ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 3

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
6ta' Jannar 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/5 tal-5 ta' Jannar 2017 li jagħmel suġġetti għar-reġistrazzjoni l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Russja u l-Brażil

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/6 tal-5 ta' Jannar 2017 dwar il-pjan Ewropew ta' mobilitazzjoni għas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju

6

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/7 tal-5 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

29

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/8 tal-5 ta' Jannar 2017 dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tieni sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

31

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/9 tal-4 ta' Jannar 2017 li tawtorizza ċerti laboratorji fil-Marokk u fit-Tajwan iwettqu t-testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa kontra l-idrofobija (notifikata bid-dokument C(2016) 8803)  ( 1 )

32

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/10 tal-5 ta' Jannar 2017 li temenda id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/328/UE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE li jistabbilixxu programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni għal ċertu sajd demersali u pelaġiku fl-Ilmijiet tal-Unjoni tal-Baħar tat-Tramuntana tad-Diviżjoni tal-ICES IIa

34

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/11 tal-5 ta' Jannar 2017 li tapprova, f'isem l-Unjoni Ewropea, l-emendi tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk

43

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

6.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 3/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/5

tal-5 ta' Jannar 2017

li jagħmel suġġetti għar-reġistrazzjoni l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Russja u l-Brażil

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,

Wara li infurmat lill-Istati Membri,

Billi:

(1)

Fis-7 ta' Lulju 2016, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2), it-tnedija ta' proċediment antidumping rigward l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, is-Serbja u l-Ukrajna wara li tressaq ilment fit-23 ta' Mejju 2016 mill-EUROFER (“l-ilmentatur”) f'isem produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar.

1.   PRODOTT IKKONĊERNAT

(2)

Il-prodott soġġett għar-reġistrazzjoni (“il-prodott ikkonċernat”) huwa ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, kemm jekk f'koljaturi jew le (inklużi prodotti maqtugħin tal-qies u “strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief b'laminazzjoni termali, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin, li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, is-Serbja u l-Ukrajna (“il-pajjiżi kkonċernati”).

(3)

Il-prodott ikkonċernat ma jinkludix:

prodotti tal-azzar inossidabbli u azzar elettriku tas-siliċju bil-granijiet orjentati,

prodotti, mhux f'koljaturi, mingħajr diżinji f'riljev, ta' ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta' wisa' ta' 600 mm jew aktar,

u prodotti, mhux f'koljaturi, mingħajr diżinji f'riljev, ta' ħxuna ta' 4,75 mm jew aktar iżda li ma taqbiżx l-10 mm u ta' wisa' ta' 2 050 mm jew aktar.

(4)

Il-prodott ikkonċernat bħalissa jaqa' taħt il-kodiċijiet NM 7208 10 00, 7208 25 00, 7208 26 00, 7208 27 00, 7208 36 00, 7208 37 00, 7208 38 00, 7208 39 00, 7208 40 00, 7208 52 10, 7208 52 99, 7208 53 10, 7208 53 90, 7208 54 00, 7211 13 00, 7211 14 00, 7211 19 00, ex 7225 19 10, 7225 30 10, 7225 30 30, 7225 30 90, ex 7225 40 12, ex 7225 40 15, ex 7225 40 60, 7225 40 90, ex 7226 19 10, ex 7226 20 00, 7226 91 20, 7226 91 91 u 7226 91 99. Dawn il-kodiċijiet NM qed jingħataw biss għall-informazzjoni.

2.   TALBA

(5)

Fil-11 ta' Ottubru 2016, l-ilmentatur ippreżenta talba għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati. Fil-21 ta' Novembru 2016, l-ilmentatur aġġornata t-talba billi pprovda data finanzjarja iktar riċenti. L-ilmentatur talab li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-pajjiżi kkonċernati jsiru soġġetti għar-reġistrazzjoni sabiex sussegwentament ikunu jistgħu jiġu applikati miżuri kontra dawk l-importazzjonijiet mid-data ta' tali reġistrazzjoni.

(6)

Wara din it-talba, ippreżentaw ruħhom erba' partijiet interessati, li allegaw li t-talba inizjali għar-reġistrazzjoni mill-ilmentatur ma kienx fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Iran (3), ir-Russja (4), is-Serbja (5) u l-Ukraina (6) rispettivament.

3.   RAĠUNIJIET GĦAR-REĠISTRAZZJONI

(7)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista' tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet tad-dwana sabiex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex sussegwentement il-miżuri jkunu jistgħu jiġu applikati fuq dawk l-importazzjonijiet. L-importazzjonijiet jistgħu jsiru soġġetti għar-reġistrazzjoni wara talba mill-industrija tal-Unjoni li jkun fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika din l-azzjoni.

(8)

L-ilmentatur iddikjara li l-importaturi kienu jafu sew dwar il-prattiki ta' dumping li kienu ilhom għaddejjin għal perjodu estiż ta' żmien u kienu qed jikkawżaw dannu għall-industrija tal-Unjoni. L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kienu qed jikkawżaw dannu għall-industrija tal-Unjoni u kien hemm żieda sostanzjali fil-livell ta' dawn l-importazzjonijiet, anki wara l-perjodu ta' investigazzjoni. Dan ifixkel serjament l-effett rimedjali tad-dazju antidumping, jekk jiġi applikat dan id-dazju.

(9)

Il-Kummissjoni eżaminat it-talba fid-dawl tal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. B'mod partikolari, hija vverifikat jekk l-importaturi kienu konxji ta', jew jekk kellhomx ikunu konxji, tad-dumping fir-rigward tal-livell tad-dumping u d-dannu allegat jew misjub. Hija analizzat ukoll jekk kienx hemm żieda oħra sostanzjali fl-importazzjonijiet li, fid-dawl ta' meta seħħet u l-volum u ċirkostanzi oħra, x'aktarx timmina l-effett rimedjali tad-dazju antidumping definittiv li għandu jiġi applikat.

3.1.   L-għarfien tal-importaturi tad-dumping, il-livell tiegħu u d-dannu allegat

(10)

L-ilment tal-EUROFER tat-23 ta' Mejju 2016 kien fih biżżejjed evidenza prima facie dwar dumping allegat mill-ħames pajjiżi kkonċernati. Il-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment stmat marġni ta' dumping li jaqbeż mill-inqas 20 % għall-ħames pajjiżi kkonċernati. Għal erbgħa (il-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna) mill-ħames pajjiżi kkonċernati, l-ilmentatur fl-ilment ipprovda evidenza dwar il-valur normali bbażat fuq l-informazzjoni tal-ipprezzar jew ta' Steel First jew rapporti oħra tas-suq. Għall-pajjiż ikkonċernat li jifdal (is-Serbja), l-ilmentatur ipprovda evidenza dwar valur normali maħdum (il-kostijiet tal-manifattura, SG&A u l-profitt stmati). L-evidenza ta' dumping hija bbażata fuq tqabbil tal-valuri normali stabbiliti hekk, mal-prezz tal-esportazzjoni (fuq livell ta' kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni għall-pajjiżi kkonċernati kienu stabbiliti abbażi ta' informazzjoni minn Steel First jew stabbiliti bl-użu tad-data tal-Eurostat. L-ilment ipprovda wkoll evidenza prima facie tad-dannu allegat.

(11)

Dawn il-punti ġew spjegati fin-notifika ta' bidu għal dan il-proċediment fis-7 ta' Lulju 2016 (7). Billi din in-notifika hija dokument pubbliku aċċessibbli għall-importaturi kollha, il-Kummissjoni tqis li l-importaturi kienu jafu, jew kellhom ikunu jafu dwar id-dumping allegat, il-kobor tiegħu u d-dannu allegat l-aktar tard f'dak il-mument. Għaldaqstant, hija kkonkludiet li l-ewwel kriterju għar-reġistrazzjoni ġie ssodisfat.

3.2.   Żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet

(12)

Fit-talba aġġornata tiegħu għal reġistrazzjoni, l-ilmentatur qabbel il-volum ta' kull xahar medju aggregat tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-pajjiżi kollha kkonċernati fil-perjodu mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016 mal-perjodu mill-1 ta' Lulju 2016 sal-31 ta' Ottubru 2016. Dan it-tqabbil wera żieda ta' 24 % fil-volum medju tal-importazzjonijiet ta' kull xahar mill-ħames pajjiżi kkonċernati.

(13)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li ma kienx xieraq li tintuża data mix-xahar ta' Lulju 2016. Kif spjegat fil-premessa (12), l-importaturi kellhom ikunu konxji tad-dumping u d-dannu allegati biss mis-7 ta' Lulju. It-teħid ta' data qabel dik id-data ma jistax ikun konklużiv għal eżerċizzju ta' reġistrazzjoni. Minħabba li l-istatistika tal-importazzjonijiet issir kull xahar, il-Kummissjoni b'hekk iddeċidiet li tqabbel il-volumi medji ta' importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2015 u t-30 ta' Ġunju 2016 mal-perjodu mill-1 ta' Awwissu 2016 sat-30 ta' Novembru 2016 (jiġifieri erba' (4) xhur wara l-bidu fis-7 ta' Lulju 2016).

(14)

Għal dan il-perjodu, il-Kummissjoni osservat żieda sostanzjali ta' 14 % għall-pajjiżi kkonċernati meta qabblet il-volum totali medju ta' kull xahar tal-importazzjonijiet. Madankollu, fl-istess waqt, il-Kummissjoni innotat differenzi sinifikanti bejn il-prestazzjonijiet tal-esportazzjonijiet individwali tal-ħames pajjiżi, enfasizzati fis-sottomissjonijiet differenti msemmija fil-premessa (6).

(15)

B'mod partikolari, iż-żieda ta' 14 % fil-volumi medji ta' kull xahar totali tal-importazzjonijiet għall-ħames pajjiżi kkonċernati għall-perjodu kif imsemmi fil-premessa (13) kienet l-effett ikkombinat ta' żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet Russi (+ 73 %) u fl-importazzjonijiet Brażiljani (+ 26 %), tnaqqis fl-importazzjonijiet minn żewġ pajjiżi oħra kkonċernati (l-Ukrajna u l-Iran) u status quo għas-Serbja fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.

(16)

Għalhekk, iż-żieda fil-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-ħames pajjiżi kkonċernati hija attribwibbli bis-sħiħ għaż-żieda sostanzjali fil-volumi ta' importazzjonijiet Brażiljani u Russi biss. F'dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni ma rat l-ebda raġuni biex jiġu rreġistrati l-importazzjonijiet għat-tliet pajjiżi l-oħra wkoll. Anki kieku l-Kummissjoni kellha twettaq valutazzjoni kumulattiva tad-dannu mill-ħames pajjiżi kollha fl-investigazzjoni prinċipali skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku, impożizzjoni retroattiva tad-dazji għall-importazzjonijiet minn pajjiżi fejn l-esportazzjonijiet staġnaw jew saħansitra naqsu wara l-bidu tal-każ tkun tidher sproporzjonata. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-reġistrazzjoni għal dawn l-importazzjonijiet ma kinitx meħtieġa lanqas.

3.3.   Ċirkostanzi oħrajn

(17)

Fl-ilment tiegħu tat-23 ta' Mejju 2016, l-ilmentatur kien inkluda evidenza prima facie dwar ix-xejra ta' tnaqqis tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-importazzjoni għall-pajjiżi kkonċernati. Il-prezzijiet tal-bejgħ medji lejn l-Unjoni naqsu bejn l-2011 u l-2015, filwaqt li waqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ medji tal-produtturi tal-azzar tal-Unjoni b'minn tal-inqas 30 %. B'mod ġenerali, u meta jitqies id-daqs tal-marġnijiet tad-dumping allegati fl-ilment, l-evidenza pprovdiet biżżejjed sostenn f'dan l-istadju li l-esportaturi kemm mill-pajjiżi kkonċernati jipprattikaw id-dumping. Madankollu, fit-talba għal reġistrazzjoni tiegħu tal-11 ta' Ottubru 2016, l-ilmentatur ma inkluda l-ebda informazzjoni aġġornata dwar il-prezzijiet tal-importazzjoni wara l-bidu tal-investigazzjoni attwali.

(18)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-evoluzzjoni tal-prezz wara l-bidu tal-każ tikkostitwixxi ċirkostanza rilevanti oħra għal talba għal reġistrazzjoni. Għalhekk, hija analizzat il-prezzijiet tal-importazzjoni fuq il-bażi tal-figuri tal-Eurostat. Hija stabbiliet li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati telgħu sa ċertu punt wara l-bidu tal-investigazzjoni attwali.

(19)

Il-valutazzjoni ta' din it-tendenza 'l fuq tal-prezzijiet tal-importazzjoni mir-Russja u l-Brażil, il-Kummissjoni sabet li l-livell assolut ta' dawn il-prezzijiet xorta baqa' f'livell baxx ħafna. B'mod partikolari, kien inqas mill-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni fi tmiem l-2015, kif stabbilit mill-Kummissjoni fil-każ HRF parallel dwar iċ-Ċina (8). F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet minn dawn iż-żewġ pajjiżi hija ġustifikata.

3.4.   Konklużjoni

(20)

Bħala konklużjoni, iż-żieda fil-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-ħames pajjiżi kkonċernati hija attribwibbli kollha kemm hi għaż-żieda sostanzjali fil-volumi ta' importazzjonijiet Brażiljani u Russi. Fid-dawl taż-żmien, din iż-żieda sostanzjali fil-livell ta' dawn l-importazzjonijiet Russi u Brażiljani x'aktarx li timmina serjament l-effett rimedjali ta' kull dazju definittiv, sakemm dawn id-dazji ma jiġux applikati retroattivament.

4.   PROĊEDURA

(21)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm biżżejjed evidenza prima facie biex tiġġustifika li l-importazzjonijiet Russi u Brażiljani tal-prodott ikkonċernat ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni, b'konformità mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

(22)

Il-partijiet kollha interessati huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, bil-kundizzjoni li jagħmlu talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu.

5.   REĠISTRAZZJONI

(23)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, importazzjonijiet Russi u Brażiljani tal-prodott ikkonċernat għandhom isiru soġġetti għar-reġistrazzjoni bl-iskop li jiġi żgurat li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f'konklużjonijiet li jwasslu għall-impożizzjoni ta' dazji antidumping, dawk id-dazji jistgħu, jekk il-kundizzjonijiet neċessarji jintlaħqu, jiġu imposti b'mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet Russi u Brażiljani rreġistrati f'konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku.

(24)

L-ilmentatur fl-ilment stima marġni ta' dumping medju ta' 20–40 % għar-Russja u marġni ta' dumping medju ta' 40–70 % għall-Brażil. Huwa stima wkoll marġni medju ta' twaqqigħ tal-prezz ta' 20–50 % kemm għar-Russja kif ukoll għall-Brażil għall-prodott ikkonċernat. L-ammont stmat ta' responsabbiltà possibbli fil-futur huwa stabbilit għar-Russja u għall-Brażil fil-livell ta' dumping medju stmat abbażi tal-ilment, jiġifieri 20–50 % ad valorem fuq il-valur tal-importazzjoni CIF tal-prodott ikkonċernat.

6.   IPPROĊESSAR TA' DATA PERSONALI

(25)

Kull data personali miġbura fil-kuntest ta' din ir-reġistrazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-awtoritajiet doganali huma b'dan ordnati, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036, biex jieħdu l-passi xierqa sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti prodotti ċatti tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, kemm jekk f'koljaturi jew le (inklużi prodotti “maqtugħa għall-qies” u “strixxi dojoq”), mhux maħduma aktar ħlief b'laminazzjoni termali, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin, li joriġinaw mill-Brażil u r-Russja.

Il-prodott ikkonċernat ma jinkludix:

prodotti tal-azzar inossidabbli u azzar elettriku tas-siliċju bil-granijiet orjentati,

prodotti, mhux f'koljaturi, mingħajr diżinji f'riljev, ta' ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta' wisa' ta' 600 mm jew aktar,

u prodotti, mhux f'koljaturi, mingħajr diżinji f'riljev, ta' ħxuna ta' 4,75 mm jew aktar iżda li ma taqbiżx l-10 mm u ta' wisa' ta' 2 050 mm jew aktar.

2.   Il-prodott ikkonċernat bħalissa jaqa' taħt il-kodiċijiet NM 7208 10 00, 7208 25 00, 7208 26 00, 7208 27 00, 7208 36 00, 7208 37 00, 7208 38 00, 7208 39 00, 7208 40 00, 7208 52 10, 7208 52 99, 7208 53 10, 7208 53 90, 7208 54 00, 7211 13 00, 7211 14 00, 7211 19 00, ex 7225 19 10, 7225 30 10, 7225 30 30, 7225 30 90, ex 7225 40 12, ex 7225 40 15, ex 7225 40 60, 7225 40 90, ex 7226 19 10, ex 7226 20 00, 7226 91 20, 7226 91 91 u 7226 91 99 (kodiċi TARIC: 7225191090, 7225401295, 7225401595, 7225406090, 7226191090, 7226200095).

3.   Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

4.   Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub, biex jipprovdu evidenza ta' sostenn jew jitolbu li jinstemgħu fi żmien 20 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Notifika ta' bidu ta' proċediment antidumping dwar importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, is-Serbja u l-Ukrajna (ĠU C 246, 7.7.2016, p. 7).

(3)  Sottomissjoni tad-9 ta' Novembru 2016 minn Mobarakeh Steel Company.

(4)  Sottomissjoni tal-10 ta' Novembru 2016 minn MMK Group u Severstal Group.

(5)  Sottomissjoni tat-28 ta' Ottubru 2016 minn Zelezara Smederevo d.o.o.

(6)  Sottomissjoni tal-5 ta' Diċembru 2016 minn Metinvest Group.

(7)  It-taqsima 3 tan-notifika ta' bidu (ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 2).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1778 tas-6 ta' Ottubru 2016 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 272, 7.10.2016, p. 33) (It-tabella fil-premessa 104).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


6.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 3/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/6

tal-5 ta' Jannar 2017

dwar il-pjan Ewropew ta' mobilitazzjoni għas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-għan tal-pjan ta' mobilitazzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) huwa li jiġi żgurat li vetturi msemmija fil-punt 1.1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 (2), mgħammra bl-ERTMS jkunu jista' jkollhom aċċess b'mod gradwali għal għadd akbar ta' linji, portijiet, terminals u ċentri fejn jinġemgħu l-vetturi ferroviji mingħajr ma jkollhom bżonn iżidu s-sistemi tal-Klassi B mal-ERTMS. Il-pjan Ewropew ta' mobilitazzjoni tal-ERTMS stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/88/UE (3) għandu jiġi adattat biex jitqies l-istat ta' mobilitazzjoni tal-ERTMS magħmula mill-Istati Membri, u biex jiġi allinjat mar-rekwiżiti tal-Artikolu 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 u mad-definizzjoni tal-kurituri tan-netwerk ewlieni stipulati fl-Artikolu 2(14) tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Dan il-pjan flimkien mal-Pjan ta' Implimentazzjoni Nazzjonali kif imsemmi fil-punt 7.4.4 tal-Anness tar-Regolament (UE) 2016/919 għandu jagħti viżibbiltà biżżejjed lis-sidien tal-vetturi biex jippermetti ppjanar xieraq tan-negozju.

(2)

Pjan ta' mobilitazzjoni għall-kurituri tan-netwerk ewlieni għandu jinkludi stazzjonijiet, punti ta' konġunzjoni, aċċess għall-portijiet marittimi u portijiet interni, ajruporti u terminals tal-ferrovija/tat-triq u komponenti ta' infrastruttura kif imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 peress li dawn huma essenzjali biex tinkiseb l-interoperabilità fin-netwerk ferrovjarju Ewropew.

(3)

Il-konformità sħiħa mar-Regolament (UE) 2016/919 hija prerekwiżit kruċjali għall-mobilitazzjoni tal-ERTMS. L-Istati Membri għadhom ma laħqux dan l-objettiv, b'mod partikolari minħabba li introduċew soluzzjonijiet speċifiċi nazzjonali jew ta' proġett.

(4)

Għall-mobilitazzjoni l-ġdida ta' maġenb il-binarji tal-ERTMS, l-Istati Membri għandhom jużaw l-aħħar sett ta' speċifikazzjonijiet imsemmija fl-Anness A tar-Regolament (UE) 2016/919, li jikkorreġu żbalji jew miżinterpretazzjonijiet tal-linja bażi preċedenti, iwasslu għal soluzzjonijiet tekniċi aktar sempliċi u jiżguraw l-kompatibbiltà mal-unitajiet Baseline 3 abbord.

(5)

Ir-regoli ta' implimentazzjoni ta' maġenb il-binarji huma komplimentari għar-regoli ta' implimentazzjoni abbord stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/919; għalhekk jeħtieġ li jiġu allinjati l-Pjan Ewropew ta' Mobilitazzjoni tal-ERTMS mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità marbuta mas-subsistema tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni stabbiliti f'dak ir-Regolament.

(6)

Il-mobilitazzjoni tal-ERTMS fis-sezzjonijiet transfruntiera tista' tkun sfida teknika u għalhekk għandha tkun soġġetta għal intervent prijoritarju min-naħa tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-ġesturi tal-infrastruttura kkonċernati. Il-kurituri tal-merkanzija bil-ferrovija skont it-tifsira fir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jistgħu wkoll ikollhom rwol kruċjali fil-mobilitazzjoni tal-ERTMS fuq sezzjonijiet transfruntiera, b'mod partikolari billi jiġu implimentati soluzzjonijiet koordinati.

(7)

Billi s-sinkronizzazzjoni tal-mobilitazzjoni transfruntiera hija element importanti għall-każijiet tan-negozju tal-impriżi ferrovjarji, il-ġesturi tal-infrastruttura kkonċernati għandhom jiffirmaw ftehim li jiżgura l-koordinazzjoni tad-dati ta'l-mobilitazzjoni u s-soluzzjonijiet tekniċi. F'każ ta' nuqqas ta' qbil, il-Kummissjoni tista' tipprovdi appoġġ sabiex jiġu identifikati s-soluzzjonijiet.

(8)

Sabiex jiġi segwit il-progress tal-mobilitazzjoni tal-ERTMS fil-kurituri tan-netwerk ewlieni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni f'waqtha tas-sezzjonijiet tagħhom permezz tas-sistema TENtec u r-Reġistru Ewropew tal-Infrastruttura. Fuq talba tal-Istat Membru u f'ċirkostanzi eċċezzjonali biss tista' tintlaqa' talba ta' posponiment tad-dati rilevanti.

(9)

Ir-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 jista' jkollha konsegwenzi fuq l-allinjament tal-kurituri tan-netwerk ewlieni. Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut skont dan. Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dati ta' implimentazzjoni ta' dawk is-sezzjonijiet tal-kuritur fejn l-ERTMS tista' titpoġġa fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-2023. Id-dati kollha lil hinn mill-2023 se jkunu soġġetti għal reviżjoni mill-31 ta' Diċembru 2023 fir-rigward tal-orizzont taż-żmien iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 bl-għan ta' skeda ta' żmien ta' implimentazzjoni realistiku u biex jiġu identifikati l-possibbiltajiet għal dati ta' implimentazzjoni aktar kmieni.

(10)

Mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li huwa att ta' implimentazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/919, il-punti 7.3.1, 7.3.2, 7.3.2.1, 7.3.2.2, 7.3.2.4, 7.3.2.5, 7.3.2.6, 7.3.4 u 7.3.5 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2012/88/UE ma jibqgħux japplikaw. Madankollu, il-punt 7.3.2.3 ma għandux ikun kopert minn dan ir-Regolament, minħabba li huwa lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni tal-bażi legali tiegħu. Għalhekk il-punt 7.3.2.3 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2012/88/UE għandu jibqa' japplika sakemm jiġi adottat att implimentattiv ieħor.

(11)

Fir-rigward tal-linji ta' veloċità għolja li jinsabu fil-kurituri tan-netwerk ewlieni koperti b'dan ir-Regolament, jekk tkun sodisfata waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 7.3.2.3 fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2012/88/UE qabel id-data speċifikata għall-istess sezzjoni fl-Anness I, il-ġesturi tal-infrastruttura tal-ferrovija għandhom jinstallaw ERTMS ma' ġenb il-binarji f'dik is-sezzjoni konformi ma' dik id-dispożizzjoni.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-iskeda għall-mobilitazzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (“ERTMS”) fil-kurituri tan-netwerk ewlieni kif stabbilit fl-Anness I.

2.   Dan ir-Regolament ma japplikax għall-implimentazzjoni abbord tal-ERTMS kif stipulata fil-punt 7.3.3 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2012/88/UE.

Artikolu 2

Regoli ta' implimentazzjoni speċifiċi għall-ETCS rigward installazzjonijiet ta' maġenb il-binarji

1.   Il-ġesturi tal-infrastruttura tal-ferrovija għandhom jgħammru l-kurituri tan-netwerk ewlieni bl-ERTMS u jħaddmu l-ERTMS f'dawk il-kurituri mhux aktar tard mid-dati speċifikati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, inkluż fl-istazzjonijiet tal-ferrovija u fil-ġunzjonijiet. Il-link ferrovjarju mal-elementi elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 u mal-komponenti ta' infrastruttura kif imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 li jinsabu fuq il-kuritur tan-netwerk ewlieni għandu jiġi mgħammar u jitħaddem fid-data speċifikata għas-sezzjoni ta' kuritur tan-netwerk ewlieni rispettiva.

Il-mobilitazzjoni għandha tkun konformi mal-Artikoli 1(4), 7(2c) u 39(3) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013.

2.   Kuritur ta' netwerk ewlieni għandu jitqies mgħammar bl-ERTMS meta l-ERTMS tiġi awtorizzata għat-tqegħid fis-servizz skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jew l-Artikolu 18 tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), biex b'hekk it-traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija jopera fiż-żewġ direzzjonijiet, b'mod partikolari fil-każ ta' xogħlijiet jew tfixkil, u, sal-limitu meħtieġ għall-operazzjonijiet ta' vetturi mgħammra biss bl-ERTMS, u ta' binarji żgħar (sidings).

3.   Il-ġesturi tal-infrastruttura tal-ferrovija, huma u jaġixxu flimkien, għandhom jagħmlu sforz biex jgħammru u jħaddmu l-ERTMS fuq is-sezzjonijiet transfruntiera simultanjament, b'mod teknikament konsistenti. Il-ġesturi tal-infrastruttura tal-ferrovija, wara konsultazzjoni mal-impriżi ferrovjarji affettwati, għandhom jiffirmaw ftehim dwar l-aspetti tekniċi u operazzjonali tal-mobilitazzjoni għal kull waħda mis-sezzjonijiet transfruntiera. Il-ġesturi tal-infrastruttura tal-ferrovija għandhom jikkonkludu ftehim bħal dan mhux iktar tard minn sena qabel l-ewwel data mid-dati ta' mobilitazzjoni għas-sezzjoni transfruntiera kkonċernata. Dan il-ftehim għandu jistipula dispożizzjonijiet tranżitorji li jqiesu l-ħtiġijiet tal-operazzjonijiet transfruntiera tal-impriżi tal-ferrovija. F'każ ta' nuqqas ta' qbil, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħtu bidu għal djalogu attiv sabiex jinstabu soluzzjonijiet komuni ta' konverġenza. Jistgħu jitolbu l-appoġġ tal-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw tali ftehimiet lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara l-konklużjoni.

4.   Id-dati tat-tlestija stabbiliti fi ftehimiet għal proġetti kofinanzjati mill-Unjoni li huma aktar kmieni mid-dati stipulati fl-Anness I għandhom jipprevalu fuq dawk id-dati.

5.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżommu s-sistemi eżistenti tal-Klassi B, kif iddefinit fil-punt 2.2 tal-Anness tar-Regolament (UE) 2016/919. Madankollu, sad-dati stabbiliti fl-Anness I, il-vetturi msemmija fil-punt 1.1 tal-Anness tar-Regolament (UE) 2016/919 li huma mgħammra bl-ERTMS f'verżjoni kompatibbli mat-tagħmir ta' maġenb il-binarji, għandhom jingħataw aċċess għal dawk il-linji u għall-komponenti tal-infrastruttura kif imsemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 mingħajr ma jkollhom għalfejn ikunu mgħammra b'sistema ta' Klassi B.

Artikolu 3

Notifiki

1.   Meta l-ERTMS titqiegħed fis-servizz fuq kuritur tan-netwerk ewlieni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'dak il-fatt fi żmien xahar, permezz tas-sistemi stabbiliti skont l-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/880/UE (8).

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe dewmien meta l-ERTMS titqiegħed fis-servizz f'sezzjoni ta' kuritur tan-netwerk ewlieni partikolari li tkun trid tiġi mgħammra. Il-ġesturi tal-infrastruttura tal-ferrovija għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri dwar dan id-dewmien skont dan.

3.   Meta ssir in-notifika dwar id-dewmien imsemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika lill-Kummissjoni fajl li jinkludi deskrizzjoni teknika tal-proġett u li jispeċifika data ġdida biex l-ERTMS titqiegħed fis-servizz. Il-fajl għandu jispeċifika r-raġunijiet għad-dewmien u għandu jindika l-miżuri korrettivi meħuda mill-ġestur tal-infrastruttura tal-ferrovija.

4.   Jekk id-dewmien jirriżulta minn ċirkustanza eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista' taċċetta li tipposponi d-data rilevanti b'massimu ta' tliet snin. Jekk tintlaqa' t-talba ta' posponiment, l-Istat Membru għandu jagħmel l-emendi meħtieġa lill-pjan ta' implimentazzjoni nazzjonali tiegħu kif imsemmi fil-punt 7.4.4 tal-Anness tar-Regolament (UE) 2016/919 fi żmien xahar minn meta tintlaqa' t-talba tal-posponiment.

Ċirkustanza eċċezzjonali, kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu, tfisser ċirkustanza li tirriżulta mill-fażi tal-ippjanar u li hija marbuta ma' konstatazzjonijiet speċifiċi ġeografiċi, ambjentali jew ta' protezzjoni tal-ispeċijiet, sejbiet arkeoloġiċi, proċeduri ta' permessi, l-implimentazzjoni ta' valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9); jew ċirkustanza li tirriżulta mill-kostruzzjoni u mill-fażijiet ta' awtorizzazzjoni li huma lil hinn mill-kontroll tal-promotur tal-proġett u ma jaqgħux taħt il-kategorija ta' riskji normali li għandhom jiġu indirizzati fil-livell tal-ġestjoni tal-proġett f'dan it-tip ta' proġetti.

5.   Jekk l-ispeċifikazzjonijiet tal-ERTMS stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/919 jinbidlu b'att leġiżlattiv b'mod mhux kompatibbli, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni analiżi tal-impatt tal-applikazzjoni tar-referenza legali modifikata fuq in-netwerk tagħhom u fuq l-ippjanar tal-ERMTS mingħajr dewmien bla bżonn, iżda mhux iktar tard minn dakinhar tal-opinjoni formali tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2016/797. Jekk jista' jiġi ppruvat li hemm impatt dirett tat-tibdiliet f'termini ta' kost jew ta' skeda ta' żmien għal implimentazzjonijiet speċifiċi, l-Anness I għandu jiġi adattat skont dan.

Artikolu 4

Reviżjoni

Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u bl-għajnuna ta' koordinatur Ewropew tal-ERTMS imsemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni tad-dati wara l-1 ta' Jannar 2024 stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Referenzi

Ir-referenzi għall-Anness III tad-Deċizjoni 2012/88/UE għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta' Jannar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-“kontroll-kmand u sinjalazzjoni” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 158, 15.6.2016, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/88/UE tal-25 ta' Jannar 2012 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-kontroll-kmand u sinjalazzjoni (ĠU L 51, 23.2.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22).

(6)  Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).

(7)  Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).

(8)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/880/UE tas-26 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/633/UE (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 489).

(9)  Id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 124 of 25.4.2014, p. 1).


ANNESS I

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image


ANNESS II

It-Tabella ta' korrelazzjoni

Id-Deċiżjoni 2012/88/UE

Dan ir-Regolament

Il-punt 7.3.1. tal-Anness III

L-Artikolu 1

Il-punt 7.3.2. tal-Anness III

L-Artikoli 1 u 2

Il-punt 7.3.2.1 tal-Anness III

L-Artikolu 2 (1)

Il-punt 7.3.2.2 tal-Anness III

L-Artikolu 2 (1)

Il-punt 7.3.2.4 tal-Anness III

Il-punt 7.3.2.5 tal-Anness III

L-Artikolu 3 (1)

Il-punt 7.3.2.6 tal-Anness III

L-Artikoli 3(2), (3) u (4)

Il-punt 7.3.4. tal-Anness III

L-Anness I

Il-punt 7.3.5. tal-Anness III

L-Artikolu 2 (1)


6.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 3/29


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/7

tal-5 ta' Jannar 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

269,9

MA

96,4

SN

188,2

TR

111,6

ZZ

166,5

0707 00 05

MA

85,5

TR

161,7

ZZ

123,6

0709 91 00

EG

134,8

ZZ

134,8

0709 93 10

MA

165,5

TR

176,1

ZZ

170,8

0805 10 20

EG

48,9

MA

54,8

TR

80,1

ZZ

61,3

0805 20 10

IL

171,2

MA

67,6

ZZ

119,4

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

164,1

TR

97,5

ZZ

130,8

0805 50 10

TR

81,6

ZZ

81,6

0808 10 80

US

105,5

ZZ

105,5

0808 30 90

TR

133,1

ZZ

133,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


6.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 3/31


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/8

tal-5 ta' Jannar 2017

dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tieni sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti.

(2)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għat-tieni stedina għall-offerti parzjali, ma għandux jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għat-tieni sejħa parzjali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080, illi fir-rigward tagħha l-perjodu meta l-offerti kellhom jintefgħu ntemm fit-3 ta' Jannar 2017, ma għandu jiġi ffissat l-ebda prezz minimu tal-bejgħ.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).


DEĊIŻJONIJIET

6.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 3/32


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/9

tal-4 ta' Jannar 2017

li tawtorizza ċerti laboratorji fil-Marokk u fit-Tajwan iwettqu t-testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa kontra l-idrofobija

(notifikata bid-dokument C(2016) 8803)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta' Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta' testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2000/258/KE ħatret lill-Agence française de sécurité sanitaire des aliments (l-AFSSA) f'Nancy, Franza, bħala l-istitut speċifiku responsabbli mill-iffissar tal-kriterji meħtieġa biex jiġu standardizzati t-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija. L-AFSSA issa ġiet integrata fl-Agence nationale de sécurité sanitaire de l'alimentation, de l'environnement et du travail (l-ANSES) fi Franza.

(2)

Fost l-oħrajn, id-Deċiżjoni 2000/258/KE tipprevedi li l-ANSES għandha tivvaluta l-laboratorji f'pajjiżi terzi li jkunu applikaw għall-approvazzjoni biex iwettqu t-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija.

(3)

L-awtorità kompetenti tal-Marokk issottomettiet applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorju “Service du Contrôle et des Expertises de l'Office National de Sécurité Sanitaire des Produits Alimentaires” f'Rabat, u l-ANSES ħejjiet rapport ta' valutazzjoni favorevoli dwar dan il-laboratorju bid-data tad-19 ta' Ottubru 2016, li bagħtet lill-Kummissjoni.

(4)

L-awtorità kompetenti tat-Tajwan issottomettiet applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorji Epidemiology Research Division u l-Biologics Division tal-Animal Health Research Institute fil-Belt il-Ġdida ta' Taipei, u l-ANSES ħejjiet rapport ta' valutazzjoni favorevoli dwar dawn iż-żewġ laboratorji bid-data tad-19 ta' Ottubru 2016 li bagħtet lill-Kummissjoni.

(5)

Għalhekk il-laboratorju “Service du Contrôle et des Expertises de l'Office National de Sécurité Sanitaire des Produits Alimentaires” f'Rabat u l-laboratorji tal-Biologics Division u tal-Epidemiology Research Division tal-Animal Health Research Institute fil-Belt il-Ġdida ta' Taipei għandhom jiġu awtorizzati li jwettqu t-testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2000/258/KE, il-laboratorji li ġejjin huma awtorizzati jwettqu t-testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa:

(a)

Il-laboratorju “Service du Contrôle et des Expertises de l'Office National de Sécurité Sanitaire des Produits Alimentaires”

Direction de la Pharmacie et des Intrants Vétérinaires

Rue Ikhlass,

Cité yacoub El Mansour,

BP 4509 Akkari

10120 Rabat

IL-MAROKK

(b)

Animal Health Research Institute

Biologics Division

No376, Zhongzheng Rd, Tamsui District

New Tapei City 251

TAIWAN (R.O.C.)

(c)

Animal Health Research Institute

Epidemiology Research Division

No376, Zhongzheng Rd, Tamsui District

New Tapei City 251

TAIWAN (R.O.C.)

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Frar 2017.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.


6.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 3/34


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/10

tal-5 ta' Jannar 2017

li temenda id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/328/UE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE li jistabbilixxu programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni għal ċertu sajd demersali u pelaġiku fl-Ilmijiet tal-Unjoni tal-Baħar tat-Tramuntana tad-Diviżjoni tal-ICES IIa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/328/UE (2) li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-bakkaljaw, tal-barbun tat-tbajja' u tal-lingwata fil-Kattegat, fil-Baħar tat-Tramuntana, fi Skagerrak, fil-Kanal tal-Lvant, fl-ilmijiet fil-punent tal-Iskozja u fil-Baħar Irlandiż.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi obbligu ta' ħatt l-art għal ċertu sajd pelaġiku u demersali sabiex jitnaqqsu l-livelli għolja preżenti ta' qabdiet mhux mixtieqa u biex, gradwalment, jiġi eliminat ir-rimi tal-ħut. Id-dettalji dwar l-obbligu tal-ħatt huma stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 (4) u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2440 (5). Il-konformità mal-obbligu tal-ħatt l-art trid tiġi kkontrollata u spezzjonata.

(3)

Flimkien mas-sajd tal-lingwata, tal-barbun tat-tbajja' u tal-bakkaljaw fil-Baħar tat-Tramuntana kopert bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/328/UE, li għandhom jibqgħu jiġu koperti minn programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni, is-sajd definit fl-anness tal-pjanijiet ta' rimi msemmija fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1395/2014 u r-Regolament ta' Delega (UE) 2015/2440 għandhom jiġu inklużi wkoll fil-programm ta' kontroll u spezzjoni speċifiku biex l-Istati Membri kkonċernati jkunu jistgħu jwettqu spezzjonijiet u attivitajiet ta' sorveljanza konġunti b'mod effiċjenti u effettiv.

(4)

Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tal-Istati Membri mwettqa fir-rigward ta' kull wieħed mis-sajd kopert mill-pjan għar-rimi, il-punti ta' riferiment ġenerali għall-ispezzjonijiet stipulati mill-programm ta' spezzjoni u kontroll speċifiku preżenti għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri.

(5)

Sabiex tqis l-karatteristiċi speċifiċi reġjonali u l-ħtieġa li tiġi armonizzata u tiżdied l-effettività tal-kontroll u l-proċeduri ta' spezzjoni, il-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni jkopri l-Baħar tat-Tramuntana kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 (iż-żona IIIa tal-ICES, jiġifieri inklużi il-Kattegat u l-Iskagerrak u ż-żona IV tal-ICES), kif ukoll l-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES,

(6)

Dan il-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni jkopri ċerti speċijiet demersali u s-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Baħar tat-Tramuntana tad-Diviżjoni IIa tal-ICES, u ċertu sajd pelaġiku fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Baħar tat-Tramuntana (iż-żona IIIa u IV tal-ICES) u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/807/UE, (6) kif emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1944, (7) tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għas-sajd pelaġiku fl-Ilmijiet tal-Punent tal-Grigal tal-Atlantiku u fil-Parti ta' Fuq tal-Baħar tat-Tramuntana (iż-Żona IVa tal-ICES). Għaldaqstant jixraq li l-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE jiġi allineat mad-Deċiżjoni preżenti.

(7)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 (8) u b'mod partikulari t-Titolu IIIa tiegħu jistabbilixxi miżuri għat-tnaqqis tar-rimi. Il-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għandu jiżgura l-konformità mal-projbizzjoni ta' selezzjoni kwalitattiva fejn jogħla l-prezz, mad-dispożizzjonijiet dwar l-ispustament tal-bastimenti biex imorru jistadu xi mkien ieħor u mal-projbizzjoni li l-ħut jitħalla jaħrab.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/328/UE

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/328/UE hija emendata kif ġej:

(1)

It-Titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għal ċerti speċijiet demersali u pelaġiċi fl-Ilmijiet tal-Unjoni l-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES.”

(2)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm uniku speċifiku ta' kontroll u spezzjoni applikabbli għas-sajd li jisfrutta l-bakkaljaw, il-lingwata, il-barbun tat-tbajja' fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni tal-ICES IIIa u IV, u ċertu sajd li jisfrutta l-kavalli, l-aringa, is-sawrell, l-istokkafixx, l-arġentina, il-laċċa kaħla; Is-sallura tar-ramel, u l-merluzz tan-Norveġja; il-bakkaljaw, il-merluzz tal-linja sewda, il-merlangu, il-pollakkju iswed, l-awwista tan-Norveġja, il-lingwata komuni, il-barbun tat-tbajja', il-merluzz, il-gamblu tat-Tramuntana, fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni tal-ICES IIIa u IV u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni tal-ICES Iia (“Iż-żoni konċernati”)”.

(3)

Fl-Artikolu 2, jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   Il-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni japplika għal:

(a)

is-sajd definit fl-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 (*1);

(b)

is-sajd definit fl-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2440 (*2);

(c)

il-ħażniet koperti bir-Regolamenti (KE) Nru 1342/2008 u (KE) Nru 676/2007.

(*1)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 35)."

(*2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2440 tat-22 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES (ĠU L 336, 23.12.2015, p. 42).”"

(4)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jeħodlu postu dan li ġej:

“1.   Il-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għandu jiżgura l-implimentazzjoni uniformi u effettiva tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' kontroll applikabbli għall-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1a)”;

(b)

Fil-paragrafu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

l-obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha ta' speċi li huma soġġetti għal obbligu ta' ħatt l-art skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), u l-miżuri biex jitnaqqas ir-rimi tal-ħut previst fit-Titolu IIIa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 (*4);

(*3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22)"

(*4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1);”"

(5)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Kull bastiment tas-sajd, grupp ta' bastimenti tas-sajd, kategorija tal-irkaptu tas-sajd, operatur, u/jew attività relatata mas-sajd, għal kull stokk imsemmi fl-Artikolu 2(1a), għandu jkun soġġett għal kontroll u għal spezzjonijiet skont il-livell ta' prijorità attribwita skont il-paragrafu 3.”

(6)

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-proċeduri tal-valutazzjoni tar-riskju

1.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jivvalutaw ir-riskji fir-rigward tal-istokkijiet u ż-żona/i elenkati fl-Artikolu 1 skont il-metodoloġija stabbilita b'kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA).

2.   Il-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprevedi li l-Istat Membru kkonċernat:

(a)

jikkunsidra, abbażi tal-esperjenza tal-passat u bl-użu tal-informazzjoni kollha disponibbli u rilevanti, sa fejn huwa probabbli li jseħħ nuqqas ta' konformità kif ukoll, li kieku dan kellu jiġri, il-konsegwenza(i) potenzjali;

(b)

jistabbilixxi l-livell ta' riskju — skont is-sajd u l-istokkijiet, iż-żona koperta, iż-żmien tas-sena — abbażi tal-okkorrenza (frekwenti, medja, rari, mhux) u l-konsegwenzi potenzjali (serji, sinifikanti, aċċettabbli jew marġinali). Il-livell ta' riskju stmat għandu jiġi espress bħala “baxx ħafna”, “baxx”, “medju”, “għoli” jew “għoli ħafna”.

3.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw ta' sikwit lista tal-bastimenti tagħhom li tindika, tal-anqas il-bastimenti b'riskju għoli u għoli ħafna. Il-lista aġġornata ta' bastimenti gradati skont ir-riskji għandha tintuża waqt il-kampanji ta' pjan tal-użu konġunt rilevanti.

4.   F'każ fejn bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru li mhux Stat Membru kkonċernat, jew bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz, jopera fiż-żona(i) imsemmija fl-Artikolu 1, għandu jingħata livell ta' riskju b'konformità mal-paragrafu 2. Fin-nuqqas ta' informazzjoni u sakemm l-awtoritajiet tal-bandiera tiegħu ma jagħtux, fil-qafas tal-Artikolu 9, ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tagħhom b'konformità mal-Artikolu 4(2) u l-paragrafu 3 li jwassal għal livell tar-riskju differenti, għandu jitqies bħala bastiment tas-sajd b'livell tar-riskju “għoli ħafna”.”

(7)

L-Artikolu 7(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Fil-qafas ta' pjan ta' użu konġunt, fejn applikabbli, kull Stat Membru konċernat għandu jikkomunika lill-EFCA r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tiegħu mwettqa skont l-Artikolu 5(2) u, b'mod partikolari, lista ta' livelli tar-riskju stmati flimkien ma' miri korrispondenti għall-ispezzjoni.”

(8)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Għall-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1a)(c), il-punti ta' riferiment fil-mira definiti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (*5), għandhom japplikaw għal bastimenti tas-sajd u/jew operaturi oħra b'livell ta' riskju “għoli” u “għoli ħafna”.

(*5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1)”"

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Għas-sajd imsemmi fl-Artikolu 2(1a)(a) u (b), il-punti ta' riferiment mira definiti fl-Anness II għandhom japplikaw għal bastimenti tas-sajd u/jew operaturi oħra b'livell ta' riskju “għoli” u “għoli ħafna”.”

(9)

L-Anness I jitħassar.

(10)

L-Anness II jeħodlu postu t-test tal-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

(11)

L-Anness IV jeħodlu psotu t-test tal-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Emendi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE hija emendata kif ġej:

(1)

It-Titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2012 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd pelaġiku fl-Ilmijiet tal-Punent tal-Grigal tal-Atlantiku”

(2)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni applikabbli għall-istokkijiet tal-kavalli, tal-aringi, tas-sawrell, tal-istokkafixx, tal-minfaħ, tal-inċova, tal-arġentina silus, tas-sardin u tal-laċċ ikħal fl-ilmijiet tal-UE tas-sottożoni V, VI, VII, VIII u IX tal-ICES u fl-ilmijiet tal-UE tas-CECAF 34.1.11 (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Ilmijiet tal-Punent”)”.

(3)

Fl-Artikolu 3(2), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

l-obbligi ta' rappurtar applikabbli għal attivitajiet tas-sajd fl-Ilmijiet tal-Punent, b'mod partikolari l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata u rrappurtata;”

(4)

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-proċeduri tal-valutazzjoni tar-riskju

1.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jivvalutaw ir-riskji fir-rigward tal-istokkijiet u ż-żona/i elenkati fl-Artikolu 1 skont il-metodoloġija stabbilita f'kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA).

2.   Il-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprevedi li l-Istat Membru kkonċernat:

(a)

jikkunsidra, abbażi tal-esperjenza tal-passat u bl-użu tal-informazzjoni kollha disponibbli u rilevanti, sa fejn huwa probabbli li jseħħ nuqqas ta' konformità kif ukoll, li kieku dan kellu jiġri, il-konsegwenza(i) potenzjali;

(b)

jistabbilixxi l-livell ta' riskju — skont is-sajd u l-istokkijiet, iż-żona koperta, iż-żmien tas-sena — abbażi tal-okkorrenza (frekwenti, medja, rari, mhux) u l-konsegwenzi potenzjali (serji, sinifikanti, aċċettabbli jew marġinali). Il-livell ta' riskju stmat għandu jiġi espress bħala “baxx ħafna”, “baxx”, “medju”, “għoli” jew “għoli ħafna”.

3.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw ta' sikwit lista tal-bastimenti tagħhom li tindika, tal-anqas il-bastimenti b'riskju għoli u għoli ħafna. Il-lista aġġornata ta' bastimenti gradati skont ir-riskji għandha tintuża waqt il-kampanji ta' pjan tal-użu konġunt rilevanti.

4.   F'każ fejn bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru li mhux Stat Membru kkonċernat, jew bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz, jopera fiż-żona(i) imsemmija fl-Artikolu 1, għandu jingħata livell ta' riskju b'konformità mal-paragrafu 2. Fin-nuqqas ta' informazzjoni u sakemm l-awtoritajiet tal-bandiera tiegħu ma jagħtux, fil-qafas tal-Artikolu 9, ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tagħhom b'konformità mal-Artikolu 4(2) u l-paragrafu 3 li jwassal għal livell tar-riskju differenti, għandu jitqies bħala bastiment tas-sajd b'livell tar-riskju “għoli ħafna”.”

(5)

L-Artikolu 7(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Fil-qafas ta' pjan ta' użu konġunt, fejn applikabbli, kull Stat Membru konċernat għandu jikkomunika lill-EFCA r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tiegħu mwettqa skont l-Artikolu 5(2) u, b'mod partikolari, lista ta' livelli tar-riskju stmati flimkien ma' miri korrispondenti għall-ispezzjoni.”

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/328/UE tal-25 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd li jisfrutta l-bakkaljaw, il-barbun tat-tbajja' u l-lingwata fil-Kattegat, fil-Baħar tat-Tramuntana, fi Skagerrak, fil-Kanal tal-Lvant, fl-ilmijiet fil-punent tal-Iskozja u fil-Baħar Irlandiż (ĠU L 175, 27.6.2013, p. 61).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(4)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 35).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2440 tat-22 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES (ĠU L 336, 23.12.2015, p. 42).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/807/UE tad-19 ta' Diċembru 2012 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd pelaġiku fl-Ilmijiet tal-Punent tal-Grigal tal-Atlantiku (ĠU L 350, 20.12.2012, p. 99).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1944 tat-28 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd pelaġiku fl-Ilmijiet tal-Punent tal-Grigal tal-Atlantiku (ĠU L 283, 29.10.2015, p. 13).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1).


ANNESS I

“ANNESS II

PUNTI TA' RIFERIMENT MIRA GĦALL-ISPEĊIJIET DEMERSALI

1.   Il-livell ta' spezzjonijiet fuq il-baħar (inkluża s-sorveljanza mill-ajru, fejn applikabbli)

Fuq bażi annwali, il-punti ta' riferiment mira li ġejjin (1) għandhom jintlaħqu għal spezzjonijiet fuq il-baħar tal-bastimenti tas-sajd u l-istokkijiet involuti bis-sajd imsemmi fl-Artikolu 2(1a)(a) u (b), fil-każ li l-ispezzjonijiet fuq il-baħar huma rilevanti b'rabta mal-fażi fil-katina tas-sajd u jagħmlu parti mill-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju:

Il-punti ta' riferiment għal kull sena (*1)

Il-livell tar-riskju stmat għall-bastimenti tas-sajd skont l-Artikolu 5(2)

Għoli

għoli ħafna

Sajd

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 2,5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli” li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli” li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat

2.   Il-livell ta' spezzjonijiet fuq l-art (inklużi kontrolli u spezzjonijiet ibbażati fuq id-dokumenti fil-portijiet jew mal-ewwel bejgħ)

Fuq bażi annwali, il-punti ta' riferiment mira li ġejjin (2) għandhom jintlaħqu għal spezzjonijiet fuq l-art (inkluż kontrolli u spezzjonijiet ibbażati fuq id-dokumenti fil-portijiet jew mal-ewwel bejgħ) ta' bastimenti tas-sajd u ta' operaturi oħra involuti fis-sajd u fl-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1a) (b) u (c), fil-każ li l-ispezzjonijiet fuq l-art huma rilevanti b'rabta mal-fażi fil-katina tas-sajd/tal-kummerċjalizzazzjoni u huma parti mill-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju.

Il-punti ta' riferiment għal kull sena (*2)

Livell ta' riskju għal bastimenti tas-sajd u/jew għal operaturi oħra (l-ewwel xerrej)

għoli

għoli ħafna

Sajd

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 10 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli”

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 15 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli ħafna”

Spezzjonijiet li jsiru wara l-ħatt l-art jew wara t-trażbord għandhom jintużaw, b'mod partikolari, bħala mekkaniżmu ta' kontroverifika biex tiġi vverifikata l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata u rrappurtata għall-qabdiet u għall-ħatt l-art.

PUNTI TA' RIFERIMENT MIRA GĦALL-ISPEĊIJIET PELAĠIĊI

1.   Il-livell ta' spezzjonijiet fuq il-baħar (inkluża s-sorveljanza mill-ajru, fejn applikabbli)

Fuq bażi annwali, il-punti ta' riferiment mira li ġejjin (3) għandhom jintlaħqu għall-ispezzjonijiet fuq il-baħar tal-bastimenti tas-sajd involuti bis-sajd għall-aringa, għall-kavalli, għas-sawrell, għall-istokkafixx, għall-merluzz tan-Norveġja, għal-laċċa kaħla u għas-sallur tar-ramel fis-sajd, imsemmi fl-Artikolu 2(1a)(a), fil-każ li l-ispezzjonijiet fuq il-baħar huma rilevanti b'rabta mal-fażi fil-katina tas-sajd u sakemm jiffurmaw parti mill-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju:

Il-punti ta' riferiment għal kull sena (*3)

Il-livell tar-riskju stmat għall-bastimenti tas-sajd skont l-Artikolu 5(2)

għoli

għoli ħafna

Aringa, kavalli u sawrell

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli” li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 7,5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli ħafna” li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat

Merluzz tan-Norveġja, laċċa kaħla u sallur tar-ramel

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 2,5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli” li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli ħafna” li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat

Stokkafixx

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli” li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 7,5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli ħafna” li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat

2.   Il-livell ta' spezzjonijiet fuq l-art (inklużi kontrolli u spezzjonijiet ibbażati fuq id-dokumenti fil-portijiet jew mal-ewwel bejgħ)

Fuq bażi annwali, il-punti ta' riferiment mira li ġejjin (4) għandhom jintlaħqu għal spezzjonijiet fuq l-art (inkluż kontrolli u spezzjonijiet ibbażati fuq id-dokumenti fil-portijiet jew mal-ewwel bejgħ) ta' bastimenti tas-sajd u ta' operaturi oħra involuti fis-sajd għall-aringa, għall-kavalli, għas-sawrell, għall-istokkafixx, għall-merluzz tan-Norveġja, għal-laċċa kaħla u għas-sallur tar-ramel fis-sajd, imsemmi fl-Artikolu 2(1a)(a), fil-każ li l-ispezzjonijiet fuq l-art huma rilevanti b'rabta mal-fażi fil-katina tas-sajd/tal-kummerċjalizzazzjoni u huma parti mill-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju.

Il-punti ta' riferiment għal kull sena (*4)

Livell ta' riskju għal bastimenti tas-sajd u/jew għal operaturi oħra (l-ewwel xerrej)

għoli

għoli ħafna

Aringa, kavalli u sawrell

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli”

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 7,5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli ħafna”

Merluzz tan-Norveġja, laċċa kaħla u sallur tar-ramel

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 2,5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli”

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli ħafna”

Stokkafixx

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli”

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 7,5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli ħafna”

Spezzjonijiet li jsiru wara l-ħatt l-art jew wara t-trażbord għandhom jintużaw, b'mod partikolari, bħala mekkaniżmu ta' kontroverifika biex tiġi vverifikata l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata u rrappurtata għall-qabdiet u għall-ħatt l-art.”


(1)  Għall-bastimenti li jdumu inqas minn 24 siegħa fuq il-baħar f'kull vjaġġ tas-sajd, u skont l-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju, il-punti ta' riferiment mira jistgħu jitnaqqsu bin-nofs.

(*1)  espress f'% ta' vjaġġi tas-sajd fiż-żona li jagħmlu bastimenti tas-sajd li għandhom riskju għoli/għoli ħafna fis-sena

(2)  Għall-bastimenti li jħottu l-art inqas minn 10 tunnellati f'kull azzjoni tal-ħatt l-art, u skont l-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju, il-punti ta' riferiment mira jistgħu jitnaqqsu bin-nofs.

(*2)  espressi f'% tal-kwantitajiet li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'riskju għoli/għoli ħafna/għal kull sena

(3)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(*3)  espress bħala % ta' vjaġġi tas-sajd fiż-żona (meta jsir sajd bi rkaptu bil-malji tax-xbieki fejn l-ispeċi tkun waħda fil-mira) minn bastimenti tas-sajd b'riskju għoli/għoli ħafna/għal kull sena.

(4)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 2.

(*4)  espressi f'% tal-kwantitajiet li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'riskju għoli/għoli ħafna/għal kull sena.


ANNESS II

“ANNESS IV

KONTENUT TAR-RAPPORTI TA' EVALWAZZJONI

I.   Dejta dwar l-attivitajiet ta' kontroll, spezzjoni u infurzar imwettqa minn [l-Istat Membru kkonċernat] fuq il-baħar u fuq l-art

Tabella 1

Analiżi ta' attivitajiet ta' spezzjoni fuq il-baħar

Jiem ta' pattulja

Għadd ta' spezzjonijiet (total/riskju għoli ħafna/riskju għoli)

Għadd ta' ksur serju maqbud (total/riskju għoli ħafna/riskju għoli)

Il-medja tar-rata ta' ksur serju (ksur konfermat/spezzjonijiet)

Rata ta' ksur serju fuq bastimenti b'riskju baxx u medju (ksur/spezzjonijiet)

Rata ta' ksur serju fuq bastimenti b'riskju għoli u għoli ħafna (ksur/spezzjonijiet)

Fornuti

Impenjati

30 (*)

30

100/70/30

4/3/1

4:100 = 4 %

3:70 = 4,3 %

1/30 = 3,3 %


Tabella 2

Analiżi ta' attivitajiet ta' spezzjoni fuq l-art

Spezzjoni persuni/jiem fuq l-art

Għadd ta' spezzjonijiet (total/riskju għoli ħafna/riskju għoli)

Għadd ta' ksur serju maqbud (total/riskju għoli ħafna/riskju għoli)

Il-medja tar-rata ta' ksur serju (ksur konfermat/spezzjonijiet)

Rata ta' ksur serju fuq bastimenti b'riskju baxx u medju (ksur/spezzjonijiet)

Rata ta' ksur serju fuq bastimenti b'riskju għoli u għoli ħafna (ksur/spezzjonijiet)

Fornuti

Impenjati

200 (*1)

200

400/350/50

40/30/10

40:400 = 10 %

30:350 = 8,6 %

10:50 = 20 %

II.   Analiżi ta' punti ta' riferiment mira espressi f'termini ta' livelli ta' konformità mtejba

Jekk l-Istat Membru japplika punti ta' riferiment alternattivi, imsemmija fl-Artikolu 8(3) ta' din id-Deċiżjoni, għandha tiġi rrappurtata din l-informazzjoni.

Tabella 3

Il-kisba ta' livelli ta' konformità mtejba.

Deskrizzjoni tat-taqsima tal-attività ta' theddida/riskju/bastiment

Riskju għoli ħafna/riskju għoli/riskju medju/riskju baxx/riskju baxx ħafna

Livell ta' theddida/riskju fil-bidu tas-sena, espressi f'livelli ta' konformità

Titjib mira fil-livell ta' konformità

Livell ta' theddida/riskju fi tmiem is-sena, espressi f'livelli ta' konformità

Għadd ta' spezzjonijiet

Għadd ta' ksur serju osservat

analiżi ex-post, spjega fil-każ li l-livell mira ta' konformità ma ntlaħaqx

III.   Analiżi ta' attivitajiet oħra ta' spezzjoni u kontroll: it-trażbord, is-sorveljanza mill-ajru, l-importazzjoni/l-esportazzjoni, kif ukoll azzjonijiet oħra bħal sessjonijiet ta' taħriġ jew informazzjoni mfassla biex iħallu impatt fuq il-konformità mill-bastimenti tas-sajd u minn operaturi oħra

IV.   Proposta/i sabiex titjieb l-effettività tal-attivitajiet ta' kontroll, ta' spezzjoni u ta' infurzar imwettqa (għal kull Stat Membru kkonċernat)”


(*1)  It-tieni ringiela fit-tabelli Nru 1 u Nru 2 tagħti eżempju bl-għan li jitħaffef il-mili tat-tabella.


6.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 3/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/11

tal-5 ta' Jannar 2017

li tapprova, f'isem l-Unjoni Ewropea, l-emendi tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/785/UE tas-16 ta' Diċembru 2013 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (1), u partikolarment l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk (2), minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”, approvat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 764/2006 (3), jistabbilixxi Kumitat Konġunt responsabbli mill-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-ftehim imsemmi, u partikolarment is-superviżjoni tal-implimentazzjoni, l-interpretazzjoni u l-funzjonament kif suppost. Il-Kapitolu X tal-Anness tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni fil-qasam tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll”, approvat permezz tad-Deċiżjoni 2013/785/UE, jistabbilixxi l-arranġamenti għall-ħatt l-art ta' parti mill-qabdiet fil-portijiet Marokkini imwettqa skont dan il-Protokoll,

(2)

Il-Kumitat Konġunt ltaqa' f'Rabat bejn it-18 u l-20 ta' Ottubru 2016, biex jadotta l-emendi ta' ċerti arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Protokoll fir-rigward tal-ħatt l-art, b'konsiderazzjoni tad-diffikultajiet rikorrenti fir-rigward tal-ilħuq ta' dan l-obbligu,

(3)

Qabel il-laqgħa tal-Kumitat Konġunt, il-Kummissjoni bagħtet dokument preparatorju lill-Kunsill fejn spjegat fid-dettall l-elementi speċifiċi tal-pożizzjoni prevista mill-Unjoni,

(4)

Il-pożizzjoni prevista mill-Unjoni ġiet approvata mill-Kunsill skont il-punt 3 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2013/785/UE,

(5)

L-emendi adottati, li jikkonċernaw iż-żieda fil-penali għall-nuqqas ta' konformità mal-obbligu tal-ħatt l-art u l-estensjoni tal-inċentivi finanzjarji tal-kategoriji kollha mandatorji fil-każ ta' ħatt l-art lil hinn mil-livell limitu mandatorju għall-ħatt l-art, ġew inklużi fl-Anness 8 tal-minuti tal-istess laqgħa tal-Kumitat Konġunt,

(6)

Dawn l-emendi għandhom jiġu approvati f'isem l-Unjoni Ewropea,

(7)

Jenħtieġ li tiġi prevista l-applikabbiltà retroattiva ta' dawn il-miżuri mill-20 ta' Ottubru 2016,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-emendi tal-punti 1 u 4 tal-Kapitolu X tal-Anness tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk, adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilita permezz tal-Artikolu 10 tal-imsemmi ftehim u li jirriżultaw mill-Anness 8 tal-minuti stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, huma approvati f'isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-20 ta' Ottubru 2016.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 349, 21.12.2013, p. 1.

(2)  ĠU L 141, 29.5.2006, p. 4.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 764/2006 tat-22 ta' Mejju 2006 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk (ĠU L 141, 29.5.2006, p. 1).


ANNESS

L-Anness 8 tal-minuti tal-laqgħa ta' bejn it-18 u l-20 ta' Ottubru 2016 tal-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk

KAPITOLU X “ĦATT L-ART TAL-QABDIET”

Punt 1

“Ħatt l-Art”

Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea suġġetti għall-ħatt l-art mandatorju li għandhom liċenzja skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll u li f'port Marokkin iħottu l-art iktar mill-perċentwali tal-ħatt l-art obbligatorji previsti fl-iskedi tad-dejta tekniċi 1, 4, 5 u 6 għandhom jibbenefikaw minn tnaqqis fuq it-tariffa ta' 5 % għal kull tunnellata li tinħatt l-art li tkun iktar mil-livell limitu obbligatorju li tkun għaddiet mis-suq tal-ħut.

Punt 4

“Penali fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-ħatt l-art”:

Bastimenti fil-kategoriji li huma soġġetti għal ħatt l-art obbligatorju li ma jikkonformawx ma' dan l-obbligu skont l-iskedi tad-dejta tekniċi rilevanti jistgħu jkunu soġġetti għal żieda ta' 15 % fil-pagament tat-tariffa sussegwenti.