ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 105

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
21 ta' April 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/712 tal-20 ta' April 2017 li jistabbilixxi s-sena ta' referenza u l-programm tad-data statistika u tal-metadata għaċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar previst bir-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

1

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/713 tal-20 ta' April 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

12

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/714 tal-20 ta' April 2017 dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tmien sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

14

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/715 tas-27 ta' Marzu 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness II (Regolamenti Tekniċi, Standards, Testijiet u Ċertifikazzjoni) u l-Anness XVII (Proprjetà Intellettwali) tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament Pedjatriku)

15

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/302 tal-15 ta' Frar 2017 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għat-trobbija intensiva tat-tjur jew tal-ħnieżer ( ĠU L 43, 21.2.2017 )

21

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 105/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/712

tal-20 ta' April 2017

li jistabbilixxi s-sena ta' referenza u l-programm tad-data statistika u tal-metadata għaċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar previst bir-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 763/2008, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi s-sena ta' referenza. Id-data ta' referenza magħżula minn kull Stat Membru għaċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni f'dik is-sena.

(2)

Skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 763/2008, il-Kummissjoni għandha tadotta programm tad-data statistika u tal-metadata għaċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar li għandhom jiġu trażmessi lill-Kummissjoni.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-istatistika miċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar imwettqa fl-Istati Membri tkun tista' titqabbel, u sabiex ikunu jistgħu jitfasslu sommarji affidabbli tal-Unjoni kollha, dan il-programm għandu jkun l-istess fl-Istati Membri kollha.

(4)

B'mod partikolari, huwa neċessarju li jiġu definiti l-kontenut u l-istruttura tal-iperkubi li għandhom ikunu l-istess fl-Istati Membri kollha, il-valur speċjali taċ-ċelluli u s-sinjalaturi li l-Istati Membri jistgħu jużaw f'dawn l-iperkubi kif ukoll il-metadata dwar it-temi.

(5)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/543 (2) jistipula l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-temi taċ-ċensiment u l-kategorizzazzjonijiet tagħhom li għandhom jiġu applikati għad-data li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni għas-sena ta' referenza 2021.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm tad-data statistika u tal-metadata għaċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar li għandhom jiġu trażmessi lill-Kummissjoni (Eurostat) għas-sena ta' referenza 2021.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 763/2008 u l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/543 It-tifsiriet segwenti għandhom ukoll japplikaw għall-iskop ta' dan ir-Regolament:

(1)

“popolazzjoni totali” ta' żona ġeografika definita sew tfisser il-persuni kollha li r-residenza tas-soltu tagħhom, kif definita fl-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 763/2008, tinsab f'dik iż-żona ġeografika;

(2)

“iperkubu” jfisser tabulazzjoni trasversali multidimensjonali ta' kategorizzazzjonijiet li fiha valur ta' ċellula għall-kejl ta' kull kategorija ta' kull kategorizzazzjoni li jkollha tabulazzjoni trasversali minn kull kategorija ta' kwalunkwe kategorizzazzjoni oħra użata f'dak l-iperkubu;

(3)

“valur taċ-ċellula” tfisser l-informazzjoni pprovduta f'ċellula ta' iperkubu. Valur ta' ċellula jista' jkun kemm “valur numeriku taċ-ċellula” kif ukoll “valur speċjali taċ-ċellula”;

(4)

“valur numeriku taċ-ċellula” tfisser valur numeriku li huwa trażmess f'ċellula sabiex jipprovdi l-istatisika dwar l-osservazzjoni għal dik iċ-ċellula;

(5)

“valur kunfidenzjali taċ-ċellula” jfisser valur numeriku taċ-ċellula li sabiex tiġi protetta l-kunfidenzjalità tal-istatistika tad-data ma għandux jinkixef skont il-miżuri protettivi kontra l-kxif tad-data statistika tal-Istati Membri;

(6)

“valur mhux kunfidenzjali taċ-ċellula” jfisser valur numeriku ta' ċellula li mhuwiex valur kunfidenzjali ta' ċellula;

(7)

“valur mhux affidabbli ta' ċellula” tfisser valur numeriku ta' ċellula li mhuwiex affidabbli skont il-kontroll ta' kwalità tal-Istati Membri;

(8)

“valur speċjali ta' ċellula” tfisser simbolu li jiġi trażmess f'ċellula tal-iperkubu minflok valur numeriku taċ-ċellula;

(9)

“sinjalatur” tfisser kodiċi li jista' jakkumpanja valur partikolari ta' ċellula sabiex tiġi deskritta karatteristika speċifika ta' dak il-valur taċ-ċellula;

Artikolu 3

Data ta' referenza

Kull Stat Membru għandu jiddetermina data ta' referenza li taqa' fl-2021 għal ċensiment tal-popolazzjoni u tad-djar li għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat). L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019 bid-data ta' referenza magħżula.

Artikolu 4

Programm tad-data statistika

1.   Il-programm tad-data statistika li għandu jiġi trażmess lill-Kummissjoni (Eurostat) għas-sena ta' referenza 2021 għandu jikkonsisti mill-iperkubi elenkati fl-Anness I.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-valur speċjali taċ-ċellula “mhux applikabbli” fil-każijiet li ġejjin biss:

(a)

meta ċellula tirreferi għal kategorija “mhux applikabbli” ta' mill-inqas kategorizzazzjoni dettaljata waħda; jew

(b)

meta ċellula tiddeskrivi osservazzjoni li ma teżistix fl-Istat Membru.

3.   L-Istati Membri għandhom jissostitwixxu kwalunkwe valur kunfidenzjali ta' ċellula “mhux disponibbli”.

4.   Fuq talba ta' Stat Membru l-Kummissjoni (Eurostat) ma għandhiex tgħarraf lill-pubbliku b'xi valur taċ-ċellula mhux affidabbli pprovdut minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 5

Metadata dwar il-valuri taċ-ċelluli

1.   Meta applikabbli, l-Istati Membri għandhom iżidu s-sinjalaturi li ġejjin għal ċellula tal-iperkubu.

(a)

“kunfidenzjali”;

(b)

“mhux affidabbli”;

(c)

“rivedut wara l-ewwel trażmissjoni tad-data”;

(d)

“ara l-informazzjoni mehmuża”.

2.   Kull ċellula li l-valur kunfidenzjali taċ-ċellula tagħha ġiet sostitwita minn valur speċjali “mhux disponibbli” għandha tiġi mmarkata bil-sinjalatur “kunfidenzjali”.

3.   Kull ċellula li l-valur numeriku taċ-ċellula tagħha mhuwiex affidabbli għandha tiġi mmarkata bis-sinjalatur “mhux affidabbli”.

4.   Għal kull ċellula akkumpanjata minn mill-inqas wieħed mis-sinjalaturi “mhux affidabbli”, “riveduta wara l-ewwel trażmissjoni tad-data” jew “ara l-informazzjoni mehmuża”, għandu jiġi pprovdut test ta' spjegazzjoni.

Artikolu 6

Metadata dwar it-temi

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bil-metadata dwar it-temi kif stipulati fl-Anness II.

Artikolu 7

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 14

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/543 tat-22 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-suġġetti u tal-kategorizzazzjonijiet tagħhom (ĠU L 78, 23.3.2017, p. 13).


ANNESS I

Programm tad-data tal-istatistika (iperkubi) għas-sena ta' referenza 2021

Nru

Totali

Kategorizzazzjonijiet

 

Grupp 1

Popolazzjoni totali

GEO.N.

SEX.

AGE.H.

LMS.H.

HST.H.

FST.H.

 

 

 

1.1

 

GEO.N.

SEX.

AGE.H.

LMS.H.

 

 

 

 

 

1.2

 

GEO.N.

SEX.

AGE.H.

 

HST.H.

 

 

 

 

1.3

 

GEO.N.

SEX.

AGE.H.

 

 

FST.H.

 

 

 

1.4

 

GEO.N.

SEX.

 

LMS.H.

HST.H.

 

 

 

 

 

Grupp 2

Popolazzjoni totali

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

HST.H.

FST.H.

HAR.

LOC.

 

2.1

 

GEO.M.

SEX.

AGE.L.

LMS.L.

 

FST.H.

 

 

 

2.2

 

GEO.M.

SEX.

AGE.L.

 

HST.H.

 

HAR.

 

 

2.3

 

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

 

 

 

HAR.

LOC.

 

 

Grupp 3

Popolazzjoni totali

GEO.H.

SEX.

AGE.M.

HST.M.

LMS.L.

 

 

 

 

3.1

 

GEO.H.

SEX.

AGE.M.

 

 

 

 

 

 

3.2

 

GEO.H.

SEX.

 

HST.M.

 

 

 

 

 

3.3

 

GEO.H.

SEX.

 

 

LMS.L.

 

 

 

 

 

Grupp 4

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.H.

CAS.H.

OCC.

EDU.

 

 

 

4.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.H.

CAS.H.

 

 

 

 

 

4.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.H.

 

OCC.

 

 

 

 

4.3

 

GEO.L.

SEX.

AGE.H.

 

 

EDU.

 

 

 

 

Grupp 5

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

OCC.

IND.L.

SIE.

EDU.

 

 

5.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

OCC.

IND.L.

 

 

 

 

5.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

OCC.

 

SIE.

 

 

 

5.3

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

OCC.

 

 

EDU.

 

 

5.4

 

GEO.L.

SEX.

AGE.L.

 

 

SIE.

EDU.

 

 

5.5

 

GEO.N.

SEX.

 

OCC.

IND.L.

 

EDU.

 

 

5.6

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

IND.L.

SIE.

 

 

 

5.7

 

GEO.L.

SEX.

AGE.L.

 

IND.L.

 

EDU.

 

 

 

Grupp 6

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LPW.N.

OCC.

IND.L.

SIE.

EDU.

 

6.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LPW.N.

OCC.

 

 

 

 

6.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LPW.N.

 

 

 

EDU.

 

6.3

 

GEO.L.

SEX.

 

LPW.N.

 

IND.L.

SIE.

 

 

 

Grupp 7

Popolazzjoni totali

GEO.N.

SEX.

AGE.M.

LPW.L.

IND.L.

SIE.

 

 

 

7.1

 

GEO.N.

SEX.

AGE.M.

LPW.L.

IND.L.

 

 

 

 

7.2

 

GEO.N.

SEX.

AGE.M.

LPW.L.

 

SIE.

 

 

 

 

Grupp 8

Popolazzjoni totali

GEO.H.

SEX.

COC.L.

POB.L.

 

 

 

 

 

8.1

 

GEO.H.

SEX.

COC.L.

 

 

 

 

 

 

8.2

 

GEO.H.

SEX.

 

POB.L.

 

 

 

 

 

 

Grupp 9

Popolazzjoni totali

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

COC.L.

POB.H.

YAE.H.

 

 

 

9.1

 

GEO.N.

SEX.

AGE.M.

COC.L.

POB.H.

 

 

 

 

9.2

 

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

 

 

YAE.H.

 

 

 

9.3

 

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

 

POB.H.

 

 

 

 

9.4

 

GEO.M.

SEX.

 

 

POB.H.

YAE.H.

 

 

 

 

Grupp 10

Popolazzjoni totali

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

CAS.L.

COC.L.

POB.L.

YAT.

 

 

10.1

 

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

 

COC.L.

 

YAT.

 

 

10.2

 

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

 

 

POB.L.

YAT.

 

 

10.3

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

CAS.L.

COC.L.

 

YAT.

 

 

 

Grupp 11

Popolazzjoni totali

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

COC.H.

YAE.L.

 

 

 

 

11.1

 

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

COC.H.

 

 

 

 

 

11.2

 

GEO.M.

SEX.

 

COC.H.

YAE.L.

 

 

 

 

 

Grupp 12

Popolazzjoni totali

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

COC.M.

POB.M.

YAE.L.

SIE.

ROY.

 

12.1

 

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

 

 

YAE.L.

 

ROY.

 

12.2

 

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

 

POB.M.

 

 

ROY.

 

12.3

 

GEO.L.

SEX.

 

COC.M.

POB.M.

 

 

ROY.

 

12.4

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

 

 

SIE.

ROY.

 

 

Grupp 13

Popolazzjoni totali

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

COC.M.

POB.M.

YAE.H.

ROY.

HAR.

 

13.1

 

GEO.L.

SEX.

 

 

POB.M.

YAE.H.

 

HAR.

 

13.2

 

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

 

 

 

ROY.

HAR.

 

13.3

 

GEO.M.

 

AGE.M.

 

POB.M.

 

 

HAR.

 

13.4

 

GEO.M.

 

AGE.M.

COC.M.

 

 

 

HAR.

 

13.5

 

GEO.L.

 

 

COC.M.

POB.M.

YAE.H.

 

 

 

 

Grupp 14

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

CAS.H.

COC.L.

POB.L.

YAE.L.

ROY.

HAR.

14.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

CAS.H.

COC.L.

 

 

 

 

14.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

CAS.H.

 

POB.L.

 

 

 

14.3

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

CAS.H.

 

 

YAE.L.

 

 

14.4

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

CAS.H.

 

 

 

ROY.

 

14.5

 

GEO.L.

SEX.

AGE.L.

CAS.L.

 

 

 

ROY.

HAR.

 

Grupp 15

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

CAS.L.

EDU.

COC.L.

POB.L.

YAE.H.

 

15.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.L.

CAS.L.

EDU.

 

POB.L.

 

 

15.2

 

GEO.L.

SEX.

 

CAS.L.

EDU.

 

 

YAE.H.

 

15.3

 

GEO.L.

SEX.

 

CAS.L.

 

COC.L.

 

YAE.H.

 

15.4

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

CAS.L.

 

COC.L.

POB.L.

 

 

 

Grupp 16

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

OCC.

COC.L.

POB.L.

YAE.L.

ROY.

 

16.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

OCC.

COC.L.

 

 

 

 

16.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

OCC.

 

POB.L.

 

 

 

16.3

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

OCC.

 

 

YAE.L.

 

 

16.4

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

OCC.

 

 

 

ROY.

 

16.5

 

GEO.L.

SEX.

 

OCC.

 

POB.L.

YAE.L.

 

 

 

Grupp 17

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

IND.H.

COC.L.

YAE.L.

ROY.

 

 

17.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

IND.H.

COC.L.

 

 

 

 

17.2

 

GEO.N.

SEX.

AGE.M.

IND.H.

 

YAE.L.

 

 

 

17.3

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

IND.H.

 

 

ROY.

 

 

 

Grupp 18

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

IND.H.

SIE.

EDU.

COC.L.

POB.L.

 

 

18.1

 

GEO.L.

SEX.

IND.H.

SIE.

 

 

POB.L.

 

 

18.2

 

GEO.L.

SEX.

IND.H.

 

EDU.

 

POB.L.

 

 

18.3

 

GEO.L.

SEX.

IND.L.

 

 

COC.L.

POB.L.

 

 

 

Group19

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

EDU.

POB.L.

YAE.H.

 

 

 

19.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

EDU.

POB.L.

 

 

 

 

19.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

EDU.

 

YAE.L.

 

 

 

19.3

 

GEO.L.

SEX.

 

EDU.

POB.L.

YAE.H.

 

 

 

 

Grupp 20

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LPW.N.

COC.L.

POB.L.

 

 

 

20.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LPW.N.

COC.L.

 

 

 

 

20.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LPW.N.

 

POB.L.

 

 

 

 

Grupp 21

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

FST.M.

HST.H.

CAS.H.

EDU.

 

21.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

 

 

CAS.H.

 

 

21.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

 

 

 

EDU.

 

21.3

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

FST.M.

 

CAS.H.

 

 

21.4

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

FST.M.

 

 

EDU.

 

21.5

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

 

HST.H.

CAS.H.

 

 

 

Grupp 22

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

HST.H.

EDU.

SIE.

 

 

 

22.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

HST.H.

EDU.

 

 

 

 

22.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

HST.H.

 

SIE.

 

 

 

 

Grupp 23

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

FST.L.

HST.L.

CAS.L.

EDU.

 

 

23.1

 

GEO.N.

SEX.

AGE.M.

 

HST.L.

CAS.L.

EDU.

 

 

23.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

FST.L.

 

CAS.L.

EDU.

 

 

 

Grupp 24

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

FST.L.

HST.M.

CAS.L.

 

 

24.1

 

GEO.N.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

FST.L.

 

CAS.L.

 

 

24.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

 

HST.M.

CAS.L.

 

 

 

Grupp 25

Popolazzjoni totali

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

HST.M.

COC.L.

POB.L.

 

 

25.1

 

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

 

 

POB.L.

 

 

25.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

HST.M.

COC.L.

 

 

 

25.3

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

HST.M.

 

POB.L.

 

 

 

Grupp 26

Popolazzjoni totali

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

FST.L.

HST.M.

COC.L.

POB.L.

 

 

26.1

 

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

FST.L.

 

COC.L.

 

 

 

26.2

 

GEO.M.

SEX.

AGE.M.

 

HST.M.

 

POB.L.

 

 

26.3

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

HST.M.

COC.L.

POB.L.

 

 

 

Grupp 27

Popolazzjoni totali

GEO.M.

SEX.

AGE.L.

FST.M.

HST.M.

YAE.L.

 

 

 

27.1

 

GEO.M.

SEX.

AGE.L.

FST.M.

 

YAE.L.

 

 

 

27.2

 

GEO.M.

SEX.

AGE.L.

 

HST.M.

YAE.L.

 

 

 

 

Grupp 28

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

FST.M.

HST.M.

ROY.

 

 

 

28.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

FST.M.

 

ROY.

 

 

 

28.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

HST.M.

ROY.

 

 

 

 

Grupp 29

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

FST.L.

HST.M.

CAS.L.

POB.L.

 

29.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

 

 

CAS.L.

POB.L.

 

29.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

FST.L.

 

CAS.L.

POB.L.

 

29.3

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

 

HST.M.

CAS.L.

POB.L.

 

 

Grupp 30

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

FST.L.

HST.M.

CAS.L.

COC.L.

 

30.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

LMS.L.

 

 

CAS.L.

COC.L.

 

30.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

FST.L.

 

CAS.L.

COC.L.

 

30.3

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

 

HST.M.

CAS.L.

COC.L.

 

 

Grupp 31

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

FST.L.

HST.M.

SIE.

EDU.

POB.L.

 

31.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

HST.M.

SIE.

 

POB.L.

 

31.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

FST.L.

 

SIE.

 

POB.L.

 

31.3

 

GEO.L.

SEX.

 

 

HST.M.

 

EDU.

POB.L.

 

 

Grupp 32

Popolazzjoni totali

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

FST.L.

HST.M.

SIE.

EDU.

COC.L.

 

32.1

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

 

HST.M.

SIE.

 

COC.L.

 

32.2

 

GEO.L.

SEX.

AGE.M.

FST.L.

 

SIE.

 

COC.L.

 

32.3

 

GEO.L.

SEX.

 

 

HST.M.

 

EDU.

COC.L.

 

 

Grupp 33

In-numru tad-djar privati kollha

GEO.M.

TPH.H.

SPH.

TSH.

 

 

 

 

 

33.1

 

GEO.M.

TPH.H.

SPH.

TSH.

 

 

 

 

 

 

Grupp 34

In-numru tal-familji kollha

GEO.M.

TFN.H.

SFN.

 

 

 

 

 

 

34.1

 

GEO.M.

TFN.H.

SFN.

 

 

 

 

 

 

 

Grupp 35

In-numru tad-djar privati kollha

GEO.H.

TPH.L.

SPH.

 

 

 

 

 

 

35.1

 

GEO.H.

TPH.L.

 

 

 

 

 

 

 

35.2

 

GEO.H.

 

SPH.

 

 

 

 

 

 

 

Grupp 36

In-numru tal-familji kollha

GEO.H.

TFN.L.

SFN.

 

 

 

 

 

 

36.1

 

GEO.H.

TFN.L.

 

 

 

 

 

 

 

36.2

 

GEO.H.

 

SFN.

 

 

 

 

 

 

 

Grupp 37

In-numru tal-abitazzjonijiet konvenzjonali kollha

GEO.M.

TOB.

OCS.

POC.

 

 

 

 

 

37.1

 

GEO.M.

TOB.

OCS.

POC.

 

 

 

 

 

 

Grupp 38

In-numru tal-abitazzjonijiet konvenzjonali kollha

GEO.H.

TOB.

OCS.

 

 

 

 

 

 

38.1

 

GEO.H.

TOB.

OCS.

 

 

 

 

 

 

 

Grupp 39

In-numru tal-abitazzjonijiet konvenzjonali okkupati kollha

GEO.M.

TOB.

(UFS.or NOR)

(DFS.or DRM)

OWS.

NOC.

 

 

 

39.1

 

GEO.L.

TOB.

 

 

OWS.

NOC.

 

 

 

39.2

 

GEO.M.

TOB.

(UFS.or NOR)

 

 

NOC.

 

 

 

39.3

 

GEO.M.

TOB.

 

(DFS.or DRM)

 

NOC.

 

 

 

 

Grupp 40

In-numru tal-abitazzjonijiet konvenzjonali okkupati kollha

GEO.L.

WSS.

TOI.

BAT.

TOH.

 

 

 

 

40.1

 

GEO.L.

WSS.

 

 

 

 

 

 

 

40.2

 

GEO.L.

 

TOI.

 

 

 

 

 

 

40.3

 

GEO.L.

 

 

BAT.

 

 

 

 

 

40.4

 

GEO.L.

 

 

 

TOH.

 

 

 

 

 

Grupp 41

In-numru ta' postijiet ta' għajxien kollha

GEO.H.

TLQ.

 

 

 

 

 

 

 

41.1

 

GEO.H.

TLQ.

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS II

Metadata dwar it-temi msemmija fl-Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) metadata testwali dwar id-definizzjonijiet marbuta mat-temi taċ-ċensiment.

Għal kull tema, il-metadata għandha:

ssemmi is-sors(i) tad-data li ntużaw biex jirrappurtaw l-istatistika dwar it-tema;

tirrappurta dwar il-metodoloġija użata sabiex tiġi stmata d-data dwar it-tema;

tirrappurta dwar ir-raġunijiet għal kwalunkwe nuqqas ta' affidabilità tad-data dwar it-tema.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-metadata li ġejja:

Il-post tar-residenza solita

Il-metadata għandha tispjega b'liema mod ġiet applikata d-definizzjoni ta' “residenza solita” tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 763/2008, b'mod partikolari sa liema punt ir-residenza legali jew reġistrata ġiet irrappurtata bħala sostitut għar-residenza solita skont il-kriterji tat-12-il xahar, kif ukoll definizzjoni ċara tal-kunċett adottat għall-popolazzjoni residenti.

Il-metadata għandha tirrapporta jekk studenti tat-tielet livell li l-indirizz taż-żmien skolastiku tagħhom mhuwiex dak tad-dar tal-familja tagħhom ġewx ikkunsidrati li kellhom ir-residenza solita tagħhom fid-dar tal-familja tagħhom.

Il-metadata għandha tirrapporta dwar kwalunkwe applikazzjoni speċifika għall-pajjiż tar-regoli għall-“każijiet speċjali” elenkati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-tema “Post ta' residenza solita” fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/543.

Persuni bla dar

Id-data tal-popolazzjoni kollha għandha tinkludi l-persuni bla dar primarji kollha (persuni li jgħixu fit-toroq mingħajr kenn) u persuni bla dar sekondarji (persuni li spiss jiċċaqalqu minn akkomodazzjoni temporanja għall-oħra).

Il-metadata għandha tirrapporta l-għadd ta' persuni kollha mingħajr dar. L-għadd ta' persuni bla dar primarji (persuni li jgħixu fit-toroq mingħajr kenn) u ta' persuni bla dar sekondarji (persuni li jiċċaqalqu bejn akkomodazzjoni temporanja u oħra) għandu jintwera meta jkun possibbli li ssir din id-distinzjoni.

Deskrizzjoni tal-metodoloġija u s-sorsi tad-data użati sabiex tkun prodotta data dwar il-persuni mingħajr dar għandhom jiġu pprovduti.

Stat legali maritali/relazzjonijiet

Il-metadata għandha tirrapporta dwar il-bażi legali relevanti fl-Istati Membri li jikkonċerna żwiġijiet tas-sess oppost u żwiġijiet tal-istess sess, l-età minima għaż-żwiġijiet, relazzjonijiet tas-sess oppost u tal-istess sess irreġistrati, u l-possibilità ta' divorzju jew separazzjoni legali.

Temi ekonomiċi

Il-metadata għandha tirrapporta dwar kwalunkwe applikazzjoni speċifika għall-pajjiż tar-regoli elenkati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-tema “Stat kurrenti ta' attività” fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/543. Il-metadata għandha tirrapporta jekk l-istat ta' attività fil-preżent ġiex irrapportat abbażi tar-reġistri, u, jekk dan huwa l-każ, fuq id-definizzjonijiet rilevanti użati f'dan ir-reġistru.

Il-metadata għandha tirrapporta fuq l-età minima nazzjonali għall-attività ekonomika fil-pajjiż, u l-bażi legali rilevanti.

Meta ċ-ċensiment fl-Istati Membri jidentifika persuni li għandhom aktar minn impjieg wieħed, il-metadata għandha tiddeskrivi l-metodu użat biex jallokawhom għall-impjieg ewlieni tagħhom (pereżempju, abbażi tal-ħin involut fuq ix-xogħol, id-dħul irċevut).

Il-metadata għandha tirrapporta dwar kwalunkwe applikazzjoni speċifika għall-pajjiż tar-regoli elenkati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-tema “Stat kurrenti ta' attività” fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/543. Meta ċ-ċensiment fl-Istat Membru jidentifika persuna li tkun kemm tħaddem kif ukoll impjegata hi stess, il-metadata għandha tiddeskrivi l-metodu li jkun intuża biex tiġi allokata għal waħda miż-żewġ kategoriji.

Pajjiż/post tat-twelid

Għal ċensimenti li għalihom m'hemm l-ebda informazzjoni jew hemm biss informazzjoni mhux kompluta disponibbli fuq il-pajjiż tat-twelid skont il-fruntieri internazzjonali eżistenti fil-waqt taċ-ċensiment, il-metadata għandha tinforma dwar il-metodoloġija użata sabiex jiġu allokati persuni fil-kategorizzazzjoni tat-tema “Pajjiż/post ta' twelid”.

Il-metadata għandha tirrapporta jekk informazzjoni dwar il-post fejn seħħ it-twelid kienx użat bħala sostitut għall-post ta' residenza solita tal-omm fiż-żmien tat-twelid.

Pajjiż taċ-ċittadinanza

F'pajjiżi fejn parti mill-popolazzjoni hija magħmula minn persuni li huma “Rikonoxxuti li mhumiex ċittadini” (jiġifieri persuni li la huma ċittadini ta' xi pajjiż u lanqas mingħajr stat u li għandhom xi drittijiet iżda mhux id-drittijiet u d-dmirijiet kollha assoċjati maċ-ċittadinanza), il-metadata għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti.

Post ta' residenza solita sena qabel iċ-ċensiment

Fil-każ li ċ-ċensiment fl-Istat Membru jiġbor l-informazzjoni dwar it-tema “Post ta' residenza solita ta' qabel u d-data tal-wasla fil-post preżenti”, il-metadata għandha tiddeskrivi kwalunkwe metodololoġija li tkun intużat sabiex tirrapporta fuq il-post tar-residenza solita sena qabel iċ-ċensiment.

Temi dwar id-dar u l-familja

Il-metadata għandha tispeċifika jekk iċ-ċensiment fl-Istat Membru japplikax il-kunċett tax-“xogħol tad-dar” jew “ta' min jgħix fid-dar” sabiex jiġu identifikati d-djar privati. Il-metadata għandha tirrapporta dwar il-metodu li jkun intuża sabiex jiġu ġġenerati d-djar u l-familji.

Il-metadata għandha tirrapporta dwar il-mod kif ir-relazzjonijiet bejn il-membri tad-dar jiġu identifikati (eż. il-matriċi tar-relazzjonijiet; ir-relazzjoni mal-persuna ta' referenza). Jekk din id-data tinkiseb minn reġistri amministrattivi, għandu jiġi rrapportat jekk l-informazzjoni dwar ir-relazzjoni bejn id-dar u l-membri tal-familja hijiex irreġistrata u miksuba direttament minn sors amministrattiv(i), jew jekk din l-informazzjoni hijiex ibbażata fuq mudell statistiku.

Tip ta' proprjetà

Il-metadata għandha tispjega u tagħti eżempji ta' tipi ta' sjieda tal-proprjetà nazzjonali doganali skont il-liġijiet li ġew ikklassifikati taħt “Djar f'tipi oħra ta' pussess”.

Spazju ta' art bżonnjuż u/jew numru ta' kmamar tal-unitajiet ta' akkomodazzjoni, standard ta' densità

Il-metadata għandha tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-kunċett ta' “spazju għall-użu” jew dak ta' “numru ta' kmamar” skont il-każ, u dwar id-definizzjoni adottata għal kejl korrispondenti tal-istandard tad-densità.


21.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 105/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/713

tal-20 ta' April 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

260,5

MA

103,1

TR

118,6

ZZ

160,7

0707 00 05

MA

79,4

TR

154,7

ZZ

117,1

0709 93 10

MA

78,6

TR

144,9

ZZ

111,8

0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28

EG

59,5

IL

80,6

MA

48,4

TR

71,4

ZZ

65,0

0805 50 10

AR

68,9

TR

67,2

ZZ

68,1

0808 10 80

AR

96,7

BR

116,2

CL

111,4

CN

147,6

NZ

157,3

ZA

114,6

ZZ

124,0

0808 30 90

AR

163,2

CL

170,8

CN

79,8

ZA

132,8

ZZ

136,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


21.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 105/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/714

tal-20 ta' April 2017

dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tmien sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti.

(2)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għat-tmien sejħa għall-offerti parzjali, ma għandux jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għat-tmien sejħa parzjali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080, illi fir-rigward tagħha l-perjodu meta l-offerti kellhom jintefgħu ntemm fit-18 ta' April 2017, ma għandu jiġi ffissat l-ebda prezz minimu tal-bejgħ.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).


DEĊIŻJONIJIET

21.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 105/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/715

tas-27 ta' Marzu 2017

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness II (Regolamenti Tekniċi, Standards, Testijiet u Ċertifikazzjoni) u l-Anness XVII (Proprjetà Intellettwali) tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament Pedjatriku)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness II (Regolamenti Tekniċi, Standards, Testijiet u Ċertifikazzjoni) u l-Anness XVII (Proprjetà Intellettwali) tal-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1902/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 488/2012 (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 469/2009 iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1768/92 (7), li ġie inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jiġi mħassar taħt il-Ftehim ŻEE.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 658/2007 (8) jistabbilixxi regoli li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta' penalitajiet finanzjarji lid-detenturi ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mogħtija taħt ir-Regolament (KE) Nru 726/2004. Ladarba l-Kummissjoni tkun tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, l-Istati tal-EFTA għandhom simultanjament jieħdu deċiżjonijiet korrispondenti fi żmien 30 jum mill-għoti. Minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali, jiġifieri, li l-Kummissjoni tagħti awtorizzazzjonijiet ta' tqegħid fis-suq, li l-ksur jaffettwa lill-Unjoni u l-interessi tagħha, u n-natura kumplessa u teknika tal-proċeduri ta' ksur, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni u tistenna l-valutazzjoni kif ukoll il-proposta għal azzjoni tal-Kummissjoni qabel ma tieħu deċiżjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta' penalitajiet finanzjarji lid-detenturi ta' awtorizzazzjonijiet ta' tqegħid fis-suq stabbiliti fi Stat tal-EFTA.

(9)

L-Anness II (Regolamenti Tekniċi, Standards, Testijiet u Ċertifikazzjoni) u l-Anness XVII (Proprjetà Intellettwali) tal-Ftehim ŻEE għalhekk jenħtieġu li jiġu emendati kif xieraq.

(10)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għalhekk tenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni li jinsab mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, dwar l-emenda proposta għall-Anness II (Regolamenti Tekniċi, Standards, Testijiet u Ċertifikazzjoni) u l-Anness XVII (Proprjetà Intellettwali) tal-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ABELA


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1).

(4)  Regolament (KE) Nru 1902/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1901/2006 dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 20).

(5)  Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta' protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 1).

(6)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 488/2012 tat-8 ta' Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 658/2007 li jikkonċerna l-penalitajiet finanzjarji għall-ksur ta' ċerti obbligi fir-rigward ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq li ngħataw skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 150, 9.6.2012, p. 68).

(7)  ĠU L 182, 2.7.1992, p. 1.

(8)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 658/2007 tal-14 ta' Ġunju 2007 li jikkonċerna l-penalitajiet finanzjarji għall-ksur ta' ċerti obbligi fir-rigward ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li ngħataw skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 155, 15.6.2007, p. 10).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2017

ta'…

li temenda l-Anness II (Regolamenti Tekniċi, Standards, Testijiet u Ċertifikazzjoni) u l-Anness XVII (Proprjetà Intellettwali) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1902/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1901/2006 dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta' protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (Verżjoni kodifikata) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 488/2012 tat-8 ta' Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 658/2007 li jikkonċerna l-penalitajiet finanzjarji għall-ksur ta' ċerti obbligi fir-rigward ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq li ngħataw skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), kif rettifikat mill-ĠU L 338, 12.12.2012, p. 44, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 469/2009 iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1768/92 (5), li ġie inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar taħt il-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 658/2007 jistabbilixxi regoli li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta' penalitajiet finanzjarji lid-detenturi ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mogħtija taħt ir-Regolament (KE) Nru 726/2004. Ladarba l-Kummissjoni tkun tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, l-Istati tal-EFTA għandhom simultanjament jieħdu deċiżjonijiet korrispondenti fi żmien 30 jum mill-għoti. Minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali, jiġifieri, li l-Kummissjoni tagħti awtorizzazzjonijiet ta' tqegħid fis-suq, li l-ksur jaffettwa lill-Unjoni u l-interessi tagħha, u n-natura kumplessa u teknika tal-proċeduri ta' ksur, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni u tistenna l-valutazzjoni kif ukoll il-proposta għal azzjoni tal-Kummissjoni qabel ma tieħu deċiżjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta' penalitajiet finanzjarji lid-detenturi ta' awtorizzazzjonijiet ta' tqegħid fis-suq stabbiliti fi Stat tal-EFTA.

(7)

Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi II u XVII tal-Ftehim ŻEE jiġu emendati kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test li ġej jiddaħħal wara l-kliem “Kumitat dwar il-Prodotti Mediċinali Orfni (COMP)” fit-13-il paragrafu tat-test introduttorju:

“, il-Kumitat Pedjatriku”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 15q (id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 15zb (ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32006 R 1901: Ir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1).”

3.

It-test ta' adattament tal-punt 15zb (ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-proċedura ta' ksur prevista fl-Artikolu 84(3), inkluża s-setgħa li timponi penalitajiet finanzjarji fuq id-detenturi ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, għandhom, fil-każijiet fejn id-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq huwa stabbilit fi Stat tal-EFTA, jiġu eżegwiti mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni. Qabel ma l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tieħu deċiżjoni rigward penalitajiet finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tipprovdiha bil-valutazzjoni tagħha u proposta dwar kif għandha taġixxi.”

4.

It-test tal-punt 15zj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 658/2007) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

32007 R 0658: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 658/2007 tal-14 ta' Ġunju 2007 li jikkonċerna l-penalitajiet finanzjarji għall-ksur ta' ċerti obbligi fir-rigward ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li ingħataw skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 155, 15.6.2007, p. 10), kif emendat minn:

32012 R 0488: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 488/2012 tat-8 ta' Ġunju 2012 (ĠU L 150, 9.6.2012, p. 68), kif rettifikat mill-ĠU L 338, 12.12.2012, p. 44.

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-proċedura ta' ksur, inkluża s-setgħa li timponi penalitajiet finanzjarji fuq id-detenturi ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, għandhom, fil-każijiet fejn id-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq huwa stabbilit fi Stat tal-EFTA, jiġu eżegwiti mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni. Qabel ma l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tieħu deċiżjoni rigward penalitajiet finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tipprovdiha bil-valutazzjoni tagħha u proposta dwar kif għandha taġixxi.”

5.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 15zo (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 198/2013):

“15zp.

32006 R 1901: Ir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1), kif emendat minn:

32006 R 1902: Ir-Regolament (KE) Nru 1902/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-20 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 20).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

L-applikazzjoni tal-Artikolu 36(3) m'għandhiex issir dipendenti fuq awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali fil-Liechtenstein.

(b)

Is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-proċedura ta' ksur prevista fl-Artikolu 49(3), inkluża s-setgħa li timponi penalitajiet finanzjarji fuq id-detenturi ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, għandhom, fil-każijiet fejn id-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq huwa stabbilit fi Stat tal-EFTA, jiġu eżegwiti mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni. Qabel ma l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tieħu deċiżjoni rigward penalitajiet finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tipprovdiha bil-valutazzjoni tagħha u proposta dwar kif għandha taġixxi.”.

Artikolu 2

It-test tal-punt 6 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1768/92) tal-Anness XVII tal-Ftehim ŻEE jiġi sostitwit b'dan li ġej:

32009 R 0469: Ir-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta' protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-Artikolu 7:

‘6.   Il-paragrafu 5 ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.

7.   Minkejja l-paragrafu 4, matul l-ewwel ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006 fl-Istat tal-EFTA kkonċernat, l-applikazzjoni għal tiġdid tad-durata ta' ċertifikat diġà maħruġ għandha titressaq mhux aktar tard minn sitt xhur qabel l-iskadenza taċ-ċertifikat.’;

(b)

Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-Artikolu 21:

‘3.   Applikazzjoni għal estensjoni tad-durata ta' ċertifikat tista' tingħata biss fi Stat tal-EFTA meta ċ-ċertifikat jiskadi inqas minn sitt (6) xhur qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006 fl-Istat tal-EFTA kkonċernat. F'każijiet fejn iċ-ċertifikat jiskadi qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006 fl-Istat tal-EFTA kkonċernat, l-estensjoni għandha tidħol fis-seħħ biss fir-rigward taż-żmien ta' wara dan id-dħul fis-seħħ fl-Istat tal-EFTA kkonċernat u d-data tal-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal estensjoni. Madankollu, il-paragrafu 3 tal-Artikolu 13 għandu japplika għall-kalkolu tad-durata tal-estensjoni.

4.   Minkejja l-paragrafu 7 tal-Artikolu 7, f'każijiet fejn ċertifikat jiskadi iktar kmieni minn seba' xhur wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006 fl-Istat tal-EFTA kkonċernat, l-applikazzjoni għal estensjoni tad-durata ta' ċertifikat għandha tiġi ppreżentata mhux aktar tard minn xahar wara dan id-dħul fis-seħħ fl-Istat tal-EFTA kkonċernat. F'dawn il-każijiet l-estensjoni tidħol fis-seħħ biss fir-rigward taż-żmien ta' wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal estensjoni. Madankollu, il-paragrafu 3 tal-Artikolu 13 għandu japplika għall-kalkolu tad-durata tal-estensjoni.

5.   Applikazzjoni għal estensjoni tad-durata ta' ċertifikat imressqa skont il-paragrafi 3 u 4 ma għandhiex iżżomm terzi persuni li, bejn l-iskadenza taċ-ċertifikat u l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal estensjoni tad-durata taċ-ċertifikat, in bona fide jkunu użaw l-invenzjoni kummerċjalment jew ikunu għamlu preparazzjoni serja għal dan l-użu, milli jkomplu jagħmlu dan l-użu.’;

(c)

Fid-dawl tal-għaqda tal-privattivi bejn il-Liechtenstein u l-Iżvizzera, il-Liechtenstein ma għandux iwassal xi ċertifikati supplimentari ta' protezzjoni għal prodotti mediċinali kif imniżżla f'dan ir-Regolament.”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1901/2006, (KE) Nru 1902/2006, (KE) Nru 469/2009 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 488/2012, kif rettifikati permezz tal-ĠU L 338, 12.12.2012, p. 44, bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi …, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 20.

(3)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 150, 9.6.2012, p. 68.

(5)  ĠU L 182, 2.7.1992, p. 1.

(*1)  [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


Rettifika

21.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 105/21


Rettifika tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/302 tal-15 ta' Frar 2017 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għat-trobbija intensiva tat-tjur jew tal-ħnieżer

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 43 tal-21 ta' Frar 2017 )

Fil-paġna 257, il-punt 2.1. L-emissjonijiet tal-ammonijaka mill-alloġġi għall-ħnieżer,

minflok:

“10.

Imqawel bil-mifrex b'ġenerazzjoni tad-demel kombinata (demel likwidu u demel solidu).

Ħnieżer nisa li jwelldu

Mhux applikabbli għal impjanti eżistenti mingħajr pavimenti solidi tal- konkrit.”

11.

Kabini għall-għalf/għall-mistrieħ li jinsabu fuq paviment solidu (fil- każ ta' mqawel ibbażati fuq il-mifrex).

Ħnieżer nisa għat- tgħammir u tqal

aqra:

“10.

Imqawel bil-mifrex b'ġenerazzjoni tad-demel kombinata (demel likwidu u demel solidu).

Ħnieżer nisa li jwelldu

Jista' ma jkunx ġeneralment applikabbli għal impjanti eżistenti minħabba kunsiderazzjonijiet tekniċi u/jew ekonomiċi.

11.

Kabini għall-għalf/għall-mistrieħ li jinsabu fuq paviment solidu (fil- każ ta' mqawel ibbażati fuq il-mifrex).

Ħnieżer nisa għat- tgħammir u tqal

Mhux applikabbli għal impjanti eżistenti mingħajr pavimenti solidi tal- konkrit.”.

Fil-paġna 277, il-punt 4.13.1. Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka mill-alloġġi għat-tiġieġ tal-bajd, għat- tiġieġ tas-simna għat-tnissil jew għall-għawwietaq,

minflok:

“It-tneħħija tad-demel biċ-ċinturini (fil-każ ta' sistemi ta' gaġeġ imsaħħa u mhux imsaħħa) b'mill inqas:

tneħħija waħda kull ġimgħa bit-tnixxif bl-arja; jew

żewġ tneħħijiet kull ġimgħa mingħajr it-tnixxif bl-arja.

Iċ-ċinturini jitqiegħdu taħt il-gaġeġ għat-tneħħija tad-demel. Il-frekwenza tat- tneħħija tista' tkun darba fil-ġimgħa (bit-tnixxif bl-arja) jew aktar (mingħajr it- tnixxif bl-arja). Iċ-ċinturin tal-ġbir jista' jkun bil-ventilazzjoni għat-tnixxif tad- demel. It-tnixxif bl-arja ‘whisk-forced’ fiċ-ċinturin tad-demel jista' jintuża wkoll.”

aqra:

“Teknika

Deskrizzjoni

It-tneħħija tad-demel biċ-ċinturini (fil-każ ta' sistemi ta' gaġeġ imsaħħa u mhux imsaħħa) b'mill inqas:

tneħħija waħda kull ġimgħa bit-tnixxif bl-arja; jew

żewġ tneħħijiet kull ġimgħa mingħajr it-tnixxif bl-arja.

Iċ-ċinturini jitqiegħdu taħt il-gaġeġ għat-tneħħija tad-demel. Il-frekwenza tat- tneħħija tista' tkun darba fil-ġimgħa (bit-tnixxif bl-arja) jew aktar (mingħajr it- tnixxif bl-arja). Iċ-ċinturin tal-ġbir jista' jkun bil-ventilazzjoni għat-tnixxif tad- demel. It-tnixxif bl-arja ‘whisk-forced’ fiċ-ċinturin tad-demel jista' jintuża wkoll.”.