ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 73

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
18 ta' Marzu 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/470 tat-28 ta' Frar 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżvizzera, in-Norveġja u t-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi tal-Unjoni Ewropea

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/471 tat-28 ta' Frar 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar l-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżvizzera, in-Norveġja u t-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi tal-Unjoni Ewropea

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/472 tal-15 ta' Marzu 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 fir-rigward tal-perjodi għat-tressiq tal-offerti

5

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/473 tas-17 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

7

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/474 tas-17 ta' Marzu 2017 li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Marzu 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

9

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/475 tas-17 ta' Marzu 2017 li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Marzu 2017 u li jistabbilixxi l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2017/476 tat-3 ta’ Marzu 2017 li taħtar membru, propost mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

14

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/477 tat-3 ta' Marzu 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Kooperazzjoni stabbilit taħt il-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra fir-rigward tal-arranġamenti ta' ħidma tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni, tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni, tas-sottokumitati speċjalizzati jew ta' kwalunkwe korp ieħor

15

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/478 tas-16 ta' Marzu 2017 li tirrilaxxa lil ċerti Stati Membri mill-obbligu li japplikaw għal ċerti speċijiet id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 1999/105/KE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE dwar il-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa ta' pjanti tal-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja, tal-materjal riproduttiv tal-foresti, taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-ħxejjex, u taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra rispettivament, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/680/UE (notifikata bid-dokument C(2017) 1662)  ( 1 )

29

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/394 tal-11 ta' Novembru 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-formoli u l-proċeduri għall-awtorizzazzjoni, ir-rieżami u l-evalwazzjoni tad-depożitorji ċentrali tat-titoli, għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istat Membru tad-domiċilju u tal-Istat Membru ospitanti, għall-konsultazzjoni tal-awtoritajiet involuti fl-awtorizzazzjoni biex jiġu pprovduti servizzi anċillari ta' tip bankarju, għal aċċess li jinvolvu depożitorji ċentrali tat-titoli, u fir-rigward tal-format tar-rekords li għandhom jinżammu mid-depożitarji tat-titoli ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 65, 10.3.2017 )

38

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

18.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/470

tat-28 ta' Frar 2017

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżvizzera, in-Norveġja u t-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Taħt il-punt (b) tal-Artikolu 41 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (1), prodotti li nkisbu fin-Norveġja, fl-Iżvizzera jew fit-Turkija li jinkorporaw materjali li ma jkunux inkisbu kompletament hemmhekk għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw f'pajjiż benefiċjarju, dment li tali materjali jkunu għaddew minn xogħol jew ipproċessar suffiċjenti fis-sens tal-Artikolu 45 ta' dak ir-Regolament Delegat.

(2)

Taħt l-Artikolu 54 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, is-sistema ta' akkumulazzjoni tapplika bil-kundizzjoni li l-Iżvizzera tagħti, b'mod reċiproku, l-istess trattament lill-prodotti li joriġinaw f'pajjiżi benefiċjarji li jinkorporaw materjali li joriġinaw fl-Unjoni.

(3)

Sa fejn hija kkonċernata l-Iżvizzera, is-sistema ta' akkumulazzjoni ġiet stabbilita inizjalment permezz ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni u l-Iżvizzera. Dak l-iskambju ta' ittri seħħ fl-14 ta' Diċembru 2000, wara li l-Kunsill kien ta l-approvazzjoni tiegħu permezz tad-Deċiżjoni 2001/101/KE (2).

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' kunċett tal-oriġini li jikkorrispondi għal dak stabbilit fir-regoli ta' oriġini tas-Sistema Ġeneralizzata tal-Preferenzi (“SĠP”) tal-Unjoni, l-Iżvizzera mmodifikat ir-regoli tal-oriġini tas-SĠP tagħha. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi rivedut il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni u l-Iżvizzera.

(5)

Is-sistema ta' aċċettazzjoni reċiproka taċ-ċertifikati ta' oriġini ta' sostituzzjoni, Formola A, mill-Unjoni, min-Norveġja u mill-Iżvizzera għandha tkompli fl-ambitu tal-iskambju ta' ittri rivedut u tiġi applikata mit-Turkija b'mod kondizzjonali, sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ bejn l-Unjoni, in-Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija.

(6)

Barra minn hekk, ir-regoli tal-oriġini fis-SĠP tal-Unjoni, kif riformati fl-2010, jipprevedu l-implimentazzjoni ta' sistema ġdida għall-istabbiliment tal-provi ta' oriġini minn esportaturi reġistrati, li għandha tiġi applikata mill-1 ta' Jannar 2017. F'dan ir-rigward, jenħtieġ ukoll li jsiru modifiki fl-iskambju ta' ittri.

(7)

Sabiex jantiċipa l-applikazzjoni ta' dik is-sistema ġdida u r-regoli relatati magħha, fit-8 ta' Marzu 2012 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja Ftehim mal-Iżvizzera, fil-forma ta' skambju ta' ittri, dwar l-aċċettazzjoni reċiproka taċ-ċertifikati ta' oriġini ta' sostituzzjoni, Formola A, jew dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini, li jipprovdi li l-prodotti b'kontenut ta' oriġini Norveġiża, Żvizzera jew Torka għandhom jiġu ttrattati mal-wasla tagħhom fit-territorju doganali tal-Komunità bħala prodotti b'kontenut ta' oriġini mill-Unjoni. In-negozjati ġew konklużi b'suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżvizzera, in-Norveġja u t-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi tal-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”).

(8)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżvizzera, in-Norveġja u t-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi tal-Unjoni Ewropea huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta' Marzu 2017.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Frar 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

J. HERRERA


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/101/KE tal-5 ta' Diċembru 2000 fir-rigward tal-approvazzjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità u kull wieħed mill-pajjiżi EFTA illi jagħti preferenzi fuq it-tariffi taħt is-Sistema Ġeneralizzata tal-Preferenzi (in-Norveġja u l-Iżvizzera), illi jipprovdi illi l-merkanzija illi toriġina fin-Norveġja jew l-Iżvizzera għandha tiġi trattata hekk kif tidħol fit-territorju doganali tal-Komunità bl-istess mod tal-merkanzija illi jkollha kontenut tal-oriġini Komunitarja (ftehim reċiproku) (ĠU L 38, 8.2.2001, p. 24).

(3)  It-test tal-Ftehm se jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


18.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/471

tat-28 ta' Frar 2017

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar l-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżvizzera, in-Norveġja u t-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Taħt il-punt (b) tal-Artikolu 41 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (1), prodotti li nkisbu fin-Norveġja, fl-Iżvizzera jew fit-Turkija li jinkorporaw materjali li ma jkunux inkisbu kompletament hemmhekk għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw f'pajjiż benefiċjarju, dment li tali materjali jkunu għaddew minn xogħol jew ipproċessar suffiċjenti fis-sens tal-Artikolu 45 ta' dak ir-Regolament Delegat.

(2)

Taħt l-Artikolu 54 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, is-sistema ta' akkumulazzjoni tapplika bil-kundizzjoni li n-Norveġja tagħti, b'mod reċiproku, l-istess trattament lill-prodotti li joriġinaw f'pajjiżi benefiċjarji li jinkorporaw materjali li joriġinaw fl-Unjoni.

(3)

Sa fejn hija kkonċernata n-Norveġja, is-sistema ta' akkumulazzjoni ġiet stabbilita inizjalment permezz ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni u n-Norveġja. Dan l-iskambju ta' ittri seħħ fid-29 ta' Jannar 2001, wara li l-Kunsill kien ta l-approvazzjoni tiegħu permezz tad-Deċiżjoni 2001/101/KE (2).

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' kunċett tal-oriġini li jikkorrispondi għal dak stabbilit fir-regoli ta' oriġini tas-Sistema Ġeneralizzata tal-Preferenzi (“SĠP”) tal-Unjoni, in-Norveġja mmodifikat ir-regoli tal-oriġini tas-SĠP tagħha. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi rivedut il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni u n-Norveġja.

(5)

Is-sistema ta' aċċettazzjoni reċiproka taċ-ċertifikati ta' oriġini ta' sostituzzjoni, Formola A, mill-Unjoni, min-Norveġja u mill-Iżvizzera għandha tkompli fl-ambitu tal-iskambju ta' ittri rivedut u tiġi applikata mit-Turkija b'mod kondizzjonali, sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ bejn l-Unjoni, in-Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija.

(6)

Barra minn hekk, ir-regoli tal-oriġini fis-SĠP tal-Unjoni, kif riformati fl-2010, jipprevedu l-implimentazzjoni ta' sistema ġdida għall-istabbiliment tal-provi ta' oriġini minn esportaturi reġistrati, li għandha tiġi applikata mill-1 ta' Jannar 2017. F'dan ir-rigward, jeħtieġ ukoll li jsiru modifiki fl-iskambju ta' ittri.

(7)

Sabiex jantiċipa l-applikazzjoni ta' dik is-sistema ġdida u r-regoli relatati magħha, fit-8 ta' Marzu 2012 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja Ftehim man-Norveġja, fil-forma ta' skambju ta' ittri, dwar l-aċċettazzjoni reċiproka taċ-ċertifikati ta' oriġini ta' sostituzzjoni, Formola A, jew dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini u li jipprovdi li l-prodotti b'kontenut ta' oriġini Norveġiża, Żvizzera jew Torka għandhom jiġu ttrattati mal-wasla tagħhom fit-territorju doganali tal-Komunità bħala prodotti b'kontenut ta' oriġini mill-Unjoni. In-negozjati ġew konklużi b'suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar l-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżvizzera, in-Norveġja u t-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi tal-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”).

(8)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar l-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżvizzera, in-Norveġja u t-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi tal-Unjoni Ewropea huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta' Marzu 2017.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Frar 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

J. HERRERA


(1)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/101/KE tal-5 ta' Diċembru 2000 fir-rigward tal-approvazzjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità u kull wieħed mill-pajjiżi EFTA illi jagħti preferenzi fuq it-tariffi taħt is-Sistema Ġeneralizzata tal-Preferenzi (in-Norveġja u l-Iżvizzera), illi jipprovdi illi l-merkanzija illi toriġina fin-Norveġja jew l-Iżvizzera għandha tiġi trattata hekk kif tidħol fit-territorju doganali tal-Komunità bl-istess mod tal-merkanzija illi jkollha kontenut tal-oriġini Komunitarja (ftehim reċiproku) (ĠU L 38, 8.2.2001, p. 24).

(3)  It-test tal-Ftehm se jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


REGOLAMENTI

18.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/472

tal-15 ta' Marzu 2017

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 fir-rigward tal-perjodi għat-tressiq tal-offerti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti Dan jipprevedi żewġ sejħiet parzjali għall-offerti kull xahar, ħlief għal Awwissu u Diċembru.

(2)

L-esperjenza miksuba bis-sejħiet parzjali għall-offerti implimentati s'issa wriet interess limitat għall-offerti taħt il-kundizzjonijiet attwali tas-suq. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-għadd ta' perjodi li matulhom l-offerti jistgħu jitressqu jitnaqqas għal wieħed kull xahar. Abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, ma għadux ġustifikat li jiġi previst tali perjodu fix-xahar ta' Awwissu.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Il-perjodi li fihom jistgħu jitressqu l-offerti bi tweġiba għas-sejħiet parzjali sussegwenti għandhom jibdew fl-ewwel jum tax-xogħol wara tmiem il-perjodu preċedenti. Dawn għandhom jintemmu fil-11.00 (ħin ta' Brussell) tat-tielet Tlieta tax-xahar. Madankollu, il-perjodu li jibda f'Lulju għandu jintemm fil-11.00 (ħin ta' Brussell) tat-tielet Tlieta tax-xahar ta' Settembru u l-ebda perjodu ma għandu jibda f'Awwissu. F'Diċembru il-perjodu għandu jintemm fil-11.00 (ħin ta' Brussell) tat-tieni Tlieta. Jekk it-Tlieta tkun festa pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun il-11.00 (ħin ta' Brussell) tal-ġurnata tax-xogħol ta' qabel.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).


18.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/473

tas-17 ta' Marzu 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

288,4

MA

104,6

SN

196,7

TN

182,1

TR

102,0

ZZ

174,8

0707 00 05

EG

241,9

TR

180,4

ZZ

211,2

0709 93 10

MA

47,6

TR

149,4

ZZ

98,5

0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28

EG

45,1

IL

62,8

MA

51,0

TN

55,3

TR

65,5

ZZ

55,9

0805 50 10

TR

66,0

ZZ

66,0

0808 10 80

CL

123,2

CN

144,8

US

105,5

ZA

116,3

ZZ

122,5

0808 30 90

AR

103,4

CL

127,8

CN

74,5

TR

148,9

ZA

114,5

ZZ

113,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


18.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/474

tas-17 ta' Marzu 2017

li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Marzu 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Marzu 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2017 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli [għal ċerti kwoti]. Għaldaqstant, jixraq li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitlub, ikkalkolat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2017 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 tal-14 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2017

(f'%)

09.4067

09.4068

0,365823

09.4069

0,137403

09.4070


18.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/475

tas-17 ta' Marzu 2017

li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Marzu 2017 u li jistabbilixxi l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Marzu 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2017 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(3)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Marzu 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2017 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(4)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2017 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2017, huma mogħtija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta' Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2017

(f'%)

Il-kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2017

(f'kg)

09.4410

0,135410

09.4411

0,136650

09.4412

0,139665

09.4420

0,138284

09.4421

325 047

09.4422

0,139199


DEĊIŻJONIJIET

18.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2017/476

tat-3 ta’ Marzu 2017

li taħtar membru, propost mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern tal-Lussemburgu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Settembru 2015 u fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE, Euratom) 2015/1600 (1) u (UE, Euratom) 2015/1790 (2) li jaħtru l-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Henri WAGENER, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Christophe HANSEN, Adviser in European Affairs, Chamber of Commerce of the Grand Duchy of Luxembourg, huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2020.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. FARRUGIA


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1600 tat-18 ta' Settembru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 53).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1790 tal-1 ta' Ottubru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 260, 7.10.2015, p. 23).


18.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/477

tat-3 ta' Marzu 2017

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Kooperazzjoni stabbilit taħt il-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra fir-rigward tal-arranġamenti ta' ħidma tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni, tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni, tas-sottokumitati speċjalizzati jew ta' kwalunkwe korp ieħor

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(1) u l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2) u l-Artikoli 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

L-Artikolu 281(3) tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”) jipprevedi l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Ftehim fl-intier tiegħu jew parti minnu.

(2)

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/123 (2) jistabbilixxi liema partijiet tal-Ftehim għandhom jiġu applikati provviżorjament. Dawk il-partijiet tal-Ftehim ġew applikati b'mod provviżorju mill-1 ta' Mejju 2016.

(3)

Skont l-Artikolu 268(7) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu.

(4)

Skont l-Artikolu 268(6) u 269(3) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni u l-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandhom jiġu ppreseduti b'mod alternat minn rappreżentant tal-Unjoni Ewropea u minn rappreżentant tar-Repubblika tal-Każakistan.

(5)

Skont l-Artikolu 269(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jkun assistit fit-twettiq ta' dmirijietu minn Kumitat ta' Kooperazzjoni.

(6)

Skont l-Artikolu 269(7) tal-Ftehim, fir-regoli ta' proċedura tiegħu l-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jiddetermina d-doveri u l-funzjonament tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni u ta' kull sottokumitat jew korp stabbilit mill-Kunsill ta' Kooperazzjoni.

(7)

Skont l-Artikolu 269(5) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jista' jiltaqa' f'konfigurazzjoni speċjali biex jindirizza l-kwistjonijiet rilevanti marbuta mat-Titolu III (Kummerċ u Negozju). Skont l-Artikolu 269(6) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi sottokumitati speċjalizzati jew kwalunkwe korp ieħor li jistgħu jassistuh fit-twettiq ta' dmirijietu u għandu jiddetermina l-kompożizzjoni u d-dmirijiet ta' dawn is-sottokumitati jew korpi u dwar kif għandhom jiffunzjonaw.

(8)

Skont l-Artikolu 268(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jwettaq superviżjoni u jirrieżamina regolarment l-implimentazzjoni tal-Ftehim. F'konformità mal-Artikolu 268(4) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jista' jiddelega kwalunkwe setgħa tiegħu lill-Kumitat ta' Kooperazzjoni, inkluża s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet vinkolanti. Skont l-Artikolu 268(3) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu s-setgħa jaġġorna jew jemenda l-Annessi ta' dan il-Ftehim, abbażi ta' kunsens bejn il-Partijiet, mingħajr preġudizzju għall-ebda dispożizzjoni speċifika taħt it-Titolu III (Kummerċ u Negozju).

(9)

Skont l-Artikolu 25(3) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jistabbilixxi Sottokumitat dwar il-Kooperazzjoni Dogonali. Skont l-Artikolu 25(4) tal-Ftehim, għandu jsir djalogu regolari dwar il-kwistjonijiet koperti mill-Kapitolu 2 tal-Ftehim. Il-Kumitat ta' Kooperazzjoni jista' jistabbilixxi wkoll regoli għat-twettiq ta' tali djalogu, kif stabbilit fl-Artikolu 25(4) tal-Ftehim.

(10)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim, ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni, tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni u tas-sottokumitati jenħtieġ li jiġu adottati malajr kemm jista' jkun.

(11)

Għalhekk jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Kooperazzjoni tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjonijiet mehmużin,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kunsill ta' Kooperazzjoni stabbilit permezz tal-Artikolu 268(1) tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni mehmuż ma' din id-Deċiżjoni fir-rigward ta':

l-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni u dawk tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni, tas-sottokumitati speċjalizzati jew ta' kwalunkwe korp ieħor;

l-istabbiliment ta' Sottokumitat dwar il-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà, Sottokumitat dwar l-Enerġija, it-Trasport, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima u Sottokumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali.

2.   Korrezzjonijiet tekniċi żgħar fl-abbozz tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni jistgħu jiġu miftiehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kunsill tal-Kooperazzjoni mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jkun ippresedut min-naħa tal-Unjoni mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, skont ir-responsabbiltajiet tiegħu jew tagħha taħt it-Trattati u fil-kapaċità tiegħu jew tagħha bħala President tal-Kunsill Affarijiet Barranin.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Marzu 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. FARRUGIA


(1)  ĠU L 29, 4.2.2016, p. 3.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/123 tas-26 ta' Ottubru 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra (ĠU L 29, 4.2.2016, p. 1).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 1/2017 TAL-KUNSILL TA' KOOPERAZZJONI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-KAŻAKISTAN

ta' …

Li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu u dawk tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni, tas-sottokumitati speċjalizzati jew ta' kwalunkwe korp ieħor

IL-KUNSILL TA' KOOPERAZZJONI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-KAŻAKISTAN,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 268 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 281(3) tal-Ftehim, partijiet mill-Ftehim ġew applikati provviżorjament mill-1 ta' Mejju 2016.

(2)

Skont l-Artikolu 268(7) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu.

(3)

Skont l-Artikolu 269(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jkun megħjun fit-twettiq ta' dmirijietu minn Kumitat ta' Kooperazzjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 269(6) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi sottokumitati speċjalizzati jew kwalunkwe korp ieħor li jistgħu jassistuh fit-twettiq ta' dmirijietu u għandu jiddetermina l-kompożizzjoni u d-dmirijiet ta' dawn is-sottokumitati jew korpi u dwar kif għandhom jiffunzjonaw.

(5)

Skont l-Artikolu 25(3) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jistabbilixxi Sottokumitat dwar il-Kooperazzjoni Dogonali.

(6)

Skont l-Artikolu 269(7) tal-Ftehim, fir-regoli ta' proċedura tiegħu, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jiddetermina d-doveri u l-funzjonament tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni u ta' kull sottokumitat jew korp stabbilit mill-Kunsill ta' Kooperazzjoni.

(7)

Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni li sar fis-6 ta' Ottubru 2016 fi Brussell iddeċieda li jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu permezz ta' skambju ta' Noti Verbali.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni u dawk tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni, sottokumitati speċjalizzati jew kwalunkwe korp ieħor stabbilit mill-Kunsill ta' Kooperazzjoni, kif stabbilit fl-Annessi I u II rispettivament, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għall-Kunsill ta' Kooperazzjoni

Il-President


(1)  ĠU L 29, 4.2.2016, p. 3.

ANNESS I

IR-REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUNSILL TAL-KOOPERAZZJONI

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 268(1) tal-Ftehim għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu skont l-Artikolu 268 tal-Ftehim.

2.   Skont l-Artikolu 268(5) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet. Il-kompożizzjoni tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandha tqis il-kwistjonijiet speċifiċi li jridu jiġu indirizzati f'kull sessjoni partikolari. Il-Kunsill tal-Kooperazzjoni għandu jiltaqa' fil-livell ministerjali.

3.   Skont l-Artikolu 268(2) tal-Ftehim, u biex jintlaħqu l-objettivi tiegħu, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jkollu s-setgħa jieħu deċiżjonijiet li huma vinkolanti fuq il-Partijiet. Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jieħu l-miżuri xierqa għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tiegħu, inkluż, jekk meħtieġ, billi jagħti s-setgħa lil korpi speċifiċi stabbiliti skont il-Ftehim sabiex jaġixxu f'ismu. Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jista' jagħmel ukoll rakkomandazzjonijiet. Huwa għandu jadotta d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu bi ftehim bejn il-Partijiet wara li jitlestew il-proċeduri interni rispettivi. Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jista' jiddelega s-setgħat tiegħu lill-Kumitat ta' Kooperazzjoni.

4.   Il-Partijiet soġġetti għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura huma dawk stabbiliti fl-Artikolu 285 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-partijiet għandhom ikollhom il-presidenza tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni, b'mod alternat, għal perijodu ta' 12-il xahar. L-ewwel perijodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni u jispiċċa fl-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Il-Kunsill tal-Kooperazzjoni għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena u meta meħtieġ skont iċ-ċirkostanzi, bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet. Sakemm ma jintlaħaqx ftehim mod ieħor mill-Partijiet, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jsir fil-post fejn is-soltu jsiru l-laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

2.   Kull laqgħa tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandha ssir f'data miftiehma bejn il-Partijiet.

3.   Il-laqgħat tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandhom jissejħu b'mod konġunt mis-segretarji tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni bi qbil mal-President tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni sa mhux aktar tard minn 30 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

Artikolu 4

Rappreżentanza

1.   Il-membri tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni jistgħu jiġu rrappreżentati f'każ li ma jkunux jistgħu jattendu. Jekk membru jkun jixtieq jiġi rrappreżentat, dan għandu jinforma lill-President tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni, bil-miktub, dwar l-isem tar-rappreżentant tiegħu jew tagħha qabel il-laqgħa.

2.   Ir-rappreżentant ta' membru tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jeżerċita d-drittijiet kollha ta' dak il-membru.

Artikolu 5

Delegazzjonijiet

1.   Il-membri tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni jistgħu jkunu akkumpanjati b'uffiċjali. Qabel kull laqgħa, il-President tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jiġi infurmat, permezz tas-segretarjat tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni, dwar il-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjoni ta' kull Parti.

2.   Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jista', bi qbil bejn il-Partijiet, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti f'qasam partikolari biex jattendu l-laqgħat tiegħu bħala osservaturi jew biex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti partikolari. Il-Partijiet għandhom jaqblu dwar it-termini u l-kundizzjonijiet li taħthom dawk l-osservaturi jkunu jistgħu jattendu l-laqgħat.

Artikolu 6

Segretarjat

Uffiċjal tas-segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u uffiċjal tar-Repubblika tal-Każakistan għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala segretarji tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni.

Artikolu 7

Korrispondenza

1.   Il-korrispondenza indirizzata lill-Kunsill tal-Kooperazzjoni għandha tintbagħat lil wieħed mis-segretarji tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni, li min-naħa tiegħu jinforma lis-segretarju l-ieħor.

2.   Is-segretarji tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandhom jassiguraw li l-korrispondenza indirizzata lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni tintbagħat lill-President tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni u ċċirkolata, meta xieraq, mal-membri tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni.

3.   Il-korrispondenza mill-President tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandha tintbagħat f'ismu jew f'isimha lid-destinatarji mis-segretarjati tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni. Tali korrispondenza għandha tiġi ċċirkolata, meta xieraq, lill-membri tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandhom ikunu bil-magħluq. Meta Parti tissottometti informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-laqgħat

1.   Il-President tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni. Din għandha tintbagħat mis-segretarji tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7(3) mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-laqgħa.

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi l-punti kollha proposti lill-president tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni biex jiddaħħlu fl-aġenda sa mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel il-laqgħa. Tali punti ma għandhomx jiġu inklużi fl-aġenda provviżorja sakemm id-dokumenti ta' sostenn rilevanti ma jkunux intbagħtu lis-segretarji tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni qabel id-data li fiha tintbagħat l-aġenda.

2.   L-aġenda għandha tkun approvata mill-Kunsill ta' Kooperazzjoni fil-bidu ta' kull laqgħa. Punti oħrajn apparti dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jistgħu jiddaħħlu fl-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu dwarhom.

3.   Il-President tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni jista', b'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perijodi ta' żmien previsti fil-paragrafu 1 sabiex jitqiesu ċirkustanzi partikolari.

Artikolu 10

Minuti

1.   L-abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jitħejja b'mod konġunt mis-segretarji tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni.

2.   Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jindikaw għal kull punt fuq l-aġenda:

(a)

id-dokumentazzjoni ppreżentata lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni;

(b)

dikjarazzjonijiet li membru tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni jkun talab li jiddaħħlu fil-minuti; u

(c)

kwistjonijiet li dwarhom ikun intlaħaq qbil bejn il-Partijiet, bħad-deċiżjonijiet adottati, id-dikjarazzjonijiet li kien hemm qbil dwarhom u kwalunkwe konklużjoni.

3.   L-abbozz tal-minuti għandu jiġi ppreżentat lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni għall-approvazzjoni. Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu japprova dak l-abbozz tal-minuti fil-laqgħa tiegħu li jmiss. Inkella, dak l-abbozz tal-minuti jista' jiġi approvat bil-miktub.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jieħu deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet u mat-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi tagħhom.

2.   Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Għal dak l-għan, l-abbozz ta' deċiżjoni jew rakkomandazzjoni għandu jiġi ċċirkolat bil-miktub mill-President tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni lill-membri tiegħu skont l-Artikolu 7(3), mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel il-laqgħa. Il-membri tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandhom jgħarrfu dwar kwalunkwe riżerva jew emenda li jkunu jixtiequ jagħmlu f'dak il-limitu ta' żmien. Il-President tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni jista', b'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perijodi ta' żmien sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet ta' ċirkustanzi partikolari.

3.   L-atti tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni, skont it-tifsira tal-Artikolu 268(2) tal-Ftehim, għandhom ikunu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” rispettivament, segwiti b'numru tas-serje, id-data tal-adozzjoni tagħhom u deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Dawk id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ffirmati mill-President tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni u awtentikati miż-żewġ segretarji tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni. Dawk id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ċċirkolati skont l-Artikolu 7(3) ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura. Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkommandazzjonijiet tal-Kunsil ta' Kooperazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

4.   Kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni jew rakkomandazzjoni ma tipprevedix mod ieħor.

Artikolu 12

Lingwi

1.   Il-lingwi uffiċjali tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandhom ikunu l-lingwi uffiċjali tal-Partijiet.

2.   Il-lingwi ta' ħidma tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandhom ikunu l-Ingliż u r-Russu. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mħejjija f'dawk il-lingwi.

Artikolu 13

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tkopri l-ispejjeż li hija tagħmel biex tipparteċipa fil-laqgħat tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni, kemm fir-rigward tal-persunal, tal-ivvjaġġar u tan-nefqa tas-sussistenza kif ukoll tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.   In-nefqa marbuta mal-interpretazzjoni fil-laqgħat tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni, it-traduzzjoni u r-riproduzzjoni tad-dokumenti titħallas mill-Unjoni.

3.   Spejjeż oħrajn relatati mal-organizzazzjoni materjali tal-laqgħat tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni jitħallsu mill-parti li tospita dawk il-laqgħat.

Artikolu 14

Il-Kumitat ta' Kooperazzjoni u s-sottokumitati speċjalizzati

1.   Skont l-Artikolu 269(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jkun assistit fil-qadi ta' dmirijietu mill-Kumitat ta' Kooperazzjoni f'oqsma li fihom il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jkun iddelegalu setgħat. Skont l-Artikolu 269(2) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet, fil-prinċipju f'livell ta' uffiċjali pubbliċi anzjani.

2.   Il-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandu jħejji l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni, jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni fejn xieraq u jiżgura l-kontinwità tar-relazzjoni ta' assoċjazzjoni u l-funzjonament korrett tal-Ftehim b'mod ġenerali. Il-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandu jqis kull kwistjoni li titressaq quddiemu mingħand il-Kunsill ta' Kooperazzjoni kif ukoll kwalunkwe kwistjoni li tista' tinqala' matul l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Il-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandu jippreżenta proposti jew kwalunkwe abbozz ta' deċiżjoni jew ta' rakkomandazzjoni lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni għall-approvazzjoni tiegħu. Skont l-Artikolu 268(4) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jista' jiddelega kwalunkwe setgħa tiegħu lill-Kumitat ta' Kooperazzjoni, inkluża s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet vinkolanti.

3.   Il-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandu jieħu d-deċiżjonijiet u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li għalihom huwa jkun ġie awtorizzat skont il-Ftehim.

4.   F'każijiet fejn il-Ftehim jirreferi għal obbligu ta' konsultazzjoni jew possibbiltà ta' konsultazzjoni jew fejn il-Partijiet jiddeċiedu bi ftehim komuni biex jikkonsultaw lil xulxin, din il-konsultazzjoni tista' ssir fi ħdan il-Kumitat ta' Kooperazzjoni, ħlief fejn previst mod ieħor fil-Ftehim. Il-konsultazzjoni tista' tissokta fil-Kunsill ta' Kooperazzjoni jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk.

5.   Skont l-Artikolu 269(6) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi sottokumitati speċjalizzati jew kwalunkwe korp ieħor li jistgħu jassistuh fit-twettiq ta' dmirijietu u għandu jiddetermina l-kompożizzjoni u d-dmirijiet ta' dawn is-sottokumitati jew korpi u dwar kif għandhom jiffunzjonaw.

6.   Skont l-Artikolu 25(3) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jistabbilixxi Sottokumitat dwar il-Kooperazzjoni Dogonali.

Artikolu 15

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati skont l-Artikolu 11.

ANNESS II

IR-REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUMITAT TA' KOOPERAZZJONI U TAS-SOTTOKUMITATI SPEĊJALIZZATI JEW TA' KWALUNKWE KORP IEĦOR STABBILITI MILL-KUNSILL TA' KOOPERAZZJONI

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-Kumitat ta' Kooperazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 269(1) tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) għandu jassisti lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni fit-twettiq ta' dmirijietu u jwettaq il-kompiti previsti fil-Ftehim u assenjati lilu mill-Kunsill ta' Kooperazzjoni. Skont l-Artikolu 269(7) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jiddetermina d-doveri u l-funzjonament tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni fir-regoli ta' proċedura tiegħu.

2.   Il-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandu jħejji l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni, jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni fejn xieraq u jiżgura l-kontinwità tar-relazzjoni ta' assoċjazzjoni u l-funzjonament korrett tal-Ftehim b'mod ġenerali. Il-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandu jqis kull kwistjoni li titressaq quddiemu mingħand il-Kunsill ta' Kooperazzjoni kif ukoll kwalunkwe kwistjoni li tista' tinqala' fl-implimentazzjoni ta' kuljum tal-Ftehim. Il-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandu jippreżenta proposti jew kwalunkwe abbozz ta' deċiżjoni jew ta' rakkomandazzjoni għall-adozzjoni mill-Kunsill ta' Kooperazzjoni.

3.   Skont l-Artikolu 269(2) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet, fil-prinċipju f'livell ta' uffiċjali pubbliċi anzjani. Dawn ir-rappreżentanti huma responsabbli għal kwistjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu indirizzati fi kwalunkwe laqgħa partikolari tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni. Skont l-Artikolu 2 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura, il-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandu jiġi ppresjedut b'mod alternat minn rappreżentant tal-Unjoni Ewropea u rappreżentant tar-Repubblika tal-Każakistan.

4.   Skont l-Artikolu 269(5) tal-Ftehim, meta l-Kumitat ta' Kooperazzjoni jiltaqa' f'konfigurazzjoni speċjali biex jindirizza kwistjonijiet rilevanti marbuta mat-Titolu III (Kummerċ u Negozju) tal-Ftehim (“il-konfigurazzjoni tal-kummerċ”), dan għandu jkun kompost minn uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Każakistan li jkunu responsabbli għall-kummerċ u għall-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ. Skont l-Artikolu 2 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura, rappreżentant anzjan tal-Kummissjoni Ewropea jew tar-Repubblika tal-Każakistan li jkun responsabbli għall-kummerċ u għall-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ għandu jaġixxi bħala l-President tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni meta jiltaqa' f'konfigurazzjoni tal-kummerċ. Fil-laqgħat ser jattend wkoll rappreżentant tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

5.   Skont l-Artikolu 269(4) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandu jkollu s-setgħa jadotta deċiżjonijiet fil-każijiet previsti fil-Ftehim u f'oqsma li fihom il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jkun iddelegalu setgħat. Dawk id-deċiżjonijiet għandhom ikunu vinkolanti fuq il-Partijiet, li għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom Il-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandu jadotta d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu bi ftehim bejn il-Partijiet wara li jitlestew il-proċeduri ta' adozzjoni interni rispettivi.

6.   Il-Partijiet soġġetti għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura huma dawk stipulati fl-Artikolu 285 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-partijiet għandhom ikollhom il-presidenza tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni, b'mod alternat, għal perijodu ta' 12-il xahar. L-ewwel perijodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni u jispiċċa fl-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Ħlief meta jkun miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, il-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandu jiltaqa' regolarment u mill-inqas darba fis-sena. Laqgħat speċjali tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni jistgħu jsiru fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu.

2.   Il-laqgħat tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandhom jitlaqqgħu mill-President tiegħu f'post u f'data li l-Partijiet jaqblu dwarhom. L-avviż li jsejjaħ il-laqgħa għandu jinħareġ mis-segretarjat tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni sa mhux aktar tard minn 28 jum kalendarju qabel il-laqgħa, sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

3.   Il-Kumitat ta' Kooperazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-kummerċ għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena u meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu dan, bi ftehim reċiproku tal-partijiet. Il-laqgħat għandhom jissejħu mill-President tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-kummerċ f'post, f'data, u bil-mezzi maqbula mill-Partijiet. L-avviż li jsejjaħ il-laqgħa għandu jinħareġ mis-segretarjat tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-kummerċ sa mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-laqgħa, sakemm il-Partijiet ma jiftiehmux mod ieħor.

4.   Kull fejn possibbli, il-laqgħat regolari tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandhom jissejħu fi żmien xieraq qabel il-laqgħat regolari tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni.

5.   F'każijiet eċċezzjonali, u jekk jaqblu dwar dan il-Partijiet, il-laqgħat tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni jistgħu jsiru permezz ta' kwalunkwe mezz teknoloġiku li jintlaħaq qbil dwaru, bħal vidjokonferenza.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-Partijiet għandhom jiġu infurmati, permezz tas-segretarjat tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni, dwar il-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjoni li ser tattendi l-laqgħa fuq kull naħa.

Artikolu 5

Segretarjat

1.   Uffiċjal tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u uffiċjal tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Każakistan għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala segretarji tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni. Huma għandhom iwettqu kompiti segretarjali b'mod konġunt u fi spirtu ta' fiduċja u kooperazzjoni reċiproċi, sakemm dawn ir-Regoli ta' Proċedura ma jipprovdux mod ieħor.

2.   Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tar-Repubblika tal-Każakistan li jkunu responsabbli għall-kummerċ u għall-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala segretarji tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-kummerċ.

Artikolu 6

Korrispondenza

1.   Il-korrispondenza indirizzata lill-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandha tintbagħat lil wieħed mis-segretarji tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni, li min-naħa tiegħu ser jinforma lis-segretarju l-ieħor.

2.   Is-segretarji tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandhom jiżguraw li l-korrispondenza indirizzata lill-Kumitat ta' Kooperazzjoni tintbagħat lill-President tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, bħad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 7.

3.   Il-korrispondenza mill-President tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni f'ismu jew f'isimha lid-destinatarji mis-segretarji tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni. Din il-korrispondenza għandha tiġi ċċirkolata, meta xieraq, skont l-Artikolu 7.

Artikolu 7

Dokumenti

1.   Id-dokumenti għandhom jiġu ċċirkolati permezz tas-segretarji tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni.

2.   Parti għandha tibgħat id-dokumenti tagħha lis-segretarju tagħha li għandu jittrażmetti dawn id-dokumenti lis-segretarju tal-Parti l-oħra.

3.   Is-segretarju tal-Unjoni għandu jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti rilevanti tal-Unjoni u għandu jikkopja sistematikament lis-segretarju tar-Repubblika tal-Każakistan f'din il-korrispondenza.

4.   Is-segretarju tar-Repubblika tal-Każakistan għandu jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti rilevanti tar-Repubblika tal-Każakistan u għandu jikkopja sistematikament lis-segretarju tal-Unjoni f'din il-korrispondenza.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandhom ikunu bil-magħluq. Meta Parti tissottometti informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lill-Kumitat ta' Kooperazzjoni, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-laqgħat

1.   Is-segretarjat tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandu jfassal aġenda provviżorja kif ukoll abbozz tal-konklużjonijiet operattivi kif previst fl-Artikolu 10 abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet għal kull laqgħa tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni. L-aġenda provviżorja għandha tinkludi punti li s-segretarjat tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni jkun rċieva mingħand xi waħda mill-Partijiet biex jiddaħħlu fl-aġenda. Punti fuq l-aġenda għandhom ikunu appoġġati b'dokumenti rilevanti u ppreżentati mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel il-laqgħa.

2.   L-aġenda provviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, għandha tiġi ċċirkolata skont l-Artikolu 7, u mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-laqgħa.

3.   L-aġenda għandha tkun adottata mill-Kumitat ta' Kooperazzjoni fil-bidu ta' kull laqgħa. Kwalunkwe punt għajr dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista' jiddaħħal fl-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu dwaru.

4.   Il-President tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni jista', bi qbil mal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti f'xi qasam fuq bażi ad hoc biex jattendu l-laqgħat tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni sabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti partikolari. Il-partijiet għandhom jiżguraw li dawk ir-rappreżentanti jew esperti jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.

5.   Il-President tal-laqgħa tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni jista', b'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perijodi ta' żmien previsti fil-paragrafi 1 u 2 sabiex jitqiesu ċirkostanzi speċjali.

Artikolu 10

Minuti u konklużjonijiet operattivi

1.   L-abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandu jitħejja b'mod konġunt mis-segretarji tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni.

2.   Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jindikaw għal kull punt fl-aġenda:

(a)

lista tal-parteċipanti fil-laqgħa, lista tal-uffiċjali li jakkumpanjawhom u lista ta' kull osservatur jew espert li jattendi l-laqgħa;

(b)

dokumentazzjoni ppreżentata lill-Kumitta ta' Kooperazzjoni;

(c)

dikjarazzjonijiet li l-Kumitat ta' Kooperazzjoni jitlob li jiddaħħlu fil-minuti; u

(d)

konklużjonijiet operattivi mil-laqgħa, kif previst fil-paragrafu 4.

3.   L-abbozz tal-minuti għandu jiġi ppreżentat lill-Kumitat ta' Kooperazzjoni għall-approvazzjoni fil-laqgħa tiegħu li jkun tmiss. Inkella, dak l-abbozz tal-minuti jista' jiġi approvat bil-miktub. L-abbozz tal-minuti tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-kummerċ għandu jiġi approvat fi żmien 28 jum kalendarju minn kull laqgħa. Għandha tintbagħat kopja lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7.

4.   Abbozz tal-konklużjonijiet operattivi ta' kull laqgħa tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandu jitħejja mis-segretarju tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni tal-Parti li jkollha l-presidenza tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni. Dak l-abbozz tal-konklużjonijiet operattivi għandu jiġi ċċirkolat lill-Partijiet flimkien mal-aġenda, normalment mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa li jmiss. Dak l-abbozz tal-konklużjonijiet operattivi għandu jiġi aġġornat waqt li tkun għaddejja l-laqgħa biex fi tmiem il-laqgħa, sakemm ma jkunx ġie miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, il-Kumitat ta' Kooperazzjoni jadotta konklużjonijiet operattivi li jkunu jirriflettu l-azzjonijiet ta' segwitu mill-Partijiet. Ladarba jkun hemm qbil dwarhom, il-konklużjonijiet operattivi għandhom jiġu mehmużin mal-minuti u l-implimentazzjoni tagħhom għandha tiġi rieżaminata waqt kwalunkwe laqgħa sussegwenti tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni. Għal dak l-għan, il-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandu jadotta mudell li jippermetti li kull punt ta' azzjoni jiġi identifikat fi skadenza speċifika.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   F'każijiet speċifiċi fejn il-Ftehim jagħti s-setgħa li jittieħdu deċiżjonijiet jew jagħmlu rakkomandazzjonijiet jew fejn tali setgħa tkun ġiet iddelegata lilu mill-Kunsill ta' Kooperazzjoni, il-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandu jieħu dawk id-deċiżjonijiet jew jagħmel dawk ir-rakkomandazzjonijiet. Il-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandu jieħu deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet u malli jitlestew il-proċeduri interni rispettivi. Kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni għandha tiġi ffirmata mill-President tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni u awtentikata mis-segretarji tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni.

2.   Il-Kumitat ta' Kooperazzjoni jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Il-proċedura bil-miktub għandha tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn is-segretarji tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni, li jaġixxu bi ftehim mal-Partijiet. Għal dak l-għan, l-abbozz ta' deċiżjoni jew rakkomandazzjoni għandu jiġi ċċirkolat bil-miktub skont l-Artikolu 7 sa mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel il-laqgħa, f'liema perijodu ta' żmien kwalunkwe riżerva jew emenda trid issir magħrufa. Il-President tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni jista' jqassar, f'konsultazzjoni mal-Partijiet, il-perijodi ta' żmien speċifikati f'dan il-paragrafu biex jitqiesu ċirkostanzi speċjali. Ladarba jkun hemm qbil dwar it-test, id-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi ffirmata mill-President tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni u awtentikata mis-segretarji tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni.

3.   L-atti tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandhom jiġu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” rispettivament. Kull Deċiżjoni jew Rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha sakemm ma jkunx previst mod ieħor.

4.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ċċirkolati lill-Partijiet skont l-Artikolu 7.

5.   Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkommandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 12

Rapporti

Il-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandu jirrapporta għand il-Kunsill ta' Kooperazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu u tas-sottokumitati speċjalizzati jew kwalunkwe korp ieħor f'kull laqgħa regolari tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni.

Artikolu 13

Lingwi

1.   Il-lingwi uffiċjali tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandhom ikunu l-lingwi uffiċjali tal-Partijiet.

2.   Il-lingwi ta' ħidma tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandhom ikunu l-Ingliż u r-Russu. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mħejjija f'dawk il-lingwi.

Artikolu 14

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tkopri l-ispejjeż li hija tagħmel biex tipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni, kemm fir-rigward tal-persunal, tal-ivvjaġġar u tan-nefqa tas-sussistenza kif ukoll tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tospita dawk il-laqgħat.

3.   L-ispejjeż marbuta mal-interpretazzjoni waqt il-laqgħat tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni u mat-traduzzjoni ta' dokumenti mill-Ingliż għar-Russu jew mir-Russu għall-Ingliż, kif imsemmi fl-Artikolu 13(2), għandhom jitħallsu mill-Parti li tospita dawk il-laqgħat.

L-interpretazzjoni u t-traduzzjoni minn lingwi oħra jew għalihom għandhom jitħallsu direttament mill-Parti li titlobhom.

4.   F'każijiet meta tkun meħtieġa t-traduzzjoni ta' dokumenti għal-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, l-ispiża għandha titħallas mill-Unjoni.

Artikolu 15

Emendar tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tal-Kunsill tal-Kooperazzjoni skont l-Artikolu 268(1) tal-Ftehim.

Artikolu 16

Sottokumitati speċjalizzati jew kwalunkwe korp ieħor

1.   Is-sottokumitati huma komposti minn rappreżentanti tal-Partijiet involuti fil-kwistjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu indirizzati minn kull sottokumitat speċjalizzat. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mill-Ftehim jew miftiehem fil-Kunsill ta' Kooperazzjoni, dawn ir-Regoli ta' Proċeduri għandhom jiġu applikati mutatis mutandis għal kull sottokumitat jew korp ieħor.

2.   Is-sottokumitati jistgħu, fl-oqsma rispettivi ta' kompetenza tagħhom, fost l-oħrajn:

(a)

jiskambjaw opinjonijiet dwar kwalunkwe punt ta' interess komuni, inkluż miżuri futuri u r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom;

(b)

jagħmlu konsultazzjonijiet regolari u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim;

(c)

jadotta arranġamenti prattiċi u miżuri dwar kwistjonijiet definiti fil-Ftehim;

(d)

jagħmlu rakkomandazzjonijiet;

(e)

jekk tingħatalhom is-setgħa mill-Kunsill ta' Kooperazzjoni, jaġixxu f'ismu biex jimplimentaw id-deċiżjonijiet tiegħu skont l-Artikolu 1(3) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni.

3.   Il-laqgħat tas-sottokumitati jew ta' kwalunkwe korp ieħor jistgħu jsiru b'mod flessibbli skont il-bżonn, personalment, jew fi Brussell inkella fir-Repubblika tal-Każakistan jew, pereżempju, permezz ta' vidjokonferenza. Is-sottokumitati u kwalunkwe korp ieħor għandhom jaġixxu bħala pjattaforma għall-monitoraġġ tal-progress, biex jiġu diskussi ċerti kwistjonijiet u sfidi li jirriżultaw minn dan il-proċess u biex jifformulaw rakkomandazzjonijiet u konklużjonijiet operazzjonali.

4.   Is-segretarjat tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandu jirċievi kopja tal-korrispondenza, id-dokumenti u l-komunikazzjonijiet rilevanti kollha li jikkonċernaw kwalunkwe sottokumitat jew korp ieħor.

Artikolu 17

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom japplikaw mutandis mutatis għall-Kumitat ta' Kooperazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-kummerċ, sakemm ma jkunx previst mod ieħor.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 2/2017 TAL-KUNSILL TA' KOOPERAZZJONI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-KAŻAKISTAN

ta' …

dwar l-istabbiliment ta' tliet sottokumitati speċjalizzati

IL-KUNSILL TA' KOOPERAZZJONI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-KAŻAKISTAN,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 269(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 281(3) tal-Ftehim, partijiet mill-Ftehim ġew applikati provviżorjament mill-1 ta' Mejju 2016.

(2)

Skont l-Artikolu 269(6) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi sottokumitati speċjalizzati jew xi korpi oħra li jistgħu jassistuh fit-twettiq ta' dmirijietu.

(3)

Skont l-Artikolu 25(3) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jistabbilixxi Sottokumitat dwar il-Kooperazzjoni Dogonali.

(4)

Sabiex ikunu jistgħu jsiru diskussjonijiet fil-livell ta' esperti dwar l-oqsma ewlenin li jaqgħu fl-ambitu tal-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim, jenħtieġ li jiġu stabbiliti żewġ sottokumitati speċjalizzati.

(5)

Jenħtieġ li bi ftehim tal-Partijiet, ikun possibbli li l-lista tas-sottokumitati tiġi mmodifikata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sottokumitati speċjalizzati elenkati fl-Anness huma b'dan stabbiliti.

Artikolu 2

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-sottokumitati speċjalizzati elenkati fl-Anness huma regolati mill-Artikolu 16 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni u tas-sottokumitati speċjalizzati jew kwalunkwe korp ieħor stabbilit mill-Kunsill ta' Kooperazzjoni kif adottat bid-Deċiżjoni Nru 1/2017 tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Każakistan.

Artikolu 3

Bi qbil mal-Partijiet, il-lista tas-sottokumitati speċjalizzati mniżżla fl-Anness tista' tiġi mmodifikata.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għall-Kunsill ta' Kooperazzjoni

Il-President


(1)  ĠU L 29, 4.2.2016, p. 3.

ANNESS

LISTA TA' SOTTOKUMITATI SPEĊJALIZZATI

(1)

Sottokumitat dwar il-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà

(2)

Sottokumitat dwar l-Enerġija, it-Trasport, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima

(3)

Sottokumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali


18.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/29


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/478

tas-16 ta' Marzu 2017

li tirrilaxxa lil ċerti Stati Membri mill-obbligu li japplikaw għal ċerti speċijiet id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 1999/105/KE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE dwar il-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa ta' pjanti tal-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja, tal-materjal riproduttiv tal-foresti, taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-ħxejjex, u taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra rispettivament, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/680/UE

(notifikata bid-dokument C(2017) 1662)

(It-testi fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Germaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Slovakk, Sloven, Spanjol, Ungeriż u Żvediż biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa ta' pjanti tal-għalf (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież [taċ-ċereali] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 23a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE tad-9 ta' April 1968 dwar il-marketing ta' materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 18a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar il-marketing ta' materjali riproduttivi tal-foresti (4), u partikolarment l-Artikolu 20 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tal-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq taż-żerriegħa tal-pitravi (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 30A tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta' żrieragħ tal-ħxejjex (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 49 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (7), u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talbiet ippreżentati mill-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Ungerija, l-Irlanda, Spanja, Franza, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit,

Billi:

(1)

Id-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 1999/105/KE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE jistabbilixxu ċerti dispożizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta' żerriegħa ta' pjanti tal-għalf, żerriegħa taċ-ċereali, materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja, materjali riproduttivi tal-foresti, żerriegħa tal-pitravi, żrieragħ tal-ħxejjex, u żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra rispettivament. Dawk id-Direttivi jistipulaw wkoll li, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jiġu rrilaxxati kompletament jew parzjalment mill-obbligu li japplikaw dawk id-Direttivi fir-rigward ta' ċerti speċijiet jew materjali.

(2)

Iż-żerriegħa ta' ċerti speċijiet mhijiex riprodotta normalment jew kkummerċjalizzata fl-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, il-kultivazzjoni tad-dwieli u l-kummerċjalizzazzjoni ta' ċertu materjal ta' propagazzjoni huma ta' importanza ekonomika minima f'għadd ta' Stati Membri. Ċerti speċijiet tas-siġar ukoll mhumiex importanti għall-iskopijiet ta' foresterija f'ċerti Stati Membri.

(3)

Abbażi tal-applikazzjonijiet li saru minn ċerti Stati Membri, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 2010/680/UE (8) biex tirrilaxxa dawk l-Istati Membri kompletament jew parzjalment mill-obbligu li japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 1999/105/KE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE, għall-ispeċijiet u l-materjal inkwistjoni.

(4)

L-Ungerija, li ma kinitx destinatarja tad-Deċiżjoni 2010/680/UE, u l-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, is-Slovenja u r-Renju Unit, li kienu destinatarji ta' dik id-Deċiżjoni, ssottomettew applikazzjonijiet aġġornati lill-Kummissjoni, u talbu r-rilaxx għal speċijiet ġodda. Franza talbet għat-tħassir tar-rilaxxi kollha li kienu ngħatawlha, filwaqt li Ċipru, il-Latvja u n-Netherlands talbu għat-tħassir tar-rilaxxi li kienu ngħatawlhom għal ċerti speċijiet biss.

(5)

Għalhekk hemm bżonn li jiġi aġġornat ir-rilaxx mogħti u, fejn mitlub, jiġi rtirat.

(6)

Barra minn hekk, fl-interess tat-trasparenza u tas-simplifikazzjoni, id-Deċiżjoni 2010/680/UE għandha titħassar u tiġu sostitwita b'Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni ġdida.

(7)

Sabiex il-korpi uffiċjali responsabbli u l-operaturi professjonali jkollhom żmien biex jadattaw għad-dispożizzjonijiet ġodda, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2018.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Kull Stat Membru msemmi fil-Parti I tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandu jinħeles mill-obbligu li japplika d-Direttiva 66/401/KEE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 14(1), għall-ispeċijiet elenkati f'dik il-Parti tal-Anness u hemmhekk identifikati, fir-rigward ta' dak l-Istat Membru, bl-indikazzjoni “X”.

2.   Kull Stat Membru msemmi fil-Parti II tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandu jinħeles mill-obbligu li japplika d-Direttiva 66/402/KEE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 14(1), għall-ispeċijiet elenkati f'dik il-Parti tal-Anness u hemmhekk identifikati, fir-rigward ta' dak l-Istat Membru, bl-indikazzjoni “X”.

Fil-każ tal-Latvja, ir-rilaxx minn dan l-obbligu fir-rigward ta' Zea mays japplika wkoll bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 19(1) ta' dik id-Direttiva.

3.   Kull Stat Membru msemmi fil-Parti III tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandu jinħeles mill-obbligu li japplika d-Direttiva 68/193/KEE, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 12 u 12a, għall-ġenus elenkat fl-ewwel kolonna tat-tabella.

4.   Kull Stat Membru msemmi fil-Parti IV tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandu jinħeles mill-obbligu li japplika d-Direttiva 1999/105/KE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 17(1), għall-ispeċijiet elenkati f'dik il-Parti tal-Anness u hemmhekk identifikati, fir-rigward ta' dak l-Istat Membru, bl-indikazzjoni “X”.

5.   Kull Stat Membru msemmi fil-Parti V tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandu jinħeles mill-obbligu li japplika d-Direttiva 2002/54/KE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 20, għall-ispeċijiet elenkati f'dik il-Parti tal-Anness u hemmhekk identifikati, fir-rigward ta' dak l-Istat Membru, bl-indikazzjoni “X”.

6.   Kull Stat Membru msemmi fil-Parti VI tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandu jinħeles mill-obbligu li japplika d-Direttiva 2002/55/KE, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 16(1) u 34(1), għall-ispeċijiet elenkati f'dik il-Parti tal-Anness u hemmhekk identifikati, fir-rigward ta' dak l-Istat Membru, bl-indikazzjoni “X”.

7.   Kull Stat Membru msemmi fil-Parti VII tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandu jinħeles mill-obbligu li japplika d-Direttiva 2002/57/KE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 17, għall-ispeċijiet elenkati f'dik il-Parti tal-Anness u hemmhekk identifikati, fir-rigward ta' dak l-Istat Membru, bl-indikazzjoni “X”.

Fil-każ ta' Malta, ir-rilaxx minn dan l-obbligu fir-rigward tal-ġirasol japplika wkoll bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 9(1) ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2010/680/UE għandha tiġi rrevokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66.

(2)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66.

(3)  ĠU L 93, 17.4.1968, p. 15.

(4)  ĠU L 11, 15.1.2000, p. 17.

(5)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 12.

(6)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(7)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/680/UE tad-9 ta' Novembru 2010 li teħles lill-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, Franza, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit mill-obbligu li japplikaw fuq ċerti speċi d-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 1999/105/KE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' żrieragħ tax-xtieli għall-għalf, żrieragħ taċ-ċereali, materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli, materjal riproduttiv tal-foresti, żerriegħa tal-pitravi, żrieragħ tal-ħxejjex u żrieragħ ta' xtieli taż-żejt u l-fibra rispettivament (ĠU L 292, 10.11.2010, p. 57).


ANNESS

IL-PARTI I

Id-Direttiva 66/401/KEE

 

BG

CZ

DK

DE

EE

IE

ES

LV

LT

HU

MT

PL

SI

SK

UK

Agrostis canina

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

Alopecurus pratensis

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 

 

 

X

Arrhenatherum elatius

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Biserrula pelecinus

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Bromus catharticus

 

 

 

X

 

 

X

X

X

 

X

 

 

 

 

Bromus sitchensis

 

 

 

X

 

 

X

X

X

 

X

X

 

 

 

Cynodon dactylon

 

X

 

X

 

 

 

X

X

 

 

X

 

 

X

Dactylis glomerata

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Festuca arundinacea

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

x Festulolium

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Lathyrus cicera

X

X

 

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X

 

X

Lolium x boucheanum

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Medicago doliata

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Medicago italica

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Medicago littoralis

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Medicago murex

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Medicago polymorpha

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Medicago rugosa

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Medicago scutellata

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Medicago truncatula

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Ornithopus compressus

X

X

 

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X

 

X

Ornithopus sativus

X

X

 

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X

 

X

Phalaris aquatica

 

 

X

X

 

 

 

X

X

 

X

X

 

 

X

Phleum nodosum

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Phleum pratense

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Plantago lanceolata

X

X

 

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X

 

X

Poa annua

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

Poa nemoralis

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

X

 

 

 

 

Poa palustris

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

X

Poa trivialis

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Trisetum flavescens

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

X

X

 

 

X

Galega orientalis

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

Hedysarum coronarium

 

X

 

X

 

X

 

X

X

X

 

X

 

 

X

Lotus corniculatus

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Lupinus albus

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Lupinus angustifolius

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Lupinus luteus

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Medicago lupulina

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

X

 

 

 

 

Medicago x varia

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Onobrychis viciifolia

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Trifolium alexandrinum

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

X

 

 

X

Trifolium fragiferum

X

X

 

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X

 

X

Trifolium glanduliferum

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Trifolium hirtum

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Trifolium hybridum

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Trifolium incarnatum

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

X

 

 

 

X

Trifolium isthmocarpum

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Trifolium michelianum

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Trifolium repens

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Trifolium resupinatum

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

X

 

 

 

X

Trifolium squarrosum

X

X

 

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X

 

X

Trifolium subterraneum

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Trifolium vesiculosum

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Trigonella foenum-graecum

 

 

 

X

 

X

 

X

X

 

X

X

 

 

X

Vicia benghalensis

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Vicia pannonica

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

X

X

 

 

 

Vicia villosa

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Brassica napus

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Phacelia tanacetifolia

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

X

 

 

 

X

Raphanus sativus

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

IL-PARTI II

Id-Direttiva 66/402/KEE

 

CZ

DK

DE

EE

IE

LV

LT

MT

NL

PL

UK

Avena strigosa

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

X

Oryza sativa

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Phalaris canariensis

 

 

X

X

X

X

 

 

 

 

X

Sorghum bicolor

 

X

 

X

X

X

 

 

 

X

X

Sorghum sudanense

 

X

 

X

X

X

X

 

 

X

X

Sorghum bicolor x Sorghum sudanense

 

X

 

X

X

X

 

 

 

X

X

Triticum spelta

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

Zea mays

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

IL-PARTI III

Id-Direttiva 68/193/KEE

 

DK

EE

IE

LV

LT

NL

PL

FI

SE

UK

Vitis

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

IL-PARTI IV

Id-Direttiva 1999/105/KE

 

DK

EE

LT

MT

SI

Abies alba

 

X

X

X

 

Abies cephalonica

X

X

X

X

 

Abies grandis

 

X

X

X

 

Abies pinsapo

X

X

X

X

X

Acer platanoides

 

 

 

X

 

Acer pseudoplatanus

 

X

X

X

 

Alnus glutinosa

 

 

 

X

 

Alnus incana

 

 

 

X

 

Betula pendula

 

 

 

X

 

Betula pubescens

 

 

 

X

 

Carpinus betulus

 

X

 

X

 

Castanea sativa

X

X

X

 

 

Cedrus atlantica

X

X

X

X

X

Cedrus libani

X

X

X

X

X

Fagus sylvatica

 

X

 

X

 

Fraxinus angustifolia

X

X

X

 

 

Fraxinus excelsior

 

 

 

X

 

Larix decidua

 

 

 

X

 

Larix x eurolepis

 

 

 

X

 

Larix kaempferi

 

 

 

X

 

Larix sibirica

X

 

X

X

X

Picea abies

 

 

 

X

 

Picea sitchensis

 

X

X

X

X

Pinus brutia

X

X

X

 

X

Pinus canariensis

X

X

X

 

X

Pinus cembra

X

X

X

X

 

Pinus contorta

 

 

X

X

X

Pinus halepensis

X

X

X

 

 

Pinus leucodermis

X

X

X

X

X

Pinus nigra

 

X

X

 

 

Pinus pinaster

X

X

X

 

 

Pinus pinea

X

X

X

 

 

Pinus radiata

X

X

X

 

X

Prunus avium

 

X

 

 

 

Pseudotsuga menziesii

 

 

X

 

 

Quercus cerris

X

X

X

 

 

Quercis ilex

X

X

X

 

 

Quercus petraea

 

X

 

X

 

Quercus pubescens

X

X

X

X

 

Quercus rubra

 

 

 

X

 

Quercus suber

X

X

X

 

 

Robinia pseudoacacia

 

X

 

 

 

Tilia cordata

 

 

 

X

 

Tilia platyphyllos

 

X

 

X

 

IL-PARTI V

Id-Direttiva 2002/54/KE

 

CY

MT

Beta vulgaris

X

X

IL-PARTI VI

Id-Direttiva 2002/55/KE

 

IE

UK

Allium cepa — grupp aggregatum

 

X

Allium fistulosum

 

X

Allium sativum

 

X

Allium schoenoprasum

 

X

Anthriscus cerefolium

X

X

Asparagus officinalis

X

 

Beta vulgaris

X

 

Capsicum annuum

 

X

Cichorium intybus

 

X

Citrullus lanatus

X

X

Cucurbita maxima

X

 

Cynara cardunculus

X

X

Foeniculum vulgare

 

X

Rheum rhabarbarum

 

X

Scorzonera hispanica

X

X

Solanum melongena

 

X

Valerianella locusta

X

X

IL-PARTI VII

Id-Direttiva 2002/57/KE

 

CZ

DK

DE

EE

IE

CY

LV

LT

MT

NL

PL

UK

Arachis hypogea

X

X

X

X

X

 

X

X

X

X

X

X

Brassica rapa

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

Brassica juncea

 

 

 

 

X

 

X

 

X

 

 

 

Brassica napus

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

Brassica nigra

 

 

 

X

X

 

X

 

X

 

X

 

Cannabis sativa

 

 

 

 

X

 

 

 

X

 

 

 

Carthamus tinctorius

 

X

X

X

X

 

X

 

X

 

X

X

Carum carvii

 

 

X

 

X

 

 

 

X

 

 

X

Gossypium spp.

X

X

X

X

X

 

X

X

X

X

X

X

Helianthus annuus

 

X

 

X

X

 

X

 

X

 

 

 

Linum usitatissimum

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

Papaver somniferum

 

 

 

 

X

X

 

 

X

 

 

X

Sinapis alba

 

 

 

 

X

 

 

 

X

 

 

 

Glycine max

 

X

 

 

X

 

 

 

X

 

 

 


Rettifika

18.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/38


Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/394 tal-11 ta' Novembru 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-formoli u l-proċeduri għall-awtorizzazzjoni, ir-rieżami u l-evalwazzjoni tad-depożitorji ċentrali tat-titoli, għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istat Membru tad-domiċilju u tal-Istat Membru ospitanti, għall-konsultazzjoni tal-awtoritajiet involuti fl-awtorizzazzjoni biex jiġu pprovduti servizzi anċillari ta' tip bankarju, għal aċċess li jinvolvu depożitorji ċentrali tat-titoli, u fir-rigward tal-format tar-rekords li għandhom jinżammu mid-depożitarji tat-titoli ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 65 tal-10 ta' Marzu 2017 )

F'paġna 153, fl-Anness I, fit-Tabella 1, fit-tieni ringiela, fit-tieni kolonna; f'paġna 168, fl-Anness II, fit-Tabella 1, fit-tieni u fit-tielet ringiela, fit-tieni kolonna u f'paġna 180, fl-Anness IV, fit-Tabella 1, fir-ringieli numru 4 u 5, fit-tielet kolonna:

minflok:

“fil-format YYYY-MM-DD”,

aqra:

“fil-format SSSS-XX-JJ”.

F'paġna 154, fl-Anness I, fil-Parti A tat-Tabella 2, fl-ewwel kolonna, l-aħħar ringiela:

minflok:

“Lista ta' servizzi anċillari elenkati b'mod espliċitu fit-Taqsima B tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 li s-CSD li qed japplika jipprovdi jew biħsiebu jipprovdi”,

aqra:

“Lista ta' kwalunkwe servizz anċillari ieħor permess skont it-Taqsima B, iżda mhux espliċitament elenkat fiha, tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, li l-applikant CSD qed jipprovdi jew biħsiebu jipprovdi”.

F'paġna 157, fl-Anness I, fil-Parti B tat-Tabella 2, fl-ewwel kolonna:

minflok:

“Financial reports including a complete set of financial statements for the preceding three years, and the statutory audit report on the annual and consolidated financial statements within the meaning of Directive 2006/43/KE of the European Parliament and of the Council, for the preceding three years”,

aqra:

“Ir-rapporti finanzjarji inkluż sett sħiħ ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji għat-tliet snin preċedenti u r-rapport statutorju tal-awditjar tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u konsolidati fit-tifsira tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għat-tliet snin preċedenti”.

F'paġna 160, fl-Anness I, fil-Parti C tat-Tabella 2, fl-ewwel kolonna:

minflok:

Information regarding the management body of the applicant CSD ”,

aqra:

Informazzjoni dwar il-korp maniġerjali tas-CSD li qed japplika ”.

F'paġna 180, fl-Anness IV, fit-Tabella 1, fir-ringieli numru 6 sa 9, fit-tielet kolonna:

minflok:

“YYYY-MM-DDThh:mm:ssZ”,

aqra:

“SSSS-XX-JJThh:mm:ssZ”.

F'paġna 181, fl-Anness IV, fit-Tabella 1, fir-ringiela numru 19, fit-tielet kolonna; f'paġna 183, fir-ringiela numru 24, fit-tielet kolonna, fit-tieni paragrafu u fit-tielet paragrafu u fir-ringiela numru 25, fit-tielet kolonna:

minflok:

“The negative symbol, if populated, is not counted as a numerical character”,

aqra:

“Is-simbolu negattiv jekk popolat, ma jingħaddx bħala karattru numeriku”.

F'paġna 181, fl-Anness IV, fit-Tabella 1, fir-ringiela numru 20, fit-tielet kolonna:

minflok:

“Up to 20 numerical characters reported as whole numbers without decimals”,

aqra:

“Sa 20 karattru numeriku rrappurtati bħala numri sħaħ mingħajr deċimali”.

F'paġna 189, fl-Anness IV, fit-Tabella 4, fir-ringiela numru 17, fit-tieni kolonna:

minflok:

“Opinjonijiet ġuridiċi li waslu skont id-dispożizzjonijiet relevanti dwar ir-rekwiżiti organizzazzjonali msemmija fil- Kapitolu VII tar-Regolament Delegat (UE) 2017/392”,

aqra:

“Opinjonijiet legali rċevuti skont id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar ir-rekwiżiti organizzazzjonali previsti fil-Kapitolu VII tar-Regolament Delegat (UE) 2017/392”.

F'paġna 205, fl-Anness VI, fit-Taqsima 4, fit-tielet linja:

minflok:

Dettalji ta' kuntatt tal-awtorità li qed tirreferi l-kwistjoni lill-ESMA”,

aqra:

Id-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità li qed tirreferi l-kwistjoni lill-ESMA”.