjon għoli ta' individwi kbar fl-età/fid-daqs u effetti negattivi mill-inqas mill-isfruttament fuq id-diversità ġenetika.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali għal kull popolazzjoni ta' speċi f'konformità mal-pariri xjentifiċi miksuba skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

L-estrazzjoni ta' speċijiet mhux sfruttata għall-kummerċ (qabdiet aċċessorji), jew inkella mortalità/dannu, bħala riżultat tal-attivitajiet tas-sajd, jiġu indirizzati skont il-kriterju D1C1.

Id-disturbi fiżiċi f'qiegħ il-baħar, inklużi l-effetti fuq il-komunitajiet ta' qiegħ il-baħar, bħala riżultat tal-attivitajiet tas-sajd, huma indirizzati mill-kriterji skont id-Deskrittur 6 (b'mod partikolari l-kriterji D6C2 u D6C3) u għandhom jiġu inkorporati fil-valutazzjonijiet tat-tipi ta' ħabitats ta' qiegħ il-baħar skont id-Deskritturi 1 u 6.

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

1.

Għandha tiġi stabbilita lista ta' speċijiet sfruttati b'mod kummerċjali għall-applikazzjoni tal-kriterji f'kull żona tal-valutazzjoni mill-Istati Membri permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali u din għandha tiġi aġġornata għal kull perjodu ta' valutazzjoni ta' 6 snin, wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (4) u dan li ġej:

(a)

l-istokkijiet kollha li huma ġestiti skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)

l-ispeċijiet li l-opportunitajiet ta' sajd għalihom (il-kwoti u l-qabdiet totali permissibbli) huma stabbiliti mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

(c)

l-ispeċijiet li d-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni għalihom huma stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1967/2006;

(d)

l-ispeċijiet taħt il-pjanijiet multiannwali skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(e)

l-ispeċijiet taħt il-pjanijiet ta' ġestjoni nazzjonali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006;

(f)

kwalunkwe speċi importanti fuq skala reġjonali jew nazzjonali għas-sajd kostali lokali/fuq skala żgħira.

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, l-ispeċijiet sfruttati b'mod kummerċjali li mhumiex indiġeni f'kull żona tal-valutazzjoni għandhom jiġu esklużi mil-lista u b'hekk ma jikkontribwixxux għall-kisba ta' status ambjentali tajjeb għad-Deskrittur 3.

2.

Ir-Regolament (KE) Nru 199/2008 jistabbilixxi regoli dwar il-ġbir u l-ġestjoni, fil-qafas tal-programmi pluriennali, ta' dejta bijoloġika, teknika, ambjentali u soċjoekonomika dwar is-settur tas-sajd li għandha tintuża għall-monitoraġġ skont id-Deskrittur 3.

3.

Il-kelma “popolazzjonijiet” għandha tinftiehem bħala t-terminu “stokkijiet” skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

4.

Għal D3C1 u D3C2, għandu japplika dan li ġej:

(a)

għall-istokkijiet ġestiti taħt pjan pluriennali skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, f'sitwazzjonijiet ta' sajd imħallat, il-mortalità mis-sajd fil-mira u l-livelli tal-bijomassa li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli għandhom ikunu konformi mal-pjan pluriennali rilevanti;

(b)

għar-reġjuni tal-Baħar Mediterran u tal-Baħar l-Iswed, jistgħu jintużaw prokuri xierqa.

5.

Għandhom jintużaw il-metodi li ġejjin għall-valutazzjoni:

(a)

Għal D3C1: jekk il-valutazzjonijiet kwantitattivi li jrendu valuri għall-Mortalità mis-sajd ma jkunux disponibbli minħabba inadegwatezzi fid-dejta disponibbli, jistgħu jintużaw varjabbli oħrajn, bħall-proporzjon bejn l-indiċi tal-qabda u l-indiċi tal-bijomassa (“proporzjon ta' qabda/bijomassa”), bħala metodu alternattiv. F'każijiet bħal dawn, għandu jiġi adottat metodu xieraq għall-analiżi tax-xejriet (eż. il-valur attwali jista' jitqabbel mal-medja storika fit-tul);

(b)

Għal D3C2: il-valur ta' limitu użat għandu jkun f'konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Jekk il-valutazzjonijiet kwantitattivi li jrendu valuri għall-Bijomassa ta' Stokk Riproduttiv ma jkunux disponibbli minħabba inadegwatezzi fid-dejta disponibbli, jistgħu jintużaw indiċi relatati mal-bijomassa, bħall-qabda għal kull unità ta' sforz tas-sajd jew l-indiċi ta' abbundanza fl-istħarriġ, bħala metodu alternattiv. F'każijiet bħal dawn, għandu jiġi adottat metodu xieraq għall-analiżi tax-xejriet (eż. il-valur attwali jista' jitqabbel mal-medja storika fit-tul);

(c)

D3C3 għandu jirrifletti l-fatt li l-popolazzjonijiet ta' speċijiet f'saħħithom huma kkaratterizzati minn proporzjon għoli ta' individwi kbar fl-età u fid-daqs. Il-proprjetajiet rilevanti huma dawn li ġejjin:

(i)

id-distribuzzjoni tad-daqs ta' individwi fil-popolazzjoni, espressa bħala:

il-proporzjon ta' ħut akbar mid-daqs medju fil-maturazzjoni sesswali inizjali, jew

il-95 perċentil tad-distribuzzjoni tat-tul tal-ħut ta' kull popolazzjoni, kif osservat permezz ta' servejs minn bastimenti ta' riċerka jew servejs oħrajn;

(ii)

l-effetti ġenetiċi tal-isfruttament tal-ispeċi, bħad-daqs fil-maturazzjoni sesswali inizjali, fejn ikun xieraq u fattibbli.

Jistgħu jintużaw espressjonijiet oħrajn tal-proprjetajiet rilevanti wara l-iżvilupp tekniku u xjentifiku ulterjuri ta' dan il-kriterju.

Unitajiet tal-kejl għall-kriterji:

D3C1: ir-rata annwalizzata tal-mortalità mis-sajd,

D3C2: il-bijomassa f'tunnellati (t) jew l-għadd ta' individwi għal kull speċi, ħlief fejn jintużaw indiċi oħrajn taħt il-punt 5(b),

D3C3: taħt il-punt 5(c): għal (i), l-ewwel inċiż: proporzjon (perċentwal) jew numri, għal (i), it-tieni inċiż: it-tul f'ċentimetri (cm), u għal (ii): it-tul f'ċentimetri (cm).

Deskrittur 5

L-ewtrofikazzjoni indotta mill-bniedem hija minimizzata, speċjalment l-effetti negattivi tagħha, bħat-telf fil-bijodiversità, id-degradazzjoni tal-ekosistema, il-proliferazzjoni ta' algi dannużi u n-nuqqas ta' ossiġenu fl-ilmijiet tal-qiegħ

Pressjonijiet rilevanti: L-input ta' nutrijenti; L-input ta' materja organika

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

Nutrijenti fil-kolonna tal-ilma: Nitroġenu Inorganiku Dissolt (DIN), Nitroġenu Totali (TN), Fosfru Inorganiku Dissolt (DIP), Fosfru Totali (TP).

Fl-ilmijiet kostali, kif użati skont id-Direttiva 2000/60/KE.

lil hinn mill-ilmijiet kostali, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu fil-livell reġjonali jew subreġjonali li ma jużawx wieħed jew diversi minn dawn l-elementi ta' nutrijenti.

D5C1 — Primarju:

Il-konċentrazzjonijiet ta' nutrijenti mhumiex f'livelli li jindikaw effetti ta' ewtrofikazzjoni negattivi.

Il-valuri ta' limitu huma kif ġej:

(a)

fl-ilmijiet kostali, il-valuri stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE;

(b)

lil hinn mill-ilmijiet kostali, valuri konsistenti ma' dawk għall-ilmijiet kostali skont id-Direttiva 2000/60/KE. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawk il-valuri permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali

L-iskala tal-valutazzjoni:

fl-ilmijiet kostali, kif użati skont id-Direttiva 2000/60/KE,

lil hinn mill-ilmijiet kostali, is-subdiviżjonijiet tar-reġjun jew tas-subreġjun, diviżi, fejn ikun meħtieġ, minn konfini nazzjonali.

L-użu tal-kriterji:

L-indikazzjoni ta' kemm inkiseb status ambjentali tajjeb għandha tiġi espressa għal kull żona vvalutata kif ġej:

(a)

il-valuri miksuba għal kull kriterju użat, u stima tal-firxa taż-żona tal-valutazzjoni li fuqha nkisbu l-valuri ta' limitu stabbiliti;

(b)

fl-ilmijiet kostali, il-kriterji għandhom jintużaw f'konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2000/60/KE sabiex jiġi konkluż jekk il-korp tal-ilma huwiex soġġett għal ewtrofikazzjoni (5);

(c)

lil hinn mill-ilmijiet kostali, stima tal-firxa taż-żona (bħala proporzjon (perċentwal)) li ma tkunx soġġetta għal ewtrofikazzjoni (kif indikata mir-riżultati tal-kriterji kollha użati, integrati b'mod maqbul fil-livell tal-Unjoni, imma tal-anqas fil-livell reġjonali jew subreġjonali).

lil hinn mill-ilmijiet kostali, l-użu tal-kriterji sekondarji għandu jiġi maqbul fil-livell reġjonali jew subreġjonali.

L-eżiti tal-valutazzjonijiet għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-valutazzjonijiet għall-ħabitats pelaġiċi skont id-Deskrittur 1 kif ġej:

id-distribuzzjoni u stima tal-firxa taż-żona (bħala proporzjon (perċentwal)) li tkun soġġetta għal ewtrofikazzjoni fil-kolonna tal-ilma (kif indikata minn jekk il-valuri ta' limitu għall-kriterji D5C2, D5C3 u D5C4, meta użati, inkisbux);

L-eżiti tal-valutazzjonijiet għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-valutazzjonijiet għall-ħabitats ta' qiegħ il-baħar skont id-Deskritturi 1 u 6 kif ġej:

id-distribuzzjoni u stima tal-firxa taż-żona (bħala proporzjon (perċentwal)) li tkun soġġetta għal ewtrofikazzjoni f'qiegħ il-baħar (kif indikata minn jekk il-valuri ta' limitu għall-kriterji D5C4, D5C5, D5C6, D5C7 u D5C8, meta użati, inkisbux).

Klorofilla a fil-kolonna tal-ilma

D5C2 — Primarju:

Il-konċentrazzjonijiet ta' klorofilla a mhumiex f'livelli li jindikaw effetti negattivi ta' żieda fil-livell tan-nutrijenti.

Il-valuri ta' limitu huma kif ġej:

(a)

fl-ilmijiet kostali, il-valuri stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE;

(b)

lil hinn mill-ilmijiet kostali, valuri konsistenti ma' dawk għall-ilmijiet kostali skont id-Direttiva 2000/60/KE. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawk il-valuri permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

Proliferazzjoni ta' algi perikolużi (eż. ċjanobatterji) fil-kolonna tal-ilma

D5C3 — Sekondarju:

L-għadd, il-firxa spazjali u t-tul tal-avvenimenti ta' proliferazzjoni ta' algi perikolużi mhumiex f'livelli li jindikaw effetti negattivi ta' żieda fil-livell tan-nutrijenti.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għal dawn il-livelli permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

Limitu fotiku (trasparenza) tal-kolonna tal-ilma

D5C4 — Sekondarju:

Il-limitu fotiku (trasparenza) tal-kolonna tal-ilma ma jitnaqqasx, minħabba f'żidiet fl-algi fl-ilma, għal livell li jindika effetti negattivi ta' żieda fil-livell tan-nutrijenti relatati ma' żidiet fl-algi fl-ilma.

Il-valuri ta' limitu huma kif ġej:

(a)

fl-ilmijiet kostali, il-valuri stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE;

(b)

lil hinn mill-ilmijiet kostali, valuri konsistenti ma' dawk għall-ilmijiet kostali skont id-Direttiva 2000/60/KE. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawk il-valuri permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

Ossiġenu dissolt fil-qiegħ tal-kolonna tal-ilma

D5C5 — Primarji (jista' jiġi sostitwit minn D5C8):

Il-konċentrazzjoni tal-ossiġenu dissolt ma titnaqqasx, minħabba żieda fil-livell tan-nutrijenti, għal livelli li jindikaw effetti negattivi fuq il-ħabitats ta' qiegħ il-baħar (inkluż fuq l-ispeċijiet mobbli u bijota assoċjati) jew effetti oħrajn ta' ewtrofikazzjoni.

Il-valuri ta' limitu huma kif ġej:

(a)

fl-ilmijiet kostali, il-valuri stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE;

(b)

lil hinn mill-ilmijiet kostali, valuri konsistenti ma' dawk għall-ilmijiet kostali skont id-Direttiva 2000/60/KE. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawk il-valuri permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

Makroalgi opportunistiċi ta' ħabitats ta' qiegħ il-baħar

D5C6 — Sekondarju:

L-abbundanza ta' makroalgi opportunistiċi mhijiex f'livelli li jindikaw effetti negattivi ta' żieda fil-livell tan-nutrijenti.

Il-valuri ta' limitu huma kif ġej:

(a)

fl-ilmijiet kostali, il-valuri stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE;

(b)

f'każ li dan il-kriterju jkun rilevanti għal ilmijiet lil hinn mill-ilmijiet kostali, valuri konsistenti ma' dawk għall-ilmijiet kostali skont id-Direttiva 2000/60/KE. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawk il-valuri permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

Il-komunitajiet ta' makrofiti (algi u ħaxix tal-baħar perenni, bħal ħabaq tal-baħar, ħaxixet is-sallura u ħaxixet Nettunu) tal-ħabitats ta' qiegħ il-baħar

D5C7 — Sekondarju:

Il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet u l-abbundanza relattiva jew id-distribuzzjoni tal-fond tal-komunitajiet ta' makrofiti jiksbu valuri li jindikaw li ma hemm ebda effett negattiv minħabba żieda fil-livell tan-nutrijenti, inkluż permezz ta' tnaqqis fit-trasparenza tal-ilma, kif ġej:

(a)

fl-ilmijiet kostali, il-valuri stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE;

(b)

f'każ li dan il-kriterju jkun rilevanti għal ilmijiet lil hinn mill-ilmijiet kostali, valuri konsistenti ma' dawk għall-ilmijiet kostali skont id-Direttiva 2000/60/KE. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawk il-valuri permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

Komunitajiet ta' makrofawna ta' ħabitats ta' qiegħ il-baħar

D5C8 — Sekondarji (ħlief meta jintuża bħala sostitut għal D5C5):

Il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet u l-abbundanza relattiva tal-komunitajiet ta' makrofawna biex jinkisbu valuri li jindikaw li ma hemm ebda effett negattiv minħabba arrikkiment organiku u tan-nutrijenti, kif ġej:

(a)

fl-ilmijiet kostali, il-valuri għall-elementi tal-kwalità bijoloġika ta' qiegħ il-baħar stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE;

(b)

lil hinn mill-ilmijiet kostali, valuri konsistenti ma' dawk għall-ilmijiet kostali skont id-Direttiva 2000/60/KE. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawk il-valuri permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

1.

Fl-ilmijiet kostali, l-elementi tal-kriterji għandhom jintgħażlu f'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE.

2.

Barra minn hekk, għal D5C2 u D5C3, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-kompożizzjoni u l-abbundanza tal-ispeċijiet ta' fitoplankton.

3.

Għandha tinġabar informazzjoni dwar il-mogħdijiet (ibbażati fl-atmosfera, fuq l-art jew fil-baħar) għan-nutrijenti li jidħlu fl-ambjent tal-baħar, fejn ikun fattibbli.

4.

Il-monitoraġġ lil hinn mill-ilmijiet kostali jista' ma jkunx neċessarju minħabba riskju baxx, bħal fil-każijiet fejn jinkisbu l-valuri ta' limitu fl-ilmijiet kostali, wara li jiġi kkunsidrat l-input ta' nutrijenti minn sorsi atmosferiċi, ibbażati fil-baħar, inklużi l-ilmijiet kostali, kif ukoll transkonfinali.

5.

Il-valutazzjonijiet skont id-Direttiva 2000/60/KE għandhom jintużaw għall-valutazzjonijiet ta' kull kriterju fl-ilmijiet kostali.

6.

Il-valuri stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE għandhom jirreferu jew għal dawk stabbiliti minn interkalibrar skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/480/UE (6) jew inkella għal dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 8 u l-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE. Dawn għandhom jinftiehmu bħala l-“Valur Limitu Tajjeb-Moderat” għall-Proporzjonijiet ta' Kwalità Ekoloġika.

7.

Kompożizzjoni tal-ispeċijiet għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-aktar livell tassonomiku baxx xieraq għall-valutazzjoni.

Unitajiet tal-kejl għall-kriterji:

D5C1: il-konċentrazzjonijiet ta' nutrijenti f'mikromoli għal kull litru (μmol/l)

D5C2: il-konċentrazzjonijiet ta' klorofilla a (bijomassa) f'mikrogrammi għal kull litru (μg/l),

D5C3: avvenimenti ta' proliferazzjoni bħala l-għadd ta' avvenimenti, it-tul ta' żmien f'jiem u l-firxa spazjali f'kilometri kwadri (km2) fis-sena,

D5C4: il-limitu fotiku bħala fond f'metri (m),

D5C5: il-konċentrazzjoni ta' ossiġenu fil-qiegħ tal-kolonna tal-ilma f'milligrammi għal kull litru (mg/l),

D5C6: Il-Proporzjon ta' Kwalità Ekoloġika għall-abbundanza ta' makroalgi jew għall-kopertura spazjali. Il-firxa ta' kull tip ta' ħabitat affettwat b'mod negattiv f'kilometri kwadri (km2) jew bħala proporzjon (perċentwal) taż-żona tal-valutazzjoni,

D5C7: Il-Proporzjon ta' Kwalità Ekoloġika għall-kompożizzjoni tal-ispeċijiet u l-valutazzjonijiet tal-abbundanza relattiva jew għall-fond massimu tat-tkabbir tal-makrofiti. Il-firxa ta' kull tip ta' ħabitat affettwat b'mod negattiv f'kilometri kwadri (km2) jew bħala proporzjon (perċentwal) taż-żona tal-valutazzjoni,

D5C8: Il-Proporzjon ta' Kwalità Ekoloġika għall-kompożizzjoni tal-ispeċijiet u l-valutazzjonijiet tal-abbundanza relattiva. Il-firxa ta' kull tip ta' ħabitat affettwat b'mod negattiv f'kilometri kwadri (km2) jew bħala proporzjon (perċentwal) taż-żona tal-valutazzjoni.

Fejn ikunu disponibbli, l-Istati Membri għandhom jużaw l-unitajiet jew il-proporzjonijiet tal-kwalità ekoloġika previsti skont id-Direttiva 2000/60/KE.

Deskrittur 6

L-integrità ta' qiegħ il-baħar tinsab f'livell li jiżgura li l-istruttura u l-funzjonijiet tal-ekosistemi huma ssalvagwardjati u l-ekosistemi ta' qiegħ il-baħar, b'mod partikolari, mhumiex affettwati b'mod negattiv.

Pressjonijiet rilevanti: Telf fiżiku (minħabba bidla permanenti fil-morfoloġija jew fis-sediment ta' qiegħ il-baħar u l-estrazzjoni tas-sediment ta' qiegħ il-baħar); disturbi fiżiċi f'qiegħ tal-baħar (temporanji jew riversibbli)

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

Telf fiżiku ta' qiegħ il-baħar (inklużi żoni intermareali).

D6C1 — Primarju:

Il-firxa spazjali u d-distribuzzjoni tat-telf fiżiku (bidla permanenti) ta' qiegħ il-baħar naturali.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Kif użata għall-valutazzjoni tat-tipi ta' ħabitats wiesgħa ta' qiegħ il-baħar skont id-Deskritturi 1 u 6.

L-użu tal-kriterji:

L-eżiti tal-valutazzjoni tal-kriterju D6C1 (id-distribuzzjoni u stima tal-firxa tat-telf fiżiku) għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-kriterji D6C4 u D7C1.

L-eżiti tal-valutazzjoni tal-kriterju D6C2 (id-distribuzzjoni u stima tal-firxa tal-pressjonijiet tad-disturbi fiżiċi) għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-kriterju D6C3.

L-eżiti tal-valutazzjoni tal-kriterju D6C3 (stima tal-firxa tal-effett negattiv minn disturbi fiżiċi għal kull tip ta' ħabitat f'kull żona tal-valutazzjoni) għandhom jikkontribwixxu għall-valutazzjoni tal-kriterju D6C5.

Disturbi fiżiċi f'qiegħ il-baħar (inklużi żoni intermareali).

D6C2 — Primarju:

Il-firxa spazjali u d-distribuzzjoni tal-pressjonijiet tad-disturbi fiżiċi f'qiegħ il-baħar.

It-tipi ta' ħabitats wiesgħa ta' qiegħ il-baħar jew tipi ta' ħabitats oħrajn, kif użati skont id-Deskritturi 1 u 6.

D6C3 — Primarju:

Il-firxa spazjali ta' kull tip ta' ħabitat li huwa affettwat b'mod negattiv, permezz ta' tibdil fl-istruttura bijotika u abijotika tiegħu u fil-funzjonijiet tiegħu (pereżempju, permezz ta' bidliet fil-kompożizzjoni tal-ispeċijiet u l-abbundanza relattiva tagħhom, in-nuqqas ta' speċijiet partikolarment sensittivi jew fraġli jew speċijiet li jipprovdu funzjoni ewlenija, struttura tad-daqs tal-ispeċijiet) minn disturbi fiżiċi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għall-effetti negattivi tad-disturb fiżiku permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

Il-kriterji D6C1, D6C2 u D6C3 jirrigwardjaw biss il-pressjonijiet “telf fiżiku” u “disturbi fiżiċi” u l-impatti tagħhom, filwaqt li l-kriterji D6C4 u D6C5 jindirizzaw il-valutazzjoni globali tad-Deskrittur 6, flimkien ma' dak għall-ħabitats ta' qiegħ il-baħar skont id-Deskrittur 1. Il-kriterji D6C4 u D6C5 huma ppreżentati taħt it-Tieni Parti ta' dan l-Anness.

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

1.

Fir-rigward tal-metodi għall-monitoraġġ:

(a)

għal D6C1, għandhom jiġu vvalutati l-bidliet permanenti f'qiegħ il-baħar minn attivitajiet umani differenti (inklużi l-bidliet permanenti fil-morfoloġija jew fis-sediment naturali ta' qiegħ il-baħar permezz ta' ristrutturar fiżiku, żviluppi infrastrutturali u telf tas-sediment permezz ta' estrazzjoni tal-materjali f'qiegħ il-baħar);

(b)

għal D6C2, għandhom jiġu vvalutati d-disturbi fiżiċi minn attivitajiet umani differenti (bħas-sajd bit-tkarkir tal-qiegħ);

(c)

għall-ilmijiet kostali, għandhom jintużaw id-dejta dwar l-idromorfoloġija u l-valutazzjonijiet rilevanti skont id-Direttiva 2000/60/KE. Lil hinn mill-ilmijiet kostali, id-dejta tista' tinġabar mill-immappjar ta' infrastruttura u siti ta' estrazzjoni liċenzjati.

2.

Fir-rigward tal-metodi għall-valutazzjoni, id-dejta għandha tiġi aggregata b'tali mod li:

(a)

D6C1 jiġi vvalutat bħala qasam mitluf b'rabta mal-firxa naturali totali tal-ħabitats ta' qiegħ il-baħar kollha fiż-żona tal-valutazzjoni (eż. bil-firxa ta' modifika antropoġenika);

(b)

D6C3 jiġi vvalutat b'rabta mal-firxa naturali totali ta' kull tip ta' ħabitat ta' qiegħ il-baħar ivvalutat.

3.

Telf fiżiku għandu jinftiehem bħala bidla permanenti f'qiegħ il-baħar li tkun damet jew mistennija ddum għal perjodu ta' żewġ ċikli ta' rapportar (12-il sena) jew aktar.

4.

Disturbi fiżiċi għandhom jinftiehmu bħala bidla f'qiegħ il-baħar li tista' tiġi rkuprata jekk l-attività li tikkawża l-pressjoni tad-disturbi tieqaf.

5.

Għal D6C3, kompożizzjoni tal-ispeċijiet għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-aktar livell tassonomiku baxx xieraq għall-valutazzjoni.

Unitajiet tal-kejl għall-kriterji:

D6C1: il-firxa taż-żona tal-valutazzjoni fiżikament mitlufa f'kilometri kwadri (km2),

D6C2: il-firxa taż-żona tal-valutazzjoni disturbata fiżikament f'kilometri kwadri (km2),

D6C3: il-firxa ta' kull tip ta' ħabitat affettwat b'mod negattiv f'kilometri kwadri (km2) jew bħala proporzjon (perċentwal) tal-firxa naturali totali tal-ħabitat fiż-żona tal-valutazzjoni.

Deskrittur 7

Alterazzjoni permanenti tal-kundizzjonijiet idrografiċi li ma taffettwax b'mod negattiv lill-ekosistemi tal-baħar

Pressjonijiet rilevanti: Telf fiżiku (minħabba bidla permanenti fil-morfoloġija jew fis-sediment ta' qiegħ il-baħar jew l-estrazzjoni tas-sediment ta' qiegħ il-baħar); Bidliet fil-kundizzjonijiet idroloġiċi

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

Bidliet idrografiċi f'qiegħ il-baħar u fil-kolonna tal-ilma (inklużi żoni intermareali).

D7C1 — Sekondarju:

Il-firxa spazjali u d-distribuzzjoni ta' alterazzjoni permanenti tal-kundizzjonijiet idrografiċi (eż. bidliet fl-azzjoni tal-mewġ, fil-kurrenti, fis-salinità, fit-temperatura) f'qiegħ il-baħar u fil-kolonna tal-ilma, assoċjati b'mod partikolari mat-telf fiżiku (7) ta' qiegħ il-baħar naturali.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Kif użata għall-valutazzjoni tat-tipi ta' ħabitats wiesgħa ta' qiegħ il-baħar skont id-Deskritturi 1 u 6.

L-użu tal-kriterji:

L-eżiti tal-valutazzjoni tal-kriterju D7C1 (id-distribuzzjoni u stima tal-firxa tal-bidliet idrografiċi) għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-kriterju D7C2.

L-eżiti tal-valutazzjoni tal-kriterju D7C2 (stima tal-firxa tal-effett negattiv għal kull tip ta' ħabitat f'kull żona tal-valutazzjoni) għandhom jikkontribwixxu għall-valutazzjoni tal-kriterju D6C5.

It-tipi ta' ħabitats wiesgħa ta' qiegħ il-baħar jew tipi ta' ħabitats oħrajn, kif użati għad-Deskritturi 1 u 6.

D7C2 — Sekondarju:

Il-firxa spazjali ta' kull tip ta' ħabitat ta' qiegħ il-baħar affettwat b'mod negattiv (il-karatteristiċi fiżiċi u idrografiċi u l-komunitajiet bijoloġiċi assoċjati) minħabba alterazzjoni permanenti tal-kundizzjonijiet idrografiċi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għall-effetti negattivi tal-alterazzjonijiet permanenti tal-kundizzjonijiet idrografiċi permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

1.

Fir-rigward tal-metodi għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni:

(a)

Il-monitoraġġ għandu jiffoka fuq il-bidliet assoċjati mal-iżviluppi fl-infrastruttura, fuq il-kosta jew inkella lil hinn mill-kosta.

(b)

Il-mudelli idrodinamiċi tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali, fejn meħtieġa, li jiġu vvalidati b'kejl permezz ta' dejta fattwali, jew sorsi xierqa oħrajn ta' informazzjoni, għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-firxa tal-effetti minn kull żvilupp infrastrutturali.

(c)

Għall-ilmijiet kostali, għandhom jintużaw id-dejta dwar l-idromorfoloġija u l-valutazzjonijiet rilevanti skont id-Direttiva 2000/60/KE.

2.

Fir-rigward tal-metodi għall-valutazzjoni, id-dejta għandha tiġi aggregata b'tali mod li:

(a)

D7C1 jiġi vvalutat b'rabta mal-firxa naturali totali tal-ħabitats kollha fiż-żona tal-valutazzjoni;

(b)

D7C2 jiġi vvalutat b'rabta mal-firxa naturali totali ta' kull tip ta' ħabitat ta' qiegħ il-baħar ivvalutat.

Unitajiet tal-kejl għall-kriterji:

D7C1: il-firxa taż-żona tal-valutazzjoni mibdula b'mod idrografiku f'kilometri kwadri (km2),

D7C2: il-firxa ta' kull tip ta' ħabitat affettwat b'mod negattiv f'kilometri kwadri (km2) jew bħala proporzjon (perċentwal) tal-firxa naturali totali tal-ħabitat fiż-żona tal-valutazzjoni

Deskrittur 8

Il-konċentrazzjonijiet tal-kontaminanti huma f'livelli li ma joħolqux effetti ta' tniġġis

Pressjonijiet rilevanti: L-input ta' sustanzi oħra (eż. Sustanzi sintetiċi, sustanzi mhux sintetiċi, radjonuklidi)

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

(1)

Fl-ilmijiet kostali u fl-ibħra territorjali:

(a)

Il-kontaminanti magħżula skont id-Direttiva 2000/60/KE:

(i)

kontaminanti li għalihom huwa stipulat standard tal-kwalità ambjentali fil-Parti A tal-Anness I għad-Direttiva 2008/105/KE;

(ii)

Sustanzi Speċifiċi li Jniġġsu l-Baċin tax-Xmara skont l-Anness VIII għad-Direttiva 2000/60/KE, fl-ilmijiet kostali;

(b)

kontaminanti addizzjonali, jekk rilevanti, pereżempju, minn sorsi offshore, li mhumiex diġà identifikati taħt il-punt (a) u li jistgħu joħolqu effetti ta' tniġġis fis-subreġjun jew fir-reġjun. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dik il-lista ta' kontaminanti permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

(2)

Lil hinn mill-ibħra territorjali:

(a)

il-kontaminanti kkunsidrati taħt il-punt (1), fejn dawn għadhom jistgħu joħolqu effetti ta' tniġġis;

(b)

kontaminanti addizzjonali, jekk rilevanti, li mhumiex diġà identifikati taħt il-punt (2)(a) u li jistgħu joħolqu effetti ta' tniġġis fir-reġjun jew fis-subreġjun. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dik il-lista ta' kontaminanti permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

D8C1 — Primarju:

Fl-ilmijiet kostali u fl-ibħra territorjali, il-konċentrazzjonijiet ta' kontaminanti ma jaqbżux il-valuri ta' limitu li ġejjin:

(a)

għall-kontaminanti stabbiliti taħt il-punt (1)(a) tal-elementi tal-kriterji, il-valuri stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE;

(b)

meta l-kontaminanti taħt il-punt (a) jitkejlu f'matriċi li għaliha ma jiġi stabbilit ebda valur skont id-Direttiva 2000/60/KE, il-konċentrazzjoni ta' dawk il-kontaminanti f'dik il-matriċi stabbilita mill-Istati Membri permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

(c)

għal kontaminanti addizzjonali magħżula skont il-punt (1)(b) tal-elementi tal-kriterji, il-konċentrazzjonijiet għal matriċi speċifikata (ilma, sediment jew bijota) li jistgħu joħolqu effetti ta' tniġġis. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawn il-konċentrazzjonijiet permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali, wara li jikkunsidraw l-applikazzjoni tagħhom fi ħdan l-ilmijiet kostali u l-ibħra territorjali u lil hinn minnhom;

Lil hinn mill-ibħra territorjali, il-konċentrazzjonijiet ta' kontaminanti ma jaqbżux il-valuri ta' limitu li ġejjin:

(a)

għall-kontaminanti magħżula taħt il-punt (2)(a) tal-elementi tal-kriterji, il-valuri kif applikabbli fi ħdan l-ilmijiet kostali u l-ibħra territorjali;

(b)

għall-kontaminanti magħżula taħt il-punt (2)(b) tal-elementi tal-kriterji, il-konċentrazzjonijiet għal matriċi speċifikata (ilma, sediment jew bijota) li jistgħu joħolqu effetti ta' tniġġis. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawn il-konċentrazzjonijiet permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

L-iskala tal-valutazzjoni:

fl-ilmijiet kostali u fl-ibħra territorjali, kif użata skont id-Direttiva 2000/60/KE,

lil hinn mill-ibħra territorjali, is-subdiviżjonijiet tar-reġjun jew tas-subreġjun, diviżi, fejn ikun meħtieġ, minn konfini nazzjonali.

L-użu tal-kriterji:

L-indikazzjoni ta' kemm inkiseb status ambjentali tajjeb għandha tiġi espressa għal kull żona vvalutata kif ġej:

(a)

għal kull kontaminant skont il-kriterju D8C1, il-konċentrazzjoni tiegħu, il-matriċi użata (l-ilma, is-sediment, il-bijota), jekk il-valuri ta' limitu stabbiliti nkisbux u l-proporzjon ta' kontaminanti vvalutati li kisbu l-valuri ta' limitu, inkluż li jiġu indikati separatament is-sustanzi li jaġixxu bħala sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi ma' kullimkien (uPBTs), kif imsemmija fl-Artikolu 8a(1)(a) tad-Direttiva 2008/105/KE;

(b)

għal kull speċi vvalutat skont il-kriterju D8C2, stima tal-abbundanza tal-popolazzjoni tiegħu fiż-żona tal-valutazzjoni li hija affettwata b'mod negattiv;

(c)

għal kull ħabitat ivvalutat skont il-kriterju D8C2, stima tal-firxa fiż-żona tal-valutazzjoni li hija affettwata b'mod negattiv.

L-użu tal-kriterju D8C2 fil-valutazzjoni ta' status ambjentali tajjeb għad-Deskrittur 8 għandu jiġi maqbul fil-livell reġjonali jew subreġjonali.

L-eżiti tal-valutazzjoni tal-kriterju D8C2 għandhom jikkontribwixxu għall-valutazzjonijiet skont id-Deskritturi 1 u 6, fejn ikun xieraq.

Speċijiet u ħabitats li huma f'riskju mill-kontaminanti.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dik il-lista ta' speċijiet, u t-tessuti rilevanti li jridu jiġu vvalutati, u ħabitats, permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

D8C2 — Sekondarju:

Is-saħħa tal-ispeċijiet u l-kundizzjoni tal-ħabitats (bħall-kompożizzjoni tal-ispeċijiet u l-abbundanza relattiva tagħhom f'postijiet ta' tniġġis kroniku) ma jiġux affettwati b'mod negattiv minħabba l-kontaminanti, inklużi l-effetti kumulattivi u sinerġetiċi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawk l-effetti negattivi u l-valuri ta' limitu tagħhom permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali..

Avvenimenti sinifikanti ta' tniġġis akut li jinvolvu sustanzi li jniġġsu, kif definiti fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), inkluż iż-żejt mhux raffinat u komposti simili.

D8C3 — Primarju:

Il-firxa spazjali u t-tul ta' żmien ta' avvenimenti sinifikanti ta' tniġġis akut huma minimizzati.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Il-livell reġjonali jew subreġjonali, diviż, fejn ikun meħtieġ, minn konfini nazzjonali.

L-użu tal-kriterji:

L-indikazzjoni ta' kemm inkiseb status ambjentali tajjeb għandha tiġi espressa għal kull żona vvalutata kif ġej:

stima tal-firxa spazjali totali ta' avvenimenti sinifikanti ta' tniġġis akut u d-distribuzzjoni u t-tul ta' żmien totali tagħhom għal kull sena.

Dan il-kriterju għandu jintuża biex jixpruna l-valutazzjoni tal-kriterju D8C4.

Speċijiet tal-gruppi ta' speċijiet, kif elenkati taħt it-Tabella 1 tal-Parti II u tipi ta' ħabitats wiesgħa ta' qiegħ il-baħar, kif elenkati taħt it-Tabella 2 tal-Parti II.

D8C4 — Sekondarji (li jrid jintuża meta jseħħ avveniment sinifikanti ta' tniġġis akut):

L-effetti negattivi ta' avvenimenti sinifikanti ta' tniġġis akut fuq is-saħħa tal-ispeċijiet u fuq il-kundizzjoni tal-ħabitats (bħall-kompożizzjoni tal-ispeċijiet u l-abbundanza relattiva tagħhom) huma minimizzati u, fejn possibbli, eliminati.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Kif użata għall-valutazzjoni tal-gruppi ta' speċijiet jew tat-tipi ta' ħabitats wiesgħa ta' qiegħ il-baħar skont id-Deskritturi 1 u 6.

L-użu tal-kriterji:

L-eżiti tal-valutazzjoni tal-kriterju D8C4 għandhom jikkontribwixxu, fejn l-effetti temporali u spazjali kumulattivi jkunu sinifikanti, għall-valutazzjonijiet skont id-Deskritturi 1 u 6 billi jipprovdu:

(a)

stima tal-abbundanza ta' kull speċi li huwa affettwat b'mod negattiv;

(b)

stima tal-firxa ta' kull tip ta' ħabitat wiesa' li huwa affettwat b'mod negattiv.

L-użu tal-kriterju D8C4 fil-valutazzjoni ta' status ambjentali tajjeb għad-Deskrittur 8 għandu jiġi maqbul fil-livell reġjonali jew subreġjonali.

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

1.

Għall-elementi tal-kriterji taħt D8C1, l-għażla skont il-punti 1(b) u 2(b) ta' kontaminanti addizzjonali li jistgħu joħolqu effetti ta' tniġġis għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskji. Għal dawn il-kontaminanti, il-matriċi u l-valuri ta' limitu użati għall-valutazzjoni għandhom ikunu rappreżentattivi tal-aktar speċijiet sensittivi u tal-mod kif ikun qed iseħħ l-esponiment, u jinkludu l-perikli għas-saħħa tal-bniedem permezz tal-esponiment mill-katina alimentari.

2.

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:

(a)

Kriterju D8C1: għall-valutazzjoni tal-kontaminanti fl-ilmijiet kostali u fl-ibħra territorjali, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-kontaminanti f'konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2000/60/KE u, fejn ikunu disponibbli, għandhom jintużaw il-valutazzjonijiet skont dik id-Direttiva. Għandha tinġabar informazzjoni dwar il-mogħdijiet (ibbażati fl-atmosfera, fuq l-art jew fil-baħar) għall-kontaminanti li jidħlu fl-ambjent tal-baħar, fejn ikun fattibbli.

(b)

Kriterji D8C2 u D8C4: il-bijomarkaturi jew il-karatteristiċi demografiċi tal-popolazzjoni (eż. ir-rati ta' fekondità, ir-rati ta' sopravivenza, ir-rati ta' mortalità u l-kapaċità riproduttiva) jistgħu jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tal-effetti tas-saħħa.

(c)

Kriterji D8C3 u D8C4: għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, il-monitoraġġ jiġi stabbilit bħala meħtieġ ladarba jseħħ avveniment ta' tniġġis akut, minflok ikun parti minn programm ta' monitoraġġ regolari skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/56/KE.

(d)

Kriterju D8C3: L-Istati Membri għandhom jidentifikaw is-sors ta' avvenimenti ta' tniġġis akut sinifikanti, fejn ikun possibbli. Huma jistgħu jużaw is-sorveljanza bbażata fuq is-satelliti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għal dan il-għan.

3.

Il-kontaminanti għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu għal sustanzi waħdanin jew għal gruppi ta' sustanzi. Għall-konsistenza fir-rapportar, ir-raggruppament tas-sustanzi għandu jiġi maqbul fil-livell tal-Unjoni.

4.

Kompożizzjoni tal-ispeċijiet għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-aktar livell tassonomiku baxx xieraq għall-valutazzjoni.

Unitajiet tal-kejl għall-kriterji:

D8C1: il-konċentrazzjonijiet ta' kontaminanti f'mikrogrammi għal kull litru (μg/l) għall-ilma, f'mikrogrammi għal kull kilogramma (μg/kg) ta' piż xott għas-sediment u f'mikrogrammi għal kull kilogramma (μg/kg) ta' piż imxarrab għall-bijota.

D8C2: l-abbundanza (l-għadd ta' individwi jew unitajiet xierqa oħrajn kif maqbula fil-livell reġjonali jew subreġjonali) għal kull speċi affettwat; il-firxa f'kilometri kwadri (km2) għal kull tip ta' ħabitat wiesa' affettwat.

D8C3: it-tul ta' żmien f'jiem u l-firxa spazjali f'kilometri kwadri (km2) ta' avvenimenti sinifikanti ta' tniġġis akut fis-sena.

D8C4: l-abbundanza (l-għadd ta' individwi jew unitajiet xierqa oħrajn kif maqbula fil-livell reġjonali jew subreġjonali) għal kull speċi affettwat; il-firxa f'kilometri kwadri (km2) għal kull tip ta' ħabitat wiesa' affettwat.

Deskrittur 9

Il-kontaminanti fil-ħut u fi frott tal-baħar ieħor għall-konsum mill-bniedem ma jaqbżux il-livelli stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew standards rilevanti oħrajn

Pressjoni rilevanti: L-input ta' sustanzi perikolużi

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

Il-kontaminanti elenkati fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006.

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jikkunsidrawx il-kontaminanti mir-Regolament (KE) Nru 1881/2006, fejn dan ikun ġustifikat abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji.

L-Istati Membri jistgħu jivvalutaw kontaminanti addizzjonali li mhumiex inklużi fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta' dawk il-kontaminanti addizzjonali permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew reġjonali.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-lista ta' speċijiet u tessuti rilevanti li jridu jiġu vvalutati, skont il-kundizzjonijiet stipulati taħt “speċifikazzjonijiet”. Huma jistgħu jikkooperaw fil-livell reġjonali jew subreġjonali sabiex jistabbilixxu dik il-lista ta' speċijiet u tessuti rilevanti.

D9C1 — Primarju:

Il-livell ta' kontaminanti fit-tessuti bijoloġiċi li jittieklu (muskoli, fwied, bajd, laħam jew partijiet torja oħrajn, kif xieraq) ta' frott tal-baħar (inklużi ħut, krustaċji, molluski, ekinodermi, algi u pjanti tal-baħar oħrajn) maqbuda jew miġbura fis-selvaġġ (minbarra ħut bil-pinen mill-marikultura) ma jaqbiżx:

(a)

għall-kontaminanti elenkati fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006, il-livelli massimi stipulati f'dak ir-Regolament, li huma valuri ta' limitu għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni;

(b)

għal kontaminanti addizzjonali, mhux elenkati fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006, il-valuri ta' limitu, li għandhom jistabbilixxu l-Istati Membri permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Iż-żona tal-qabda jew tal-produzzjoni skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

L-użu tal-kriterji:

L-indikazzjoni ta' kemm inkiseb status ambjentali tajjeb għandha tiġi espressa għal kull żona vvalutata kif ġej:

għal kull kontaminant, il-konċentrazzjoni tiegħu fil-frott tal-baħar, il-matriċi użata (speċi u tessut), jekk il-valuri ta' limitu stabbiliti nqabżux u l-proporzjon ta' kontaminanti vvalutati li kisbu l-valuri ta' limitu tagħhom.

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

1.

Meta l-Istati Membri jistabbilixxu l-lista ta' speċijiet li jridu jintużaw taħt D9C1, l-ispeċijiet għandhom:

(a)

ikunu rilevanti għas-subreġjun jew ir-reġjun tal-baħar ikkonċernat;

(b)

jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006;

(c)

ikunu addattati għall-kontaminant li jkun qed jiġi vvalutat;

(d)

ikunu fost l-aktar ikkonsmati fl-Istat Membru jew l-aktar maqbuda jew miġbura għall-konsum.

2.

L-eċċedenza tal-istandard stabbilit għal kontaminant għandha twassal għal monitoraġġ sussegwenti sabiex tiġi ddeterminata l-persistenza tal-kontaminazzjoni fiż-żona u l-ispeċijiet li ttieħdu kampjuni tagħhom. Il-monitoraġġ għandu jissokta sakemm ikun hemm biżżejjed evidenza li ma hemm ebda riskju ta' falliment.

3.

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, it-teħid ta' kampjuni għall-valutazzjoni tal-livelli massimi ta' kontaminanti għandu jitwettaq f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 589/2014 (11) u mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 (12).

4.

F'kull subreġjun jew reġjun, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku u temporali tat-teħid tal-kampjuni jkun adegwat sabiex jipprovdi kampjun rappreżentattiv tal-kontaminanti speċifikati fil-frott tal-baħar fis-subreġjun jew ir-reġjun tal-baħar.

Unitajiet tal-kejl għall-kriterji:

D9C1: il-konċentrazzjonijiet ta' kontaminanti fl-unitajiet stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006.

Deskrittur 10

Proprjetajiet u kwantitajiet ta' skart fil-baħar li ma jikkawżawx ħsara lill-ambjent kostali u tal-baħar

Pressjoni rilevanti: L-input ta' skart

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

Skart (minbarra mikro-skart), ikklassifikat fil-kategoriji li ġejjin (13): materjal polimeriku artifiċjali, gomma, drapp/tessut, karta/kartun, injam ipproċessat/maħdum, metall, ħġieġ/ċeramika, sustanzi kimiċi, mhux definiti, u skart mill-ikel.

L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu subkategoriji oħrajn.

D10C1 — Primarju:

Il-kompożizzjoni, l-ammont u d-distribuzzjoni spazjali tal-iskart fuq il-kosta, fis-saff tal-wiċċ tal-kolonna tal-ilma u f'qiegħ il-baħar, huma f'livelli li ma jikkawżawx ħsara lill-ambjent kostali u tal-baħar.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għal dawn il-livelli permezz ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni, wara li jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet reġjonali jew subreġjonali.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Is-subdiviżjonijiet tar-reġjun jew tas-subreġjun, diviżi, fejn meħtieġ, minn konfini nazzjonali.

L-użu tal-kriterji:

L-indikazzjoni ta' kemm inkiseb status ambjentali tajjeb għandha tiġi espressa għal kull kriterju separatament għal kull qasam ivvalutat kif ġej:

(a)

l-eżiti għal kull kriterju (l-ammont ta' skart jew mikro-skart għal kull kategorija) u d-distribuzzjoni tiegħu għal kull matriċi użata skont D10C1 u D10C2 u jekk il-valuri ta' limitu stabbiliti nkisbux.

(b)

l-eżiti għal D10C3 (l-ammont ta' skart jew mikro-skart għal kull kategorija għal kull speċi) u jekk il-valuri ta' limitu stabbiliti nkisbux.

L-użu tal-kriterji D10C1, D10C2 u D10C3 fil-valutazzjoni ta' status ambjentali tajjeb għad-Deskrittur 10 għandu jiġi maqbul fil-livell tal-Unjoni.

L-eżiti tal-kriterju D10C3 għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-valutazzjonijiet skont id-Deskrittur 1, fejn ikun xieraq.

Mikro-skart (partikoli < 5 mm), ikklassifikat fil-kategoriji “materjal polimeriku artifiċjali” u “oħrajn”.

D10C2 — Primarju:

Il-kompożizzjoni, l-ammont u d-distribuzzjoni spazjali tal-mikro-skart fuq il-kosta, fis-saff tal-wiċċ tal-kolonna tal-ilma u fis-sediment ta' qiegħ il-baħar, huma f'livelli li ma jikkawżawx ħsara lill-ambjent kostali u tal-baħar.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għal dawn il-livelli permezz ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni, wara li jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet reġjonali jew subreġjonali.

Skart u mikro-skart ikklassifikati fil-kategoriji “materjal polimeriku artifiċjali” u “oħrajn”, ivvalutati fi kwalunkwe speċi mill-gruppi li ġejjin: għasafar, mammiferi, rettili, ħut jew invertebrati.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dik il-lista ta' speċijiet li jridu jiġu vvalutati permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

D10C3 — Sekondarju:

L-ammont ta' skart u mikro-skart inġestit mill-annimali tal-baħar huwa f'livell li ma jaffettwax b'mod negattiv is-saħħa tal-ispeċi kkonċernat.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għal dawn il-livelli permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

L-ispeċijiet ta' għasafar, mammiferi, rettili, ħut jew invertebrati li huma f'riskju mill-iskart.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dik il-lista ta' speċijiet li jridu jiġu vvalutati permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

D10C4 — Sekondarju:

L-għadd ta' individwi ta' kull speċi li jiġu affettwati b'mod negattiv, bħal meta jeħlu f'xi rkaptu, tipi oħrajn ta' korriment jew mortalità, jew effetti tas-saħħa, minħabba l-iskart.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għall-effetti negattivi tal-iskart, permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Kif użata għall-valutazzjoni tal-grupp ta' speċijiet skont id-Deskrittur 1.

L-użu tal-kriterji:

L-indikazzjoni ta' kemm inkiseb status ambjentali tajjeb għandha tiġi espressa għal kull żona vvalutata kif ġej:

għal kull speċi vvalutat skont il-kriterju D10C4, stima tal-għadd ta' individwi fiż-żona tal-valutazzjoni li kienu affettwati b'mod negattiv.

L-użu tal-kriterju D10C4 fil-valutazzjoni ta' status ambjentali tajjeb għad-Deskrittur 10 għandu jiġi maqbul fil-livell tal-Unjoni.

L-eżiti ta' dan il-kriterju għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-valutazzjonijiet skont id-Deskrittur 1, fejn ikun xieraq.

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

1.

Għal D10C1: l-iskart għandu jiġi mmonitorjat fuq il-kosta u jista' jiġi mmonitorjat ukoll fis-saff tal-wiċċ tal-kolonna tal-ilma u f'qiegħ il-baħar. Għandha tinġabar informazzjoni dwar is-sors u l-mod kif jidħol l-iskart, fejn ikun fattibbli;

2.

Għal D10C2: il-mikro-skart għandu jiġi mmonitorjat fis-saff tal-wiċċ tal-kolonna tal-ilma u fis-sediment ta' qiegħ il-baħar u jista' jiġi mmonitorjat ukoll fuq il-kosta. Il-mikro-skart għandu jiġi mmonitorjat b'mod li jista' jkun relatat ma' punti lokalizzati għall-inputs (bħal portijiet, marinas, impjanti għat-trattament tal-ilma mormi, effluwenti tal-ilma tal-maltemp), fejn ikun fattibbli.

3.

Għal D10C3 u D10C4: il-monitoraġġ jista' jkun ibbażat fuq okkorrenzi inċidentali (pereżempju, strandings ta' annimali mejta, annimali mħabblin fil-kolonji tat-tnissil, l-individwi affettwati għal kull stħarriġ).

Unitajiet tal-kejl għall-kriterji:

D10C1: l-ammont ta' skart għal kull kategorija fl-għadd ta' oġġetti:

għal kull 100 metru (m) fuq il-kosta,

għal kull kilometru kwadru (km2) għas-saff tal-wiċċ tal-kolonna tal-ilma u għal qiegħ il-baħar,

D10C2: l-ammont ta' mikro-skart għal kull kategorija fl-għadd ta' oġġetti u l-piż fi grammi (g):

għal kull metru kwadru (m2) għas-saff tal-wiċċ tal-kolonna tal-ilma,

għal kull kilogramma (piż xott) (kg) ta' sediment għall-kosta u għal qiegħ il-baħar,

D10C3: l-ammont ta' skart/mikro-skart fi grammi (g) u l-għadd ta' oġġetti għal kull individwu għal kull speċi b'rabta mad-daqs (il-piż jew it-tul, kif xieraq) tal-individwu li ttieħdu kampjuni tiegħu

D10C4: l-għadd ta' individwi affettwati (letali; subletali) għal kull speċi.

Deskrittur 11

L-introduzzjoni tal-enerġija, inkluż il-ħsejjes ta' taħt l-ilma, hija f'livelli li ma jaffettwawx ħażin l-ambjent tal-baħar

Pressjonijiet rilevanti: L-input ta' ħoss antropoġeniku; L-input ta' forom oħrajn ta' enerġija

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

Ħoss impulsiv antropoġeniku fl-ilma.

D11C1 — Primarju:

Id-distribuzzjoni spazjali, il-firxa temporali u l-livelli ta' sorsi ta' ħsejjes impulsivi antropoġeniċi ma jaqbżux il-limiti li jaffettwaw b'mod negattiv il-popolazzjonijiet tal-annimali tal-baħar.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għal dawn il-livelli permezz ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni, wara li jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet reġjonali jew subreġjonali.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Reġjun, subreġjun jew subdiviżjonijiet.

L-użu tal-kriterji:

L-indikazzjoni ta' kemm inkiseb status ambjentali tajjeb għandha tiġi espressa għal kull żona vvalutata kif ġej:

(a)

għal D11C1, it-tul ta' żmien għal kull sena kalendarja ta' sorsi ta' ħsejjes impulsivi, id-distribuzzjoni tagħhom matul is-sena u b'mod spazjali fiż-żona tal-valutazzjoni u jekk il-valuri ta' limitu stabbiliti nqabżux;

(b)

għal D11C2, il-medja annwali tal-livell tal-ħsejjes, jew metrika temporali xierqa oħra maqbula fil-livell reġjonali jew subreġjonali, għal kull erja ta' unità u d-distribuzzjoni spazjali tagħha fiż-żona tal-valutazzjoni, u l-firxa (%, km2) taż-żona ta' valutazzjoni li jkunu nkisbu minnha l-valuri ta' limitu stabbiliti.

L-użu tal-kriterji D11C1 u D11C2 fil-valutazzjoni ta' status ambjentali tajjeb għad-Deskrittur 11 għandu jiġi maqbul fil-livell tal-Unjoni.

L-eżiti ta' dawn il-kriterji għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-valutazzjonijiet skont id-Deskrittur 1.

Ħsejjes kontinwi antropoġeniċi ta' frekwenza baxxa fl-ilma.

D11C2 — Primarju:

Id-distribuzzjoni spazjali, il-firxa temporali u l-livelli ta' ħsejjes kontinwi antropoġeniċi ta' frekwenza baxxa ma jaqbżux il-valuri li jaffettwaw b'mod negattiv il-popolazzjoni tal-annimali tal-baħar.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għal dawn il-livelli permezz ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni, wara li jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet reġjonali jew subreġjonali.

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

1.

Għall-monitoraġġ ta' D11C1:

(a)

Ir-riżoluzzjoni spazjali: il-postijiet ġeografiċi li l-għamla u ż-żoni tagħhom għandhom jiġu ddeterminati fil-livell reġjonali jew subreġjonali, fuq il-bażi ta', pereżempju, l-attivitajiet elenkati fl-Anness III għad-Direttiva 2008/56/KE.

(b)

Ħoss impulsiv deskritt bħala livell monopolju ta' sors ta' enerġija f'unitajiet ta' dB re 1μΡa2 s jew żero sal-ogħla livell monopolju ta' sors ta' enerġija f'unitajiet ta' dB re 1μΡa m, it-tnejn li huma fuq il-banda tal-frekwenza 10 Hz sa 10 kHz. L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw sorsi speċifiċi oħrajn b'baned ta' frekwenza ogħla jekk l-effetti fuq medda itwal jitqiesu bħala rilevanti.

2.

Għall-monitoraġġ ta' D11C2:

Medja annwali, jew metrika xierqa oħra maqbula f'livell reġjonali jew subreġjonali, tal-pressjoni tal-ħoss kwadru f'kull waħda minn żewġ “1/3-baned ottavi”, waħda ċċentrata fi 63 Hz u l-oħra f'125 Hz, espressi bħala livell f'deċibels f'unitajiet ta' dB re 1μΡa, f'riżoluzzjoni spazjali xierqa b'rabta mal-pressjoni. Din tista' titkejjel direttament, jew inkella tiġi inferita minn mudell li jintuża għall-interpolazzjoni bejn il-kejl jew għall-estrapolazzjoni mill-kejl. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll f'livell reġjonali jew subreġjonali li jimmonitorjaw baned ta' frekwenza addizzjonali.

Il-kriterji relatati ma' forom oħrajn ta' input tal-enerġija (inklużi l-enerġija termali, il-kampijiet elettromanjetiċi u d-dawl) u l-kriterji relatati mal-impatti ambjentali tal-ħsejjes għadhom soġġetti għal żvilupp ulterjuri.

Unitajiet tal-kejl għall-kriterji:

D11C1: Numru ta' ġranet kull tliet xhur (jew kull xahar, skont il-każ) b'sorsi ta' ħoss impulsiv; proporzjon (perċentwal) tal-erja tal-unitajiet f'kilometri kwadri (km2) taż-żona ta' valutazzjoni b'sorsi ta' ħoss impulsiv kull sena,

D11C2: Il-medja annwali (jew metrika temporali oħra) tal-livell tal-ħoss kontinwu għal kull erja tal-unità; proporzjon (perċentwal) jew firxa f'kilometri kwadri (km2) taż-żona ta' valutazzjoni b'sorsi ta' ħoss li jaqbżu l-valuri ta' limitu.

IT-TIENI PARTI

Kriterji u standards metodoloġiċi, speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-karatteristiċi essenzjali u tal-istatus ambjentali attwali tal-ilmijiet tal-baħar skont il-punt (a) tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/56/KE

It-Tieni Parti tikkunsidra d-deskritturi marbuta mal-elementi tal-ekosistema rilevanti: gruppi ta' speċijiet ta' għasafar, mammiferi, rettili, ħut u ċefalopodi (Deskrittur 1), ħabitats pelaġiċi (Deskrittur 1), ħabitats ta' qiegħ il-baħar (Deskritturi 1 u 6) u ekosistemi, inklużi xbieki alimentari (Deskritturi 1 u 4), kif elenkati fl-Anness III għad-Direttiva 2008/56/KE (14).

Tema

Gruppi ta' speċijiet ta' għasafar, mammali, rettili, ħut u ċefalopodi (relatati mad-Deskrittur 1)

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

Speċijiet ta' għasafar, mammiferi, rettili u speċijiet ta' ħut u ċefalopodi mhux sfruttati b'mod kummerċjali, li huma f'riskju minn qabda aċċessorja inċidentali fir-reġjun jew fis-subreġjun.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dik il-lista ta' speċijiet permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali skont l-obbligi stipulati fl-Artikolu 25(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-attivitajiet ta' ġbir tad-dejta u wara li jikkunsidraw il-lista ta' speċijiet fit-Tabella 1D tal-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1251 (15).

D1C1 — Primarju:

Ir-rata ta' mortalità għal kull speċi minn qabda aċċessorja inċidentali hija taħt il-livelli li jheddu lill-ispeċi, u dan b'mod li jiżgura l-vijabbiltà fit-tul.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valuri ta' limitu għar-rata ta' mortalità minn qabda aċċessorja inċidentali għal kull speċi permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Kif użata għall-valutazzjoni tal-ispeċijiet jew gruppi ta' speċijiet korrispondenti skont il-kriterji D1C2-D1C5.

L-użu tal-kriterji:

L-indikazzjoni ta' kemm inkiseb status ambjentali tajjeb għandha tiġi espressa għal kull żona vvalutata kif ġej:

ir-rata ta' mortalità għal kull speċi u jekk din kisbitx il-valur ta' limitu stabbilit.

Dan il-kriterju għandu jikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-ispeċi korrispondenti skont il-kriterju D1C2.

Il-gruppi ta' speċijiet, kif elenkati taħt it-Tabella 1 u jekk ikunu preżenti fir-reġjun jew fis-subreġjun.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sett ta' speċijiet rappreżentattivi ta' kull grupp ta' speċijiet, magħżula skont il-kriterji stabbiliti taħt “speċifikazzjonijiet għall-għażla tal-ispeċijiet u tal-ħabitats”, permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali. Dawn għandhom jinkludu l-mammiferi u r-rettili elenkati fl-Anness II għad-Direttiva 92/43/KEE u jistgħu jinkludu kwalunkwe speċi ieħor, bħal dawk elenkati taħt il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (Annessi oħrajn għad-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2009/147/KE jew permezz tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013) u ftehimiet internazzjonali bħall-Konvenzjonijiet dwar l-Ibħra Reġjonali.

D1C2 — Primarju:

L-abbundanza tal-popolazzjoni tal-ispeċi mhijiex affettwata b'mod negattiv minn pressjonijiet antropoġeniċi, b'tali mod li tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tagħha.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għal kull speċi permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali, wara li jikkunsidraw il-varjazzjoni naturali fid-daqs tal-popolazzjoni u r-rati ta' mortalità derivati minn D1C1, D8C4 u D10C4 u pressjonijiet rilevanti oħrajn. Għall-ispeċijiet koperti mid-Direttiva 92/43/KEE, dawn il-valuri għandhom ikunu konsistenti mal-valuri tal-Popolazzjoni ta' Referenza Favorevoli stabbiliti mill-Istati Membri rilevanti skont id-Direttiva 92/43/KEE.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Għandhom jintużaw skali ekoloġikament rilevanti għal kull grupp ta' speċijiet, kif ġej:

għaċ-ċetaċji bis-snien li jinżlu jgħumu fil-fond, il-balieni, il-ħut tal-baħar fond: reġjun;

għall-għasafar, iċ-ċetaċji bis-snien żgħar, il-ħut pelaġiku u demersali tal-baħar kontinentali: reġjun jew subdiviżjonijiet għall-Baħar Baltiku u għall-Baħar l-Iswed; subreġjun għall-Grigal tal-Atlantiku u għall-Baħar Mediterran;

għall-foki, il-fkieren tal-baħar, iċ-ċefalopodi: reġjun jew subdiviżjonijiet għall-Baħar Baltiku; subreġjun għall-Grigal tal-Atlantiku u għall-Baħar Mediterran;

għall-ħut tal-kosta: subdiviżjoni ta' reġjun jew subreġjun.

għall-ħut u ċ-ċefalopodi sfruttati b'mod kummerċjali: kif użati skont id-Deskrittur 3.

L-użu tal-kriterji:

L-istatus ta' kull speċi għandu jiġi vvalutat individwalment, abbażi tal-kriterji magħżula għall-użu, u dawn għandhom jintużaw sabiex jesprimu kemm ikun inkiseb status ambjentali tajjeb għal kull grupp ta' speċijiet għal kull żona vvalutata, kif ġej:

(a)

il-valutazzjonijiet għandhom jesprimu l-valur(i) għal kull kriterju użat għal kull speċi u jekk dawn jiksbux il-valuri ta' limitu stabbiliti;

(b)

l-istatus globali tal-ispeċijiet koperti mid-Direttiva 92/43/KEE għandu jiġi derivat bl-użu tal-metodu pprovdut skont dik id-Direttiva. L-istatus globali għall-ispeċijiet sfruttati b'mod kummerċjali għandu jiġi vvalutat skont id-Deskrittur 3. Għal speċijiet oħrajn, l-istatus globali għandu jiġi derivat bl-użu ta' metodu maqbul fil-livell tal-Unjoni, wara li jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet reġjonali jew subreġjonali;

(c)

l-istatus globali tal-grupp ta' speċijiet, bl-użu ta' metodu maqbul fil-livell tal-Unjoni, wara li jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet reġjonali jew subreġjonali.

D1C3 — Primarji għal ħut u ċefalopodi sfruttati b'mod kummerċjali u sekondarji għal speċijiet oħrajn:

Il-karatteristiċi demografiċi tal-popolazzjoni (eż. struttura skont id-daqs tal-ġisem jew il-klassi tal-età, il-proporzjon tas-sessi, ir-rati ta' fekondità u ta' sopravivenza) tal-ispeċijiet huma indikattivi ta' popolazzjoni b'saħħitha li mhijiex affettwata b'mod negattiv minn pressjonijiet antropoġeniċi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għall-karatteristiċi speċifikati ta' kull speċi permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali, wara li jikkunsidraw l-effetti negattivi fuq is-saħħa tagħhom derivati minn D8C2, D8C4 u pressjonijiet rilevanti oħrajn.

D1C4 — Primarji għall-ispeċijiet koperti mill-Annessi II, IV jew V għad-Direttiva 92/43/KEE u sekondarji għal speċijiet oħrajn:

Il-firxa distribuzzjonali tal-ispeċijiet u, fejn rilevanti, ix-xejra hija konformi mal-kundizzjonijiet klimatiċi, ġeografiċi u fiżjografiċi prevalenti.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għal kull speċi permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali. Għall-ispeċijiet koperti mid-Direttiva 92/43/KEE, dawn għandhom ikunu konsistenti mal-valuri tal-Firxa ta' Referenza Favorevoli stabbiliti mill-Istati Membri rilevanti skont id-Direttiva 92/43/KEE.

D1C5 — Primarji għall-ispeċijiet koperti mill-Annessi II, IV u V għad-Direttiva 92/43/KEE u sekondarji għal speċijiet oħrajn:

Il-ħabitat għall-ispeċi għandu l-firxa neċessarja u l-kundizzjoni li jsostni l-istadji differenti tal-ħajja tal-ispeċi.

Elementi tal-kriterji

Tabella 1

Gruppi ta' speċijiet  (16)

Komponent tal-ekosistema

Gruppi ta' speċijiet

Għasafar

Għasafar tal-mergħa

Għasafar akwatiċi

Għasafar li jieklu mill-wiċċ

Għasafar li jieklu mill-ibħra miftuħa

Għasafar li jieklu minn qiegħ il-baħar

Mammiferi

Ċetaċji bis-snien żgħar

Ċetaċji bis-snien li jinżlu jgħumu fil-fond

Balieni

Foki

Rettili

Fkieren tal-baħar

Ħut

Ħut tal-kosta

Ħut pelaġiku tal-baħar kontinentali

Ħut demersali tal-baħar kontinentali

Ħut tal-baħar fond

Ċefalopodi

Ċefalopodi tal-kosta/tal-baħar kontinentali

Ċefalopodi tal-baħar fond

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni b'rabta mat-tema “Gruppi ta' speċijiet ta' għasafar tal-baħar, mammiferi, rettili, ħut u ċefalopodi”

1.

Għal D1C1, għandha tiġi pprovduta dejta għal kull speċi għal kull mestier tas-sajd għal kull żona ta' ICES jew Sub-Żona Ġeografika ta' GFCM jew żoni tas-sajd tal-FAO għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan, sabiex tkun tista' tiġi aggregata għall-iskala rilevanti għall-ispeċijiet ikkonċernati, kif ukoll sabiex jiġu identifikati l-attivitajiet tas-sajd u l-irkaptu tas-sajd partikolari li jikkontribwixxu l-aktar għal qabdiet inċidentali għal kull speċi.

2.

“Kostali” għandha tinftiehem fuq il-bażi tal-parametri fiżiċi, idroloġiċi u ekoloġiċi u mhijiex limitata għall-ilma kostali kif definit fl-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 2000/60/KE.

3.

L-ispeċijiet jistgħu jiġu vvalutati fil-livell tal-popolazzjoni, fejn xieraq.

4.

Kull fejn ikun possibbli, il-valutazzjonijiet skont id-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2009/147/KE u r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandhom jintużaw għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:

(a)

għall-għasafar, il-kriterji D1C2 u D1C4 huma ekwivalenti għall-kriterji “daqs tal-popolazzjoni” u “mappa tad-distribuzzjoni tat-tnissil u d-daqs tal-firxa” tad-Direttiva 2009/147/KE;

(b)

għall-mammiferi, għar-rettili u għall-ħut mhux kummerċjali, il-kriterji huma ekwivalenti għal dawk użati skont id-Direttiva 92/43/KEE, kif ġej: D1C2 u D1C3 huma ekwivalenti għal “popolazzjoni”, D1C4 hija ekwivalenti għal “firxa” u D1C5 hija ekwivalenti għal “ħabitat għall-ispeċi”;

(c)

għall-ħut u ċ-ċefalopodi sfruttati b'mod kummerċjali, il-valutazzjonijiet skont id-Deskrittur 3 għandhom jintużaw għall-finijiet tad-Deskrittur 1, bl-użu tal-kriterju D3C2 għal D1C2 u tal-kriterju D3C3 għal D1C3.

5.

Il-valutazzjonijiet tal-effetti negattivi mill-pressjonijiet skont il-kriterji D1C1, D2C3, D3C1, D8C2, D8C4 u D10C4, kif ukoll il-valutazzjonijiet tal-pressjonijiet skont il-kriterji D9C1, D10C3, D11C1 u D11C2, għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni fil-valutazzjonijiet tal-ispeċijiet skont id-Deskrittur 1.

Unitajiet tal-kejl għall-kriterji:

D1C2: abbundanza (l-għadd ta' individwi jew bijomassa f'tunnellati (t)) għal kull speċi.

Tema

Ħabitats pelaġiċi (relatati mad-Deskrittur 1)

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

Tipi ta' ħabitats pelaġiċi wiesgħa (salinità varjabbli (17), kostali, baħar kontinentali u oċeaniku/lil hinn mill-baħar kontinentali), jekk ikunu preżenti fir-reġjun jew fis-subreġjun, u tipi ta' ħabitats oħrajn kif definiti fit-tieni paragrafu.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu, permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali, tipi ta' ħabitats addizzjonali skont il-kriterji stabbiliti taħt “speċifikazzjonijiet għall-għażla tal-ispeċijiet u tal-ħabitats”.

D1C6 — Primarju:

Il-kundizzjoni tat-tip ta' ħabitat, inklużi l-istruttura bijotika u abijotika tiegħu u l-funzjonijiet tiegħu (pereżempju, il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet tipiċi tiegħu u l-abbundanza relattiva tagħhom, in-nuqqas ta' speċijiet partikolarment sensittivi jew fraġli jew speċijiet li jipprovdu funzjoni ewlenija, struttura tad-daqs tal-ispeċijiet), mhijiex affettwata b'mod negattiv.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għall-kundizzjoni ta' kull tip ta' ħabitat, li jiżguraw il-kompatibbiltà mal-valuri relatati skont id-Deskritturi 2, 5 u 8, permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Is-subdiviżjoni tar-reġjun jew tas-subreġjun, kif użata għall-valutazzjonijiet ta' tipi ta' ħabitats wiesgħa ta' qiegħ il-baħar, li tirrifletti d-differenzi bijoġeografiċi fil-kompożizzjoni tal-ispeċijiet tat-tip ta' ħabitat.

L-użu tal-kriterji:

L-indikazzjoni ta' kemm inkiseb status ambjentali tajjeb għandha tiġi espressa għal kull żona vvalutata bħala:

(a)

stima tal-proporzjon u l-firxa ta' kull tip ta' ħabitat ivvalutat li kiseb il-valur ta' limitu stabbilit;

(b)

lista ta' tipi ta' ħabitats wiesgħa fiż-żona tal-valutazzjoni li ma ġewx ivvalutati.

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni b'rabta mat-tema “Ħabitats pelaġiċi”

1.

“Kostali” għandha tinftiehem fuq il-bażi tal-parametri fiżiċi, idroloġiċi u ekoloġiċi u mhijiex limitata għall-ilma kostali kif definit fl-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 2000/60/KE.

2.

Il-valutazzjonijiet tal-effetti negattivi mill-pressjonijiet, inkluż skont il-kriterji D2C3, D5C2, D5C3, D5C4, D7C1, D8C2 u D8C4, għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni fil-valutazzjonijiet tal-ħabitats pelaġiċi skont id-Deskrittur 1.

Unitajiet tal-kejl għall-kriterji:

D1C6: il-firxa tal-ħabitat affettwat b'mod negattiv f'kilometri kwadri (km2) u bħala proporzjon (perċentwal) tal-firxa totali tat-tip ta' ħabitat.

Tema

Ħabitats ta' qiegħ il-baħar (relatati mad-Deskritturi 1 u 6)

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

Jirreferu għall-Parti I ta' dan l-Anness għall-kriterji D6C1, D6C2 u D6C3.

Tipi ta' ħabitats wiesgħa ta' qiegħ il-baħar kif elenkati fit-Tabella 2 u jekk ikunu preżenti fir-reġjun jew fis-subreġjun, u tipi ta' ħabitats oħrajn kif definiti fit-tieni paragrafu.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu, permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali, tipi ta' ħabitats addizzjonali, skont il-kriterji stabbiliti taħt “speċifikazzjonijiet għall-għażla tal-ispeċijiet u tal-ħabitats”, u li jistgħu jinkludu t-tipi ta' ħabitats elenkati taħt id-Direttiva 92/43/KEE jew ftehimiet internazzjonali bħall-Konvenzjonijiet dwar l-Ibħra Reġjonali, għall-finijiet ta':

(a)

il-valutazzjoni ta' kull tip ta' ħabitat wiesa' skont il-kriterju D6C5;

(b)

il-valutazzjoni ta' dawn it-tipi ta' ħabitats.

Sett wieħed ta' tipi ta' ħabitats għandu jservi l-fini tal-valutazzjonijiet kemm tal-ħabitats ta' qiegħ il-baħar skont id-Deskrittur 1 kif ukoll tal-integrità ta' qiegħ il-baħar skont id-Deskrittur 6.

D6C4 — Primarju:

Il-firxa tat-telf tat-tip ta' ħabitat, li jirriżulta minn pressjonijiet antropoġeniċi, ma taqbiżx proporzjon speċifikat tal-firxa naturali tat-tip ta' ħabitat fiż-żona tal-valutazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-firxa massima permissibbli tat-telf tal-ħabitat bħala proporzjon tal-firxa naturali totali tat-tip ta' ħabitat, permezz ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni, wara li jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet reġjonali jew subreġjonali.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Is-subdiviżjoni tar-reġjun jew tas-subreġjun, li tirrifletti d-differenzi bijoġeografiċi fil-kompożizzjoni tal-ispeċijiet tat-tip ta' ħabitat wiesa'.

L-użu tal-kriterji:

Valutazzjoni waħda għal kull tip ta' ħabitat, bl-użu tal-kriterji D6C4 u D6C5, għandha sservi l-fini tal-valutazzjonijiet kemm tal-ħabitats ta' qiegħ il-baħar skont id-Deskrittur 1 kif ukoll tal-integrità ta' qiegħ il-baħar skont id-Deskrittur 6.

L-indikazzjoni ta' kemm inkiseb status ambjentali tajjeb għandha tiġi espressa għal kull żona vvalutata bħala:

(a)

għal D6C4, stima tal-proporzjon u l-firxa tat-telf għal kull tip ta' ħabitat u jekk dan kisibx il-valur tal-firxa stabbilit;

(b)

għal D6C5, stima tal-proporzjon u l-firxa tal-effetti negattivi, inkluż il-proporzjon tat-telf mill-punt (a), għal kull tip ta' ħabitat u jekk dan kisibx il-valur tal-firxa stabbilit;

(c)

l-istatus ġenerali tat-tip ta' ħabitat, bl-użu ta' metodu maqbul fil-livell tal-Unjoni abbażi tal-punti (a) u (b) u lista ta' tipi ta' ħabitats wiesgħa fiż-żona tal-valutazzjoni li ma ġewx ivvalutati.

D6C5 — Primarju:

Il-firxa tal-effetti negattivi mill-pressjonijiet antropoġeniċi fuq il-kundizzjoni tat-tip ta' ħabitat, inkluża l-alterazzjoni fl-istruttura bijotika u abijotika tiegħu u l-funzjonijiet tiegħu (pereżempju, il-kompożizzjoni tipika tal-ispeċi tiegħu u l-abbundanza relattiva tagħhom, in-nuqqas ta' speċijiet partikolarment sensittivi jew fraġli jew speċijiet li jipprovdu funzjoni ewlenija, id-daqs tal-istruttura tal-ispeċijiet) ma taqbiżx proporzjon speċifikat tal-firxa naturali tat-tip ta' ħabitat fiż-żona tal-valutazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għall-effetti negattivi fuq il-kundizzjoni ta' kull tip ta' ħabitat, li jiżguraw il-kompatibbiltà mal-valuri relatati stabbiliti skont id-Deskritturi 2, 5, 6, 7 u 8, permezz ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni, wara li jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet reġjonali jew subreġjonali.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-firxa massima permissibbli ta' dawk l-effetti negattivi bħala proporzjon tal-firxa naturali totali tat-tip ta' ħabitat, permezz ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni, wara li jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet reġjonali jew subreġjonali.

Elementi tal-kriterji

Tabella 2

Tipi ta' ħabitats wiesgħa ta'qiegħ il-baħar, inklużi l-komunitajiet bijoloġiċi assoċjati tagħhom (rilevanti għall-kriterji skont id-Deskritturi 1 u 6), li huma ekwivalenti għal tip ta' ħabitat wieħed jew aktar tal-klassifikazzjoni tal-ħabitats tas-sistema ta' informazzjoni Ewropea dwar in-natura (EUNIS)  (18) . L-aġġornamenti fit-tipoloġija ta' EUNIS għandhom ikunu riflessi fit-tipi ta' ħabitats wiesgħa użati għall-finijiet tad-Direttiva 2008/56/KE u ta'din id-Deċiżjoni.

Komponent tal-ekosistema

Tipi ta' ħabitats wiesgħa

Kodiċijiet tal-ħabitats rilevanti ta' EUNIS (verżjoni tal-2016)

Ħabitats ta' qiegħ il-baħar

Blat littorali u sikka bijoġenika

MA1, MA2

Sediment littorali

MA3, MA4, MA5, MA6

Blat infralittorali u sikka bijoġenika

MB1, MB2

Sediment aħrax infralittorali

MB3

Sediment imħallat infralittorali

MB4

Ramel infralittorali

MB5

Tajn infralittorali

MB6

Blat ċirkalittorali u sikka bijoġenika

MC1, MC2

Sediment aħrax ċirkalittorali

MC3

Sediment imħallat ċirkalittorali

MC4

Ramel ċirkalittorali

MC5

Tajn ċirkalittorali

MC6

Blat ċirkalittorali u sikka bijoġenika lil hinn mill-kosta

MD1, MD2

Sediment aħrax ċirkalittorali lil hinn mill-kosta

MD3

Sediment imħallat ċirkalittorali lil hinn mill-kosta

MD4

Ramel ċirkalittorali lil hinn mill-kosta

MD5

Tajn ċirkalittorali lil hinn mill-kosta

MD6

Blat batjal ta' fuq (19) u sikka bijoġenika

ME1, ME2

Sediment batjal ta' fuq

ME3, ME4, ME5, ME6

Blat batjal ta' taħt u sikka bijoġenika

MF1, MF2

Sediment batjal ta' taħt

MF3, MF4, MF5, MF6

Abissali

MG1, MG2, MG3, MG4, MG5, MG6

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni b'rabta mat-tema “Ħabitats ta' qiegħ il-baħar”

1.

L-istatus ta' kull tip ta' ħabitat għandu jiġi vvalutat bl-użu ta' valutazzjonijiet (bħas-sub-tipi tat-tipi ta' ħabitats wiesgħa) skont id-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2000/60/KE, meta possibbli.

2.

Il-valutazzjoni tal-kriterju D6C4 għandha tuża l-valutazzjoni magħmula skont il-kriterju D6C1.

3.

Il-kriterji D6C4 u D6C5 huma ekwivalenti għall-kriterji “firxa/żona koperta mit-tip ta' ħabitat fi ħdan il-firxa” u “strutturi u funzjonijiet speċifiċi” tad-Direttiva 92/43/KEE.

4.

Għad-D6C5, il-valutazzjonijiet tal-effetti negattivi mill-pressjonijiet, inkluż skont il-kriterji D2C3, D3C1, D3C2, D3C3, D5C4, D5C5, D5C6, D5C7, D5C8, D6C3, D7C2, D8C2 u D8C4, għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni.

5.

Għal D6C5, il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-aktar livell tassonomiku baxx xieraq għall-valutazzjoni.

Unitajiet tal-kejl għall-kriterji:

D6C4: il-firxa tat-telf tal-ħabitat f'kilometri kwadri (km2) u bħala proporzjon (perċentwal) tal-firxa totali tat-tip ta' ħabitat

D6C5: il-firxa tal-ħabitat affettwat b'mod negattiv f'kilometri kwadri (km2) u bħala proporzjon (perċentwal) tal-firxa totali tat-tip ta' ħabitat.

Speċifikazzjonijiet għall-għażla tal-ispeċijiet u l-ħabitats taħt it-Temi “Gruppi ta' speċijiet ta' għasafar tal-baħar, mammiferi, rettili, ħut u ċefalopodi”, “Ħabitats pelaġiċi” u “Ħabitats ta' qiegħ il-baħar”

L-għażla tal-ispeċijiet u tal-ħabitats li jridu jiġu assenjati lill-gruppi ta' speċijiet u lit-tipi ta' ħabitats wiesgħa ta' qiegħ il-baħar għandha tkun ibbażata fuq dawn li ġejjin:

1.

Kriterji xjentifiċi (rilevanza ekoloġika):

(a)

rappreżentattivi tal-komponent tal-ekosistema (grupp ta' speċijiet jew tip ta' ħabitat wiesa') u tal-funzjonament tal-ekosistema (pereżempju, il-konnettività bejn il-ħabitats u l-popolazzjonijiet, il-kompletezza u l-integrità tal-ħabitats essenzjali), li huma rilevanti għal valutazzjoni tal-istat/impatti, bħala li għandhom irwol funzjonali ewlieni fi ħdan il-komponent (pereżempju, bijodiversità għolja jew speċifika, produttività, rabta trofika, riżorsa speċifika jew servizz speċifiku) jew karatteristiċi partikolari tal-istadju tal-ħajja (l-età u d-daqs fit-tnissil, il-lonġevità, il-karatteristiċi migratorji);

(b)

rilevanti għall-valutazzjoni ta' pressjoni antropoġenika ewlenija li għaliha huwa espost il-komponent tal-ekosistema, li huma sensittivi għall-pressjoni u esposti għaliha (vulnerabbli) fiż-żona tal-valutazzjoni;

(c)

preżenti f'numri jew firxa suffiċjenti fiż-żona tal-valutazzjoni sabiex ikunu jistgħu jibnu indikatur xieraq għall-valutazzjoni;

(d)

is-sett ta' speċijiet jew ħabitats magħżula għandhom ikopru, safejn ikun possibbli, il-firxa sħiħa ta' funzjonijiet ekoloġiċi tal-komponent tal-ekosistema u l-pressjonijiet predominanti li għalihom huwa soġġett il-komponent;

(e)

jekk l-ispeċijiet ta' gruppi ta' speċijiet ikunu assoċjati mill-qrib ma' tip ta' ħabitat wiesa' partikolari, dawn jistgħu jiġu inklużi fi ħdan dak it-tip ta' ħabitat għall-finijiet ta' monitoraġġ u valutazzjoni; f'każijiet bħal dawn, l-ispeċijiet ma għandhomx jiġu inklużi fil-valutazzjoni tal-grupp ta' speċijiet.

2.

Kriterji prattiċi addizzjonali (li ma għandhomx jissuperaw il-kriterji xjentifiċi):

(a)

il-monitoraġġ/fattibbiltà teknika;

(b)

l-ispejjeż tal-monitoraġġ;

(c)

serje ta' żmien adegwat tad-dejta.

Is-sett rappreżentattiv ta' speċijiet u ħabitats li jridu jiġu vvalutati x'aktarx li jkunu speċifiċi għas-subreġjun jew għar-reġjun, għalkemm ċerti speċijiet jistgħu jidhru f'diversi subreġjuni jew reġjuni.

Tema

L-ekosistemi, inklużi x-xbieki alimentari (relatati mad-Deskritturi 1 u 4)

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

Ix-xrieki trofiċi ta' ekosistema.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-lista ta' xrieki trofiċi permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

D4C1 — Primarju:

Id-diversità (il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet u l-abbundanza relattiva tagħhom) tax-xirka trofika mhijiex affettwata b'mod negattiv minn pressjonijiet antropoġeniċi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Il-livell reġjonali għall-Baħar Baltiku u għall-Baħar l-Iswed; il-livell subreġjonali għall-Grigal tal-Atlantiku u għall-Baħar Mediterran.

Is-subdiviżjonijiet jistgħu jintużaw fejn xieraq.

L-użu tal-kriterji:

Meta l-valuri ma jaqgħux fi ħdan il-valuri ta' limitu, dan jista' jixpruna riċerka u investigazzjoni ulterjuri sabiex jinftiehmu l-kawżi għaliex ġara dan.

D4C2 — Primarju:

Il-bilanċ tal-abbundanza totali tul ix-xrieki trofiċi ma jkunx affettwat b'mod negattiv minn pressjonijiet antropoġeniċi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

D4C3 — Sekondarju:

Id-distribuzzjoni tad-daqs tal-individwi tul ix-xirka trofika mhijiex affettwata b'mod negattiv minn pressjonijiet antropoġeniċi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

D4C4 — Sekondarju (li jrid jintuża bħala sostenn għall-kriterju D4C2, fejn ikun meħtieġ):

Il-produttività tax-xirka trofika mhijiex affettwata b'mod negattiv minn pressjonijiet antropoġeniċi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

1.

Kompożizzjoni tal-ispeċijiet għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-aktar livell tassonomiku baxx xieraq għall-valutazzjoni.

2.

Ix-xrieki trofiċi magħżula skont l-elementi tal-kriterji għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni l-lista ICES ta' xrieki trofiċi (20) u għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jinkludu mill-inqas tliet xrieki trofiċi;

(b)

tnejn għandhom ikunu xrieki trofiċi mhux ta' ħut;

(c)

mill-inqas waħda għandha tkun xirka trofika ta' produttur primarju;

(d)

preferibbilment jirrappreżentaw mill-inqas il-quċċata, in-nofs u l-qiegħ tal-katina alimentari.

Unitajiet tal-kejl:

D4C2: l-abbundanza totali (l-għadd ta' individwi jew bijomassa f'tunnellati (t)) fost l-ispeċijiet kollha fi ħdan ix-xirka trofika.


(1)  Meta din id-Deċiżjoni tirreferi għal “deskrittur”, dan jirreferi għad-deskritturi kwalitattivi rilevanti biex jiġi ddeterminat l-istatus ambjentali tajjeb, kif indikati taħt il-punti nnumerati fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE.

(2)  D3C2 u D3C3 huma kriterji bbażati fl-Istat għall-ħut u l-frott tal-baħar li jiġi sfruttat b'mod kummerċjali, iżda qed jingħataw fl-Ewwel Parti għal raġunijiet ta' ċarezza.

(3)  D3C3 jista' ma jkunx disponibbli biex jintuża fir-rieżami tal-2018 tal-valutazzjoni inizjali u biex jiġi ddeterminat l-istatus ambjentali tajjeb skont l-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva 2008/56/KE.

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta' Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta' qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1).

(5)  Għal din il-valutazzjoni, jistgħu jkunu rilevanti d-dokumenti ta' gwida ppubblikati fil-kuntest tal-Istrateġija ta' Implementazzjoni Komuni b'rabta mad-Direttiva 2000/60/KE (eż. “Nru 13 — Overall Approach to the Classification of Ecological Status and Ecological Potential” u “Nru 23 — Eutrophication Assessment in the Context of European Water Policies”).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/480/UE tal-20 ta' Settembru 2013 li tistabbilixxi, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-valuri tal-klassifikazzjonijiet tas-sistemi ta' monitoraġġ tal-Istati Membri bħala riżultat tal-eżerċizzju tal-interkalibrar u li tħassar id-Deċiżjoni 2008/915/KE (ĠU L 266, 8.10.2013, p. 1).

(7)  Telf fiżiku għandu jinftiehem kif speċifikat fil-punt 3 tal-ispeċifikazzjonijiet skont id-Deskrittur 6.

(8)  Id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur, inklużi penalitajiet kriminali, għal reati ta' tniġġis (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 589/2014 tat-2 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll tal-livelli ta' diossini, PCBs simili għad-diossini u PCBs mhux simili għad-diossini f'ċerti oġġetti tal-ikel u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 252/2012 (ĠU L 164, 3.6.2014, p. 18).

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta' Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta' livelli ta' ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, 3-MCPD u benzo(a)pyrene fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 29).

(13)  Dawn huma l-kategoriji “Livell 1 — Materjal” mil-Lista Definittiva ta' kategoriji ta' oġġetti ta' skart miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka “Gwida dwar il-Monitoraġġ tal-iskart fl-ibħra Ewropej” (2013, ISBN 978-92-79-32709-4). Il-Lista Definittiva tispeċifika x'inhu kopert f'kull kategorija, pereżempju “Sustanzi kimiċi” tirreferi għal paraffina, xama', żejt u qatran.

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 199/2008 jista' jintuża biex tinġabar id-data tas-sajd rilevanti għad-Deskritturi 1, 4 u 6.

(15)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1251 tat-12 ta' Lulju 2016 li tadotta programm multiannwali tal-Unjoni għall-ġbir, għall-ġestjoni u għall-użu ta' dejta fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakoltura għall-perjodu 2017-2019 (ĠU L 207, 1.8.2016, p. 113).

(16)  Meta jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 199/2008 trid tintuża d-data tas-sajd rilevanti.

(17)  Miżmuma għal sitwazzjonijiet fejn it-traċċi estwarini jestendu lil hinn mill-ilmijiet innominati bħala Ilmijiet ta' Tranżizzjoni skont id-Direttiva 2000/60/KE.

(18)  Evans, D. (2016). “Revising the marine section of the EUNIS Habitat classification — Report of a workshop held at the European Topic Centre on Biological Diversity, 12-13 May 2016”. Dokument ta' Ħidma tal-ETC/BD Nru A/2016.

(19)  Fejn mhux speċifikament definit fil-klassifikazzjoni ta' EUNIS, il-konfini bejn il-batjal ta' fuq u l-batjal ta' taħt jista' jiġi stabbilit bħala limitu ta' fond speċifikat.

(20)  ICES Advice (2015) Book 1, ICES special request advice, ippubblikat fl-20 ta' Marzu 2015.


Rettifika

18.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/75


Rettifika għar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1011 tal-24 ta' April 2015 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prekursuri tad-droga u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 162 tas-27 ta' Ġunju 2015 )

Fil-paġna 15, il-punt (i) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(9),

minflok:

“id-data ta' meta tiskadi l-validità fejn terminu ta' validità kien stabbilit skont l-Artikolu 3(6) ta' dan ir-Regolament jew skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004;”,

aqra:

“id-data ta' meta tiskadi l-validità fejn terminu ta' validità kien stabbilit skont l-Artikolu 3(7) ta' dan ir-Regolament jew skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004;”.