ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 217

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
12 ta' Awwissu 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1368 tal-11 ta' Awwissu 2016 li jistabbilixxi lista ta' parametri referenzjarji ta' importanza kritika użati fis-swieq finanzjarji skont ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1369 tal-11 ta' Awwissu 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/388 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' tubi u pajpijiet ta' ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta' ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja

4

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1370 tal-11 ta' Awwissu 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

7

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1371 tal-10 ta' Awwissu 2016 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għall-kompjuters, għal-laptops u għat-tablets (notifikata bid-dokument C(2016) 5010)  ( 1 )

9

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1372 tal-10 ta' Awwissu 2016 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għal-Latvja u għall-Polonja (notifikata bid-dokument C(2016) 5319)  ( 1 )

38

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1373 tal-11 ta' Awwissu 2016 li tapprova l-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk għat-tieni perjodu ta' referenza tal-iskema ta' prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2015-2019) ( 1 )

51

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1374 tas-27 ta' Lulju 2016 dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja

53

 

 

REGOLI TA' PROĊEDURA

 

*

Emenda tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja

69

 

*

Emenda għar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali

71

 

*

Emenda għar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali

72

 

*

Emendi għar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali

73

 

*

Emendi għad-Dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali

78

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/466 tal-31 ta' Marzu 2016 li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja ( ĠU L 85, 1.4.2016 )

81

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1368

tal-11 ta' Awwissu 2016

li jistabbilixxi lista ta' parametri referenzjarji ta' importanza kritika użati fis-swieq finanzjarji skont ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-parametri referenzjarji għandhom rwol importanti fid-determinazzjoni tal-prezz ta' bosta strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew tal-kejl tal-prestazzjoni ta' bosta fondi ta' investiment. Il-kontribuzzjoni għall-parametri referenzjarji u l-amministrazzjoni tagħhom f'ħafna każijiet huma vulnerabbli għall-manipulazzjoni u l-persuni involuti ta' spiss iħabbtu wiċċhom ma' kunflitti ta' interess.

(2)

Sabiex jissodisfaw ir-rwol ekonomiku tagħhom, huwa meħtieġ li l-parametri referenzjarji jkunu rappreżentattivi tar-realtà ekonomika jew tas-suq sottostanti li jirriflettu. Jekk parametru referenzjarju ma jibqax rappreżentattiv tas-suq sottostanti, bħar-rati interbankarji offruti, hemm riskju ta' effetti negattivi fuq, fost l-oħrajn, l-integrità tas-swieq, il-finanzjament tal-unitajiet domestiċi (self u ipoteki) u n-negozji fl-Unjoni.

(3)

Ir-riskji għall-utenti, għas-swieq u għall-ekonomija tal-Unjoni ġeneralment jiżdiedu meta l-valur totali tal-istrumenti finanzjarji, tal-kuntratti finanzjarji u tal-fondi ta' investiment li jirreferenzjaw parametru referenzjarju speċifiku jkun għoli. Ir-Regolament (UE) 2016/1011 għalhekk jistabbilixxi kategoriji differenti ta' parametri referenzjarji u jipprevedi rekwiżiti addizzjonali li jiżguraw l-integrità u r-robustezza ta' ċerti parametri referenzjarji meqjusa bħala kritiċi, inkluż is-setgħa tal-awtoritajiet kompetenti li jinfurzaw, taħt ċerti kundizzjonijiet, kontribuzzjonijiet lil parametru referenzjarju ta' importanza kritika jew l-amministrazzjoni tiegħu.

(4)

L-obbligi u s-setgħat addizzjonali tal-awtoritajiet kompetenti tal-amministraturi tal-parametri referenzjarji ta' importanza kritika jeħtieġu proċess formali għad-determinazzjoni tal-parametri referenzjarji ta' importanza kritika. F'konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011, parametru referenzjarju jitqies li huwa parametru referenzjarju ta' importanza kritika meta jintuża direttament jew indirettament f'taħlita ta' parametri referenzjarji bħala referenza għal strumenti finanzjarji jew kuntratti finanzjarji jew għall-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment, b'valur totali ta' mill-inqas EUR 500 biljun, fuq il-bażi tal-firxa kollha tal-maturitajiet jew tat-termini tal-parametru referenzjarju, meta applikabbli.

(5)

L-Euro Interbank Offered Rate (EURIBOR) tkejjel ir-rati interbankarji mhux garantiti offruti fiż-żona tal-Euro u hija waħda mill-parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax l-aktar importanti fid-dinja. Huwa stmat li dak il-parametru referenzjarju jissottostanzja aktar minn EUR 180 000 biljun f'kuntratti. Filwaqt li dawn il-kuntratti huma fil-biċċa l-kbira swaps tar-rati tal-imgħax, il-parametru referenzjarju jkopri wkoll aktar minn EUR 1 000 biljun ta' ipoteki fil-livell ta' konsumatur.

(6)

Għalhekk, il-valur tal-istrumenti finanzjarji u tal-kuntratti finanzjarji li jużaw dak il-parametru referenzjarju fl-Unjoni jaqbeż sew il-limitu ta' EUR 500 biljun.

(7)

Fid-dawl tal-importanza kruċjali tal-EURIBOR għas-self ta' kreditu u tal-ipoteki fl-Unjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta' urġenza.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-parametru referenzjarju li jidher fl-Anness għandu jitqies bħala parametru referenzjarju ta' importanza kritika.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1.


ANNESS

LISTA TA' PARAMETRI REFERENZJARJI TA' IMPORTANZA KRITIKA SKONT L-ARTIKOLU 20(1) TAR-REGOLAMENT (UE) 2016/1011

L-Euro Interbank Offered Rate (Euribor®), amministrata mill-European Money Markets Institute (EMMI), Brussell, il-Belġju


12.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1369

tal-11 ta' Awwissu 2016

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/388 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' tubi u pajpijiet ta' ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta' ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament antidumping bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-20 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) fetħet investigazzjoni antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' tubi u pajpijiet ta' ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta' ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja. Fil-11 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni fetħet investigazzjoni antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-istess prodott li joriġina mill-Indja.

(2)

Fit-18 ta' Settembru 2015, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1559 (2) (“ir-regolament antidumping provviżorju”). Il-Kummissjoni ma imponietx dazju kumpensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' tubi u pajpijiet ta' ħadid fondut duttili li joriġinaw mill-Indja.

(3)

Fis-17 ta' Marzu 2016, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/388 (3) (“ir-regolament antidumping definittiv”) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/387 (4) (“ir-regolament kompensatorju definittiv”).

(4)

B'konformità mar-Regolament antidumping bażiku u r-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (“ir-Regolament antisussidji bażiku”) is-sussidji tal-esportazzjoni u l-marġini tad-dumping ma jistgħux jiġu kumulati peress li s-sussidji fuq l-esportazzjoni jikkawżaw dumping. Is-sussidji tal-esportazzjoni jnaqqsu l-prezzijiet tal-esportazzjoni u jżidu l-marġini tad-dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li tlieta mill-iskemi ta' sussidju investigati kienu sussidji tal-esportazzjoni. Il-Kummissjoni naqqset id-dazji anti-dumping definittivi fl-investigazzjoni antidumping bl-ammonti tas-sussidju għall-esportazzjoni li nstabu fl-investigazzjoni antisussidji parallela (6).

(5)

Id-dazju antidumping definittiv kien stabbilit għal 0 % għal Electrosteel Castings Ltd (“ECL”) u 14,1 % għal Jindal Saw Ltd (“Jindal”) u l-kumpaniji l-oħra kollha fir-Regolament antidumping definittiv (7). Il-marġni ta' dumping kien stabbilit għal 4,1 % għal ECL u 19,0 % għal Jindal u l-kumpaniji l-oħra kollha fl-istess Regolament (8). Għalhekk, id-dazju antidumping definittiv impost kien taħt il-livell ta' marġni ta' dumping definittiv misjub għaż-żewġ kumpaniji.

(6)

L-Artikolu 2 tar-Regolament antidumping definittiv stipula li l-ammonti żgurati li jaqbżu r-rati kombinati tad-dazji antidumping u kompensatorji għandhom jiġu rilaxxati. Madankollu, għadd ta' awtoritajiet doganali nazzjonali indikaw lill-Kummissjoni li din id-dispożizzjoni, fil-forma attwali tagħha, toħloq xi konfużjoni fit-termini tal-implimentazzjoni effettiva fiċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 2 tar-Regolament antidumping definittiv jiġi emendat biex ikun ċar li l-ammonti żgurati li jaqbżu l-marġni ta' dumping biss li għandhom jiġu rilaxxati, peress li ma ġie impost l-ebda dazju kumpensatorju provviżorju.

(8)

Jekk l-ammont tad-dazji provviżorji miġbura b'mod definittiv skont l-Artikolu 2 tar-Regolament antidumping definittiv jaqbeż dak dovut skont ir-regolament preżenti, dak l-ammont jeħtieġ li jitħallas lura jew jiġi rimess.

(9)

Fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni teskludi t-tubi u l-pajpijiet ta' ħadid fondut duttili mingħajr kisi intern jew estern (“pajpijiet bla kisi”) mill-prodott ikkonċernat fir-Regolamenti antidumping u kompensatorji definittivi (9). Il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq li l-importazzjonijiet ta' pajpijiet bla kisi fl-Unjoni jkun monitorizzat. Għalhekk, se jiġu stabbiliti kodiċijiet TARIC separat għall-pajpijiet bla kisi.

(10)

L-emenda kienet ġiet żvelata lill-partijiet interessati u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma wasal l-ebda kumment li joġġezzjona għall-emenda.

(11)

Il-miżuri stipulati f 'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/388 jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

L-ammonti żgurati permezz tad-dazji antidumping provviżorji skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1559 għandhom jinġabru b'mod definittiv fir-rati li ġejjin, li jigwaljaw il-marġini ta' dumping definittiv misjuba:

Kumpanija

 

Electrosteel Casting Ltd

4,1 %

Jindal Saw Limited

19 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

19 %”

(2)

Jiddaħħlu l-Artikoli 1a u 1b li ġejjin:

“Artikolu 1a

Tubi u pajpijiet ta' ħadid fondut duttili mingħajr kisi intern u estern (“pajpijiet bla kisi”) għandhom ikunu koperti mill-kodiċijiet TARIC 7303001020 u 7303009020.

Artikolu 1b

L-ammont ta' dazji mħallsa jew imdaħħla fil-kontijiet skont l-Artikolu 2 u li jaqbeż lil dak stabbilit skont l-Artikolu 1 għandu jitħallas lura jew jiġi rimess.

Il-ħlas lura u r-remissjoni għandhom jintalbu mill-awtoritajiet doganali nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli fi żmien kif stipulat fl-Artikolu 236 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (*) u fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**).

(*)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1)."

(**)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).”"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika retroattivament mid-19 ta' Marzu 2016, bl-eċċezzjoni tat-twaqqif tal-kodiċijiet TARIC 7303001020 u 7303009020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1559 tat-18 ta' Settembru 2015 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' tubi u pajpijiet ta' ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta' ħadid fondut sferojdali), li joriġina mill-Indja (ĠU L 244, 19.9.2015, p. 25).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/388 tas-17 ta' Marzu 2016 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' tubi u pajpijiet ta' ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta' ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 73, 18.3.2016, p. 53).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/387 tas-17 ta' Marzu 2016 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta' ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 73, 18.3.2016, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.)

(6)  Ara l-premessa (160) tar-Regolament antidumping definittiv.

(7)  Ara l-Artikolu 1(2) tar-Regolament antidumping definittiv.

(8)  Ara l-premessa (160) tar-Regolament antidumping definittiv.

(9)  Ara l-Artikolu 1 u l-premessi (13) – (18) tar-regolament antidumping definittiv u l-Artikolu 1 u l-premessi (24) – (29) tar-Regolament kompensatorju definittiv.


12.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1370

tal-11 ta' Awwissu 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-11 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

131,8

ZZ

131,8

0707 00 05

TR

116,3

ZZ

116,3

0709 93 10

TR

134,4

ZZ

134,4

0805 50 10

AR

182,4

CL

152,2

MA

115,2

TR

156,0

UY

153,5

ZA

150,3

ZZ

151,6

0806 10 10

EG

223,0

MA

178,5

TR

158,2

ZZ

186,6

0808 10 80

AR

145,1

BR

102,1

CL

123,4

CN

90,3

NZ

135,1

PE

106,8

US

167,6

UY

92,2

ZA

96,7

ZZ

117,7

0808 30 90

AR

197,7

CL

127,1

TR

147,9

ZA

133,0

ZZ

151,4

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

135,1

ZZ

135,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

12.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1371

tal-10 ta' Awwissu 2016

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għall-kompjuters, għal-laptops u għat-tablets

(notifikata bid-dokument C(2016) 5010)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6(7) u 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Bord tal-Unjoni Ewropea għat-Tikkettar Ekoloġiku,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti b'impatt ambjentali mnaqqas matul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE skont il-gruppi tal-prodotti.

(3)

Sabiex ikun rifless aħjar l-avvanz fis-suq ta' dan il-grupp ta' prodotti u jitqiesu l-innovazzjonijiet, jixraq li jinbidel il-kamp ta' applikazzjoni tal-grupp ta' prodotti u li jiġi stabbilit sett rivedut ta' kriterji ekoloġiċi.

(4)

B'mod separat, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/330/UE (2) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/337/UE (3) jindirizzaw il-kompjuters u l-laptops. Jixraq li l-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2011/330/UE u 2011/337/UE jitwaħħdu fi kriterju wieħed ħalli jonqos il-piż amministrattiv għall-korpi kompetenti u għall-applikanti. Barra minn hekk, il-kriterji riveduti jirriflettu twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni biex jiġu indirizzati prodotti ġodda bħat-tablets u l-kompjuters portabbli komprensivi, kif ukoll rekwiżiti ġodda dwar is-sustanzi perikolużi li ddaħħlu bir-Regolament (KE) Nru 66/2010 wara li saru d-Deċiżjonijiet 2011/330/UE u 2011/337/UE.

(5)

B'mod partikolari, il-kriterji għandhom l-għan li jippromwovu prodotti b'inqas impatt ambjentali u li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tul iċ-ċiklu ta' ħajjithom, li jkunu effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ikunu sodi, jistgħu jissewwew u jiġu aġġornati, li jkunu faċli biex jiżżarmaw u jiġu rkuprati r-riżorsi mir-riċiklaġġ meta ma jibqgħux aktar utli, filwaqt li jkunu jillimitaw kemm jista' jkun il-preżenza ta' sustanzi perikolużi (4). L-Ekotikketta għandha tippromwovi prodotti li jkollhom prestazzjoni mtejba b'rabta ma' dawn l-aspetti. Għalhekk jixraq li jiġu stabbiliti l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta' prodotti “kompjuters, laptops u tablets”.

(6)

Il-kriterji jippromwovu wkoll id-dimensjoni soċjali tal-iżvilupp sostenibbli billi jdaħħlu rekwiżiti rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol f'impjanti tal-immuntar finali, b'referenza għad-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-Prinċipji rigward l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO), il-Patt Globali tan-NU, il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali.

(7)

Il-kriterji l-ġodda, kif ukoll ir-rekwiżiti ta' valutazzjoni u verifika relatati magħhom, għandhom ikunu validi għal tliet snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, filwaqt li jitqies iċ-ċiklu tal-innovazzjoni għal dan il-grupp ta' prodotti.

(8)

Id-Deċiżjonijiet 2011/330/UE u 2011/337/UE għandhom jinbidlu b'din id-Deċiżjoni.

(9)

Il-produtturi tal-prodotti li jkunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE għall-kompjuters u għal-laptops skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2011/330/UE u 2011/337/UE għandhom jingħataw perjodu ta' tranżizzjoni biex ikollhom ħin biżżejjed ħalli jadattaw il-prodotti tagħhom u jġibuhom konformi mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-grupp ta' prodotti ta' “kompjuters, laptops u tablets” għandu jinkludi l-kompjuters desktop, il-kompjuters desktop integrati, il-kompjuters portabbli komprensivi, il-laptops, il-laptops 2-in-1, it-tablets, it-terminals ħfief, il-workstations u s-servers fuq skala żgħira.

2.   Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, il-consoles tal-logħob u l-inkwatri diġitali ma għandhomx jitqiesu bħala kompjuters.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet, kif jispeċifika r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 (5) u l-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni msemmi fir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) kif emendat b'Energy Star v6.1 (7):

(1)

“Kompjuter” tfisser tagħmir li jwettaq operazzjonijiet loġiċi u jipproċessa d-dejta u normalment jinkludi unità ċentrali tal-ipproċessar (is-CPU) biex twettaq l-operazzjonijiet, jew jekk ma jkollux CPU, l-apparat irid jaħdem bħala client gateway għal server li jaġixxi ta' unità komputazzjonali tal-ipproċessar. Għalkemm il-kompjuters kapaċi jużaw it-tagħmir tal-input, bħat-tastiera, il-maws jew it-touchpad, u juru l-informazzjoni fuq skrin, dan it-tagħmir m'għandux għalfejn ikun inkluż mal-kompjuter meta jiġi konsenjat.

(2)

“Kompjuter desktop” tfisser kompjuter li l-unità prinċipali tiegħu tkun maħsuba biex tibqa' f'post permanenti u mhux iddisinjat biex jinġarr, filwaqt li jkun iddisinjat biex jitħaddem flimkien ma' skrin, tastiera u maws. Il-kompjuters desktop huma ddisinjati għal firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet domestiċi u tal-uffiċċju.

“Kompjuter desktop integrat” tfisser kompjuter desktop li jkollu l-kompjuter u l-iskrin integrati fi struttura waħda u jaħdem daqslikieku unità waħda, u jkun imqabbad mas-sors tal-elettriku AC b'kejbil wieħed. Il-kompjuters desktop integrati għandhom żewġ għamliet:

(a)

sistema li fiżikament tgħaqqad il-kompjuter u l-iskrin f'unità waħda; jew

(b)

sistema ppakkjata daqslikieku sistema unika bi skrin li jkun separat iżda mqabbad mal-qafas prinċipali b'wajer tal-kurrent dirett, u kemm il-kompjuter kif ukoll l-iskrin jingħataw il-kurrent minn provvista waħda tal-elettriku.

(3)

“Kompjuters portabbli komprensivi” tfisser tagħmir tal-kompjuter iddisinjat għall-portabbiltà limitata li jkun jissodisfa kull wieħed minn dawn il-kriterji:

(a)

Il-prodott ikollu skrin integrat, bi 17,4-il pulzier dijagonali jew aktar;

(b)

Fil-mod kif jiġi konsenjat, il-prodott ma jkollux tastiera integrata mal-istruttura fiżika tiegħu;

(c)

Bħala input ikollu u jistrieħ l-aktar fuq it-touchscreen (u xi drabi jkollu tastiera);

(d)

Ikollu konnessjoni tan-netwerk wireless;

(e)

Ikollu batterija interna, iżda ikun maħsub l-aktar biex jitħaddem b'konnessjoni mas-sors tal-elettriku AC.

(4)

“Laptop” tfisser kompjuter iddisinjat speċifikament biex jinġarr u biex jitħaddem għal ħin twil b'konnessjoni diretta mas-sors tal-elettriku AC jew mingħajrha. Il-laptops jużaw skrin integrat, tastiera mekkanika li ma tinqalax (b'tasti fiżiċi li jiċċaqilqu), u tagħmir għall-ippuntar, u kapaċi jitħaddmu b'batterija rikarikabbli integrata jew b'sors portabbli ieħor tal-enerġija. Ħafna drabi l-laptops huma ddisinjati biex jaqdu l-istess funzjoni tal-kompjuters desktop, u jħaddmu softwers b'funzjoni simili bħal tal-kompjuters desktop.

Kompjuter portabbli b'touchscreen riversibbli iżda li ma jinqalax u b'tastiera fiżika integrata jista' jitqies bħala laptop.

(a)

“Terminal ħafif mobbli” tfisser tip ta' kompjuter li jissodisfa d-definizzjoni ta' terminal ħafif, iżda li jkun iddisinjat speċifikament biex jinġarr u jissodisfa wkoll id-definizzjoni ta' laptop. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, dawn il-prodotti qed jitqiesu bħala laptops.

(b)

“Laptop 2-in-1” tfisser kompjuter li jixbah lil-laptop tal-għamla msejħa “clamshell” għax ikun jinfetaħ qisu arzella u jkollu tastiera fiżika, iżda jkollu touchscreen li jista' jinqala' u meta jinqala' jkun jista' jitħaddem bħala tablet separat, iżda l-partijiet tat-tastiera u tal-iskrin tal-prodott iridu jiġu konsenjati bħala unità integrata. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, il-laptops 2-in-1 qed jitqiesu bħala laptops.

(5)

“Tablet” tfisser tagħmir tal-kompjuter iddisinjat biex jinġarr li jkun jissodisfa kull wieħed minn dawn il-kriterji:

(a)

Il-prodott ikollu skrin integrat, akbar minn 6,5 pulzieri dijagonali u iżgħar minn 17,4-il pulzier dijagonali

(b)

Fil-mod kif jiġi konsenjat, il-prodott ma jkollux tastiera fiżika integrata miegħu;

(c)

Bħala input ikollu u jistrieħ l-aktar fuq it-touchscreen (u xi drabi jkollu tastiera);

(d)

Ikollu u jistrieħ l-aktar fuq konnessjoni tan-netwerk wireless (eż. Wi-Fi, 3G, eċċ.);

(e)

Ikollu u jitħaddem l-aktar b'batterija rikarikabbli interna (b'konnessjoni mas-sors tal-elettriku AC biex tiġi ċċarġjata l-batterija aktar milli bħala provvista tal-elettriku għat-tagħmir).

(6)

“Server fuq skala żgħira” tfisser kompjuter li ħafna drabi juża l-komponenti tal-kompjuters desktop bil-għamla ta' tagħmir desktop, iżda li jkun iddisinjat l-aktar biex jaħżen id-dejta ta' kompjuters oħrajn. Fost il-funzjonijiet, is-servers fuq skala żgħira huma ddisinjati biex jagħtu servizzi tal-infrastruttura tan-netwerk u jilqgħu id-dejta/midja. Bħala funzjoni ewlenija, dawn il-prodotti mhumiex iddisinjati biex jipproċessaw l-informazzjoni għal sistemi oħra jew biex iħaddmu s-servers tal-Internet. Server fuq skala żgħira jkollu dawn il-karatteristiċi:

(a)

Ikun iddisinjat fl-għamla ta' pedestall, torri, jew f'xi għamla oħra simili għal dik tal-kompjuters desktop ħalli l-ipproċessar kollu tad-dejta, il-ħażna, u l-interfaċċar tan-netwerk ikunu miġbura f'kaxxa waħda jew fi prodott wieħed;

(b)

Ikun iddisinjat sabiex jaħdem 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, u kemm jista' jkun mingħajr waqfien mhux skedat (fil-65 ordni ta' sigħat/sena);

(c)

Ikun kapaċi jaħdem b'ħafna utenti f'daqqa u jaqdi bosta utenti permezz ta' unitajiet tal-klijenti f'netwerk; u

(d)

Is-sistema operattiva tkun iddisinjata għal applikazzjonijiet ta' servers domestiċi jew low-end, inklużi l-Windows Home Server, il-Linux, il-UNIX, u s-Solaris.

(7)

“Terminal ħafif” tfisser kompjuter bi provvista tal-elettriku indipendenti li jistrieħ fuq il-konnessjoni ma' riżorsi informatiċi mbiegħda biex ikollu funzjonalità. Il-funzjonijiet ewlenin tiegħu jitwettqu permezz ta' riżorsi informatiċi mbiegħda. It-terminals ħfief li tkopri din l-ispeċifikazzjoni huma limitati għal tagħmir mingħajr l-ebda midja tal-ħażna rotazzjonali integrali għall-kompjuter u maħsuba biex jibqgħu f'post permanenti u mhux biex jinġarru.

(a)

“Terminal ħafif integrat” tfisser terminal ħafif li jkollu l-ħardwer u l-iskrin imqabbdin mas-sors tal-elettriku AC b'kejbil wieħed. It-terminals ħfief integrati jistgħu jkunu sistema li fiżikament tgħaqqad il-kompjuter u l-iskrin f'unità waħda jew sistema ppakkjata daqslikieku sistema unika bi skrin li jkun separat iżda mqabbad mal-qafas prinċipali b'wajer tal-kurrent dirett, u kemm il-kompjuter kif ukoll l-iskrin jingħataw il-kurrent minn provvista waħda tal-elettriku. Bħala sottokategorija tal-terminals ħfief, normalment it-terminals ħfief integrati jiġu ddisinjati biex jipprovdu l-istess funzjonijiet bħat-terminals ħfief.

(b)

“Terminal ultra-ħafif” tfisser kompjuter b'inqas riżorsi lokali minn terminal ħafif standard li jibgħat l-inputs mhux ipproċessati tal-maws u tat-tastiera lil riżorsi informatiċi mbiegħda u jirċievi mingħandhom vidjow mhux ipproċessat. It-terminals ultra-ħfief, la jistgħu jingħaqdu f'daqqa ma' tagħmir multipli u lanqas jistgħu iħaddmu applikazzjoni mbiegħda f'windows għax it-tagħmir m'għandux sistema operattiva tal-klijent aċċessibbli għall-utenti (jiġifieri jaħdem f'livell lil hinn mill-firmwer, u allura mhuwiex aċċessibbli għall-utent).

(8)

“Workstation” tfisser kompjuter bi prestazzjoni għolja u maħsub għal utent wieħed li jintuża l-aktar għall-grafika, il-Kompjuter Aided Design (CAD), l-iżvilupp tas-softwer, applikazzjonjiet finanzjarji u xjentifiċi, fost bosta ħidmiet oħra li jeħtieġu komputazzjoni intensiva. Il-workstations li tkopri din l-ispeċifikazzjoni jiġu kummerċjalizzati bħala workstations; ikollhom ħin medju bejn il-ħsarat (MTBF) ta' mill-anqas 15 000 siegħa (ibbażat fuq il-Bellcore TR-NWT-000332, ħarġa nru 6, 12/97 jew fuq dejta miġbura fuq il-post); u jkunu kapaċi jieħdu l-kodiċi ta' korrezzjoni tal-iżbalji (ECC) u/jew memorja buffer. Barra minn hekk, workstation għandu jissodisfa tlieta jew aktar minn dawn il-kriterji:

(a)

Ikun jista' jipprovdi elettriku supplimentari għall-grafika mill-aktar avvanzata (bħal lok fejn jitqabbad sors supplimentari tal-elettriku PCI-E 6-pin 12 V);

(b)

Il-wiring ikun maħsub għal sistema b'akbar mill-konnessjonijiet serjali x4 PCI-E fuq il-motherboard, minbarra l-islottijiet tal-grafika u/jew il-kapaċità għall-PCI-X;

(c)

Ma jiħux il-grafika tal-Uniform Memory Access (UMA);

(d)

Ikollu 5 slottijiet jew aktar tal-PCI, PCIe jew PCI-X;

(e)

Ikun jiflaħ jieħu multi-proċessuri sa żewġ proċessuri jew aktar, ikun jista' jieħu pakketti/plakek tal-proċessur fiżikament separati, jiġifieri dan ir-rekwiżit ma jkunx jista' jiġi ssodisfat jekk it-tagħmir ikun jieħu biss proċessur multicore wieħed; u/jew

(f)

Ikun ikkwalifika għal 2 ċertifikazzjonijiet tal-prodott minn Bejjiegħa Indipendenti tas-Software (ISVs);

(9)

Għall-finijiet ta' definizzjoni ta' sottoprodott u fid-definizzjonijiet ta' “laptop” u “laptop 2-in-1” għandha tapplika din id-definizzjoni addizzjonali:

“Sublaptop” tfisser tip ta' laptop li jkollu ħxuna anqas minn 21 mm u jiżen inqas minn 1,8 kg. Laptop 2-in-1 (ara d-definizzjoni separata fl-Artikolu 2(4)(b)) bil-għamla ta' sublaptop ikollu ħxuna anqas minn 23 mm. Is-sublaptops jinkorporaw proċessuri b'qawwa baxxa u diski bi stat solidu. Ġeneralment id-diski ottiċi ma jkunux inkorporati. Il-batterija rikarikabbli tagħhom isservi aktar minn dik tal-laptops: normalment aktar minn 8 sigħat.

Artikolu 3

Il-kriterji biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 għal prodott li jinsab fil-grupp ta' prodotti “kompjuters, laptops u tablets” kif definit fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, u r-rekwiżiti tal-valutazzjoni u l-verifika relatati magħhom huma stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Il-kriterji u r-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati magħhom stabbiliti fl-Anness għandhom jibqgħu validi għal tliet snin minn meta tiġi adottata din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Għall-finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi mogħti lill-grupp ta' prodotti “kompjuters, laptops u tablets” għandu jkun “050”.

Artikolu 6

Id-Deċiżjonijiet 2011/330/UE u 2011/337/UE għandhom jitħassru.

Artikolu 7

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika wara xahrejn minn meta tiġi adottata. Madankollu, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu fil-grupp ta' prodotti “kompjuters, laptops u tablets” li jitressqu matul ix-xahrejn mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni jistgħu jissejsu fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2011/330/UE u 2011/337/UE jew fuq il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li jissejsu fuqhom.

2.   L-Ekotikketti mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2011/330/UE u 2011/337/UE jistgħu jintużaw għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/330/UE tas-6 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-Kompjuters Notebook (ĠU L 148, 7.6.2011, p. 5).

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/337/UE tad-9 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-Kompjuters Personali (ĠU L 151, 10.6.2011, p. 5).

(4)  Sustanzi bi klassifikazzjonijiet tal-periklu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1) (“ir-Regolament CLP”) u li jkunu ġew identifikati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1) (“ir-Regolament REACH”).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 tat-26 ta' Ġunju 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ekodisinn għall-kompjuters u s-servers informatiċi (ĠU L 175, 27.6.2013, p. 13).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar programm tal-Unjoni ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 1).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1402 tal-15 ta' Lulju 2015 li tiddetermina l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' deċiżjoni tal-entitajiet amministrattivi skont il-ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għall-kompjuters inklużi fl-Anness C tal-Ftehim (ĠU L 217, 18.8.2015, p. 9).


ANNESS

IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE U R-REKWIŻITI TAL-VALUTAZZJONI U L-VERIFIKA

Kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-kompjuters, għal-laptops u għat-tablets:

1.

Il-konsum tal-enerġija

(a)

Il-konsum totali tal-enerġija tal-kompjuter

(b)

Il-ġestjoni tal-enerġija

(c)

Il-kapaċitajiet tal-grafika

(d)

Il-provvisti interni tal-enerġija

(e)

L-iskrins bi prestazzjoni mtejba

2.

Sustanzi u taħlitliet perikolużi fil-prodott, fis-subassemblaġġi u fil-partijiet komponenti

(a)

Restrizzjonijiet fuq is-Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna (l-SVHCs)

(b)

Restrizzjonijiet fuq il-preżenza ta' sustanzi perikolużi speċifiċi

(c)

Restrizzjonijiet imsejsa fuq il-klassifikazzjonijiet tal-periklu tas-CLP

3.

Estensjoni tat-tul tal-ħajja

(a)

L-ittestjar tad-durabbiltà għall-kompjuters portabbli

(b)

Il-kwalità u t-tul tal-ħajja tal-batterija rikarikabbli

(c)

L-affidabbiltà u l-protezzjoni tad-disk għall-ħżin tad-dejta

(d)

L-aġġornabbiltà u r-riparabbiltà

4.

Id-disinn, l-għażla tal-materjal u l-ġestjoni ta' tmiem il-ħajja tal-oġġetti

(a)

L-għażla tal-materjal u l-kompatibbiltà mar-riċiklaġġ

(b)

Id-disinn għaż-żarmar u r-riċiklaġġ

5.

Ir-Responsabbiltà Soċjali tal-Kumpanniji

(a)

Il-provenjenza ta' minerali “mingħajr kunflitt”

(b)

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u d-drittijiet tal-bniedem waqt il-manifattura

6.

L-informazzjoni għall-utent

(a)

L-istruzzjonijiet għall-utent

(b)

It-tagħrif li jidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Valutazzjoni u verifika: Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u tal-verifika huma indikati f'kull kriterju.

Meta l-applikant jintalab jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet, jew evidenza oħra sabiex juri li hemm konformità mal-kriterji, dawn jistgħu jiġu mingħand l-applikant u/jew mingħand il-fornituri tiegħu u/jew tagħhom, u/jew mingħand korpi terzi taċ-ċertifikazzjoni u tal-ittestjar, kif ikun xieraq.

Meta possibbli, il-verifika għandhom jagħmluha l-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jkun akkreditahom korp nazzjonali tal-akkreditament skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq. Il-Korpi Kompetenti għandhom jirrikonoxxu preferenzjalment:

Ir-rapporti tat-testijiet li joħorġu l-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jkunu akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u tal-ikkalibrar,

Il-verifiki li jagħmlu l-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jkunu akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi,

Il-verifiki li jagħmlu l-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jkunu akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jwettqu l-ispezzjonijiet.

Meta xieraq, jistgħu jintużaw metodi oħrajn tal-ittestjar, minbarra dawk indikati għal kull kriterju, diment li dawn ikunu deskritti fil-manwal tal-utenti għall-applikazzjoni tal-kriterji tal-Ekotikketta u diment li l-Korp Kompetenti li jkun qed jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

Meta xieraq, il-Korpi Kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta' sostenn u jistgħu jagħmlu verifiki indipendenti.

Jekk isiru bidliet fil-fornituri u fis-siti tal-produzzjoni li jappartjenu għal prodotti li għalihom tkun inħarġet l-Ekotikketta, dawn għandhom jiġu mgħarrfa lill-Korpi Kompetenti, u għandha tingħata l-informazzjoni sabiex tkun tista' tiġi vverifikata l-konformità kontinwa mal-kriterji.

Il-kriterju 1. Il-konsum tal-enerġija

1(a)   Il-konsum totali tal-enerġija tal-kompjuter

Il-konsum totali tal-enerġija tal-kompjuter għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 106/2008 u kif emendat bl-Energy Star v6.1.

Jistgħu jiġu applikati l-aġġustamenti funzjonali speċifikati fil-ftehim kif emendat bl-Energy Star v6.1, ħlief għal:

Unitajiet tal-Ipproċessar tal-Grafika (GPUs) distinti: Ara s-subkriterju 1(c);

Provvisti interni tal-enerġija: Ara s-subkriterju 1(d).

Għal skrins integrati bi prestazzjoni mtejba għandu japplika rekwiżit addizzjonali speċifiku li hemm fis-subkriterju 1(e).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jressaq rapport tat-test għal mudell tal-kompjuter li jkun sar skont il-metodi tal-ittestjar tal-kompjuters imsemmija fl-Energy Star v6.1. Fl-Istati Uniti tal-Amerka, ir-reġistrazzjonijiet tal-Energy Star v6.1 għandhom jiġu aċċettati diment li jkun sar ittestjar skont ir-rekwiżiti Ewropej tal-enerġija tal-input.

1(b)   Il-ġestjoni tal-enerġija

Il-funzjonijiet tal-ġestjoni tal-enerġija għandhom jingħataw bħala setting awtomatiku. Kull darba li utent jew xi softwer jipprova jiddiżattiva l-funzjonijiet awtomatiċi tal-ġestjoni tal-enerġija, għandha tfeġġ twissija li lill-utent turih li se tiġi diżattivata funzjoni tal-iffrankar tal-enerġija u tagħtih l-għażla li jżomm din il-funzjoni awtomatika.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-deskrizzjoni tas-settings tal-ġestjoni tal-enerġija li tidher fil-mudell tal-manwal tal-utent, flimkien ma' screenshots b'eżempji ta' meta jidhru t-twissijiet.

1(c)   Il-kapaċitajiet tal-grafika

It-Tolleranzi tal-Aġent li Jżid il-Funzjonijiet TECgrafika għal graphics cards distinti (dGfx) fil-kompjuters desktop, fil-kompjuters desktop integrati u fil-laptops ta' Table 1 għandhom japplikaw minflok dawk fil-kriterji tal-eliġibbiltà tal-Energy Star v6.1. Id-dGfx għandu jkollhom il-ġestjoni tal-enerġija li titfi l-Proċessur tal-Grafika (GPU) għal qagħda wieqfa fit-tul

Tabella 1

It-Tolleranzi tal-Aġent li Jżid il-Funzjonijiet għal graphics cards distinti (dGfx) fil-kompjuters desktop, fil-kompjuters desktop integrati u fil-laptops

Il-kategorija tad-dGfx (Gigabytes/sekonda) (2)

It-tolleranzi TEC (kWh/sena)

Kompjuters desktop u kompjuters desktop integrati

Laptops

G1 (FB_BW ≤ 16)

30

9

G2 (16 < FB_BW ≤ 32)

37

12

G3 (32 < FB_BW ≤ 64)

47

20

G4 (64 < FB_BW ≤ 96)

62

25

G4 (96 < FB_BW ≤ 128)

76

38

G6 (FB_BW > 128 b'wisa' tad-dejta < 192 bit)

76

38

G7 (FB_BW > 128 b'wisa' tad-dejta ≥ 192 bit)

90

48

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-Energy Star v6.1 ibbażata fuq tolleranzi aktar stretti u jipprovdi dejta ta' sostenn dwar il-kalkolu ETEC_MAX u l-prestazzjoni mir-rapport tat-test tal-mudell.

1(d)   Il-provvisti interni tal-enerġija

Il-provvisti interni tal-enerġija tal-kompjuters desktop u tal-kompjuters desktop integrati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tolleranza TECPSU tal-Energy Star v6.1 u għandhom jilħqu l-effiċjenzi minimi bħala proporzjon tal-kurrent output nominali ta' 0,84 sa 10 %, 0,87 sa 20 %, 0,90 sa 50 % u 0,87 sa 100 %.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-provvista interna tal-enerġija tal-mudell sostnuta bil-kalkolu ETEC_MAX tal-Energy Star v6.1 tal-prodotti u jipprovdi dejta dwar il-prestazzjoni mir-rapport tat-test tal-mudell jew ċertifikazzjoni indipendenti tal-prestazzjoni tal-provvista tal-enerġija.

1(e)   L-iskrins bi prestazzjoni mtejba

Il-kompjuters desktop integrati u l-laptops li jkollhom skrins bi prestazzjoni mtejba kif definit bl-Energy Star v6.1 u allura li jikkwalifikaw għat-tolleranza TECINT_DISPLAY għandhom jaġġustaw awtomatikament il-luminożità tal-istampa għall-kundizzjonijiet tad-dawl ambjentali. Din il-funzjoni tal-Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità (ABC) trid tiġi ssettjata bħala l-funzjoni awtomatika u trid issir b'tali mod li l-utenti jkunu jistgħu jaġġustaw u jikkalibraw. Il-funzjoni awtomatika tal-ABC għandha tiġi validata skont din il-proċedura tat-test:

Test (i)

Formula

Test (ii)

Formula

Test (iii)P 300P 100

Fejn Pn hi l-Enerġija kkunsmata għall-Modalità Mixgħul bil-funzjoni ABC attivata bħala n lux b'sors ta' dawl dirett.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jressaq rapport tat-test għall-mudell tal-kompjuter li juri konformità mal-proċedura tat-test speċifikata.

Il-kriterju 2. Sustanzi u taħlitliet perikolużi fil-prodott, fis-subassemblaġġi u fil-partijiet komponenti

Il-preżenza ta' sustanzi perikolużi fil-prodott, f'subassemblaġġi u f'partijiet komponenti partikolari, li jkunu identifikati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (“ir-Regolament REACH”) jew sustanzi u taħlitiet li jkunu jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (“ir-Regolament CLP”) għall-perikli mniżżlin fit-Tabella 2, għandhom ikunu ristretti skont is-subkriterju 2(a), (b) u (c). Għall-finijiet ta' dan il-kriterju, il-Lista ta' Susutanzi Kandidati ta' Tħassib Serju Ħafna (l-SVHCs) u l-klassifikazzjonijiet tal-periklu tas-CLP huma miġbura fit-Tabella 2 skont il-proprjetajiet tagħhom tal-periklu.

Tabella 2

L-iggruppar tal-Lista ta' Kandidati tal-SVHCs u tal-klassifikazzjonijiet tal-periklu tar-Regolament CLP

Perikli tal-Grupp 1

Perikli li jixħtu sustanza jew taħlita fil-Grupp 1:

Sustanzi li jidhru fil-Lista ta' Sustanzi Kandidati ta' Tħassib Serju Ħafna (l-SVHCs)

Sustanzi Karċinoġeniċi, Mutaġeniċi u/jew Tossiċi għar-Riproduzzjoni (CMR), CMR tal-Kategorija 1 A jew 1B: H340, H350, H350i, H360, H360F, H360D, H360FD, H360Fd, H360Df

Perikli tal-Grupp 2

Perikli li jixħtu sustanza jew taħlita fil-Grupp 2:

CMR tal-kategorija 2: H341, H351, H361f, H361d, H361fd, H362

Tossiċità akkwatika tal-kategorija 1: H400, H410

Tossiċità akuta tal-kategoriji 1 u 2: H300, H310, H330

Tossiċità mill-aspirazzjoni tal-kategorija 1: H304

Tossiċità speċifika għall-organiżmi fil-mira tal-kategorija 1: H370, H372

Perikli tal-Grupp 3

Perikli li jixħtu sustanza jew taħlita fil-Grupp 3:

Tossiċità akkwatika tal-kategoriji 2, 3 u 4: H411, H412, H413

Tossiċità akuta tal-kategorija 3: H301, H311, H331, EUH070

STOT tal-kategorija 2: H371, H373

2(a)   Restrizzjonijiet fuq is-Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna (l-SVHCs)

Il-prodott ma għandux ikun fih sustanzi li ġew identifikati bil-proċedura deskritta fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament REACH u li tniżżlu fil-Lista ta' Kandidati tal-SVHCs, f'konċentrazzjonijiet akbar minn 0,10 % (w/w). Għas-subassemblaġġi u għall-partijiet komponenti li jifformaw parti mill-prodott u li tniżżlu fit-Tabella 3 għandha tapplika l-istess restrizzjoni.

Ma għandha tingħata l-ebda deroga minn dan ir-rekwiżit għal-Lista ta' Kandidati tal-SVHCs li jkunu preżenti fil-prodott jew fis-subassemblaġġi u l-partijiet komponenti elenkati f'konċentrazzjonijiet akbar minn 0,10 % (w/w).

Tabella 3

Is-subassemblaġġi u l-partijiet komponenti li għalihom għandu japplika l-kriterju 2(a)

Motherboards sħaħ (bis-CPU, ir-RAM, u l-unitajiet tal-grafika)

Tagħmir għall-ħażna tad-dejta (HDD u SSD)

Diski ottiċi (CD u DVD)

Unitajiet tal-iskrin (inkluż bid-dawl minn wara)

Strutturi fiżiċi u fixings

Koperturi u bezels

Tastiera, maws u/jew trackpad esterni

Unitajiet tal-provvista tal-enerġija interna u esterna

Wajers tal-elettriku AC u DC esterni

Pakketti tal-batteriji rikarikabbli

Meta jwasslu dan ir-rekwiżit lill-fornituri tas-subassemblaġġi u l-partijiet komponenti elenkati, l-applikanti jistgħu jagħmlu prieżami tal-Lista ta' Kandidati tar-REACH permezz tal-lista ta' sustanzi dikjarabbli IEC 62474. (3). Dan l-eżami għandu jistrieħ fuq l-identifikazzjoni tal-potenzjal għal preżenza ta' sustanzi fil-prodott.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu joħloq dikjarazzjonijiet għan-nuqqas ta' preżenza tal-SVHCs fil-livell ta' konċentrazzjoni speċifikata jew ogħla minnu għall-prodott u għas-subassemblaġġi u għall-partijiet komponenti identifikati fit-Tabella 3. Id-dikjarazzjonijiet għandu jkollhom referenza għall-aħħar verżjoni tal-Lista ta' Kandidati li ppubblikat l-ECHA (4). Meta d-dikjarazzjonijiet jistrieħu fuq prieżami tal-Lista ta' Kandidati permezz tal-lista IEC 62474, l-applikant għandu jipprovdi wkoll il-lista eżaminata li tingħata lill-fornituri tas-subassemblaġġi u l-partijiet komponenti. Il-verżjoni tal-lista ta' sustanzi dikjarabbli IEC 62474 li tintuża għandha tirrifletti l-aħħar verżjoni tal-Lista ta' Kandidati.

2(b)   Restrizzjonijiet fuq il-preżenza ta' sustanzi perikolużi speċifiċi

Is-subassemblaġġi u l-partijiet komponenti identifikati fit-Tabella 4 ma għandux ikun fihom is-sustanzi perikolużi speċifikati li jkunu fil-livelli ta' konċentrazzjoni stipulati jew ogħla minnhom.

Tabella 4

Restrizzjonijiet fuq is-sustanzi li għandhom japplikaw għas-subassemblaġġi u għall-partijiet komponenti

Grupp ta' sustanza

L-ambitu tar-restrizzjoni

Limiti tal-konċentrazzjoni (meta applikabbli)

Valutazzjoni u verifika

(i)

Stann u kuntatti tal-mettall

Ma għandhiex titħalla l-eżenzjoni 7b skont id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) marbuta mal-użu tal-istann taċ-ċomb f'servers fuq skala żgħira.

0,1 % w/w

Il-manifattur jew il-montatur finali għandu jipprovdi dikjarazzjoni sostnuta b'rapport tat-test validu.

Metodu tat-test: IEC 62321-5

Ma għandhiex titħalla l-eżenzjoni 8b skont id-Direttiva 2011/65/UE marbuta mal-użu tal-kadmju f'kuntatti elettriċi.

0,01 % w/w

(ii)

Stabbilizzaturi tal-polimeru, koloranti u kontaminanti

Dawn il-komposti tal-istabbilizzaturi tal-organotin li ġew klassifikati mal-perikli tal-Gruppi 1 u 2, ma għandhomx ikunu preżenti fil-wajers u fil-provvisti tal-enerġija AC u DC esterni:

l-ossidu dibutiltin

id-diaċetat dibutiltin

id-dilawrat dibutiltin

il-maletat dibutiltin

l-assidu dioċtiltin

id-dilawrat dioċtiltin

ma japplikax

Il-fornitur tas-subassemblaġġ għandu jipprovdi dikjarazzjoni.

Il-koperturi tal-plastik u l-bezels ma għandux ikun fihom dawn il-koloranti:

Ażokoloranti li jistgħu jinferqu fl-ammini aril karċinoġeniċi elenkati fl-Appendiċi 8 tar-Regolament REACH, u/jew

Komposti tal-kolorant inklużi fil-lista ta' sustanzi dikjarabbli IEC 62474.

ma japplikax

Il-fornitur tas-subassemblaġġ għandu jipprovdi dikjarazzjoni.

Idrokarburi Aromatiċi Poliċikliċi (PAHs) klassifikati mal-perikli tal-Gruppi 1 u 2 ma għandhomx ikunu preżenti f'konċentrazzjonijiet daqs jew aktar mil-limiti individwali tal-konċentrazzjoni u mill-għadd totali tal-limiti tal-konċentrazzjoni f'kull faċċata esterna tal-uċuħ tal-plastik jew tal-lastku magħmulin mill-bniedem ta':

Laptops u tablets;

Tastieri esterni,

Maws,

Stili u/jew trackpads;

Kejbils tal-enerġija esterni.

Għandhom jiġu verifikati l-preżenza u l-konċentrazzjoni ta' dawn il-PAHs:

 

PAHs ristretti bir-Regolament REACH:

Il-benzo[a]piren,

Il-benzo[e]piren,

Il-benzo[a]antraċen,

Il-krisen,

Il-benzo[b]fluworanten,

Il-benzo[j]fluworanten,

Il-benzo[k]fluworantene

Id-dibenzo[a,h]antraċen,

 

PAHs addizzjonali soġġetti għal restrizzjoni:

L-aċenaften

L-aċenaftilen

L-antraċen

Il-benzo[ghi]perilen

Il-fluworanten

Il-fluworen

L-indeno[1,2,3-cd]piren

In-naftalen

Il-fenantren

Il-piren

Il-limiti individwali tal-konċentrazzjoni għall-PAHs ristretti skont ir-REACH għandhom ikunu 1 mg/kg

L-għadd totali tal-konċentrazzjoni għat-18-il PAH elenkata ma għandux ikun aktar minn 10 mg/kg

L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test għall-partijiet rilevanti tal-partijiet identifikati tal-prodott.

Metodu tat-test: AfPS GS 2014:01 PAK.

(iii)

Prodotti bijoċidi

Il-prodotti bijoċidi maħsuba biex jaqdu funzjoni antibatterjali ma għandhomx jiġu inkorporati fil-plastik jew fil-lastku tat-tastieri u tal-periferali.

ma japplikax

Il-fornitur tas-subassemblaġġ għandu jipprovdi dikjarazzjoni.

(iv)

Merkurju fir-retroilluminazzjonijiet

Ma għandhiex tingħata l-eżenzjoni 3 skont id-Direttiva 2011/65/UE marbuta mal-użu tal-merkurju fil-bozoz florexxenti bil-katodu kiesaħ (CCFL) u fil-bozoz fluworexxenti bl-elettrodi esterni (EEFL).

ma japplikax

Il-fornitur tas-subassemblaġġ għandu jipprovdi dikjarazzjoni.

(v)

Aġenti li jirfinaw il-ħġieġ

L-arseniku u l-komposti tiegħu ma għandhomx jintużaw fil-manifattura tal-ħġieġ tal-iskrins LCD, fil-ħġieġ tal-għata tal-iskrin u fil-ħġieġ li jintuża fl-uċuħ tat-trackpads.

0,0050 % w/w

Il-fornituri tal-ħġieġ tal-iskrin għandhom jipprovdu dikjarazzjoni sostnuta b'rapport tat-test analitiku.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjonijiet ta' konformità u rapporti tat-test skont ir-rekwiżiti fit-Tabella 4. Meta meħtieġa, ir-rapport tat-test għandhom ikunu validi fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-mudell tal-produzzjoni rilevanti u għal kull fornitur assoċjat. Meta s-subassemblaġġi jew il-partijiet komponenti bl-istess speċifikazzjoni teknika jkunu ġejjin mingħand għadd ta' fornituri differenti, meta xieraq, it-testijiet għandhom isiru fuq il-partijiet minn ta' kull fornitur.

2(c)   Restrizzjonijiet imsejsa fuq il-klassifikazzjonijiet tal-periklu tas-CLP

Ir-ritardanti tal-fjammi, il-plastifikanti, l-addittivi u l-kisjiet tal-metall, il-materjali tal-katodu, is-solventi u l-imluħa li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjonijiet tal-periklu tas-CLP fit-Tabella 2 ma għandhomx ikunu preżenti fis-subassemblaġġi u fil-partijiet komponenti fit-Tabella 5 fil-limitu tal-konċentrazzjoni ta' 0,10 % (w/w) jew ogħla minnu.

Tabella 5

Is-subassemblaġġi u l-partijiet komponenti li għalihom għandu japplika l-kriterju 2(c)

Partijiet li jkun fihom ritardanti tal-fjammi

Bordijiet Stampati taċ-Ċirkwit (PCBs) ewlenin

Unitajiet Ċentrali tal-Ipproċessar (CPUs)

Konnetturi u sockets

Tagħmir għall-ħażna tad-dejta (HDD u SSD)

Koperturi tal-plastik u bezels

Unitajiet tal-provvista tal-enerġija interna u esterna

Wajers tal-elettriku AC u DC esterni

Partijiet li jkun fihom il-plastifikanti

Kejbils u wajers interni

Wajers tal-elettriku AC u DC esterni

Unitajiet tal-Provvista tal-Enerġija Esterni

Koperturi tal-plastik u bezels

Partijiet b'ligi tal-azzar li ma jissaddadx u/jew kisjiet tan-nikil

Strutturi, koperturi, boldijiet, skorfini, viti u brekits

Pakketti tal-batteriji rikarikabbli

Ċelloli tal-batteriji rikarikabbli

(i)   Derogi għall-użu ta' ritardanti tal-fjammi u plastifikanti perikolużi

L-użu ta' ritardanti tal-fjammi u plastifikanti li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni tal-perikli tas-CLP elenkati fit-Tabella 2 hu derogat mir-rekwiżiti tal-kriterju 2(c) diment li dan ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet speċifikati fit-Tabella 6. Anke l-materjali tal-wajers tal-provvista AC u DC esterni li minnhom innifishom ikunu ritardanti tal-fjammi għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet fit-Tabella 6(ii)(b).

Tabella 6

Il-kundizzjonijiet tad-derogi li għandhom japplikaw għall-użu ta' ritardanti tal-fjammi u plastifikanti

Sustanzi u taħlitiet

Subassemblaġġ jew parti komponent

Ambitu tad-deroga

Valutazzjoni u verifika

Ir-ritardanti tal-fjammi

(i)

Il-Bord Stampata taċ-Ċirkwit (PCB) ewlenija

L-użu ta' ritardanti tal-fjammi fil-laminati tal-motherboards hu derogat b'waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

Ir-ritardant tal-fjammi hu klassifikat ma' periklu tal-Grupp 3. Meta dikjarazzjoni ssir f'konformità mal-IEC 61249-2-21 (6), it-test tan-nar tal-PCB li jissimula rimi tal-WEEE mhux xieraq għandu juri li l-emissjonijiet tal-PAHs ikunu ≤ 0,1 mg TEQ/g.

(b)

Ir-ritardant tal-fjammi jirreaġixxi għar-reżina polimerika u t-test tan-nar tal-PCB li jissimula rimi tal-WEEE mhux xieraq għandu juri li l-emissjonijiet tad-dibenzo-p-diossini polibrominati u tad-dibenzofurani polibrominati (PBDD/DF) jkunu inqas minn ≤ 0,4 ng TEQ/g emissjonijiet PAHs karċinoġiċi ikunu ≤ 0,1 mg TEQ/g

Il-fornitur tas-subassemblaġġ għandu jipprovdi dikjarazzjoni sostnuta b'dokumentazzjoni li tivverifika l-klassifikazzjonijiet tal-periklu.

u meta meħtieġ:

Rapport tat-test mingħand parti terza għat-taħlita tal-materjal tal-bord, tal-komponenti, u tar-ritardant tal-fjammi.

Metodu tat-test: ISO 5660 f'kundizzjonijiet ossidattivi tal-piroliżi (IEC 60695-7-1, it-tip tan-nar 1b bi fluss tas-sħana ta' 50 kW/m2).

Il-kwantifika għandha ssir skont EN 1948 (PBDD/DF) u/jew ISO 11338 (PAHs).

(ii)

Wajers tal-elettriku AC u DC esterni.

L-użu ta' ritardanti tal-fjammi u tas-sinerġisti tagħhom hu derogat b'waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

Ir-ritardant tal-fjammi u s-sinerġist tiegħu huma klassifikati ma' periklu tal-Grupp 3 Meta dikjarazzjoni ssir f'konformità mal-IEC 62821 (7), it-test tan-nar tal-polimeru tal-wajer tal-provvista elettrika għandu juri li l-emissjonijiet tal-aċidi aloġeniċi gassużi jkunu inqas minn 5,0 mg/g.

(b)

Ir-riżultati tat-test tan-nar ta' wajer tal-provvista elettrika li jissimula rimi tal-WEEE mhux xieraq għandhom juru li l-emissjonijiet tad-dibenzo-p-diossini polibrominati u tad-dibenzofurani polibrominati (PBDD/DF) ikunu ≤ 0,3 ng TRQ/g

Il-wajers tal-elettriku li jkollhom materjali li jkunu minnhom innifishom ritardanti tal-fjammi għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit tat-test tan-nar li hemm fil-parti ii)(b).

Il-fornitur tas-subassemblaġġ għandu jipprovdi dikjarazzjoni sostnuta b'dokumentazzjoni li tivverifika l-klassifikazzjonijiet tal-periklu.

u meta meħtieġ:

Rapport tat-test mingħand parti terza għall-wajer tal-elettriku.

Metodu tat-test: IEC 60754-1 jew ISO 19700 f'kundizzjonijiet ossidattivi tal-piroliżi (IEC 60695-7-1, it-tip tan-nar 3a bi fluss tas-sħana ta' 50 kW/m2)

Il-kwantifikazzjoni tal-PCDD/DF għandha ssir skont EN 1948.

(iii)

Koperturi tal-plastik u bezels esterni.

Ir-ritardanti tal-fjammi u s-sinerġisti tagħhom klassifikati mal-perikli tal-Gruppi 2 u 3 huma derogati mill-użu.

Il-fornitur tas-subassemblaġġ għandu jipprovdi dikjarazzjoni sostnuta b'dokumentazzjoni li tivverifika l-klassifikazzjonijiet tal-periklu.

(iv)

Subassemblaġġi u partijiet mixxellanji:

Assemblaġġ tas-CPU

Tagħmir għall-ħżin tad-dejta

Konnetturi u sockets interni

Unitajiet tal-provvista tal-enerġija

Ir-ritardanti tal-fjammi klassifikati mal-perikli tal-Grupp 3 huma derogati mill-użu.

Il-fornitur tas-subassemblaġġ għandu jipprovdi dikjarazzjoni sostnuta b'dokumentazzjoni li tivverifika l-klassifikazzjonijiet tal-periklu.

Il-plastifikanti

(i)

Il-wajers u l-provvisti tal-enerġija esterni, il-koperturi esterni u l-kejbils interni

Il-plastifikanti klassifikati mal-perikli tal-Grupp 3 huma derogati mill-użu.

Il-fornitur tas-subassemblaġġ għandu jipprovdi dikjarazzjoni sostnuta b'dokumentazzjoni li tivverifika l-klassifikazzjonijiet tal-periklu.

(ii)   Derogi għall-użu ta' addittivi, kisjiet, materjali tal-katodu, solventi u mluħa

L-użu ta' addittivi u kisjiet tal-metall, materjali tal-katodu tal-batteriji, u solventi u mluħa tal-batteriji li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni tal-perikli tas-CLP elenkati fit-Tabella 2 hu derogat mir-rekwiżiti tal-kriterju 2(c) diment li dan ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet speċifikati fit-Tabella 7.

Tabella 7

Il-komponenti u s-subassemblaġġi li huma derogati speċifikament

Sustanzi u taħlitiet

Subassemblaġġ jew parti komponent

L-ambitu tad-deroga

Valutazzjoni u verifika

Addittivi u kisjiet tal-metall

(i)

Komponenti tal-metall

Ligi tal-azzar li ma jissaddadx u kisjiet reżistenti għall-grif li fihom metall tan-nikil klassifikati ma' H351, H372 u H412.

Il-kundizzjoni tad-deroga

Ir-rata tar-rilaxx tan-nikil mettaliku minn kisjiet reżistenti għall-grif fuq partijiet ta' kopertura li jaf ikun f'kuntatt dirett u fit-tul mal-ġilda ma għandhiex tkun aktar minn 0,5 μcm2/ġimgħa.

Identifikazzjoni tal-partijiet rilevanti skont il-piż u fejn jinsabu fil-prodott. Meta l-partijiet esterni tal-koperturi jkunu f'kuntatt dirett u fit-tul mal-ġilda għandu jingħata rapport tat-test.

Metodu tat-test:

EN 1811

Il-materjali tal-katodu taċ-ċelloli tal-batteriji

(ii)

Il-batteriji tal-litju u l-polimeru

Il-materjali tal-katodu taċ-ċelloli tal-batteriji klassifikati mal-perikli tal-Gruppi 2 u 3. Dawn għandhom jinkludu:

L-ossidu tal-kobalt u tal-litju

Id-diossidu tal-manganiż u tal-litju

Il-fosfat tal-ħadid u tal-litju

L-ossidu tal-manganiż tan-nikil, tal-kobalt u tal-litju

Il-fornitur tal-batteriji jew taċ-ċelloli għandu jipprovdi dikjarazzjoni sostnuta b'dokumentazzjoni li tivverifika l-klassifikazzjonijiet tal-periklu.

Is-solvrenti u l-imluħa elettroliti tal-batteriji

Is-solventi u l-imluħa elettroliti klassifikati mal-perikli tal-Gruppi 2 u 3. Dawn għandhom jinkludu:

Il-karbonat tal-propilen

Il-karbonat tal-etilina

Il-karbonat dietil

Il-karbonat di-metil

Il-karbonat metil etil

L-eżafluworofosfat tal-litju

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju 2(c). Id-dikjarazzjoni trid is-sostenn ta' informazzjoni fuq ir-ritardanti tal-fjammi, il-plastifikanti, l-addittivi u l-kisjiet tal-azzar, il-materjali tal-katodu, is-solventi u l-imluħa li jintużaw fis-subassemblaġġi u fil-partijiet komponenti mniżżlin fit-Tabella 5 flimkien ma' dikjarazzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni tal-periklu tagħhom jew in-nuqqas ta' klassifikazzjoni tal-periklu tagħhom.

Għal kull sustanza jew taħlita trid tingħata din l-informazzjoni teknika biex issostni d-dikjarazzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni jew in-nonklassifikazzjoni tal-periklu:

In-numru tal-CAS, KE jew tal-lista (meta dan ikun disponibbli għat-taħlitiet);

Il-forma fiżika u l-istat li fih tintuża sustanza;

Il-klassifikazzjonijiet tal-periklu tas-CLP armonizzati għas-sustanzi;

L-entrati tal-awtoklassifikazzjoni fil-bażi tad-dejta (8) dwar is-sustanzi reġistrati tar-REACH li għandha l-ECHA (jekk ma tkun disponibbli l-ebda klassifikazzjoni armonizzata).

Il-klassifikazzjonijiet tat-taħlita skont il-kriterji stabbiliti fir-Regolament CLP.

Meta jitqiesu l-entrati tal-awtoklassifikazzjoni fil-bażi tad-dejta dwar is-sustanzi reġistrati tar-REACH, trid tingħata prijorità lill-entrati ta' sottomissjonijiet konġunti.

Fil-bażi tad-dejta dwar is-sustanzi reġistrati tar-REACH, meta klassifikazzjoni tkun reġistrata bħala “b'dejta nieqsa” jew “inkonklużiva”, jew meta sustanza tkun għadha ma ġietx reġistrata bis-sistema REACH, għandha tingħata dejta tossikoloġika li tkun tissodisfa r-rekwiżiti fl-Anness VII tar-Regolament REACH u li tkun biżżejjed biex issostni awtoklassifikazzjonijiet konklużivi skont l-Anness I tar-Regolament CLP u l-gwida tal-ECHA. Meta l-klassifikazzjoni fil-bażi tasd-dejta tkun “b'dejta nieqsa” jew “inkonklużiva”, l-awtoklassifikazzjonijiet għandhom jiġu verifikati, u jiġu aċċettati jekk ikollhom dawn is-sorsi tal-informazzjoni:

Studji tossikoloġiċi u valutazzjonijiet tal-periklu mingħand l-aġenzji regolatorji bejn il-pari tal-ECHA (9), il-korpi regolatorji tal-Istati Membri jew korpi intergovernattivi;

Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza mimlija kollha skont l-Anness II tar-Regolament REACH;

Ġudizzju espert dokumentat mogħti minn tossikoloġista professjonali. Dan għandu jistrieħ fuq analiżi tal-letteratura xjentifika u d-dejta tal-ittestjar eżistenti, meta meħtieġ sostnuti b'riżultati ta' testijiet ġodda li saru f'laboratorji indipendenti bl-użu ta' metodi rikonoxxuti mill-ECHA;

Ċertifikazzjoni, meta xieraq, imsejsa fuq ġudizzju espert, maħruġa minn korp akkreditat tal-valutazzjoni tal-konformità li jagħmel valutazzjonijiet tal-periklu skont is-sistemi tal-klassifikazzjoni tal-periklu tal-GHS jew tas-CLP.

Skont l-Anness XI tar-Regolament REACH, l-informazzjoni dwar il-proprjetajiet perikolużi tas-sustanzi jew tat-taħlitiet mhux bilfors trid tinkiseb b'test, iżda b'mezzi oħrajn bħal pereżempju b'metodi alternattivi fosthom il-metodi in vitro, mudelli kwantitattivi ta' struttura-attività jew bir-raggruppar jew b'read-across.

Għal sustanzi u taħlitiet derogati li tniżżlu fil-listi ta' Tabelli 6 u 7, l-applikant għandu jipprovdi evidenza li ġiet issodisfata kull kundizzjoni tad-deroga. Meta jintalbu rapporti tat-test, dawn għandhom ikunu validi fiż-żmien tal-applikazzjoni għal mudell tal-produzzjoni.

Il-kriterju 3. Estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-prodott

3(a)   L-ittestjar tad-durabbiltà għall-kompjuters portabbli

(i)   It-testijiet li għandhom japplikaw għal-laptops

Il-mudell tal-laptop għandu jgħaddi mit-testijiet tad-durabbiltà. Kull mudell għandu jiġi verifikat li jaħdem kif speċifikat u fejn tidħol il-prestazzjoni għandu jilħaq ir-rekwiżiti stipulati, u dan wara li jkunu saru t-testijiet obbligatorji fit-Tabella 8 u mill-anqas test ieħor minn fost dawk fit-Tabella 9.

Tabella 8

L-ispeċifikazzjoni obbligatorja tat-test tad-durabbiltà għal-laptops

Test

Kundizzjonijiet tat-test u rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali

Metodu tat-test

Ir-reżistenza għax-xokkijiet

Speċifikazzjoni:

Mill-anqas għandha tiġi applikata pulsazzjoni ta' nofs mewġa sinusojdali 40G għal tliet darbiet għal mill-anqas 6ms fuq in-naħat ta' fuq u t'isfel, fuq il-ġnieb ta' quddiem u ta' wara, tal-lemin u tax-xellug tal-prodott.

Rekwiżit funzjonali:

Waqt it-test, il-laptop għandu jinxtegħel u għandha tinfetaħ xi applikazzjoni. Wara t-test, dan għandu jibqa' jiffunzjona.

IEC 60068

Parti 2-27: Ea

Parti 2-47

Ir-reżistenza għall-vibrazzjoni

Speċifikazzjoni:

Għandhom jiġi applikati vibrazzjonijiet sinusojdali b'mod aleatorju li jkollhom medda tal-frekwenza minn 5 Hz sa mhux aktar minn 250 Hz għal mill-anqas ċiklu wieħed (1) sa tmiem kull assi lejn in-naħa ta' fuq, t'isfel, ta' quddiem, ta' wara, tal-lemin u tax-xellug tal-prodott.

Rekwiżit funzjonali:

Waqt it-test, il-laptop għandu jinxtegħel u għandha tinfetaħ xi applikazzjoni. Wara t-test, dan għandu jibqa' jiffunzjona.

IEC 60068

Parti 2-6: Fc

Parti 2-47

Waqgħa aċċidentali

Speċifikazzjoni:

Il-laptop għandu jitwaqqa' minn għoli ta' 76 cm fuq wiċċ ta' mill-anqas 30 mm injam li ma jċedix. Il-waqgħa għandha ssir fuq kull naħa, jiġifieri fuq in-naħat ta' fuq u t'isfel, fuq il-ġnieb ta' quddiem u ta' wara, tal-lemin u tax-xellug, u anki fuq kull kantuniera tal-qiegħ.

Rekwiżit funzjonali:

Il-laptop għandu jintefa waqt it-test u wara kull waqgħa, dan għandu jixgħel normali. Wara kull test, il-kopertura għandha tibqa' talikwali u l-iskrin ma għandhiex issirlu ħsara.

IEC 60068

Parti 2-31: Ec (Waqgħa, il-proċedura 1)


Tabella 9

Speċifikazzjonijiet addizzjonali tat-test tad-durabbiltà għal-laptops

Test

Kundizzjonijiet tat-test u parametri referenzjarji għall-prestazzjoni

Metodu tat-test

Reżistenza għat-temperatura

Speċifikazzjoni:

Il-laptop għandu jkun soġġett għal mill-anqas erba' ċikli ta' esponiment ta' 24 siegħa f'kompartiment għall-ittestjar. Il-laptop għandu jinxtegħel waqt ċiklu kiesaħ b'temperatura ta' – 25 °C u waqt ċiklu sħun b'temperatura ta' + 40 °C. Il-laptop għandu jintefa waqt ċiklu kiesaħ f'temperatura ta' – 50 °C u waqt ċiklu sħun bejn + 35 °C u + 60 °C.

Rekwiżit funzjonali:

Wara kull wieħed minn dawn l-erba' ċikli ta' esponiment, għandu jiġi verifikat li l-laptop għadu jaħdem.

IEC 60068

Parti 2-1: Ab/e

Parti 2-2: B

Ir-reżiljenza tal-iskrin

Speċifikazzjoni:

Għandhom isiru żewġ testijiet tat-tagħbija: Fuq l-għatu tal-iskrin mill-inqas trid titqiegħed tagħbija ta' 50 kg b'mod uniformi. Fiċ-ċentru tal-iskrin mill-inqas trid titqiegħed tagħbija ta' 25 kg b'mod uniformi. F'kull test il-laptop għandu jitqiegħed fuq wiċċ ċatt.

Rekwiżit funzjonali:

Wara kull tagħbija, il-wiċċ tal-iskrin u l-pixels għandhom jiġu spezzjonati bir-reqqa għal xi linji, tikek u xquq.

L-applikant għandu jikkonferma t-tagħmir u s-setup li ntużaw fit-test.

Infiltrazzjoni tal-ilma mxerred

Speċifikazzjoni:

It-test għandu jsir darbtejn. Mill-anqas għandu jitferrex 30 ml ta' likwidu b'mod ugwali fuq it-tastiera tal-laptop jew fuq tliet postijiet separati speċifiċi, u wara jissaffa sew għal mill-anqas 5 sekondi. Wara 3 minuti, il-laptop għandu jiġi ttestjat jekk għadux jaħdem. It-test għandu jsir b'likwidu sħun u kiesaħ.

Rekwiżit funzjonali:

Waqt u wara t-test, il-laptop għandu jibqa' mixgħul. Imbagħad il-laptop għandu jiżżarma u jiġi spezzjonat viżwalment biex ikun żgurat li jgħaddi mill-kundizzjonijiet ta' aċċettazzjoni tal-lista IEC 60529 għall-infiltrazzjoni tal-ilma.

Il-kundizzjonijiet ta' aċċettazzjoni: IEC 60529 (l-infiltrazzjoni tal-ilma)

It-tul tal-ħajja tat-tastiera

Speċifikazzjoni:

Fuq it-tasti tat-tastiera għandhom jiġu applikati 10 miljun għafsa b'mod aleatorju. L-għadd ta' għafsiet għal kull tast għandu jkun jirrifletti l-użu ta' dak it-tast.

Rekwiżit funzjonali:

Imbagħad it-tasti għandhom jiġu spezzjonati għall-integrità u l-funzjonalità tagħhom.

L-applikant għandu jikkonferma t-tagħmir u s-setup li ntużaw fit-test.

It-tul tal-ħajja taċ-ċappetti tal-iskrin

Speċifikazzjoni:

L-iskrin għandu jinfetaħ kollu u jerġa' jingħalaq għal 20 000 darba.

Rekwiżit funzjonali:

Imbagħad l-iskrin għandu jiġi spezzjonat għal xi telf fl-istabbiltà u fl-integrità taċ-ċappetti.

L-applikant għandu jikkonferma t-tagħmir u s-setup li ntużaw fit-test.

(ii)   It-testijiet li għandhom japplikaw għat-tablets u għall-kompjuters 2-in-1

Il-mudell tat-tablet jew il-mudell tal-komponent tablet minn kompjuter 2-in-1 għandu jgħaddi mit-testijiet tad-durabbiltà. Kull mudell għandu jiġi verifikat li jaħdem kif speċifikat u fejn tidħol il-prestazzjoni għandu jilħaq ir-rekwiżiti stipulati għal kull test, kif speċifikat fit-Tabella 10.

Tabella 10

L-ispeċifikazzjoni obbligatorja tat-test tad-durabbiltà għat-tablets u għall-kompjuters 2-in-1

Test

Kundizzjonijiet tat-test u rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali

Metodu tat-test

Waqgħa aċċidentali

Speċifikazzjoni:

It-tablet għandu jitwaqqa' minn għoli ta' 76 cm fuq wiċċ ta' mill-anqas 30 mm injam li ma jċedix. Il-waqgħa għandha ssir fuq kull naħa, jiġifieri fuq in-naħat ta' fuq u t'isfel, fuq il-ġnieb ta' quddiem u ta' wara, tal-lemin u tax-xellug, u anki fuq kull kantuniera tal-qiegħ.

Rekwiżit funzjonali:

It-tablet għandu jintefa waqt it-test u wara kull waqgħa, dan għandu jixgħel normali. Wara kull test, il-kopertura għandha tibqa' talikwali u l-iskrin ma għandhiex issirlu ħsara.

IEC 60068

Parti 2-31: Ec (Waqgħa, il-proċedura 1)

Ir-reżiljenza tal-iskrin

Speċifikazzjoni:

Għandhom isiru żewġ testijiet tat-tagħbija: Fuq l-għatu tal-iskrin mill-inqas trid titqiegħed tagħbija ta' 50 kg b'mod uniformi. Fiċ-ċentru tal-iskrin mill-inqas trid titqiegħed tagħbija ta' 25 kg b'mod uniformi. F'kull test il-laptop għandu jitqiegħed fuq wiċċ ċatt.

Rekwiżit funzjonali:

Wara kull tagħbija, il-wiċċ tal-iskrin u l-pixels għandhom jiġu spezzjonati bir-reqqa għal xi linji, tikek u xquq.

L-applikant għandu jikkonferma t-tagħmir u s-setup li ntużaw fit-test.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapporti tat-test li juru li dan il-mudell ġie ttestjat u jissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali għad-durabbiltà. L-ittestjar trid tivverifikah parti terza. It-testijiet li jkunu saru għall-istess mudell bl-istess speċifikazzjoni jew bi speċifikazzjoni aktar stretta, għandhom jiġu aċċettati mingħajr il-bżonn li jerġa' jsir it-test.

3(b)   Il-kwalità u t-tul tal-ħajja tal-batterija rikarikabbli

(i)

Il-minimu tat-tul tal-ħajja tal-batterija: Wara l-ewwel iċċarġjar sħiħ, il-batteriji rikarikabbli tal-laptop, tat-tablets u tal-kompjuters 2-in-1 għandhom jibqgħu jagħtu l-enerġija għal mill-anqas 7 sigħat.

Din għandha titkejjel hekk:

Għall-prodotti domestiċi u tal-konsumatur għandu jitqies ix-xenarju “Home” tal-Futuremark PCMark 8.

Għall-prodotti tan-negozji jew tal-intrapriżi għandu jitqies ix-xenarju “Office productivity” tal-BAPCo Mobilemark 2012. Għall-mudelli li jikkwalifikaw għat-tolleranzi tal-Energy Star TECgrafika, minflok għandu jintuża x-xenarju “Media creation & consumption”.

(ii)

Il-Prestazzjoni taċ-ċiklu tal-iċċarġjar: Il-batteriji rikarikabbli tal-laptops, tat-tablets u tal-kompjuters 2-in-1 għandhom jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni, li jiddependu fuq jekk il-batterija tkunx tista' tiġi ċċarġjata mingħajr għodda (kif jispeċifika l-kriterju 3(d)):

Dawk il-mudelli li l-batterija rikarikabbli tagħhom tkun tista' titbiddel mingħajr għodda għandhom iżommu 80 % tal-kapaċità inizjali minima ddikjarata tagħhom wara 750 ċiklu ta' ċċarġjar;

Dawk il-mudelli li l-batterija rikarikabbli tagħhom ma tkunx tista' titbiddel mingħajr għodda għandhom iżommu 80 % tal-kapaċità inizjali minima ddikjarata tagħhom wara 1 000 ċiklu ta' ċċarġjar;

Din il-prestazzjoni għandha tiġi verifikata għall-pakketti tal-batteriji rikarikabbli jew għaċ-ċelloli individwali tagħhom skont it-test tal-IEC EN 61960 “Ir-reżistenza f'ċikli”, li jrid isir f'temperatura ta' 25 °C u f'rata ta' 0,2ItA jew ta' 0,5ItA (proċedura aċċellerata tat-test). Għal konformità ma' dan ir-rekwiżiti jista' jintuża ċċarġjar parzjali (kif jispeċifika s-subkriterju 3(b)(iii)).

(iii)

L-alternattiva ta' ċċarġjar parzjali biex tinkiseb il-prestazzjoni taċ-ċiklu tal-iċċarġjar: Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni deskritti fis-subkriterju 3(b)(ii) jistgħu jintlaħqu permezz ta' softwer u firmwer installat fil-fabbrika li jiċċarġja parzjalment il-batterija sa 80 % tal-kapaċità tagħha. F'dan il-każ, l-iċċarġjar parzjali għandu jkun issettjat bħala r-rutina awtomatika tal-iċċarġjar u wara għandha tiġi verifikata l-prestazzjoni tal-batterija meta tkun iċċarġjata sa 80 % tal-kapaċità tagħha skont ir-rekwiżiti fis-subkriterju 3(b)(ii). L-iċċarġjar parzjali massimu għandu jagħti tul lill-ħajja tal-batterija li jkun konformi mas-subkriterju 3(b)(i).

(iv)

Il-garanzija minima: Għall-batteriji difettużi (10), l-applikant għandu jagħti garanzija kummerċjali minima ta' sentejn.

(v)

L-informazzjoni għall-utent: Fis-softwer għall-ġestjoni tal-enerġija installat fil-fabbrika, fil-manwal tal-utent u fis-sit web tal-manifattur għandha tingħata informazzjoni dwar fatturi magħrufa li jaffettaw il-ħajja tal-batteriji rikarikabbli, kif ukoll struzzjonijiet dwar kif l-utent jista' jtawwal ħajjet il-batterija.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test ta' parti terza li juri li l-pakkett tal-batteriji rikarikabbli jew it-tipi ta' ċelloli li jiffurmaw il-pakkett użati fil-prodott jissodisfaw it-tul tal-ħajja tal-batterija rikarikabbli speċifikat u l-kapaċità taċ-ċikli tal-iċċarġjar speċifikata. Biex tintwera l-konformità jistgħu jintużaw l-iċċarġjar parzjali jew il-metodu aċċellarat tat-test speċifikat fi IEC EN 61960. Barra minn hekk, l-applikant għandu jagħti verżjoni dimo tas-softwer tal-ġestjoni tal-enerġija u l-kontenut miktub fil-manwal tal-utent u fis-sit web.

3(c)   L-affidabbiltà u l-protezzjoni tad-disk għall-ħżin tad-dejta

(i)   Il-kompjuters desktop, il-workstations, it-terminals ħfief u s-servers fuq skala żgħira

Id-diski għall-ħżin tad-dejta li jintużaw fil-kompjuters desktop, fil-workstations u fit-terminals ħfief li jiġu kummerċjalizzati biex jintużaw fin-negozji għandu jkollhom Rata ta' Ħsara Annwalizzata (AFR) (11) inqas minn 0,25 %.

L-AFR proġettata għas-servers fuq skala żgħira għandha tkun inqas minn 0,44 % filwaqt li r-Rata ta' Żbalji tal-Bits għal dejta mhux irkuprabbli għandha tkun inqas minn 1 bit f'1016 bit.

(ii)   Il-laptops

Għandu jiġi speċifikat li d-disk primarja għall-ħżin tad-dejta li tintuża fil-laptops tħares lid-disk nnifisha u anki lid-dejta fiha minn xokkijiet u vibrazzjoni. Id-disk għandha tikkonforma ma' waħda minn dawn l-alternattivi:

Il-ħardisk HDD għandha tiġi ddisinjata biex tkun tiflaħ xokk ta' nofs mewġa sinusojdali ta' 400G (operattiva) u 900G (mhux operattiva) għal 2ms mingħajr ma ssir ħsara lid-dejta jew lill-operat tad-disk.

Malli tintebaħ li l-laptop twaqqa', il-labra tad-disk HDD għandha tinġibed lura minn fuq wiċċ id-disk fi żmien 300ms jew inqas.

It-teknoloġija li tintuża trid tkun disk għall-ħżin tad-dejta bi stat solidu bħal ngħidu aħna SSD (Solid State Drive) jew eMMC (Multi Media Card inkorporata).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni għad-disk(i) integrati fil-prodott. Din għandu jiksibha mingħand il-manifattur tad-disk u fejn jidħlu r-reżistenza għax-xokkijiet u l-irtirar tal-labra minn fuq id-disk, dan jeħtieġ isostnihom b'rapport tekniku ċċertifikat indipendentement li jkun qed jivverifika li d-disk tikkonforma mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni speċifikati.

3(d)   L-aġġornabbiltà u r-riparabbiltà

Sabiex komponenti qodma jiġu aġġornati jew sabiex isiru tiswijiet u tibdiliet f'xi komponenti jew partijiet spiċċuti, għandhom jiġu ssodisfati dawn il-kriterji:

(i)

Disinn għal titjib u tiswija: Dawn il-komponenti tal-kompjuters għandhom ikunu aċċessibbli u skambjabbli faċilment permezz ta' għodda universali (jiġifieri b'għodda disponibbli kummerċjalment u li tintuża s-soltu bħal ngħidu aħna turnaviti, spatuli, plajers jew pinzetti):

Tagħmir tal-ħżin tad-dejta (HDD, SSD jew eMMC),

Memorja (ir-RAM),

Unitajiet tal-assemblaġġ tal-iskrin u unitajiet tad-dawl LED minn wara (meta jkunu integrati),

Tastiera u trackpad (meta jintużaw)

Assemblaġġi tal-fannijiet (f'kompjuters desktop, workstations u servers fuq skala żgħira)

(ii)

Tibdil tal-batteriji rikarikabbli: Il-pakkett tal-batteriji rikarikabbli għandu jkun faċli biex jinqala' minn persuna waħda (utent mhux professjonali jew fornitur ta' servizz tat-tiswija professjonali) skont il-passi definiti hawn taħt (12). Fil-prodott, il-batteriji rikarikabbli ma għandhomx jitwaħħlu bil-kolla jew bl-istann u ma għandhomx jintużaw tejps tal-metall, faxex li jeħlu jew kejbils li jwaqqfu l-aċċess milli tinqala' l-batterija. Barra minn hekk, fejn jidħol l-aċċess faċli għall-qlugħ, għandhom japplikaw dawn ir-rekwiżiti u d-definizzjonijiet:

Il-batterija rikarikabbli tal-laptops u tal-kompjuters komprensivi portabbli għandha tkun tista' tinqala' bl-idejn mingħajr għodda;

Il-batterija rikarikabbli tas-sublaptops għandha tkun tista' tinqala' b'mhux aktar minn tliet passi permezz ta' turnavit;

Il-batterija rikarikabbli tat-tablets u tal-laptops 2-in-1 għandha tkun tista' tinqala' b'mhux aktar minn erba' passi permezz ta' turnavit u spudger.

Fil-manwal tat-tiswija jew fis-sit web tal-manifattur għandhom jingħataw struzzjonijiet sempliċi fuq kif jitneħħew il-pakketti tal-batteriji rikarikabbli.

(iii)

Il-manwal tat-tiswija: L-applikant għandu jipprovdi struzzjonijiet ċari għaż-żarmar u t-tiswija (eż. tagħrif stampat jew elettroniku, jew vidjo) biex iż-żarmar ikun jista' jsir mingħajr ma jitkisser il-prodott u bil-ħsieb li jinbidlu komponenti jew partijiet ewlenin għal titjib jew tiswija. Dan it-tagħrif għandu jkun disponibbli għall-pubbliku jew billi jiddaħħal in-numru serjali uniku tal-prodott fuq il-websajt. Barra minn hekk, fuq ġewwa tal-kopertura tal-kompjuter tal-post għandha tingħata stampa li turi fejn jinsabu l-komponenti elenkati fil-punt (i) u kif jistgħu jiġu aċċessati u jinbidlu. F'manwal għall-utent installat minn qabel u fis-sit web tal-manifatturi għal mill-anqas ħames snin, għandha tingħata stampa li turi fejn jinsabu l-batterija, id-diski għall-ħżin tad-dejta u l-memorja.

(iv)

Servizz ta' tiswija/informazzjoni: Fil-manwal għall-utent jew fis-sit web tal-manifattur għandha tingħata informazzjoni biex l-utent ikun jaf imnejn jikseb manutenzjoni u tiswija professjonali għall-kompjuter, inklużi dettalji tal-kuntatt. Tul il-perjodu tal-garanzija msemmija f'(vi), dan is-servizz jista' jkun limitat għall-Fornituri Awtorizzati tas-Servizzi li għandu l-applikant.

(v)

Id-disponibbiltà tal-ispareparts: L-applikant għandu jiżgura li għal mill-anqas ħames snin minn tmiem il-produzzjoni tal-mudell, l-ispareparts oriġinali jew kompatibbli b'lura, fosthom batteriji rikarikabbli, ikun għadhom disponibbli għall-pubbliku.

(vi)

Il-garanzija kummerċjali: Mingħajr spejjeż żejda, l-applikant għandu jipprovdi garanzija ta' mill-anqas tliet snin li tibda tgħodd minn meta jinxtara l-prodott. Din il-garanzija għandha tinkludi ftehim tas-servizz u l-konsumatur ikollu l-alternattiva ta' ġbir u ritorn jew ta' tiswija fuq il-post. Din il-garanzija trid tingħata mingħajr preġudizzju għall-obbligi legali tal-manifattur u tal-bejjiegħ skont il-liġi nazzjonali.

Valutazzjoni u verifika: Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jiddikjaralu li l-prodott jissodisfa dawn ir-rekwiżiti. Barra minn hekk, l-applikant għandu jipprovdi:

Kopja tal-manwal għall-utent

Kopja tal-manwal tat-tiswija u l-istampi li jsostnuh.

Deskrizzjoni sostnuta b'ritratti li juru konformità fejn jidħol il-qlugħ tal-batterija

Kopja tal-garanzija u tal-ftehim tas-servizz

Ritratti ta' xi stampi, marki u struzzjonijiet li jkun hemm fuq il-kopertura tal-kompjuter

Il-kriterju 4. Id-disinn, l-għażla tal-materjal u l-ġestjoni ta' tmiem il-ħajja tal-oġġetti

Il-kriterju 4(a).   L-għażla tal-materjal u l-kompatibbiltà mar-riċiklaġġ

Mill-anqas, l-applikanti għandhom jikkonformaw mal-kriterju fil-parti (i) kif ukoll mal-parti (ii) jew mal-parti(iii). It-tablets, sublaptops, il-laptops 2-in-1 u l-prodotti b'koperturi u kompartimenti tal-metall huma eżentati mis-subkriterji (ii) u (iii).

(i)

Informazzjoni dwar il-materjali biex jeħfief ir-riċiklaġġ: Il-partijiet tal-plastik fit-tablets li jiżnu aktar minn 25 g u għall-partijiet fil-bqija tal-kompjuters li jiżnu 100 g għandhom jiġu mmarkati skont l-ISO 11469 u l-ISO 1043, it-Taqsimiet 1-4. Il-marki għandhom ikunu kbar biżżejjed u f'pożizzjoni viżibbli sabiex jiġu identifikati faċilment. Eżenzjonijiet huma possibbli f'dawn il-każijiet:

Bordijiet Stampati taċ-Ċirkwit, Bordijiet tal-Metakrilat tal-Polimetil (PMMA) u plastiċi ottiċi tal-iskrin li jiffurmaw parti mill-iskrin;

Meta l-immarkar jista' jħalli impatt fuq il-prestazzjoni jew il-funzjonalità tal-parti tal-plastik;

Meta l-immarkar ma jkunx teknikament possibbli minħabba l-metodu tal-produzzjoni;

Meta waqt l-ispezzjoni tal-kwalità, l-immarkar joħloq rati ogħla ta' difett u jwassal għal ħela tal-materjali għalxejn b'xejn;

Meta l-partijiet ma jkunux jistgħu jiġu mmarkati minħabba nuqqas ta' spazju xieraq għall-immarkar li jkun biżżejjed biex id-daqs tat-tipa jkun leġibbli skont kif jidentifika l-operatur tar-riċiklaġġ.

(ii)

Titjib fir-riċiklabbiltà tal-kopertura tal-plastik, tal-kompartimenti u tal-bezels:

Il-partijiet ma għandux ikun fihom bċejjeċ tal-metall fonduti jew imwaħħlin magħhom diment li dawn ikunu jistgħu jinqalgħu b'għodod li faċli ssibhom. L-istruzzjonijiet dwar iż-żarmar għandhom juru kif dawn jistgħu jinqalgħu (ara s-subkriterju 3(d)).

Għall-partijiet fit-tablets li jiżnu aktar minn 25 g u għall-partijiet fil-bqija tal-kompjuters li jiżnu 100 g, dawn it-trattamenti u addittivi ma għandhomx joħolqu reżina riċiklata bi tnaqqis > 25 % fl-impatt iżod meta jiġi ttestjat skont l-ISO 180:

Iż-żebgħa u l-kisi

Ir-ritardanti tal-fjammi u s-sinerġisti tagħhom

Ir-riżultati tat-test eżistenti għar-reżina riċiklata għandhom jiġu aċċettati diment li r-reżina riċiklata tkun ġejja mill-istess materjal kontributur li minnu jkunu komposti l-partijiet tal-plastik tal-prodott.

(iii)

Il-kontenut minimu ta' plastik riċiklat Bħala medja, mill-anqas 10 % tal-kontenut tal-prodott għandu jkun plastik riċiklat, imkejjel bħala persentaġġ tal-plastik kollu (bil-piż) fil-prodott, ħlief għall-Bordijiet Stampati taċ-Ċirkwit u l-plastiċi ottiċi tal-iskrin. Meta l-kontenut riċiklat ikun akbar minn 25 %, trid issir dikjarazzjoni fil-kaxxa tal-kliem li takkumpanja lill-Ekotikketta (ara l-kriterju 6(b)).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jivverifika r-riċiklabbiltà billi jipprovdi rapporti tat-test mekkaniċi/fiżiċi validi skont l-ISO 180 u struzzjonijiet dwar iż-żarmar. Għandhom jiġu aċċettati rapporti tat-test validi miksuba mingħand ir-riċiklaturi tal-prodotti tal-plastik, il-manifatturi tar-reżina jew minn testijiet pilota indipendenti.

Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu stampa tal-kompjuter miftuq bil-partijiet u jelenkahom bil-miktub jew b'mod awdjoviżiv. Din l-istampa għandha tagħraf il-partijiet tal-plastik skont il-piż tagħhom, il-kompożizzjoni polimerika tagħhom, u l-marki ISO 11469 u ISO 1043 tagħhom. Għandhom jintwerew viżwalment id-dimensjoni u l-pożizzjoni tal-marki, u meta jkunu japplikaw xi eżenzjonijiet, għandhom jingħataw ġustifikazzjonijiet tekniċi.

Fejn jidħlu d-dikjarazzjonijiet dwar il-kontenut riċiklat postkonsumatur, l-applikant għandu jipprovdi verifika mingħand parti terza u traċċabbiltà b'lura sal-fornituri tal-komponenti tal-plastik. Il-medja tad-dikjarazzjonijiet dwar il-kontenut tal-mudell tista' ssir fuq bażi perjodika jew kull sena.

Il-kriterju 4(b) Id-disinn għaż-żarmar u r-riċiklaġġ

Għall-finijiet tar-riċiklaġġ, il-kompjuters għandhom jiġu ddisinjati b'tali mod li l-komponenti u l-partijiet fil-mira jkunu jistgħu jinqalgħu mill-prodott faċilment. Għandu jsir test taż-żarmar skont il-proċedura tat-test fl-Appendiċi. It-test għandu jirreġistra l-għadd ta' passi meħtieġa u l-għodda assoċjata u l-azzjonijiet meħtieġa biex jinqalgħu il-komponenti u l-partijiet fil-mira identifikati fil-punti (i) u (ii).

(i)

Waqt it-test taż-żarmar għandhom jinqalgħu dawn il-komponenti u l-partijiet fil-mira, kif applikabbli għall-prodott:

Il-prodotti kollha

Il-Bordijiet Stampati taċ-Ċirkwit > 10 cm2 li għandhom x'jaqsmu mal-funzjonijiet tal-kompjuter

Kompjuters tal-post

L-Unità tal-Provvista tal-Enerġija Esterna

Disk(i) HDD

Kompjuters portabbli

Il-batteriji rikarikabbli

L-iskrins (meta jkunu integrati fil-kompartament tal-prodott)

Bordijiet Stampati taċ-Ċirkwit > 10 cm2

L-unità tat-TFT u l-kondutturi tal-film fl-unitajiet tal-iskrin > 100 cm2

L-unitajiet tad-dawl LED minn wara

(ii)

Matul it-test għandhom jinqalgħu mill-inqas tnejn minn dawn il-komponenti u l-partijiet fil-mira, magħżula kif applikabbli għall-prodott, wara dawk imsemmija fl-punt (i):

Id-diski HDD (prodotti portabbli)

Id-diski ottiċi (meta inklużi)

Il-Bordijiet Stampati taċ-Ċirkwit ≤ 10cm2 u > 5cm2

L-unitajiet tal-ispikers (laptops, kompjuters desktop integrati u kompjuters portabbli komprensivi)

Il-film gwida luminuż tal-Metakrilat tal-Polimetil (PMMA) (meta d-daqs tal-iskrin ikun > 100 cm2)

Valutazzjoni u verifika: Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu rapport tat-test taż-żarmar li jagħti dettalji dwar is-sekwenza li ntużat għaż-żarmar, inkluża deskrizzjoni fid-dettall tal-passi u l-proċeduri speċifiċi, għall-partijiet u l-komponenti fil-mira elenkati fil-punti (i) u (ii).

It-test taż-żarmar jista' jagħmlu:

L-applikant jew fornitur nominat fil-laboratorju tagħhom stess, jew;

Korp terz tal-ittestjar indipendenti, jew;

Impriża tar-riċiklaġġ li għandha l-permess twettaq trattament elettriku tal-iskart f'konformità mal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) jew li tkun ċertifikata skont ir-regolamenti nazzjonali.

Il-kriterju 5. Ir-Responsabbiltà Soċjali tal-Kumpanniji

5(a)   Il-provenjenza ta' minerali “mingħajr kunflitt”

L-applikant għandu jappoġġa l-provenjenza responsabbli tal-landa, it-tantalu, it-tungstenu u l-minerali tagħhom, u d-deheb minn żoni affettwati mill-kunflitti u minn żoni b'riskju għoli billi:

(i)

Jimxi b'diliġenza dovuta skont il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen tal-Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni b' Riskju Għoli, u

(ii)

Jippromwovi produzzjoni u kummerċ responsabbli tal-minerali f'żoni affettwati mill-kunflitti u f'żoni b'riskju għoli għall-minerali identifikati li jintużaw fil-komponenti tal-prodott f'konformità mal-Gwida tal-OECD.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dawn ir-rekwiżiti, flimkien ma' din l-informazzjoni ta' sostenn:

Rapport li jiddeskrivi l-attivitajiet tagħhom ta' diliġenza dovuta tul il-katina tal-provvista għall-erba' minerali identifikati. Għandhom jiġu aċċettati wkoll dokumenti ta' sostenn bħal ċertifikati ta' konformità maħruġa mill-Iskema tal-Unjoni Ewropea.

Jiġu identifikati l-komponenti li jkun fihom il-minerali identifikati, u l-fornituri tagħhom, kif ukoll il-proġett jew is-sistema tal-katina tal-provvista li titħaddem għal provenjenza responsabbli.

5(b)   Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u d-drittijiet tal-bniedem waqt il-manifattura

Wara li jkun ikkunsidra d-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-Prinċipji tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) li għandha x'taqsam mal-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali, il-Patt Globali tan-NU (il-Pilastru 2), il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Linji Gwida tal-OECD għal Intrapriżi Multinazzjonali, l-applikant għandu jikseb verifika mingħand parti terza sostnuta b'verifiki fuq il-post li turi li fl-impjant tal-assemblaġġ finali tal-prodott ġew rispettati l-prinċipji applikabbli inklużi fil-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO u fid-dispożizzjonijiet supplimentari identifikati hawn taħt.

Il-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO:

(i)

Xogħol tal-Minorenni:

Il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima, l-1973 (Nru 138)

Il-Konvenzjoni dwar l-Agħar Forom tax-Xogħol tat-Tfal, l-1999 (Nru 182)

(ii)

Xogħol Obbligatorju u Furzat:

Il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, l-1930 (Nru 29) u l-Protokoll tal-2014 tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat

Il-Konvenzjoni dwar it-Tneħħija tax-Xogħol Furzat, l-1957 (Nru 105)

(iii)

Il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u d-Dritt għal Negozjar Kollettiv:

Il-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, l-1948 (Nru 87);

Il-Konvenzjoni dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tad-Dritt ta' Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv, l-1949 (Nru 98).

(iv)

Id-Diskriminazzjoni:

Il-Konvenzjoni dwar Rimunerazzjoni Ugwali, l-1951 (Nru 100)

Il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni (Impjiegi u Xogħol), l-1958 (Nru 111)

Dispożizzjonijiet supplimentari:

(v)

Is-Sigħat tax-Xogħol:

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar is-Sigħat tax-Xogħol (Industrija), l-1919 (Nru 1)

(vi)

Ir-Rimunerazzjoni:

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar l-Iffissar tal-Paga Minima, l-1970 (Nru 131);

Paga għall-għajxien: L-applikant għandu jiżgura li l-pagi mħallsa għal ġimgħa tax-xogħol normali għandhom dejjem jissodisfaw mill-inqas l-istandards minimi legali jew industrijali, li jkunu biżżejjed biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-ħaddiema u jipprovdu dħul diskrezzjonali. L-implimentazzjoni għandha tiġi vverifikata b'referenza għall-gwida SA8000 (14) dwar ir-Rimunerazzjoni;

(vii)

Is-Saħħa u s-Sikurezza

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar is-Sikurezza u s-Saħħa fuq ix-Xogħol, l-1981 (Nru 155)

Il-Konvezjoni tal-ILO dwar is-Sikurezza fl-Użu tas-Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol, l-1990 (Nru 170)

F'dawk il-postijiet li bil-liġi jillimitaw id-dritt għal-libertà ta' assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv, il-kumpanija għandha tirrikonoxxi assoċjazzjonijiet leġittimi tal-ħaddiema biex magħhom tiddjaloga dwar kwistjonijiet relatati mal-post tax-xogħol.

Il-proċess tal-verifika għandu jinkludi konsultazzjoni mal-partijiet konċernati esterni fiż-żoni lokali madwar is-siti tal-produzzjoni, inklużi t-trade unions, l-organizzazzjonijiet komunitarji, l-NGOs u l-esperti tax-xogħol. L-applikant għandu jippubblika onlajn ir-riżultati aggregati u s-sejbiet ewlenin mill-verifiki ħalli lill-konsumaturi interessati jipprovdilhom evidenza tal-prestazzjoni tal-fornitur tiegħu.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu juri l-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti billi jipprovdi kopji taċ-ċertifikati ta' konformità u tar-rapporti ta' verifika ta' sostenn għal kull impjant tal-assemblaġġ tal-prodott finali ħalli l-mudelli jingħataw l-ekotikketta, u link għas-sit web fejn ikunu qed jiġu ppubblikati ir-riżultati u s-sejbiet.

Il-verifiki fuq il-post li trid tagħmel il-parti terza għandhom jagħmluhom verifikaturi li jkunu kwalifikati biex jivverifikaw il-konformità tal-katina tal-provvista tal-industrija tal-elettronika mal-istandards soċjali jew mal-kodiċi ta' kondotta jew, fil-pajjiżi li rratifikaw il-Konvenzjoni dwar l-Ispezzjoni fuq ix-Xogħol Nru 81 tal-1947 u s-superviżjoni tal-ILO tkun turi li s-sistema nazzjonali għall-ispezzjoni fuq ix-xogħol hi effettiva u l-ambitu tas-sistema tal-ispezzjoni jkun ikopri ż-żoni msemmija hawn fuq (15), minn spettur(i) tax-xogħol li taħtar awtorità pubblika.

Għandhom jiġu aċċettati ċertifikazzjonijiet validi li nħarġu sa 12-il xahar qabel l-applikazzjoni u li jingħataw minn skemi jew proċessi li, flimkien jew separatament, jivverifikaw il-konformità mal-prinċipji applikabbli tal-Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO elenkati u mad-dispożizzjonijiet supplimentari dwar is-sigħat tax-xogħol, ir-rimunerazzjoni u s-saħħa u s-sikurezza.

Il-kriterju 6. L-informazzjoni għall-utent

6(a)   Il-manwal għall-utent

Il-kompjuter għandu jinbiegħ bl-informazzjoni rilevanti għall-utent li tipprovdi parir dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-prodott. L-informazzjoni għandha tkun f'post uniku fil-manwal għall-utent li jkun faċli biex jinstab u fis-sit web tal-manifattur. Mill-anqas, l-informazzjoni għandha tinkludi:

(i)

Il-konsum tal-enerġija: Il-valur tat-TEC skont l-Energy Star v6.1, kif ukoll id-domanda massima għall-enerġija f'kull modalità operattiva. Barra minn hekk, għandhom jingħataw struzzjonijiet dwar kif tintuża l-modalità tat-tagħmir għall-iffrankar tal-enerġija u informazzjoni li l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tnaqqas il-konsum tal-enerġija u għalhekk twassal biex jiġu ffrankati l-flus għax jonqsu l-kontijiet tal-elettriku.

(ii)

Dawn l-indikazzjonijiet juru kif jonqos il-konsum tal-enerġija meta l-kompjuter ma jkunx qed jintuża:

Jekk il-kompjuter jitqiegħed fuq modalità “off”, il-konsum tal-enerġija jonqos iżda xorta tkun qed tintuża xi ftit enerġija;

Jekk tonqos il-luminożità tal-iskrin ikun qed jonqos l-użu tal-enerġija;

Meta l-kompjuter ma jkunx qed jintuża, l-iscreensavers jistgħu jwaqqfu lill-iskrin tal-kompjuter milli jaqleb għal modalità li taħli inqas enerġija. Għalhekk jista' jonqos l-użu tal-enerġija jekk l-iscreensavers ma jkunux attivati;

Jekk it-tablets jiġu ċċarġjati minn USB ta' kompjuter desktop jew laptop ieħor, il-konsum tal-enerġija jaf jiżdied jekk il-kompjuter desktop jew il-laptop jitħalla f'modalità fejn ikun wieqaf (idle) li tikkonsma l-enerġija għas-sempliċi raġuni biex jiċċarġja t-tablet.

(iii)

Għall-laptops, it-tablets u l-kompjuters 2-in-1, trid tingħata informazzjoni li jekk titwal il-ħajja tal-kompjuter ikunu qed jonqsu l-impatti ambjentali globali tal-prodott.

(iv)

Dawn l-indikazzjonijiet juru kif tista' titwal il-ħajja tal-kompjuter:

Informazzjoni biex l-utent isir jaf il-fatturi li jaffettwaw il-ħajja tal-batteriji rikarikabbli kif ukoll struzzjonijiet għall-utent dwar kif tista' titwal il-ħajja tagħhom (applikabbli biss għal kompjuters mobbli li jaħdmu b'batteriji rikarikabbli).

Struzzjonijiet ċari għaż-żarmar u t-tiswija biex iż-żarmar ikun jista' jsir mingħajr ma jitkisser il-prodott u bil-ħsieb li jinbidlu komponenti jew partijiet ewlenin għal titjib jew tiswija.

Informazzjoni biex l-utent ikun jaf imnejn jikseb manutenzjoni u tiswija professjonali għall-kompjuter, inklużi dettalji tal-kuntatt. Il-manutenzjoni ma għandhiex tkun limitata biss għall-Fornituri Awtorizzati tas-Servizzi tal-applikant.

(v)

Struzzjonijiet ta' tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja biex il-kompjuters jintremew kif xieraq, inkluż struzzjonijiet separati biex il-batteriji rikarikabbli jintremew kif suppost, f'ċentri ċiviċi jew bi skemi ta' teħid lura mill-bejjiegħa skont kif ikun applikabbli, li għandhom ikunu konformi mad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).

(vi)

Informazzjoni li l-prodott ingħata l-Ekotikketta tal-UE bi spjega qasira ta' xi tfisser din flimkien ma' indikazzjoni li aktar informazzjoni dwar l-Ekotikketta tinsab fis-sit web: http://www.ecolabel.eu

(vii)

Għandhom jingħataw struzzjonijiet u manwal(i) tat-tiswija f'verżjoni stampata, u jitqiegħdu anki fuq il-websajt għal mill-anqas ħames snin.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dawn ir-rekwiżiti lill-korp kompetenti u għandu jipprovdi link għall-verżjoni onlajn jew kopja tal-manwal għall-utenti u tal-manwal tat-tiswija.

6(b)   L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Il-kaxxa tal-kliem tat-tikketta fakultattiva għandu jkun fiha dan il-kliem li ġej:

Effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija

Prodott iddisinjat biex iservi aktar (dan jgħodd biss għal-laptops, il-laptops 2-in-1, u t-tablets)

Restrizzjoni fuq is-sustanzi perikolużi

Iddisinjat biex ikun faċli biex jissewwa, jiġi aġġornat u jiġi riċiklat

B'kundizzjonijiet tax-xogħol fil-fabbrika awditjati

Dan il-kliem jista' jintwera jekk il-kontenut riċiklat tal-plastik ikun aktar minn 25 % bħala persentaġġ tal-plastik kollu (bil-piż):

Fih xy % ta' plastik riċiklat postkonsumatur

Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa tal-kliem jinsabu fil-“Linji Gwida għall-Użu tal-Logo tal-Ekotikketta tal-UE” fis-sit web:

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi kampjun tat-tikketta tal-prodott jew illustrazzjoni tal-imballaġġ meta se titqiegħed l-Ekotikketta tal-UE flimkien ma' dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(2)  Il-kategoriji huma definiti skont il-banda tal-frekwenzi tal-frame buffer f'GigaBytes/sekonda (Gb/s).

(3)  Il-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC), IEC 62474: “Material declaration for products of and for the electrotechnical industry”, http://std.iec.ch/iec62474.

(4)  L-ECHA, “Candidate List of substances of very high concern for Authorisation”, http://www.echa.europa.eu/candidate-list-table.

(5)  Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).

(6)  Skont l-IEC 61249-2-21, għall-kompożizzjoni “ħielsa mill-aloġenu” tal-materjal ta' bord stampat taċ-ċirkwit jistgħu jsiru dikjarazzjonijiet.

(7)  Skont l-IEC 62821, għall-wajers “ħielsa mill-aloġenu u li ftit idaħħnu” jistgħu jsiru dikjarazzjonijiet.

(8)  L-ECHA, “REACH registered substances database”, http://www.echa.europa.eu/information-on-chemicals/registered-substances

(9)  L-ECHA, “Co-operation with peer regulatory agencies”, http://echa.europa.eu/en/about-us/partners-and-networks/international-cooperation/cooperation-with-peer-regulatory-agencies

(10)  Id-difetti għandhom jinkludu li ma jkunx qed jiċċarġja u li ma jkunx qed jagħraf li tqabbdet il-batterija. Jekk bl-użu l-kapaċità tal-batterija tkun qed tonqos ftit ftit, dan ma għandux jitqies bħala difett ħlief meta dan ikun kopert b'dispożizzjoni speċfika fil-garanzija.

(11)  L-AFR għandha titkejjel skont il-Ħin Medju Bejn il-Ħsarat (l-MTBF). L-MTBF għandha tiġi ddeterminata skont il-Bellcore TR-NWT-000332, ħarġa nru 6, 12/97 jew skont dejta miġbura fuq il-post.

(12)  Pass wieħed ikun operazzjoni li tispiċċa bit-tneħħija ta' komponent jew ta' parti, u/jew b'bidla ta' għodda.

(13)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, pp. 3).

(14)  Social Accountability International (Ir-Responsabbiltà Soċjali Internazzjonali), “Social Accountability 8000 International Standard”, http://www.sa-intl.org

(15)  Ara l-ILO NORMLEX (http://www.ilo.org/dyn/normlex/en) u l-gwida ta' sostenn fil-manwal tal-utent.

(16)  Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).

APPENDIĊI

PROTOKOLL GĦAT-TEST TAŻ-ŻARMAR TAL-PRODOTT

(a)   Termini u Definizzjonijiet

(i)

Il-partijiet u l-komponenti fil-mira: Partijiet u/jew komponenti li huma mmirati għall-proċess tal-qlugħ.

(ii)

Il-pass taż-żarmar: Operazzjoni li tispiċċa bit-tneħħija ta' xi komponenti jew xi parti u/jew b'bidla ta' għodda.

(b)   Il-kundizzjonijiet operattivi għat-test

(i)

Il-persunal: It-test għandu jagħmlu persuna waħda.

(ii)

Il-kampjun tat-test: Il-kampjun tal-prodott li jintuża għat-test għandu jkun f'kundizzjoni tajba.

(iii)

L-għodod għall-qlugħ: Il-qlugħ għandu jsir bl-idejn jew b'għodda disponibbli kummerċjalment (bħal plajers, turnaviti, segi u mrietel kif jiddefinixxu l-ISO 5742, l-ISO 1174, u l-ISO 15601).

(iv)

Is-sekwenza tal-qlugħ: Is-sekwenza tal-qlugħ għandha tiġi dokumentata u, meta jkun irid isir test minn parti terza, trid tingħata l-informazzjoni mogħtija lil min għamel il-qlugħ.

(c)   Dokumentazzjoni u Reġistrar tal-kundizzjonijiet tat-test u tal-passi li ttieħdu

(i)

Id-dokumentazzjoni tal-passi: Għandu jiġu dokumentat pass pass x'sar waqt il-qlugħ u tissemma l-għodda assoċjata ma' kull pass.

(ii)

Il-mezzi għar-reġistrazzjoni Waqt il-qlugħ tal-komponenti għandhom jittieħdu r-ritratti u jinġibed filmat. Bil-filmat u bir-ritratti jkunu jistgħu jingħarfu ċar u tond il-passi fis-sekwenza tal-qlugħ.


12.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/38


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1372

tal-10 ta' Awwissu 2016

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għal-Latvja u għall-Polonja

(notifikata bid-dokument C(2016) 5319)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. L-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jiddemarka u jelenka ċertu żoni ta' dawk l-Istati Membri fil-Partijiet I, II, III u IV tiegħu, differenzjati permezz tal-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dik il-lista tinkludi ċertu żoni tal-Latvja u tal-Polonja.

(2)

F'Awwissu tal-2016, fiż-żona ta' Tukums fil-Latvja nstab id-deni Afrikan tal-ħnieżer f'popolazzjonijiet tal-ħnieżer selvaġġi. Din iż-żona hija elenkata fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE u tinsab viċin ħafna taż-żoni mingħajr restrizzjoni tal-Latvja. F'Awwissu tal-2016, kien hemm tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi f'Gulbenes fil-Latvja fil-parti II tal-Anness tagħha. Din it-tieni tifqigħa tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju li jeħtieġ li jitqies. Għaldaqstant, ċertu żoni tal-Latvja mniżżla fil-Parti I issa għandhom jitniżżlu fil-Parti II, ċerti żoni ġodda tal-Latvja għandhom jiġu inklużi fil-lista fil-Parti I u ċertu żoni tal-Latvja mniżżla fil-Parti II għandhom jiġu inklużi fil-lista fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(3)

F'Awwissu tal-2016, seħħew aktar tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi f'Wysokomazowiecki fil-Polonja, f'żona li hija attwalment elenkata fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. L-okkorrenza ta' din it-tifqigħa, flimkien mal-assenza ta' ċirkolazzjoni tal-vajrus tal-marda f'popolazzjonijiet tal-ħnieżer selvaġġi fi prossimità tat-tifqigħa jikkostitwixxu żieda fil-livell ta' riskju li jeħtieġ li jiġi kkunsidrat. F'Awwissu tal-2016, kien hemm tifqigħa oħra tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi f'Siemiatycki fil-Polonja qrib ħafna tal-fruntiera mal-Belarus. Din it-tieni tifqigħa, flimkien mas-sitwazzjoni mhux magħrufa fil-pajjiż terz ġar, tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju li jeħtieġ li jitqies. Għaldaqstant, ċertu żoni tal-Polonja mniżżla fil-Parti I issa għandhom jitniżżlu fil-Parti III u ċertu żoni ġodda tal-Polonja għandhom jiġu inklużi fil-lista fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(4)

L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-popolazzjonijiet tal-ħnieżer selvaġġi affettwati fl-Unjoni għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju tas-saħħa tal-annimali rrappreżentat fis-sitwazzjoni fir-rigward ta' dik il-marda fil-Latvja u fil-Polonja. Biex jiġu ffukati l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali previsti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE u biex jiġi evitat aktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, kif ukoll biex jiġi evitat kull xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, il-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stabbilita fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għandha tiġi emendata biex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward ta' dik il-marda fil-Latvja u fil-Polonja.

(5)

Għaldaqstant, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni 2014/709/UE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).


ANNESS

“ANNESS

PARTI I

1.   Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

fin-novads ta' Bauskas, il-pagasti ta' Īslīces, Gailīšu, Brunavas u Ceraukstes,

fin-novads ta' Dobeles, il-pagasti ta' Bikstu, Zebrenes, Annenieku, Naudītes, Penkules, Auru u Krimūnu, Dobeles, Berzes, il-parti tal-pagasts ta' Jaunbērzes li tinsab fil-Punent tat-triq P98, u l-pilsēta ta' Dobele,

fin-novads of Jelgavas, il-pagasti ta' Glūdas, Svētes, Platones, Vircavas, Jaunsvirlaukas, Zaļenieku, Vilces, Lielplatones, Elejas u Sesavas,

fin-novads ta' Kandavas, il-pagasti ta' Vānes u Matkules,

fin-novads ta' Talsu, il-pagasti ta' Lubes, Īves, Valdgales, Ģibuļu, Lībagu, Laidzes, Ārlavas, Abavas, il-pilsētas ta' Sabile, Talsi, Stende u Valdemārpils,

in-novads ta' Brocēnu,

in-novads ta' Dundagas,

in-novads ta' Jaunpils,

in-novads ta' Rojas,

in-novads ta' Rundāles,

in-novads ta' Stopiņu,

in-novads ta' Tērvetes,

il-pilsēta ta' Bauska.

ir-republikas pilsēta ta' Jelgava,

ir-republikas pilsēta ta' Jūrmala.

2.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Jurbarkas, is-seniūnijos ta' Raudonės, Veliuonos, Seredžiaus u Juodaičių,

fir-rajono savivaldybė ta' Pakruojis, is-seniūnijos ta' Klovainių, Rozalimo u Pakruojo,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, il-parti tal-Krekenavos seniūnija li tinsab fil-Punent tax-xmara Nevėžis,

fir-rajono savivaldybė ta' Raseiniai, is-seniūnijos ta' Ariogalos, il-miestas ta' Ariogalos, Betygalos, Pagojukų u Šiluvos,

fir-rajono savivaldybė ta' Šakiai, is-seniūnijos ta' Plokščių, Kriūkų, Lekėčių, Lukšių, Griškabūdžio, Barzdų, Žvirgždaičių, Sintautų, Kudirkos Naumiesčio, Slavikų, Šakių,

ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys,

ir-rajono savivaldybė ta' Vilkaviškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Radviliškis,

is-savivaldybė ta' Kalvarija,

is-savivaldybė ta' Kazlų Rūda,

is-savivaldybė ta' Marijampolė.

3.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

 

Fil-województwo podlaskie:

il-gminy ta' Augustów bil-belt ta' Augustów, Nowinka, Płaska, Sztabin u Bargłów Kościelny fil-powiat augustowski,

il-gminy ta' Brańsk bil-belt ta' Brańsk, Boćki, Rudka, Wyszki, il-parti tal-gmina ta' Bielsk Podlaski li tinsab fil-Punent tal-linja maħluqa mit-triq numru 19 (li tmur lejn it-Tramuntana mill-belt ta' Bielsk Podlaski) u mtawla bil-fruntiera tal-Lvant tal-belt ta' Bielsk Podlaski u t-triq numru 66 (fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mill-belt ta' Bielsk Podlaski), il-belt ta' Bielsk Podlaski, il-parti tal-gmina ta' Orla li tinsab fil-Punent tat-triq numru 66, fil-powiat bielski,

il-gminy ta' Choroszcz, Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Tykocin, Łapy, Poświętne, Zawady u Dobrzyniewo Duże fil-powiat białostocki,

il-gminy ta' Drohiczyn, Dziadkowice, Grodzisk, Milejczyce u Perlejewo fil-powiat siemiatycki,

il-gminy ta' Rutka-Tartak, Szypliszki, Suwałki, Raczki fil-powiat suwalski,

il-gminy ta' Suchowola u Korycin fil-powiat sokólski,

il-partijiet tal-gminy ta' Kleszczele u Czeremcha li jinsabu fil-Punent tat-triq numru 66, fil-powiat hajnowski,

il-powiat łomżyński,

il-powiat M. Białystok,

il-powiat M. Łomża,

il-powiat M. Suwałki,

il-powiat moniecki,

il-powiat sejneński,

il-powiat wysokomazowiecki,

il-powiat zambrowski.

 

Fil-województwo mazowieckie:

il-gminy ta' Ceranów, Jabłonna Lacka, Sterdyń u Repki fil-powiat sokołowski,

il-gminy ta' Korczew, Przesmyki, Paprotnia fil-powiat siedlecki,

il-gminy ta' Rzekuń, Troszyn, Czerwin u Goworowo fil-powiat ostrołęcki,

il-powiat łosicki,

il-powiat ostrowski.

 

Fil-województwo lubelskie:

il-gmina ta' Hanna fil-powiat włodawski,

il-gminy ta' Konstantynów, Janów Podlaski, Leśna Podlaska, Rokitno, Biała Podlaska, Zalesie, Terespol bil-belt ta' Terespol, Piszczac, Kodeń, Tuczna, Sławatycze u Sosnówka fil-powiat bialski,

il-powiat M. Biała Podlaska.

PARTI II

1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-linn ta' Kallaste,

il-linn ta' Rakvere,

il-linn ta' Tartu,

il-linn ta' Viljandi,

il-maakond ta' Harjumaa (eskluża l-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20), il-vald ta' Aegviidu u l-vald ta' Anija),

il-maakond ta' Ida-Virumaa,

il-maakond ta' Läänemaa,

il-maakond ta' Pärnumaa,

il-maakond ta' Põlvamaa,

il-maakond ta' Raplamaa,

il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fit-Tramuntana tat-triq numru 1 (E20),

il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Punent tat-triq numru 24126,

il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Punent tat-triq numru 49,

il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Grigal tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Punent tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sal-ġunzjoni li tagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sal-ġunzjoni li tagħti għat-triq numru 24156, u t-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald,

il-vald ta' Abja,

il-vald ta' Alatskivi,

il-vald ta' Avanduse,

il-vald ta' Haaslava,

il-vald ta' Haljala,

il-vald ta' Halliste,

il-vald ta' Kambja,

il-vald ta' Karksi,

il-vald ta' Koonga,

il-vald ta' Kõpu,

il-vald ta' Laekvere,

il-vald ta' Luunja,

il-vald ta' Mäksa,

il-vald ta' Märjamaa,

il-vald ta' Meeksi,

il-vald ta' Peipsiääre,

il-vald ta' Piirissaare,

il-vald ta' Rägavere,

il-vald ta' Rakvere,

il-vald ta' Saksi,

il-vald ta' Sõmeru,

il-vald ta' Vara,

il-vald ta' Vihula,

il-vald ta' Võnnu.

2.   Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

fin-novads ta' Balvu, il-pagsti ta' Vīksnas, Bērzkalnes, Vectilžas, Lazdulejas, Briežuciema, Tilžas, Bērzpils u Krišjāņu,

fin-novads ta' Bauskas, il-pagasti ta' Mežotnes, Codes, Dāviņu u Vecsaules,

fin-novads ta' Dobeles, il-parti tal-pagasts ta' Jaunbērzes li tinsab fil-Lvant tat-triq P98,

fin-novads ta' Gulbenes il-pagasti ta' Lejasciema, Lizuma, Rankas, Druvienas, Tirzas u Līgo,

fin-novads ta' Jelgavas il-pagasti ta' Kalnciema, Līvbērzes u Valgundes,

fin-novads ta' Kandavas, il-pagasti ta' Cēres, Kandavas, Zemītes u Zantes, il-pilsēta ta' Kandava,

fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Skultes, Vidridžu, Limbažu u Umurgas,

fin-novads ta' Rugāju il-pagsts ta' Lazdukalna,

fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasts ta' Liepupes,

fin-novads ta' Talsu, il-pagasti ta' Ķūļciema, Balgales, Vandzenes, Laucienes, Virbu u Strazdes,

in-novads ta' Ādažu,

in-novads ta' Aizkraukles,

in-novads ta' Aknīstes,

in-novads ta' Alūksnes,

in-novads ta' Amatas,

in-novads ta' Apes,

in-novads ta' Babītes,

in-novads ta' Baldones,

in-novads ta' Baltinavas,

in-novads ta' Carnikavas,

in-novads ta' Cēsu,

in-novads ta' Cesvaines,

in-novads ta' Engures,

in-novads ta' Ērgļu,

in-novads ta' Garkalnes,

in-novads ta' Iecavas,

in-novads ta' Ikšķiles,

in-novads ta' Ilūkstes,

in-novads ta' Inčukalna,

in-novads ta' Jaunjelgavas,

in-novads ta' Jaunpiebalgas,

in-novads ta' Jēkabpils,

in-novads ta' Ķeguma,

in-novads ta' Ķekavas,

in-novads ta' Kocēnu,

in-novads ta' Kokneses,

in-novads ta' Krimuldas,

in-novads ta' Krustpils,

in-novads ta' Lielvārdes,

in-novads ta' Līgatnes,

in-novads ta' Līvānu,

in-novads ta' Lubānas,

in-novads ta' Madonas,

in-novads ta' Mālpils,

in-novads ta' Mārupes,

in-novads ta' Preiļu,

in-novads ta' Neretas,

in-novads ta' Ogres,

in-novads ta' Olaines,

in-novads ta' Ozolnieki,

in-novads ta' Pārgaujas,

in-novads ta' Pļaviņu,

in-novads ta' Priekuļu,

in-novads ta' Raunas,

in-novads ta' Ropažu,

in-novads ta' Salas,

in-novads ta' Salaspils

in-novads ta' Saulkrastu,

in-novads ta' Sējas,

in-novads ta' Siguldas,

in-novads ta' Skrīveru,

in-novads ta' Smiltenes,

in-novads ta' Tukuma,

in-novads ta' Varakļānu,

in-novads ta' Vecpiebalgas,

in-novads ta' Vecumnieku,

in-novads ta' Viesītes,

in-novads ta' Viļakas,

il-pilsēta ta' Limbaži.

ir-republikas pilsēta ta' Jēkabpils;

ir-republikas pilsēta ta' Valmiera,

3.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnijos ta' Kavarskas, Kurkliai u l-parti ta' Anykščiai li tinsab fil-Lbiċ tat-triq Nru 121 u Nru 119,

fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Šilų, Bukonių u, fis-seniūnija ta' Žeimių, il-kaimai ta' Biliuškiai, Drobiškiai, Normainiai II, Normainėliai, Juškonys, Pauliukai, Mitėniškiai, Zofijauka, Naujokai,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Čekiškės, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos, l-apylinkių ta' Garliavos, Kačerginės, Kulautuvos, Linksmakalnio, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos, l-apylinkių ta' Vilkijos u Zapyškio,

fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnijos ta' Josvainių, Pernaravos, Krakių, Dotnuvos, Gudžiūnų, Surviliškio, Vilainių, Truskavos, Šėtos, il-miesto ta' Kėdainių,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys is-seniūnijos ta' Karsakiškio, Naujamiesčio, Paįstrio, Panevėžio, Ramygalos, Smilgių, Upytės, Vadoklių,Velžio u l-parti ta' Krekenavos seniūnija li tinsab fil-Lvant tax-xmara Nevėžis,

fir-rajono savivaldybė ta' Prienai, is-seniūnijos Veiverių, Šilavoto, Naujosios Ūtos, Balbieriškio, Ašmintos, Išlaužo, Pakuonių,

fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Jašiūnų, Turgelių, Akmenynės, Šalčininkų, Gerviškių, Butrimonių, Eišiškių, Poškonių, Dieveniškių,

fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Kaniavos, Marcinkonių, Merkinės,

fir-rajono savivaldybė ta' Vilnius il-partijiet tas-seniūnija ta' Sudervė u Dūkštai li jinsabu fil-Grigal tat-triq Nru. 171, is-seniūnijos ta' Maišiagala, Zujūnų, Avižienių, Riešės, Paberžės, Nemenčinės, Nemenčinės miesto, Sužionių, Buivydžių, Bezdonių, Lavoriškių, Mickūnų, Šatrininkų, Kalvelių, Nemėžių, Rudaminos, Rūkainių, Medininkų, Marijampolio, Pagirių u Juodšilių,

il-miesto savivaldybė ta' Alytus,

fir-rajono savivaldybė ta' Utena, is-seniūnijos ta' Sudeikių, Utenos, Utenos miesto, Kuktiškių, Daugailių, Tauragnų, Saldutiškio,

fil-miesto savivaldybė ta' Alytus, is-seniūnijos ta' Pivašiūnų, Punios, Daugų, Alovės, Nemunaičio, Raitininkų, Miroslavo, Krokialaukio, Simno, Alytaus,

il-miesto savivaldybė ta' Kaunas,

il-miesto savivaldybė ta' Panevėžys,

il-miesto savivaldybė ta' Prienai,

il-miesto savivaldybė ta' Vilnius,

ir-rajono savivaldybė ta' Biržai,

is-savivaldybė ta' Druskininkai,

ir-rajono savivaldybė ta' Ignalina,

ir-rajono savivaldybė ta' Lazdijai,

ir-rajono savivaldybė ta' Molėtai,

ir-rajono savivaldybė ta' Rokiškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos,

ir-rajono savivaldybė ta' Švenčionys,

ir-rajono savivaldybė ta' Ukmergė,

ir-rajono savivaldybė ta' Zarasai,

is-savivaldybė ta' Birštonas,

is-savivaldybė ta' Visaginas.

4.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

Fil-podlaskie województwo:

il-gminy ta' Czarna Białostocka, Gródek, Michałowo, Supraśl, Wasilków u Zabłudów fil-powiat białostocki,

il-gminy ta' Dąbrowa Białostocka, Janów, Krynki, Kuźnica, Nowy Dwór, Sidra, Sokółka u Szudziałowo fil-powiat sokólski,

il-gmina ta' Lipsk fil-powiat augustowski,

il-gmina ta' Dubicze Cerkiewne, il-partijiet tal-gminy ta' Kleszczele u Czeremcha li jinsabu fil-Punent tat-triq numru 66, fil-powiat hajnowski,

il-parti tal-gmina ta' Bielsk Podlaski li tinsab fil-Lvant tal-linja maħluqa mit-triq numru 19 (fid-direzzjoni tat-Tramuntana mill-belt ta' Bielsk Podlaski) u mtawla bil-fruntiera tal-Lvant tal-belt ta' Bielsk Podlaski u t-triq numru 66 (fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mill-belt ta' Bielsk Podlaski), il-parti tal-gmina ta' Orla li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 66, fil-powiat bielski.

PARTI III

1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-linn ta' Elva,

il-linn ta' Võhma,

il-maakond ta' Jõgevamaa,

il-maakond ta' Järvamaa,

il-maakond ta' Valgamaa,

il-maakond ta' Võrumaa,

il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20),

il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 24126,

il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 49,

il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Lbiċ tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Lvant tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 24156, u mbagħad it-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald,

il-vald ta' Aegviidu,

il-vald ta' Anija,

il-vald ta' Kadrina,

il-vald ta' Kolga-Jaani,

il-vald ta' Konguta,

il-vald ta' Kõo,

il-vald ta' Laeva,

il-vald ta' Nõo,

il-vald ta' Paistu,

il-vald ta' Puhja,

il-vald ta' Rakke,

il-vald ta' Rannu,

il-vald ta' Rõngu,

il-vald ta' Saarepeedi,

il-vald ta' Tapa,

il-vald ta' Tähtvere,

il-vald ta' Tarvastu,

il-vald ta' Ülenurme,

il-vald ta' Väike-Maarja.

2.   Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

fin-novads ta' Balvu, il-pagasti ta' Kubuļu u Balvu,

fin-novads ta' Gulbenes, il-pagasti ta' Beļavas, Galgauskas, Jaungulbenes, Daukstu, Stradu, Litenes u Stāmerienas,

fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Viļķenes, Pāles u Katvaru,

fin-novads ta' Rugāju il-pagasts ta' Rugāju,

fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasti ta' Ainažu u Salacgrīvas,

in-novads ta' Aglonas,

in-novads ta' Alojas,

in-novads ta' Beverīnas,

in-novads ta' Burtnieku,

in-novads ta' Ciblas,

in-novads ta' Dagdas,

in-novads ta' Daugavpils,

in-novads ta' Kārsavas,

in-novads ta' Krāslavas,

in-novads ta' Ludzas,

in-novads ta' Mazsalacas,

in-novads ta' Naukšēnu,

in-novads ta' Preiļu,

in-novads ta' Rēzeknes,

in-novads ta' Riebiņu,

in-novads ta' Rūjienas,

in-novads ta' Strenču,

in-novads ta' Valkas,

in-novads ta' Vārkavas,

in-novads ta' Viļānu,

in-novads ta' Zilupes,

il-pilsēta ta' Ainaži,

il-pilsēta ta' Salacgrīva.

ir-republikas pilsēta ta' Daugavpils;

ir-republikas pilsēta ta' Rēzekne.

3.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnijos ta' Debeikių, Skiemonių, Viešintų, Andrioniškio, Svėdasų, Troškūnų, Traupio u l-parti tas-seniūnija ta' Anykščių li tinsab fil-Grigal tat-triq Nru 121 u Nru 119,

fir-rajono savivaldybė ta' Alytus, is-seniūnija ta' Butrimonių,

fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Upninkų, Ruklos, Dumsių, Užusalių, Kulvos u, fis-seniūnija ta' Žeimiai, il-kaimai Akliai, Akmeniai, Barsukinė, Blauzdžiai, Gireliai, Jagėlava, Juljanava, Kuigaliai, Liepkalniai, Martyniškiai, Milašiškiai, Mimaliai, Naujasodis, Normainiai I, Paduobiai, Palankesiai, Pamelnytėlė, Pėdžiai, Skrynės, Svalkeniai, Terespolis, Varpėnai, Žeimių gst., Žieveliškiai u l-miestelis ta' Žeimių,

ir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Vandžiogalos, Lapių, Karmėlavos u Neveronių,

fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Pelėdnagių,

fir-rajono savivaldybė ta' Prienai, is-seniūnijos ta' Jiezno u Stakliškių,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys, is-seniūnijos ta' Miežiškių u Raguvos,

fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Baltosios Vokės, Pabarės, Dainavos u Kalesninkų,

fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Valkininkų, Jakėnų, Matuizų, Varėnos u Vydenių,

fir-rajono savivaldybė ta' Vilnius il-partijiet tas-seniūnija ta' Sudervė u Dūkštai li jinsabu fil-Lbiċ mit-triq Nru 171,

fir-rajono savivaldybė ta' Utena, is-seniūnijos ta' Užpalių, Vyžuonų u Leliūnų,

is-savivaldybė ta' Elektrėnai,

il-miesto savivaldybė ta' Jonava,

il-miesto savivaldybė ta' Kaišiadorys,

ir-rajono savivaldybe ta' Kupiškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Trakai,

4.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

il-gminy ta' Czyże, Białowieża, Hajnówka mal-belt ta' Hajnówka, Narew, Narewka fil-powiat hajnowski,

il-gminy ta' Mielnik, Nurzec-Stacja, Siemiatycze mal-belt ta' Siemiatycze fil-powiat siemiatycki.

PARTI IV

L-Italja

Dawn iż-żoni fl-Italja:

iż-żoni kollha ta' Sardenja.”


12.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/51


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1373

tal-11 ta' Awwissu 2016

li tapprova l-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk għat-tieni perjodu ta' referenza tal-iskema ta' prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2015-2019)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(d) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (3), il-Maniġer tan-Netwerk irid jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' prestazzjoni.

(2)

Skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, il-Maniġer tan-Netwerk fassal il-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk għat-tieni perjodu ta' referenza tal-iskema ta' prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2015-2019) u ppreżentah lill-Kummissjoni.

(3)

Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, ivvalutat il-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk fid-dawl tal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha u, mutatis mutandis, tal-kriterji stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, kif ukoll tar-rekwiżiti l-oħra ta' dak ir-Regolament.

(4)

Dik il-valutazzjoni wriet li l-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk huwa konformi ma' dawk il-miri, il-kriterji u r-rekwiżiti. B'mod partikolari, fir-rigward tal-oqsma ewlenin ta' prestazzjoni tas-sikurezza, tal-ambjent u tal-kapaċità, il-miri stabbiliti fil-Pjan huma daqs il-miri rispettivi għall-Unjoni kollha u b'konsegwenza ta' dan huma konsistenti ma' dawk il-miri għall-Unjoni kollha. Fir-rigward tal-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, il-miri stabbiliti fil-Pjan huma konsistenti wkoll mal-miri għall-Unjoni kollha, peress li t-tendenza ta' tnaqqis tal-kostijiet stabbiliti għal kull unità hija ogħla mill-mira għall-Unjoni kollha.

(5)

Għalhekk huwa xieraq li l-Kummissjoni tapprova l-verżjoni finali tal-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk, fl-edizzjoni ta' Ġunju tal-2015, kif imfassla mill-Maniġer tan-Netwerk u ppreżentat lill-Kummissjoni.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk għat-tieni perjodu ta' referenza tal-iskema ta' prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2015-2019), fl-edizzjoni ta' Ġunju tal-2015, kif ippreżentat mill-Maniġer tan-Netwerk, huwa approvat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 128, 9.5.2013, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010 (ĠU L 185, 15.7.2011, p. 1).


RAKKOMANDAZZJONIJIET

12.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/53


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1374

tas-27 ta' Lulju 2016

dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea ġiet imwaqqfa fuq sett komuni ta' valuri imnaqqxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jinkludu r-rispett għall-istat tad-dritt. Il-Kummissjoni, lil hinn mill-kompitu tagħha li tiżgura r-rispett tad-dritt tal-UE, hija wkoll responsabbli, flimkien mal-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u l-Kunsill, li tiggarantixxi l-valuri komuni tal-Unjoni.

(2)

Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis ir-responsabilitajiet tagħha taħt it-Trattati, fil-11 ta' Marzu 2014 adottat il-Komunikazzjoni “Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt (1). Dan il-Qafas tal-Istat tad-Dritt jistabbilixxi kif il-Kummissjoni se tirreaġixxi jekk jitfaċċaw indikazzjonijiet ċari ta' theddida għall-istat tad-dritt fi Stat Membru tal-Unjoni u jispjega l-prinċipji li jinvolvi l-istat tad-dritt.

(3)

Il-Qafas tal-Istat tad-Dritt jipprovdi gwida għal djalogu bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat biex jipprevjenu l-eskalazzjoni ta' theddid sistemiku għall-istat tad-dritt.

(4)

L-iskop ta' dan id-djalogu huwa li jippermetti lill-Kummissjoni ssib soluzzjoni mal-Istat Membru kkonċernat sabiex jipprevjenu li jseħħ theddid sistemiku għall-istat tad-dritt li tista' tiżviluppa f'“riskju ċar ta' ksur serju” li jista' potenzjalment jiskatta l-użu tal-“Proċedura tal-Artikolu 7 tat-TUE”. Fejn ikun hemm indikazzjonijiet ċari ta' theddida sistemika għall-istat tad-dritt fi Stat Membru, il-Kummissjoni tista' tagħti bidu għal djalogu mal-Istat Membru taħt il-Qafas tal-Istat tad-Dritt.

(5)

Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll dokumenti mħejjija mill-Kunsill tal-Ewropa, li jibnu b'mod partikolari fuq l-esperjenza tal-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija permezz tal-Liġi (“il-Kummissjoni ta' Venezja”), tipprovdi lista mhux eżawrjenti ta' dawn il-prinċipji u għalhekk tiddefinixxi t-tifsira ewlenija tal-istat tad-dritt bħala valur komuni tal-Unjoni skont l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Dawn il-prinċipji jinkludu l-legalità, li tfisser proċess trasparenti, responsabbli, demokratiku u pluralista għall-promulgazzjoni tal-liġijiet; ċertezza tad-dritt; projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi; qrati indipendenti u imparzjali; stħarriġ ġudizzjarju indipendenti u effettiv, li jinkludi r-rispett għad-drittijiet fundamentali; u ugwaljanza quddiem il-liġi (2). Minbarra li jsostnu dawk il-prinċipji u l-valuri, l-istituzzjonijiet tal-Istat għandhom ukoll id-dmir ta' kooperazzjoni leali.

(6)

Il-Qafas għandu jintuża f'sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet ta' Stat Membru jkunu qed jieħdu miżuri jew qed jittolleraw sitwazzjonijiet li x'aktarx jaffettwaw b'mod sistematiku u negattiv l-integrità, l-istabbiltà jew il-funzjonament xieraq tal-istituzzjonijiet u tal-mekkaniżmi ta' salvagwardja stabbiliti fuq livell nazzjonali biex l-istat tad-dritt jiġi protett (3). L-għan huwa li jiġi indirizzat it-theddid għall-istat tad-dritt ta' natura sistemika (4). L-ordni politika, istituzzjonali u/jew ġuridika ta' Stat Membru bħala tali, l-istruttura kostituzzjonali, is-separazzjoni tas-setgħat, l-indipendenza jew l-imparzjalità tal-ġudikatura tiegħu, jew is-sistema ta' stħarriġ ġudizzjarju tiegħu inkluża l-ġustizzja kostituzzjonali fejn teżisti, iridu jiġu mhedda (5). Il-Qafas għandu jibda jintuża f'sitwazzjoni meta s-“salvagwardji tal-istat tad-dritt” nazzjonali ma jkunux jidhru li jistgħu jindirizzaw dan it-theddid b'mod effettiv.

(7)

Il-Qafas tal-Istat tad-Dritt fih tliet stadji. Fl-ewwel stadju (“valutazzjoni tal-Kummissjoni”) il-Kummissjoni tiġbor u teżamina l-informazzjoni kollha rilevanti u tivvaluta jekk hemmx indikazzjonijiet ċari ta' theddida sistemika għall-istat tad-dritt. Jekk, bħala riżultat ta' din il-valutazzjoni preliminari, il-Kummissjoni temmen li hemm theddida sistemika għall-istat tad-dritt, tibda djalogu mal-Istat Membru kkonċernat, billi tibgħat “opinjoni dwar l-istat tad-dritt” fejn tissostanzja t-tħassib tagħha u tagħti lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jwieġeb. L-opinjoni tista' tkun ir-riżultat ta' skambju ta' korrispondenza u laqgħat mal-awtoritajiet rilevanti u tkun segwita b'aktar skambji. Fit-tieni stadju (“Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni”), jekk il-kwistjoni ma tkunx ġiet solvuta b'mod sodisfaċenti, il-Kummissjoni tista' toħroġ “rakkomandazzjoni tal-istat tad-dritt” indirizzata lill-Istat Membru. F'tali każ, il-Kummissjoni tindika r-raġunijiet għat-tħassib tagħha u tirrakkomanda li l-Istat Membru jsolvi l-problemi identifikati f'limitu ta' żmien fiss u tinforma lill-Kummissjoni bil-passi meħuda għal dan il-għan. Fit-tielet stadju (“Segwitu għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni”), il-Kummissjoni tissorvelja s-segwitu mogħti mill-Istat Membru lir-rakkomandazzjoni. Il-proċess sħiħ huwa bbażat fuq djalogu kontinwu bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat. Jekk ma jkunx hemm segwitu sodisfaċenti fil-limitu ta' żmien stabbilit, tista' tintuża l-alternattiva tal-“Proċedura tal-Artikolu 7 tat-TUE”; il-proċedura tista' tiġi skattata minn proposta motivata minn terz tal-Istati Membri, mill-Parlament Ewropew jew mill-Kummissjoni.

(8)

F'Novembru 2015, il-Kummissjoni saret taf b'tilwima kontinwa fil-Polonja li tikkonċerna b'mod partikolari l-kompożizzjoni tat-Tribunal Kostituzzjonali, kif ukoll it-tqassir tal-mandati tal-President u l-Viċi President attwali tiegħu. It-Tribunal Kostituzzjonali ta' żewġ sentenzi dwar din il-kwistjoni, fit-3 u d-9 ta' Diċembru 2015.

(9)

Fit-22 ta' Diċembru 2015, is-Sejm adotta liġi li temenda l-liġi dwar it-Tribunal Kostituzzjonali, li tikkonċerna l-funzjonament tat-Tribunal kif ukoll l-indipendenza tal-imħallfin tiegħu (6).

(10)

F'ittra tat-23 ta' Diċembru 2015 lill-Gvern Pollakk (7), il-Kummissjoni talbet li tkun informata dwar is-sitwazzjoni kostituzzjonali fil-Polonja, inklużi l-passi previsti mill-awtoritajiet Pollakki fir-rigward taż-żewġ sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali msemmija hawn fuq. Fir-rigward tal-emendi li jinsabu fil-liġi adottata fit-22 ta' Diċembru 2015 dwar it-Tribunal Kostituzzjonali, il-Kummissjoni ddikjarat li tistenna li din il-liġi ma tiġix adottata finalment jew għall-anqas ma titqiegħedx fis-seħħ sa ma l-kwistjonijiet kollha fir-rigward tal-impatt ta' din il-liġi dwar l-indipendenza u l-funzjonament tat-Tribunal Kostituzzjonali jkunu ġew ivvalutati b'mod sħiħ u xieraq. Il-Kummissjoni rrakkomandat ukoll li l-awtoritajiet Pollakki jaħdmu mill-qrib mal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa.

(11)

Fit-23 ta' Diċembru 2015, il-Gvern Pollakk talab għall-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar il-liġi adottata fit-22 ta' Diċembru 2015. Madankollu, il-Parlament Pollakk ma stenniex din l-opinjoni qabel ma ħa aktar passi u l-Liġi ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali u daħlet fis-seħħ fit-28 ta' Diċembru 2015.

(12)

Fit-30 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni kitbet lill-Gvern Pollakk (8) sabiex tfittex aktar informazzjoni dwar ir-riformi proposti għall-governanza tax-Xandara tal-Istat Pubbliċi tal-Polonja. Fil-31 ta' Diċembru 2015, is-Senat Pollakk adotta l-“liġi tal-midja ż-żgħira” dwar il-bordijiet tat-tmexxija u superviżorji tax-xandar pubbliku tat-televixin u x-xandar pubbliku tar-radju Pollakki. Fis-7 ta' Jannar 2016, il-Kummissjoni rċeviet risposta mill-Gvern Pollakk (9) dwar l-ittra dwar il-liġi tal-midja fejn ċaħdet kwalunkwe impatt negattiv fuq il-pluraliżmu tal-midja. Fil-11 ta' Jannar, il-Kummissjoni rċeviet risposta mill-Gvern Pollakk dwar ir-riforma tat-Tribunal Kostituzzjonali (10). Dawn ir-risposti ma neħħewx it-tħassib eżistenti.

(13)

Fit-13 ta' Jannar 2016, il-Kulleġġ tal-Kummissarji kellhom l-ewwel dibattitu ta' orjentazzjoni sabiex jivvaluta s-sitwazzjoni fil-Polonja. Il-Kummissjoni ddeċidiet li teżamina s-sitwazzjoni taħt il-Qafas tal-Istat tad-Dritt u tat mandat lill-Ewwel Viċi President Timmermans biex jidħol fi djalogu mal-istituzzjonijiet tar-Repubblika tal-Polonja sabiex jiġu ċċarati l-kwistjonijiet preżenti u jiġu identifikati soluzzjonijiet possibbli. Fl-istess jum, il-Kummissjoni kitbet lill-Gvern Pollakk (11) biex tinforma lill-Gvern li hija kienet qed teżamina s-sitwazzjoni taħt il-Qafas tal-Istat tad-Dritt u li xtaqet tidħol fi djalogu mal-istituzzjonijiet tar-Repubblika tal-Polonja sabiex jiġu ċċarati l-kwistjonijiet preżenti u jiġu identifikati soluzzjonijiet possibbli. Fid-19 ta' Jannar 2016 il-Kummissjoni kitbet lill-Gvern Pollakk (12) biex toffri li tikkontribwixxi għarfien espert u tiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-liġi l-ġdida tal-midja.

(14)

Fid-19 ta' Jannar 2016, il-Gvern Pollakk kiteb lill-Kummissjoni (13) biex jistabbilixxi l-fehmiet tiegħu dwar il-kwistjoni li tikkonċerna l-ħatra tal-imħallfin, b'referenza b'mod partikolari għal użanza kostituzzjonali relatata mal-ħatra tal-imħallfin. Il-Gvern Pollakk stabbilixxa għadd ta' effetti pożittivi meqjusa li jirriżultaw mill-emenda għall-Att dwar it-Tribunal Kostituzzjonali.

(15)

Fl-istess jum il-Parlament Ewropew organizza dibattitu plenarju dwar is-sitwazzjoni fil-Polonja.

(16)

Fl-1 ta' Frar 2016, il-Kummissjoni kitbet lill-Gvern Pollakk (14) fejn irrimarkat li s-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali dwar il-ħatra tal-imħallfin kienu għadhom ma ġewx implimentati. L-ittra enfasizzat ukoll il-ħtieġa li tiġi eżaminata aktar l-emenda għall-Att dwar it-Tribunal Kostituzzjonali, b'mod partikulari l-“effett kombinat” tat-tibdiliet varji li saru, filwaqt li talbet spjegazzjonijiet aktar dettaljati. L-ittra talbet ukoll informazzjoni dwar liġijiet oħrajn li kienu ġew adottati reċentement, b'mod partikolari l-Att dwar is-Servizz Ċivili ġdid, l-Att li jemenda l-liġi dwar il-Pulizija u ċerti liġijiet oħrajn, kif ukoll il-Liġi dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, u dwar ir-riformi leġiżlattivi li kienu qed jitqiesu, b'mod partikolari riformi ulterjuri tal-leġiżlazzjoni tal-midja.

(17)

Fid-29 ta' Frar 2016, il-Gvern Pollakk kiteb lill-Kummissjoni (15) fejn ipprovda aktar kjarifiki dwar il-mandat tal-President tat-Tribunal Kostituzzjonali. L-ittra ċċarat li s-sentenza tat-Tribunal tad-9 ta' Diċembru 2015 tiddikjara li d-dispożizzjonijiet interim tal-liġi li temenda li pprevediet it-tmiem tal-mandat tal-President kienu ġew klassifikati bħala antikostituzzjonali u li tilfu l-effett legali tagħhom. B'riżultat ta' dan, il-President attwali tat-Tribunal se jkompli jeżerċita l-mandat tiegħu skont id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi preċedenti sa ma l-mandat tiegħu jiskadi fid-19 ta' Diċembru 2016. L-ittra indikat ukoll li l-mandat tal-President li jmiss se jkun ta' tliet snin. Barra minn hekk, l-ittra talbet kjarifiki dwar dak li l-Kummissjoni fissret billi nsistiet li s-sentenzi vinkolanti u finali tat-Tribunal Kostituzzjonali kienu għadhom ma ġewx implimentati kif ukoll il-kjarifiki għaliex skont il-Kummissjoni r-riżoluzzjonijiet li jaħtru tliet imħallfin tat-Tribunal Kostituzzjonali fit-2 ta' Diċembru 2015 imorru kontra s-sentenza sussegwenti tat-Tribunal.

(18)

Fit-3 ta' Marzu 2016, il-Kummissjoni kitbet lill-Gvern Pollakk (16), biex tipprovdi kjarifiki dwar il-kwistjoni tal-ħatra tal-imħallfin kif mitlub mill-Gvern Pollakk fl-ittra tad-29 ta' Frar 2016. Fir-rigward tal-emenda għall-Att dwar it-Tribunal Kostituzzjonali fl-ittra kien hemm imniżżel li skont valutazzjoni preliminari, ċerti emendi, kemm fuq livell individwali kif ukoll meħuda flimkien, kienu jagħmlu l-kundizzjonijiet li taħthom it-Tribunal Kostituzzjonali seta' jirrevedi l-kostituzzjonalità tal-liġijiet li jkunu għadhom kif għaddew aktar diffiċli u talbet aktar spjegazzjonijiet dettaljati dwar dan. L-ittra talbet ukoll informazzjoni dwar liġijiet oħrajn li reċentament kienu ġew adottati u aktar riformi leġiżlattivi li kienu qed jiġu previsti.

(19)

Fid-9 ta' Marzu 2016, it-Tribunal Kostituzzjonali ddeċida li l-liġi adottata fit-22 ta' Diċembru 2015 ma kinitx kostituzzjonali. Din is-sentenza s'issa għadha ma ġietx ippubblikata mill-Gvern fil-Ġurnal Uffiċjali, bir-riżultat li ma għandhiex effett legali.

(20)

Fil-11 ta' Marzu 2016, il-Kummissjoni ta' Venezja adottat l-opinjoni tagħha “dwar emendi għall-Att dwar it-Tribunal Kostituzzjonali tal-25 ta' Ġunju 2015” (17). Fir-rigward tal-ħatra tal-imħallfin, l-opinjoni talbet lill-Parlament Pollakk biex isib soluzzjoni fuq il-bażi tar-regola tal-istat tad-dritt, filwaqt li jirrispetta s-sentenzi tat-Tribunal. Hi qieset ukoll, fost l-oħrajn, li kworum ta' attendenza għolja, ir-rekwiżit ta' maġġoranza ta' żewġ terzi għall-adozzjoni ta' sentenzi u regola stretta li tagħmilha impossibbli li jiġu ttrattati każijiet urġenti, speċjalment fl-effett ikkombinat tagħhom, kienu jagħmlu t-Tribunal ineffettiv. Fl-aħħar nett, qieset li r-rifjut tal-pubblikazzjoni tas-sentenza tad-9 ta' Marzu 2016 se japprofondixxi aktar il-kriżi kostituzzjonali fil-Polonja.

(21)

Fil-21 ta' Marzu 2016, il-Gvern Pollakk kiteb lill-Kummissjoni fejn stieden lill-Ewwel Viċi President Timmermans għal laqgħa fil-Polonja biex jiġi vvalutat id-djalogu li sar s'issa bejn il-Gvern Pollakk u l-Kummissjoni u biex jiġi ddeterminat kif dan għandu jitkompla b'mod imparzjali, ibbażat fuq l-evidenza u kooperattiv.

(22)

Fil-31 ta' Marzu 2016, il-Gvern Pollakk informa lill-Kummissjoni b'informazzjoni reċenti u valutazzjonijiet legali fir-rigward tat-tilwim dwar it-Tribunal Kostituzzjonali fil-Polonja. Fil-5 ta' April 2016, saru laqgħat f'Varsavja bejn l-Ewwel Viċi President Timmermans u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Polonja, il-Ministru tal-Ġustizzja, id-Deputat Prim Ministru, kif ukoll il-President u l-Viċi President tat-Tribunal Kostituzzjonali. Wara dawn il-laqgħat, saru wkoll diversi laqgħat bejn il-Gvern Pollakk, irrappreżentat mill-Ministeru tal-Ġustizzja, u l-Kummissjoni.

(23)

Wara s-sentenza tad-9 ta' Marzu 2016, it-Tribunal Kostituzzjonali reġa' beda l-aġġudikazzjoni tal-każijiet. Il-Gvern Pollakk ma pparteċipax f'dawn il-proċeduri u s-sentenzi mogħtija mit-Tribunal Kostituzzjonali mid-9 ta' Marzu 2016 s'issa għadhom ma ġewx ippubblikati mill-Gvern fil-Ġurnal Uffiċjali (18).

(24)

Fit-13 ta' April 2016, il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Polonja, fost l-oħrajn biex iħeġġeġ lill-Gvern Pollakk jirrispetta, jippubblika u jimplimenta b'mod sħiħ mingħajr aktar dewmien is-sentenza tat-Tribunal Kostituzzjonali tad-9 ta' Marzu 2016 u biex jiġu implimentati s-sentenzi tat-3 u d-9 ta' Diċembru 2015, u jitlob lill-Gvern Pollakk sabiex jimplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja.

(25)

Fl-20 ta' April 2016, saret laqgħa bejn il-Kummissjoni u r-rappreżentanti tan-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-UE u tal-Konferenza tal-Qrati Kostituzzjonali Ewropej biex jiddiskutu s-sitwazzjoni fil-Polonja.

(26)

Fis-26 ta' April 2016, l-Assemblea Ġenerali tal-Qorti Suprema tal-Polonja adottat riżoluzzjoni li tikkonferma li s-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali huma validi, anke jekk il-Gvern Pollakk jirrifjuta li jippubblikahom fil-Ġurnal Uffiċjali.

(27)

Fid-29 ta' April 2016, grupp ta' membri tas-Sejm ippreżenta lis-Sejm proposta leġiżlattiva għall-Att dwar it-Tribunal Kostituzzjonali ġdid bil-għan li jissostitwixxi l-Att attwali. Il-proposta kien fiha bosta dispożizzjonijiet li kienu diġà ġew ikkritikati mill-Kummissjoni ta' Venezja fl-opinjoni tagħha tal-11 ta' Marzu 2016 u ġew iddikjarati mhux kostituzzjonali mit-Tribunal fid-deċiżjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2016. Din kienet tinkludi r-rekwiżit ta' maġġoranza ta' żewġ terzi għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ta' reviżjoni kostituzzjonali “astratta” tal-liġijiet li jkunu għadhom kemm ġew adottati. Matul April ġie ffurmat grupp ta' esperti fis-Sejm biex jgħin fil-preparazzjoni ta' liġi ġdida dwar it-Tribunal Kostituzzjonali.

(28)

Fl-24 ta' Mejju 2016, l-Ewwel Viċi President Timmermans kellu laqgħat f'Varsavja mal-Prim Ministru tal-Polonja, mal-President u l-Viċi-President tat-Tribunal Kostituzzjonali, mal-Ombudsman, mas-Sindku tal-Belt ta' Varsavja u mal-membri tal-partiti tal-oppożizzjoni fis-Sejm. Fis-26 ta' Mejju 2016, l-Ewwel Viċi President Timmermans kellu laqgħa fi Brussell mal-Viċi Prim Ministru tal-Polonja. Sussegwentement, saru aktar skambji u laqgħat bejn il-Kummissjoni u l-gvern Pollakk.

(29)

Madankollu, minkejja n-natura dettaljata u kostruttiva tal-iskambji bejn il-Kummissjoni u l-Gvern Pollakk, huma ma rnexxilhomx isolvu t-tħassib tal-Kummissjoni. Fl-1 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni adottat Opinjoni dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja. Wara d-djalogu li kien ilu għaddej mal-awtoritajiet Pollakki mit-13 ta' Jannar, il-Kummissjoni qieset li kien neċessarju li tifformalizza l-valutazzjoni tagħha tas-sitwazzjoni attwali f'dik l-Opinjoni. L-Opinjoni stabbiliet it-tħassib tal-Kummissjoni u serviet biex tiffoka fuq id-djalogu kontinwu mal-awtoritajiet Pollakki lejn is-sejbien ta' soluzzjoni.

(30)

Fl-24 ta' Ġunju 2016, il-Gvern Pollakk kiteb lill-Kummissjoni biex jirrikonoxxi l-wasla tal-Opinjoni dwar l-Istat tad-Dritt tal-Kummissjoni fl-1 ta' Ġunju (19). L-ittra infurmat lill-Kummissjoni dwar l-istat attwali tal-ħidma Parlamentari fil-Polonja inkluż dwar Liġi ġdida dwar it-Tribunal Kostituzzjonali, u esprimet il-konvinzjoni li l-ħidma mwettqa fil-Parlament kien il-mod it-tajjeb biex tinstab soluzzjoni kostruttiva. Sussegwentement, id-djalogu bejn il-Kummissjoni u l-Gvern Pollakk kompla.

(31)

Fit-22 ta' Lulju 2016, is-Sejm adotta liġi ġdida dwar it-Tribunal Kostituzzjonali li tissostitwixxi l-Liġi dwar it-Tribunal Kostituzzjonali tal-25 ta' Ġunju 2015. L-ewwel qari sar fl-10 ta' Ġunju 2016, it-tieni qari beda fil-5 ta' Lulju 2016 u t-tielet qari ġie konkluż fis-7 ta' Lulju. Is-Senat adotta l-emendi fil-21 ta' Lulju 2016. Is-Sejm adotta l-liġi kif emendata mis-Senat fit-22 ta' Lulju 2016. Qabel ma l-liġi tkun tista' tidħol fis-seħħ għandha tiġi ffirmata mill-President tar-Repubblika u ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Il-Kummissjoni pprovdiet kummenti u ddiskutiet il-kontenut tal-abbozz tal-liġi mal-awtoritajiet Pollakki fi stadji varji tal-proċess leġiżlattiv.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

Il-Polonja għandha tqis kif xieraq l-analiżi tal-Kummissjoni deskritta hawn taħt u tieħu l-miżuri li jidhru fit-Taqsima 6 ta' din ir-Rakkomandazzjoni sabiex il-problemi identifikati jiġu solvuti fil-limitu ta' żmien stabbilit.

1.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAR-RAKKOMANDAZZJONI

2.

Din ir-rakkomandazzjoni tistabbilixxi t-tħassib tal-Kummissjoni fir-rigward tal-istat tad-dritt fil-Polonja u tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet Pollakki dwar kif għandu jiġi indirizzat dan it-tħassib. Dan it-tħassib jikkonċerna l-kwistjonijiet li ġejjin:

(1)

il-ħatra tal-imħallfin tat-Tribunal Kostituzzjonali u n-nuqqas ta' implimentazzjoni tas-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali tat-3 u d-9 ta' Diċembru 2015 dwar dawn il-kwistjonijiet;

(2)

in-nuqqas ta' pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali u tal-implimentazzjoni tas-sentenza tad-9 ta' Marzu 2016 u tas-sentenzi mogħtija mit-Tribunal Kostituzzjonali mid-9 ta' Marzu 2016;

(3)

Il-funzjonament effettiv tat-Tribunal Kostituzzjonali u l-effettività tar-reviżjoni kostituzzjonali ta' leġiżlazzjoni ġdida, b'mod partikolari fid-dawl tal-liġi dwar it-Tribunal Kostituzzjonali adottata mis-Sejm fit-22 ta' Lulju 2016.

2.   ĦATRA TAL-IMĦALLFIN TAT-TRIBUNAL KOSTITUZZJONALI

3.

Qabel l-elezzjonijiet ġenerali għas-Sejm tal-25 ta' Ottubru 2015, fit-8 ta' Ottubru, il-leġiżlatura li kienet waslet fi tmiemha innominat ħames persuni biex “jinħatru” bħala mħallfin tat-Tribunal Kostituzzjonali mill-President tar-Repubblika. Tliet imħallfin jieħdu siġġu li jkun tbattal matul il-mandat tal-leġiżlatura li tkun waslet fi tmiemha, filwaqt li li tnejn jieħdu siġġu li jkun tbattal matul il-mandat tal-leġiżlatura li jmiss li bdiet fit-12 ta' Novembru 2015.

4.

Fid-19 ta' Novembru 2015, is-Sejm, permezz ta' proċedura aċċellerata, emenda l-Liġi dwar it-Tribunal Kostituzzjonali, billi introduċa l-possibbiltà li jiġu annullati n-nomini ġudizzjarji mogħtija mil-leġiżlatura preċedenti u li jiġu nnominati ħames imħallfin ġodda. Fil-25 ta' Novembru 2015, is-Sejm għadda mozzjoni li annullat il-ħames nominazzjonijiet mill-leġiżlatura preċedenti u fit-2 ta' Diċembru nnomina ħames imħallfin ġodda.

5.

It-Tribunal Kostituzzjonali ġie invokat dwar id-deċiżjonijiet kemm tal-leġiżlatura preċedenti kif ukoll il-leġiżlatura li jmiss. Konsegwentement, it-Tribunal ta żewġ sentenzi, waħda fit-3 u oħra fid-9 ta' Diċembru 2015.

6.

Fis-sentenza tiegħu tat-3 ta' Diċembru (20), il-Tribunal Kostituzzjonali, fost l-oħrajn, iddeċieda li l-leġiżlatura preċedenti tas-Sejm kienet intitolata li tinnomina tliet imħallfin biex jissostitwixxu l-imħallfin li l-mandat tagħhom skada fis-6 ta' Novembru 2015. Fl-istess ħin, it-Tribunal iċċara li s-Sejm ma kienx intitolat li jaħtar liż-żewġ imħallfin biex jissostitwixxu lil dawk li l-mandat tagħhom skada f'Diċembru. Is-sentenza speċifikament semmiet ukoll l-obbligu għall-President tar-Repubblika biex minnufih jieħdu l-ġurament minn imħallef elett mis-Sejm.

7.

Fid-9 ta' Diċembru (21), it-Tribunal Kostituzzjonali fost l-oħrajn invalida l-bażi ġuridika għan-nomini mill-leġiżlatura l-ġdida tas-Sejm tat-tliet imħallfin għall-postijiet vakanti li saru disponibbli fis-6 ta' Novembru 2015 li għalihom il-leġiżlatura preċedenti kienet diġà legalment innominat l-imħallfin.

8.

Minkejja dawn is-sentenzi, it-tliet imħallfin innominati mill-leġiżlatura preċedenti għadhom ma bdewx jaħdmu bħala mħallfin fit-Tribunal Kostituzzjonali u l-ġurament tagħhom għadu ma tteħidx mill-President tar-Repubblika. Għall-kuntrarju ta' dan, il-ġurament tat-tliet imħallfin innominati mil-leġiżlatura l-ġdida mingħajr bażi ġuridika valida ttieħed mill-President tar-Repubblika.

9.

Iż-żewġ imħallfin eletti mill-leġiżlatura l-ġdida li jissostitwixxu ż-żewġ imħallfin li l-mandat tagħhom kien wasal fi tmiemu f'Diċembru 2015 sadanittant bdew jaħdmu bħala mħallfin fit-Tribunal Kostituzzjonali.

10.

Fit-28 ta' April 2016, il-President tar-Repubblika ħa l-ġurament ta' mħallef ġdid fil-Tribunal Kostituzzjonali, innominat mis-Sejm biex jimla post vakanti maħluq aktar kmieni dak ix-xahar biex jissostitwixxi imħallef li l-mandat tiegħu fit-Tribunal Kostituzzjonali kien intemm.

11.

Fit-22 ta' Lulju 2016, is-Sejm adotta Liġi ġdida dwar it-Tribunal Kostituzzjonali. L-Artikolu 90 ta' din il-Liġi jiddikjara li “B'effett mid-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att, il-President tat-Tribunal għandu jinkludi, f'panels li jiddeċiedu l-każijiet, u jassenja każijiet lil, l-imħallfin tat-Tribunal li ħadu l-ġurament quddiem il-President tar-Repubblika iżda, li sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att, kienu għadhom ma bdewx jaqdu dmirijiethom bħala mħallfin.” L-Artikolu 6(7) tal-Liġi l-ġdida jistipula li “Wara li jkunu ħadu l-ġurament, l-imħallfin għandhom jippreżentaw ruħhom fit-Tribunal sabiex jibdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom, u l-President tat-Tribunal għandu jassenjalhom każijiet u joħloq kundizzjonijiet li jippermettulhom iwettqu d-dmirijiet tagħhom”.

12.

Il-Kummissjoni tqis li s-sentenzi vinkolanti u finali tat-Tribunal Kostituzzjonali tat-3 u d-9 Diċembru 2015 għadhom ma ġewx implimentati safejn hija kkonċernata l-ħatra tal-imħallfin. Dawn is-sentenzi jitolbu li l-istituzzjonijiet tal-Istat tal-Polonja jikkooperaw b'mod leali sabiex, b'mod konformi mal-istat tad-dritt, jiġi żgurat li t-tliet imħallfin li jkunu ġew innominati mil-leġiżlatura preċedenti tas-Sejm jistgħu jibdew jaqdu dmirijiethom bħala mħallfin fit-Tribunal Kostituzzjonali, u li t-tliet imħallfin innominati mil-leġiżlatura l-ġdida mingħajr bażi ġuridika valida ma jibdewx jaħdmu bħala mħallfin. Il-fatt li dawn is-sentenzi ma ġewx implimentati jqajjem tħassib serju fir-rigward tal-istat tad-dritt, billi l-konformità mas-sentenzi tal-qorti finali hija rekwiżit essenzjali inerenti fl-istat tad-dritt.

13.

F'waħda mill-ittri tiegħu, il-Gvern Pollakk irrefera għall-eżistenza ta' użanza kostituzzjonali fil-Polonja dwar il-ħatra ta' mħallfin li tiġġustifika l-pożizzjoni meħuda mil-leġiżlatura ġdida tas-Sejm. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota, hekk kif għamlet il-Kummissjoni ta' Venezja (22), li huwa t-Tribunal Kostituzzjonali li għandu jinterpreta u japplika l-liġi u l-użanza kostituzzjonali nazzjonali, u li t-Tribunal Kostituzzjonali ma rreferiex għal tali użanza fis-sentenzi tiegħu. Is-sentenza tat-3 ta' Diċembru li vvalidat il-bażi ġuridika għan-nomini tat-tliet imħallfin mis-Sejm preċedenti għall-postijiet li saru vakanti fis-6 ta' Novembru ma tistax tiġi invalidata billi tintuża użanza suppost kostituzzjonali li t-Tribunal ma jkunx irrikonoxxa.

14.

Barra minn jekk, li jiġi limitat l-impatt ta' dawn is-sentenzi għal sempliċiment obbligu għall-Gvern biex jippubblikahom, kif sostnut mill-awtoritajiet Pollakki, jiċħad kwalunkwe effett legali u operazzjonali tas-sentenzi tat-3 u d-9 ta' Diċembru. B'mod partikolari, huwa jikkontesta l-obbligu tal-President tar-Repubblika li jieħu l-ġurament tal-imħallfin inkwistjoni, li jkun ġie kkonfermat mit-Tribunal Kostituzzjonali.

15.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li anke l-Kummissjoni ta' Venezja tqis li soluzzjoni għall-kunflitt attwali fuq il-kompożizzjoni tat-Tribunal Kostituzzjonali “trid tkun ibbażata fuq l-obbligu li s-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali jiġu rispettati u implimentati bis-sħiħ” u “b'hekk tistieden l-korpi kollha tal-Istat u b'mod partikolari is-Sejm biex jirrispettaw b'mod sħiħ u jimplimentaw is-sentenzi” (23).

16.

Fl-aħħar nett, f'dak li jikkonċerna l-liġi adottata fit-22 ta' Lulju 2016 dwar it-Tribunal Kostituzzjonali, il-Kummissjoni tosserva li din il-liġi mhijiex kompatibbli mas-sentenzi tat-3 u d-9 ta' Diċembru. L-Artikolu 90 u l-Artikolu 6(7) jeħtieġu l-President tat-Tribunal Kostituzzjonali jassenja każijiet lill-imħallfin kollha li jkunu ħadu l-ġurament quddiem il-President tar-Repubblika, iżda li jkunux għadhom bdew il-kariga tagħhom bħala mħallfin. Din id-dispożizzjoni tidher immirata lejn is-sitwazzjoni tat-tliet imħallfin li kienu nnominati illegalment mil-leġiżlatura l-ġdida tas-Sejm f'Diċembru 2015. Dan jippermetti lil dawn l-imħallfin jibdew jaqdu l-funzjoni tagħhom ta' mħallfin filwaqt li jużaw il-postijiet vakanti li għalihom il-leġiżlatura preċedenti tas-Sejm kienet diġà nnominat legalment tliet imħallfin. Dawn id-dispożizzjonijiet huma għalhekk kuntrarji għas-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali tat-3 u d-9 Diċembru 2015 u l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja.

17.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Pollakki għandhom jirrispettaw u jimplimentaw bis-sħiħ is-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali tat-3 u d-9 ta' Diċembru 2015. Dawn is-sentenzi jeħtieġu li l-istituzzjonijiet tal-Istat jikkooperaw b'mod leali sabiex jiġi żgurat, b'mod konformi mal-istat tad-dritt, li t-tliet imħallfin li ġew innominati mill-leġiżlatura preċedenti jistgħu jibdew jaqdu l-funzjoni tagħhom ta' mħallfin fit-Tribunal Kostituzzjonali, u li t-tliet imħallfin innominati mil-leġiżlatura l-ġdida mingħajr bażi ġuridika valida ma jeħdux il-kariga ta' mħallef mingħajr ma jkunu eletti b'mod validu. Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi adottata fit-22 ta' Lulju, 2016 dwar it-Tribunal Kostituzzjonali imorru kontra s-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali tat-3 u d-9 Diċembru 2015 u l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja u jqajmu tħassib serju fir-rigward tal-istat tad-dritt.

3.   IN-NUQQAS TA' PUBBLIKAZZJONI U IMPLIMENTAZZJONI TAS-SENTENZA TAT-TRIBUNAL KOSTITUZZJONALI TAD-9 TA' MARZU 2016 U TAS-SENTENZI MOGĦTIJA MID-9 TA' MARZU 2016

18.

Fit-22 ta' Diċembru 2015, wara proċedura aċċellerata, is-Sejm emenda l-Liġi dwar it-Tribunal Kostituzzjonali (24). L-emendi huma stabbiliti f'aktar dettall hawn taħt fit-Taqsima 4.1. Fis-sentenza tiegħu tad-9 ta' Marzu 2016, it-Tribunal Kostituzzjonali ddikjara mhux kostituzzjonali l-liġi adottata fit-22 ta' Diċembru 2015 fl-intier tagħha kif ukoll id-dispożizzjonijiet speċifiċi tagħha. S'issal-awtoritajiet Pollakki naqsu milli jippubblikaw is-sentenza fil-Ġurnal Uffiċjali. Il-Gvern Pollakk jikkontesta l-legalità tas-sentenza, hekk kif it-Tribunal Kostituzzjonali ma applikax il-proċedura prevista mil-liġi adottata fit-22 ta' Diċembru 2015. L-istess pożizzjoni ittieħdet mill-Gvern fir-rigward tas-sentenzi mogħtija mit-Tribunal wara d-9 ta' Marzu 2016.

19.

Il-Kummissjoni tqis li s-sentenza tad-9 ta' Marzu 2016 hija vinkolanti u trid tiġi rrispettata. It-Tribunal Kostituzzjonali kien korrett meta ma applikax il-proċedura prevista mil-liġi adottata fit-22 ta' Diċembru 2015. F'dak ir-rigward il-Kummissjoni taqbel mal-Kummissjoni ta' Venezja, li dwar dan il-punt tiddikjara li “sempliċi att leġislattiv, li jhedded li jiddiżattiva l-kontroll kostituzzjonali, għandu wkoll jiġi evalwat għall-kostituzzjonalità qabel ma jkun jista' jiġi applikat mill-Qorti. […] L-idea stess tas-supremazija tal-Kostituzzjoni timplika li din il-liġi, li allegatament tipperikola l-ġustizzja kostituzzjonali, għandha tkun ikkontrollata — u jekk ikun hemm bżonn, annullata — mit-Tribunal Kostituzzjonali qabel ma tidħol fis-seħħ” (25). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tenfasizza li peress li l-liġi adottata fit-22 ta' Diċembru 2015 kienet teħtieġ kworum ta' 13-il imħallef għal sentenza mill-formazzjoni plenarja u billi t-Tribunal Kostituzzjonali kien magħmul minn 12-il imħallef biss, ma setgħetx tirrevedi l-kostituzzjonalità tal-emendi tat-22 ta' Diċembru 2015 kif mitlub mill-Ewwel President tal-Qorti Suprema, l-Ombudsman u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura. Dan kien ikun kuntrarju għall-Kostituzzjoni Pollakka li tat il-kompitu lit-Tribunal Kostituzzjonali r-rwol li jiżgura reviżjoni kostituzzjonali. Bl-istess mod, it-Tribunal ma setax jiddeċiedi dwar il-kostituzzjonalità tar-rekwiżit ta' maġġoranza kkwalifikat filwaqt li jivvota skont ir-rekwiżit stess tal-kostituzzjonalità ta' dik li kien qed jeżamina.

20.

Ir-rifjut tal-Gvern li jippubblika s-sentenza tat-Tribunal Kostituzzjonali tad-9 ta' Marzu 2016 iqajjem tħassib serju fir-rigward tal-istat tad-dritt, billi l-konformità mas-sentenzi finali hija rekwiżit essenzjali inerenti fl-istat tad-dritt. B'mod partikolari, fejn il-pubblikazzjoni ta' sentenza hija prerekwiżit biex din issir effettiva u fejn tali pubblikazzjoni taqa' taħt l-awtorità tal-Istat minbarra l-qorti li tkun qatgħet is-sentenza, kontroll ex post mill-awtorità tal-Istat rigward il-legalità tas-sentenza huwa inkompatibbli mal-istat tad-dritt. Ir-rifjut li tiġi ppubblikata s-sentenza jiċħad l-effett legali u operazzjonali awtomatiku ta' sentenza vinkolanti u finali, u jikser il-prinċipji ta' legalità u s-separazzjoni tas-setgħat.

21.

Ir-rifjut li tiġi ppubblikata s-sentenza tad-9 ta' Marzu joħloq livell ta' inċertezza u kontroversja li jaffettwa b'mod negattiv mhux biss din is-sentenza, iżda is-sentenzi kollha sussegwenti u futuri tat-Tribunal. Peress li dawn is-sentenzi, wara s-sentenza tad-9 ta' Marzu 2016, jingħataw skont ir-regoli applikabbli qabel it-22 ta' Diċembru 2015, ir-riskju ta' kontroversja kontinwa dwar kull sentenza futura se jimmina l-iffunzjonar xieraq tal-ġustizzja kostituzzjonali fil-Polonja. Dan ir-riskju huwa diġà realtà billi t-Tribunal s'issa ta 20 sentenza sa mid-deċiżjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2016, u l-ebda waħda minn dawn id-deċiżjonijiet ma ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

22.

Il-Kummissjoni tosserva li l-liġi l-ġdida adottata fit-22 ta' Lulju 2016 dwar it-Tribunal Kostituzzjonali ma tneħħix it-tħassib imsemmi hawn fuq. L-Artikolu 80(4) tal-Liġi jeħtieġ “applikazzjoni” għall-pubblikazzjoni tas-sentenzi mill-President tat-Tribunal Kostituzzjonali lill-Prim Ministru. Dan jidher li jindika li l-pubblikazzjoni tas-sentenzi tkun dipendenti fuq deċiżjoni tal-Prim Ministru. Għal din ir-raġuni tqajjem tħassib sinifikanti fir-rigward tal-indipendenza tat-Tribunal.

23.

Barra minn hekk, l-Artikolu 89 jistipula li “Fi żmien 30 jum mid-dħul fis-seħħ ta' [dan] l-Att, is-sentenzi tat-Tribunal mogħtija qabel l-20 ta' Lulju 2016 b'mod li jmur kontra l-Att dwar it-Tribunal Kostituzzjonali tal-25 ta' Ġunju 2015 għandhom jiġu ppubblikati minbarra d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw atti normattivi li ġew irrevokati”. Din id-dispożizzjoni tagħti lok għal tħassib billi l-pubblikazzjoni tas-sentenzi m'għandhiex tiddependi fuq id-deċiżjoni tal-leġislatur. Barra minn hekk, l-indikazzjoni li s-sentenzi ngħataw illegalment tmur kontra l-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat billi mhuwiex f'idejn is-Sejm li jiddetermina l-kompatibbiltà mal-Kostituzzjoni. Barra minn hekk, id-dispożizzjoni mhix kompatibbli mas-sentenza tad-9 ta' Marzu 2016 u l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja.

24.

Bħala konklużjoni, il-fatt li l-Gvern Pollakk s'issa rrifjuta li jippubblika s-sentenza tad-9 ta' Marzu 2016 tat-Tribunal Kostituzzjonali, kif ukoll is-sentenzi sussegwenti kollha fil-Ġurnal Uffiċjali joħloq inċertezza dwar il-bażi ġuridika li fuqha t-Tribunal irid jaġixxi u dwar l-effetti ġuridiċi tas-sentenzi tiegħu. Din l-inċertezza ddgħajjef l-effettività ta' reviżjoni kostituzzjonali u tqajjem tħassib serju fir-rigward tal-istat tad-dritt. Il-liġi adottata fit-22 ta' Lulju 2016 ma tneħħix dan it-tħassib.

4.   IR-REVIŻJONI TAL-LIĠI DWAR IT-TRIBUNAL KOSTITUZZJONALI U L-EFFETTIVITÀ TAR-REVIŻJONI KOSTITUZZJONALI TAL-LEĠIŻLAZZJONI L-ĠDIDA

25.

Il-Kummissjoni tinnota li fit-22 ta' Lulju 2016, is-Sejm adotta liġi ġdida dwar il-funzjonament tat-Tribunal Kostituzzjonali li tħassar il-Liġi dwar it-Tribunal Kostituzzjonali tal-25 ta' Ġunju 2015. Din il-liġi ssegwi l-liġi adottata fit-22 ta' Diċembru 2015 li t-Tribunal Kostituzzjonali ddikjaraha bħala mhux kostituzzjonali. Għalhekk, irid jiġi vvalutat jekk din il-liġi hijiex kompatibbli mal-istat tad-dritt, filwaqt li jitqies l-impatt tagħha dwar l-effettività tar-reviżjoni kostituzzjonali, inkluż tal-atti adottati reċentement u għalhekk tikkostitwixxi azzjoni xierqa biex jiġi rimedjat it-tħassib tal-istat tad-dritt identifikat fl-Opinjoni dwar l-Istat tad-Dritt tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ġunju. Il-leġiżlazzjoni kkonċernata u l-impatt tagħha huma meqjusa f'aktar dettall hawn taħt, filwaqt li jitqies l-effett tad-dispożizzjonijiet kemm fuq livell individwali kif ukoll fuq livell kollettiv, kif ukoll il-ġurisprudenza preċedenti tat-Tribunal Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja.

4.1.   Emenda tat-22 ta' Diċembru 2015 tal-Liġi dwar it-Tribunal Kostituzzjonali.

26.

Fit-22 ta' Diċembru 2015, wara proċedura aċċellerata, is-Sejm emenda l-Liġi dwar it-Tribunal Kostituzzjonali (26). L-emendi fost l-oħrajn żiedu l-kworum ta' attendenza tal-imħallfin għas-smigħ tal-każijiet (27), laqqgħu l-maġġoranzi meħtieġa fit-Tribunal Kostituzzjonali biex ma jadottawx deċiżjonijiet mill-formazzjoni plenarja (28), talbu għall-immaniġġjar ta' każijiet f'ordni kronoloġika (29) u pprovdew dewmien minimu għas-seduti ta' smigħ (30). Ċerti emendi (31) żiedu l-involviment ta' istituzzjonijiet oħra tal-Istat fi proċedimenti dixxiplinari li jikkonċernaw l-imħallfin tat-Tribunal.

27.

Fis-sentenza tiegħu tad-9 ta' Marzu 2016, it-Tribunal Kostituzzjonali ddikjara mhux kostituzzjonali l-liġi adottata fit-22 ta' Diċembru 2015 fl-intier tagħha kif ukoll id-dispożizzjonijiet speċifiċi tagħha, b'mod partikolari dawk imsemmija hawn fuq. S'issal-awtoritajiet Pollakki naqsu milli jippubblikaw is-sentenza fil-Ġurnal Uffiċjali (ara t-Taqsima 3 hawn fuq).

28.

Kif stipulat diġà fl-opinjoni tagħha tal-1 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-effett tal-emendi dwar il-kworum ta' attendenza, il-maġġoranza tal-voti, l-immaniġġjar ta' każijiet fl-ordni kronoloġika u d-dewmien minimu għas-seduti, b'mod partikolari l-effett ikkombinat tagħhom, dgħajjef l-effettività tat-Tribunal Kostituzzjonali bħala garanti tal-Kostituzzjoni. Din il-konklużjoni hija kondiviża mill-Kummissjoni ta' Venezja. Peress li dawn is-sejbiet huma rilevanti għall-valutazzjoni tal-liġi adottata fit-22 ta' Lulju 2016, il-konklużjonijiet ewlenin huma mfakkra hawn taħt.

4.1.1.   Kworum ta' attendenza

29.

L-Artikolu 44(3) emendat kien jiddikjara li “L-aġġudikatura mill-formazzjoni plenarja għandha teħtieġ il-parteċipazzjoni ta' mill-anqas 13-il imħallef tal-Qorti” (32). Skont l-Artikolu 44(1) emendat it-Tribunal Kostituzzjonali għandu jiddeċiedi skont il-formazzjoni plenarja, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor bil-liġi. Dan kien japplika b'mod partikolari għal dawk li huma deskritti bħala “każijiet astratti” ta' reviżjoni kostituzzjonali tal-liġijiet li ġew adottati reċentament. L-Artikolu 44(1) emendat jipprovdi wkoll għall-eċċezzjonijiet, b'mod partikolari għal ilmenti individwali jew każijiet sottomessi minn qrati ordinarji. Il-verżjoni preċedenti tal-Liġi kienet teħtieġ, għal deċiżjoni mill-formazzjoni plenarja, il-preżenza ta' mill-anqas disa' imħallfin (l-Artikolu 44(3), il-punt 3 tal-Liġi qabel l-emenda).

30.

Il-Kummissjoni qieset li l-kworum ta' attendenza ta' 13 minn 15-il imħallef għall-formazzjoni plenarja (li tittratta r-reviżjoni kostituzzjonali “astratta” tal-liġijiet li għadhom kif ġew adottati) jirrappreżenta restrizzjoni serja fuq il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tat-Tribunal Kostituzzjonali, bir-riskju li dan jiġi mblukkat. Il-Kummissjoni nnutat, kif ikkonfermat mill-Kummissjoni ta' Venezja, li kworum ta' attendenza ta' 13 minn 15-il imħallef huwa eċċezzjonalment għoli meta mqabbel mar-rekwiżiti fi Stati Membri oħra. Huwa tabilħaqq kompletament plawżibbli li għal diversi raġunijiet, tali kworum ta' attendenza jista' xi drabi ma jintlaħaqx, li mbagħad iħalli t-Tribunal, għall-anqas b'mod temporanju, mingħajr il-kapaċità li jaġġudika. Fil-fatt, sitwazzjoni bħal din tkun preżenti fiċ-ċirkustanzi attwali, billi f'dan l-istadju t-Tribunal għandu biss 12-il imħallef.

4.1.2.   Maġġoranza tal-voti

31.

Skont l-Artikolu 99(1) emendat, is-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali f'seduta ta' formazzjoni plenarja (għal “każijiet astratti”) kienu jeħtieġu l-maġġoranza ta' żewġ terzi tal-imħallfin fis-seduta. Bil-ħsieb ta' kworum ta' attendenza (għoli) ġdid (ara hawn fuq) dan kien ifisser li sentenza kellha tiġi approvata minn mill-anqas disa' mħallfin jekk it-Tribunal Kostituzzjonali iddeċieda bħala formazzjoni plenarja (33). Huwa biss jekk Tribunal iddeċieda f'kumitat ta' seba' jew tliet imħallfin (ilmenti individwali u talbiet preliminari minn qrati ordinarji), kienet tkun meħtieġa maġġoranza sempliċi tal-voti. Il-verżjoni preċedenti tal-Liġi kienet teħtieġ, għal deċiżjoni mill-formazzjoni plenarja, maġġoranza sempliċi tal-voti (l-Artikolu 99(1) tal-Liġi qabel l-emenda).

32.

Minbarra ż-żieda fil-kworum ta' attendenza, maġġoranza ta' żewġ terzi għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet (għal reviżjoni kostituzzjonali “astratta” tal-liġijiet li għadhom kif ġew adottati) aggravat b'mod sinifikanti r-restrizzjonijiet dwar il-proċess deċiżjonali tat-Tribunal Kostituzzjonali. Il-Kummissjoni nnutat, kif ikkonfermat ukoll mill-Kummissjoni ta' Venezja, li fil-maġġoranza tas-sistemi legali Ewropej, hija meħtieġa biss maġġoranza sempliċi tal-voti. Fi kwalunkwe każ, it-Tribunal Kostituzzjonali sab li l-Kostituzzjoni Pollakka kienet teħtieġ votazzjoni b'maġġoranza sempliċi, u li r-rekwiżit ta' maġġoranza kkwalifikata għalhekk ma kienx kostituzzjonali.

4.1.3.   Immaniġġjar tal-każijiet f'ordni kronoloġika

33.

Skont l-Artikolu 80(2) emendat (34), id-dati għas-seduti jew proċedimenti bil-bibien magħluqin, fejn kellhom jiġu kkunsidrati l-applikazzjonijiet fi proċedimenti ta' reviżjoni kostituzzjonali astratti, “għandhom jiġu stabbiliti bl-ordni li biha l-każijiet jiġu sottomessi lill-Qorti”. Ma kien hemm ebda eċċezzjoni prevista għal din ir-regola u skont l-emenda din ir-regola tapplika għall-każijiet kollha pendenti li għalihom għadha ma ġietx iffissata data għas-seduta ta' smigħ (35). Il-verżjoni preċedenti tal-Liġi ma kinitx tinkludi tali regola.

34.

Ir-“regola tas-sekwenza” skont liema t-Tribunal Kostituzzjonali kellu jisma' każijiet fis-sekwenza li fih ġew irreġistrati affettwat b'mod negattiv il-kapaċità tiegħu li jieħu deċiżjonijiet malajr dwar il-kostituzzjonalità ta' liġijiet ġodda, b'mod partikolari fid-dawl tal-għadd ta' każijiet pendenti. L-impossibbiltà li titqies in-natura ta' każ (l-aktar meta jkun jinvolvi kwistjonijiet ta' drittijiet fundamentali), l-importanza tiegħu u l-kuntest li fih jiġi ppreżentat, setgħu jwaqqfu t-Tribunal Kostituzzjonali milli jilħaq ir-rekwiżiti għal tul raġjonevoli ta' proċedimenti kif minqux fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Kif innutat ukoll mill-Kummissjoni ta' Venezja, ir-regola tas-sekwenzar tista' wkoll tiskoraġġixxi t-tqegħid ta' mistoqsijiet għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja, b'mod partikolari jekk tkun meħtieġa seduta ta' smigħ wara li tkun waslet id-deċiżjoni preliminari.

4.1.4.   Dewmien minimu tas-seduti ta' smigħ

35.

Skont l-Artikolu 87(2) emendat (36), “is-seduta ta' smigħ ma tistax issir aktar kmieni minn wara tliet xhur mill-jum li fih in-notifika fid-data tas-seduta ta' smigħ tkun ingħatat lill-parteċipanti tal-proċedimenti, u għal każijiet aġġudikati b'formazzjoni plenarja — wara sitt xhur”. Il-verżjoni preċedenti tal-Liġi ddikjarat li s-seduta ta' smigħ ma tistax ssir aktar kmieni minn wara 14-il jum mid-data tal-wasla tan-notifika tad-data tagħha lill-parteċipanti tal-proċedimenti.

36.

Fl-aħħar nett, din il-kwistjoni kellha titqies flimkien mar-rekwiżit dwar l-iskedar tal-każijiet. B'mod partikolari d-dewmien minimu għas-seduti ta' smigħ (il-parteċipanti tal-proċedimenti jridu jiġu nnotifikati dwar seduta ta' smigħ quddiem it-Tribunal Kostituzzjonali mill-anqas tliet xhur — u f'każi importanti sitta — qabel id-data tas-seduta ta' smigħ) rriskja li jmajna l-proċedimenti. Kif stipulat hawn fuq, in-nuqqas ta' dispożizzjoni ġenerali li tippermetti lit-Tribunal Kostituzzjonali inaqqas dawn l-iskadenzi f'każijiet urġenti huwa inkompatibbli mar-rekwiżiti għal tul raġonevoli ta' proċedimenti skont l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

4.1.5.   Proċedimenti dixxiplinari

37.

Skont l-Artikolu 28a emendat (37), “proċedimenti dixxiplinari jistgħu jiġu introdotti wkoll wara applikazzjoni mill-President tar-Repubblika tal-Polonja jew il-Ministru tal-Ġustizzja mhux aktar tard minn tliet ġimgħat wara d-data tal-wasla tal-applikazzjoni, sakemm il-President tal-Qorti jiddeċiedi li l-applikazzjoni hija bla bażi.” Barra minn hekk, skont l-Artikolu 31a(1) emendat tal-Liġi (38)“f'każijiet partikolarment gravi, l-Assemblea Ġenerali għandha titlob lis-Sejm biex ineħħi mill-kariga l-imħallef tal-Qorti.” Tali azzjoni tal-Assemblea Ġenerali setgħet ġiet mibdija permezz ta' applikazzjoni mill-President tar-Repubblika jew il-Ministru tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 31a (2) emendat, għalkemm it-Tribunal Kostituzzjonali baqa' liberu li jiddeċiedi. Id-deċiżjoni finali kienet tittieħed mis-Sejm. Skont il-verżjoni preċedenti tal-Liġi, il-fergħa Eżekuttiva ma setgħetx tiftaħ proċedimenti dixxiplinari u s-Sejm ma ngħatax is-setgħa li jneħħi mill-kariga imħallef tal-Qorti. It-Tribunal Kostituzzjonali nnifsu għandu s-setgħa li jneħħi mill-kariga mħallef tat-Tribunal.

38.

Il-Kummissjoni nnutat bi tħassib il-fatt li ċerti emendi żiedu l-involviment ta' istituzzjonijiet oħra tal-Istat fi proċedimenti dixxiplinari li jikkonċernaw l-imħallfin tat-Tribunal. B'mod partikolari, il-President tar-Repubblika jew il-Ministru tal-Ġustizzja ngħataw is-setgħa li jibdew proċedimenti dixxiplinari kontra mħallef tat-Tribunal Kostituzzjonali (39) u, f'każijiet partikolarment gravi, is-Sejm ingħata s-setgħa li jieħu d-deċiżjoni finali dwar it-tkeċċija ta' mħallef wara talba f'dan is-sens mit-Tribunal Kostituzzjonali (40).

39.

Il-Kummissjoni qieset li l-fatt li entità politika tiddeċiedi dwar (u għalhekk tista' tirrifjuta li timponi) sanzjoni dixxiplinarja kif propost mit-Tribunal Kostituzzjonali jista' joħloq problema rigward l-indipendenza tal-ġudikatura, kif il-Parlament (bħala korp politiku) jista' jkun mistenni li jiddeċiedi fuq il-bażi ta' kunsiderazzjonijiet politiċi. Bl-istess mod, ma kienx ċar għaliex istituzzjonijiet politiċi bħall-President tar-Repubblika u l-Ministru tal-Ġustizzja għandu jkollhom is-setgħa li jagħtu bidu għal proċedimenti dixxiplinari. Anke jekk tali proċedimenti jeħtieġu approvazzjoni mit-Tribunal jew il-President tiegħu, diġà l-fatt li huma setgħu ngħataw bidu mill-istituzzjonijiet politiċi seta' kellu impatt fuq l-indipendenza tat-Tribunal. Dan qajjem tħassib dwar is-separazzjoni tas-setgħat u l-indipendenza tat-Tribunal Kostituzzjonali billi l-proposta tat-Tribunal li jkeċċi mħallef tista' tiġi miċħuda mis-Sejm.

4.2.   Il-liġi adottata fit-22 ta' Lulju 2016 dwar it-Tribunal Kostituzzjonali

40.

Minbarra d-dispożizzjonijiet dwar il-ħatra ta' mħallfin tat-Tribunal u l-pubblikazzjoni tas-sentenzi tiegħu (ara t-Taqsimiet 2 u 3), il-liġi adottata fit-22 ta' Lulju 2016 tinkludi dispożizzjonijiet oħrajn dwar il-funzjonament tat-Tribunal. Il-liġi hija ispirata mil-Liġi dwar it-Tribunal Kostituzzjonali tal-1 ta' Awwissu 1997, iżda żżid dispożizzjonijiet ġodda fost l-oħrajn dwar il-kworum ta' attendenza ta' mħallfin għall-każijiet ta' smigħ, il-maġġoranzi meħtieġa fit-Tribunal Kostituzzjonali biex jadotta deċiżjonijiet mill-formazzjoni plenarja, l-immaniġġjar ta' każijiet f'ordni kronoloġika, id-dewmien minimu għas-seduti ta' smigħ, ir-rwol tal-Prosekutur Pubbliku Ġenerali, il-posponiment tad-deliberazzjonijiet, id-dispożizzjonijiet tranżitorji għall-każijiet pendenti u l-vacatio legis.

41.

Il-Kummissjoni tqis li anke jekk jista' jiġi nnutat ċertu titjib meta mqabbel mal-Att ta' emenda adottat fit-22 ta' Diċembru 2015, u ċertu tħassib ġie indirizzat kif stipulat hawn taħt, jibqa' xi tħassib li tqajjem diġà dwar il-liġi adottata fit-22 ta' Diċembru 2015 u ġew introdotti għadd ta' dispożizzjonijiet ġodda li jqajmu tħassib. Kollox ma' kollox, l-effetti ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi adottata fit-22 ta' Lulju 2016, meħuda separatament jew flimkien, iqajmu tħassib dwar l-effettività ta' reviżjoni kostituzzjonali u l-istat tad-dritt.

4.2.1.   Kworum ta' attendenza

42.

L-Artikolu 26(2) jiddikjara li “L-eżami ta' każ mit-Tribunal sħiħ għandha teħtieġ il-parteċipazzjoni ta' mill-anqas 11-il imħallef tat-Tribunal”. Barra minn hekk, l-Artikolu 26(1)(g) jistipula li “It-Tribunal għandu jiddeċiedi (…) fit-Tribunal sħiħ dwar (…) il-każijiet li fihom tliet imħallfin tat-Tribunal jissottomettu applikazzjoni f'dan is-sens fi żmien 14-il jum minn meta jirċievi kopji ta' ilment kostituzzjonali jew ta' applikazzjoni jew domanda ġuridika msemmija fl-Artikolu 38(1)”.

43.

L-Artikolu 26(2) iżid l-għadd ta' mħallfin meħtieġa biex jipparteċipaw fil-formazzjoni plenarja minn disgħa (taħt l-Att tal-1997 dwar it-Tribunal Kostituzzjonali u l-Liġi tal-25 ta' Ġunju 2015 qabel ma ġiet emendata fit-22 ta' Diċembru 2015) għal 11. Dan jirrappreżenta restrizzjoni fuq il-proċess deċiżjonali tat-Tribunal Kostituzzjonali. In-numru tnaqqas meta mqabbel mat-13 li kien meħtieġ bl-Att ta' emenda tat-22 ta' Diċembru 2015. Madankollu, b'mod partikolari billi t-Tribunal Kostituzzjonali bħalissa għandu biss 12-il imħallef biex jimmaniġġjaw l-każijiet, jista' jagħti l-każ li xi drabi l-kworum ta' attendenza ma jkunx jista' jintlaħaq, li mbagħad iħalli t-Tribunal għall-anqas temporanjament, mingħajr ma jkun jista jaġġudika.

44.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 26(1)(g) it-Tribunal jaġġudika bħala formazzjoni plenarja, fost l-oħrajn, fil-każijiet fejn it-tliet imħallfin iressqu applikazzjoni għalih. Dawn l-imħallfin m'għandhomx għalfejn ikunu mħallfin maħtura f'kamra tal-imħallfin f'każ partikolari. Il-Liġi ma tistipulax li l-applikazzjoni tagħhom jeħtieġ li tkun iġġustifikata jew li tissodisfa xi kundizzjonijiet partikolari. Dispożizzjoni bħal din tippermetti li għadd mhux prevedibbli ta' każijiet jitqiesu minn formazzjoni plenarja u tista' tfixkel il-funzjonament effiċjenti tat-Tribunal u konsegwentement l-effettività tar-reviżjoni kostituzzjonali.

4.2.2.   Maġġoranza tal-voti

45.

L-Artikolu 69 jistipula li: “Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati b'maġġoranza sempliċi tal-voti.” Dan huwa titjib meta mqabbel mal-Att ta' emenda tat-22 ta' Diċembru 2015 sa fejn dan ma jibqax ikun fih ir-rekwiżit mhux kostituzzjonali ta' maġġoranza ta' żewġ terzi għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet u għalhekk jindirizza dan it-tħassib li qabel kien tqajjem mill-Kummissjoni.

4.2.3.   Immaniġġjar tal-każijiet f'ordni kronoloġika

46.

L-Artikolu 38(3) jistipula li “Id-dati tas-seduti ta' smigħ li fihom l-applikazzjonijiet jiġu eżaminati għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-ordni f'liema każijiet jaslu fit-Tribunal.” L-Artikolu 38(4) jelenka għadd limitat ta' każijiet li fihom l-ordni li fiha l-applikazzjoni tasal m'għandiex tkun rilevanti. L-Artikolu 38(5) jistipula li “Il-President tat-Tribunal jista' jistabbilixxi data għas-seduta ta' smigħ billi jwarrab il-kundizzjoni prevista mill-paragrafu 3 [hawn fuq] f'każijiet fejn dan ikun iġġustifikat mill-ħarsien tad-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadin, is-sigurtà tal-istat jew l-ordni kostituzzjonali. Fuq applikazzjoni minn 5 imħallfin, il-President tat-Tribunal jista' jerġa' jikkunsidra d-deċiżjoni tiegħu li jiffissa d-data għas-seduta ta' smigħ.”

47.

Ir-“regola tas-sekwenza” skont liema t-Tribunal għandu jisma' każijiet li fihom l-applikazzjonijiet jitqiesu fis-sekwenza li fiha jkunu ġew irreġistrati ġiet introdotta fl-Att ta' emenda tat-22 ta' Diċembru 2015 u diġà ġie deċiż mit-Tribunal li hija inkonsistenti, fost l-oħrajn, mal-Kostituzzjoni, fuq il-bażi li d-dispożizzjoni msemmija xxekkel l-indipendenza tal-ġudikatura u s-separazzjoni tagħha minn fergħat oħra tal-gvern.

48.

Skont l-Artikolu 38(3), ir-regola tas-sekwenzar tapplika għal “applikazzjonijiet” u m'għandhiex x'taqsam mal-“ilmenti kostituzzjonali”. Ank jekk ir-regola tas-sekwenzar tapplika biss għal applikazzjonijiet, din se taffettwa l-kapaċità tat-Tribunal li jieħdu deċiżjonijiet malajr dwar il-kostituzzjonalità tal-liġijiet fuq talba tal-atturi istituzzjonali.

49.

L-Artikolu 38(5) jipprevedi possibbiltà li l-President tat-Tribunal Kostituzzjonali jidderoga mir-regola tas-sekwenzar. Madankollu, din il-possibbiltà hija limitata għal każijiet speċifiċi u tista' twassal għal dewmien, meta jitqies li ħames imħallfin jistgħu jressqu applikazzjoni biex terġa' tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni tal-President tat-Tribunal Kostituzzjonali biex jiffissa d-data għas-seduta ta' smigħ. Barra minn hekk, mhuwiex ċar jekk il-kundizzjonijiet ikunux jippermettu lill-President tat-Tribunal li jitbiegħed mir-regola tas-sekwenzar fil-każijiet kollha li jeħtieġu deċiżjoni urġenti.

50.

Għalhekk, anke jekk il-liġi adottata fit-22 ta' Lulju 2016 tikkostitwixxi vantaġġ fuq il-liġi adottata fit-22 ta' Diċembru 2015, l-impatt tar-regola tas-sekwenzar dwar l-effettività tat-Tribunal xorta jista' jagħti lok għal ċertu tħassib.

4.2.4.   Dewmien minimu tas-seduti ta' smigħ

51.

L-Artikolu 61(1) jistipula li “Is-seduta ta' smigħ ma tistax issir aktar kmieni minn 30 jum wara li tkun ġiet innotifikata d-data tas-seduta ta' smigħ.” L-Artikolu 61(3) jistipula li “Fil-każijiet li jikkonċernaw domandi ġuridiċi, l-ilmenti kostituzzjonali u t-tilwim dwar il-ġurisdizzjoni bejn l-awtoritajiet kostituzzjonali ċentrali tal-istat, il-President tat-Tribunal jista' jordna li l-limitu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 1 jonqos bin-nofs, sakemm l-ilmentatur, il-qorti li tirreferi għal domanda ġuridika jew l-applikant konċernat jesprimi l-oppożizzjoni fi żmien sebat ijiem min-notifika tal-ordni tal-President tat-Tribunal”. Il-fatt li l-President tat-Tribunal jista' jordna li jitnaqqas bin-nofs il-perjodu ta' 30 jum huwa titjib meta mqabbel mal-liġi adottata fit-22 ta' Diċembru 2015, anke jekk l-ilmentatur, il-qorti li tirreferi għal domanda ġuridika jew l-applikant jista' joġġezzjona għat-tqassir tal-perjodu.

4.2.5.   Proċedimenti dixxiplinari

52.

Il-liġi adottata fit-22 ta' Lulju 2016 ma tistipulax l-involviment ta' istituzzjonijiet oħrajn tal-Istat fi proċedimenti dixxiplinari li jikkonċernaw l-imħallfin tat-Tribunal. Dan huwa titjib meta mqabbel mal-liġi adottata fit-22 ta' Diċembru 2015 u għalhekk din il-kwistjoni m'għadhiex tqajjem tħassib.

4.2.6.   Possibbiltà ta' Prosekutur Pubbliku Ġenerali sabiex jipprevjeni l-eżami tal-każijiet

53.

L-Artikolu 61(6) jistipula li “L-assenza mis-seduta ta' smigħ tal-Prosekutur Pubbliku Ġenerali, li ġie proprjament notifikat b'dan, jew ir-rappreżentant tiegħu m'għandiex timpedixxi l-eżami tal-każ sakemm l-obbligu ta' parteċipazzjoni fis-seduta ta' smigħ jirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-Att.” L-Artikolu 30(5) jistipula li “Il-Prosekutur Pubbliku Ġenerali jew id-deputat tiegħu għandu jipparteċipa fil-każijiet eżaminati mit-Tribunal permezz ta' formazzjoni plenarja”.

54.

Fil-prattika, il-kombinazzjoni tal-Artikoli 61(6) u 30(5) tidher li tagħti possibbiltà lill-Prosekutur Pubbliku Ġenerali, li huwa wkoll il-Ministru tal-Ġustizzja, li jtawwal jew saħansitra jipprevjeni l-eżami ta' ċerti każijiet, inklużi każijiet ittrattati mill-formazzjoni plenarja, billi jiddeċiedi li ma jiħux sehem fis-seduta ta' smigħ. Dan jippermetti l-interferenza bla bżonn fil-funzjonament tat-Tribunal u jikser l-indipendenza tal-ġudikatura u l-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat.

4.2.7.   Posponiment tad-deliberazzjoni

55.

L-Artikolu 68(5) jistipula li “Matul id-deliberazzjonijiet tat-Tribunal sħiħ, mill-anqas erba' mħallfin jistgħu joġġezzjonaw għall-konklużjoni proposta jekk iqisu li l-kwistjoni hija partikolarment importanti minħabba raġunijiet organizzattivi tal-Istat jew raġunijiet ta' ordni pubbliku u li ma jaqblux mat-tenur tal-konklużjoni.” L-Artikolu 68(6) jistipula li “Fil-każ ta' oġġezzjoni skont il-paragrafu 5, id-deliberazzjonijiet għandhom jiġu posposti għal tliet xhur u, fil-deliberazzjonijiet sussegwenti fl-aħħar ta' dak il-perjodu, l-imħallfin li jkunu għamlu l-oġġezzjoni għandhom jippreżentaw il-konklużjoni konġunta proposta tagħhom.” L-Artikolu 68(7) jistipula li “Jekk, matul id-deliberazzjonijiet ġodda msemmija fil-paragrafu 6, għall-anqas erba' mħallfin joġġezzjonaw mill-ġdid, id-deliberazzjonijiet għandhom jiġu posposti bi tliet xhur. Fit-tmiem ta' dak il-perjodu, għandhom isiru deliberazzjonijiet u votazzjonijiet ġodda.”

56.

Għall-każijiet eżaminati minn formazzjoni plenarja, li jista' jimplika għadd kbir ta' każijiet (ara hawn fuq) il-liġi adottata fit-22 ta' Lulju 2016 tippermetti lil mill-anqas erba' mħallfin tat-Tribunal iqajmu oġġezzjoni għal abbozz ta' determinazzjoni. Dan jista' jwassal għall-posponiment tad-deliberazzjonijiet fuq bażi ta' mill-anqas tliet xhur u f'xi każijiet għal sitt xhur wara l-mument li fih it-Tribunal jilħaq l-istadju ta' deliberazzjoni. Il-Liġi ma tipprovdix għal eċċezzjoni biex tittratta każijiet urġenti aktar malajr.

57.

L-impatt ta' dawn id-dispożizzjonijiet dwar l-effettività tar-reviżjoni kostituzzjonali huwa kwistjoni ta' tħassib fir-rigward tal-istat tad-dritt, billi dan jipprevjeni lit-Tribunal Kostituzzjonali milli jassigura b'mod sħiħ reviżjoni kostituzzjonali effettiva, u jagħti rimedju ġudizzjarju effettiv u f'waqtu fil-każijiet kollha.

4.2.8.   Dispożizzjonijiet tranżitorji għall-każijiet pendenti

58.

L-Artikolu 83(1) jipprovdi li: “Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att għandhom japplikaw għal każijiet li nbdew iżda ma tlestewx qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att.” Skont l-Artikolu 83(2) “It-Tribunal irid jikkonkludi l-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att. It-terminu ta' sena m'għandux japplika għall-każijiet speċifikati fl-Artikolu 84.” L-Artikolu 84(1) jiddikjara: “Fil-każ ta' applikazzjonijiet imressqa mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 191(1), is-subparagrafi 1 sa 5, tal-Kostituzzjoni pendenti qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att, it-Tribunal għandu (…) jissospendi l-proċedimenti għal sitt xhur u jitlob lill-applikanti jissupplimentaw l-applikazzjonijiet tagħhom skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 33(2) sa (5).” L-Artikolu 84(2) jistipula: “Jekk l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiġi ssupplimentata skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 33(2) sa (5), it-Tribunal għandu jordna t-tkomplija tal-proċedimenti sospiżi mal-iskadenza tat-terminu msemmija fil-paragrafu 1. Inkella l-proċedimenti għandhom jitwaqqfu.”

59.

L-Artikolu 85(1) jiddikjara: “Jekk id-data ta' seduta ta' smigħ tkun ġiet stabbilita qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att, is-seduta ta' smigħ għandha tiġi posposta u l-kumitat kompetenti għandu jiġi aġġustat għal dan l-Att.” L-Artikolu 85(2) jipprovdi li: “Għandha tiġi ffissata data ġdida għas-seduta ta' smigħ. Is-seduta ta' smigħ għandha ssir f'konformità ma' dan l-Att.” L-Artikolu 86 jistipula li: “Jekk id-data tal-pubblikazzjoni ta' deċiżjoni tkun ġiet stabbilita qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att, is-seduta ta' smigħ għandha tiġi posposta u l-kumitat kompetenti u r-rekwiżiti li għandhom x'jaqsmu mad-deċiżjoni għandhom jiġu aġġustati għal dan l-Att.”

60.

Min-naħa waħda, l-Artikolu 83(2) jiffissa skadenza ta' sena mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Att biex jiġu ttrattati każijiet pendenti. Madankollu, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 84 jistipula, b'deroga għall-Artikolu 83(2), li l-applikazzjonijiet pendenti (jiġifieri applikazzjoni minn atturi istituzzjonali għar-reviżjoni kostituzzjonali tal-leġiżlazzjoni) għandhom jiġu ffriżati għal perjodu ta' sitt xhur. It-Tribunal jitlob lill-applikanti biex jissupplimentaw l-applikazzjonijiet tagħhom sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti proċedurali ġodda, u jkunu jistgħu jerġgħu jibdew il-ħidma tagħhom dwar dawn l-applikazzjonijiet biss wara li dan il-perjodu ta' sitt xhur ikun skada (anke jekk l-applikanti jkunu ssupplimentaw l-applikazzjoni tagħhom qabel). Il-Liġi ma tistipulax eċċezzjoni biex tittratta każijiet urġenti aktar malajr.

61.

L-Artikolu 85 u 86 jikkonsistu minn interferenza leġiżlattiva ma' każijiet pendenti, b'mod partikolari dawk li diġà huma fi stadju avvanzat, u jistgħu jfixklu l-funzjonament tat-Tribunal.

62.

Dawn id-dispożizzjonijiet tranżitorji meħuda flimkien iqajmu tħassib importanti għaliex imajnaw il-ħidma tat-Tribunal fuq l-applikazzjonijiet b'mod sinifikanti u jipprevjenu t-Tribunal milli jiżgura kompletament reviżjoni kostituzzjonali effettiva. Dan huwa partikolarment rilevanti fil-kuntest tal-atti leġiżlattivi sensittivi ġodda kollha kif imsemmi fl-opinjoni tal-Kummissjoni (ara hawn taħt fit-Taqsima 4.3).

4.2.9.   Vacatio legis

63.

L-Artikolu 92 tal-liġi adottata fit-22 ta' Lulju 2016 jistipula li “Dan l-Att għandu jidħol fis-seħħ 14-il jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu.” Sakemm ma jsirx rikors għal reviżjoni kostituzzjonali preventiva tal-Att, il-perjodu ta' vacatio legis ta' 14-il jum huwa qasir wisq għal reviżjoni kostituzzjonali effettiva tal-Liġi. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, huwa importanti li jiġi pprovdut biżżejjed żmien biex it-Tribunal Kostituzzjonali jkun jista' jirrevedi l-kostituzzjonalità tal-liġi qabel id-dħul fis-seħħ tagħha.

64.

F'dan ir-rigward qed jiġi mfakkar li fl-Opinjoni tagħha tal-11 ta' Marzu 2016, il-Kummissjoni ta' Venezja enfasizzat li t-Tribunal Kostituzzjonali għandu jkollu l-possibbiltà li jirrevedi statut ordinarju li jirregola l-funzjonament tat-Tribunal qabel ma l-istatut jidħol fis-seħħ.

4.3.   Il-konsegwenzi tan-nuqqas ta' effettività ta' reviżjoni Kostituzzjonali fuq leġiżlazzjoni ġdida

65.

Għadd ta' atti leġiżlattivi ġodda partikolarment sensittivi ġew adottati mis-Sejm, ħafna drabi permezz ta' proċeduri leġiżlattivi aċċellerati, bħal, b'mod partikolari, liġi tal-midja (41), Att ġdid dwar is-Servizz Pubbliku (42), liġi li temenda l-liġi dwar il-Pulizija u ċerti liġijiet oħrajn (43) u liġijiet dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (44), u liġi ġdida dwar l-Ombudsman u li temenda ċerti liġijiet oħrajn (45). Il-Kummissjoni talbet lill-Gvern Pollakk dwar is-sitwazzjoni attwali u l-kontenut ta' dawn ir-riformi leġiżlattivi fl-ittri tagħha tal-1 ta' Frar 2016 u t-3 ta' Marzu 2016, iżda s'issa din l-informazzjoni għadha ma ġietx ipprovduta. Barra minn hekk, is-Sejm adotta għadd ta' abbozzi ta' atti leġiżlattivi sensittivi oħrajn, bħal-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Midja (46) u liġi ġdida kontra t-terroriżmu (47).

66.

Il-Kummissjoni tqis li sakemm it-Tribunal Kostituzzjonali ma jkunx jista' jiżgura bis-sħiħ reviżjoni kostituzzjonali effettiva, mhu se jkun hemm l-ebda skrutinju effettiv tal-konformità mal-Kostituzzjoni, inklużi d-drittijiet fundamentali, ta' atti leġiżlattivi bħal dawk imsemmija hawn fuq.

67.

Il-Kummissjoni pereżempju tinnota li l-leġiżlazzjoni l-ġdida (b'mod partikolari l-leġiżlazzjoni dwar il-midja (48)) tqajjem tħassib dwar il-libertà u l-pluraliżmu tal-midja. B'mod aktar speċifiku, il-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-midja timmodifika r-regoli għall-ħatra tal-Bordijiet tat-Tmexxija u ta' Superviżjoni tax-xandara tas-servizz pubbliku, billi tqegħedhom taħt il-kontroll tal-Gvern (il-Ministru tat-Teżor), minflok korp indipendenti. Il-leġiżlazzjoni l-ġdida tistipula wkoll it-tkeċċija immedjata tal-Bordijiet tat-Tmexxija u ta' Superviżjoni eżistenti. F'dan ir-rigward il-Kummissjoni tiddubita, b'mod partikolari dwar il-possibbiltajiet ta' rimedju ġudizzjarju għall-persuni affettwati mil-liġi.

68.

Leġiżlazzjoni bħall-Att il-ġdid dwar is-Servizz Ċivili (49) hija għal daqstant importanti mill-perspettiva tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali. F'dan ir-rigward il-Kummissjoni talbet lill-Gvern Pollakk dwar il-possibbiltajiet ta' rimedju ġudizzjarju għall-persuni affettwati mil-liġi fl-ittri tagħha tal-1 ta' Frar u t-3 ta' Marzu 2016 (50). Il-Gvern Pollakk s'issa ma weġibx lill-Kummissjoni dwar dan il-punt.

69.

Il-liġi li temenda l-liġi dwar il-Pulizija u ċerti liġijiet oħrajn (51) tista' wkoll tqajjem mistoqsijiet relatati mal-konformità tagħha mad-drittijiet fundamentali, inkluża l-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta. Fit-28 u d-29 ta' April 2016, delegazzjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja żaret Varsavja biex tiddiskuti l-emendi għal-Liġi dwar il-Pulizija u ċerti liġijiet oħrajn, u ppreżentat opinjoni fis-sessjoni tagħha tal-10 u l-11 ta' Ġunju 2016 (52). L-opinjoni, fost l-oħrajn, tiddikjara li s-salvagwardji proċedurali u l-kundizzjonijiet materjali stabbiliti fil-Liġi għadhom mhux biżżejjed biex jipprevjenu l-użu eċċessiv tagħha u l-interferenza mhux iġġustifikata fil-privatezza tal-individwi.

70.

Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni l-ġdida kontra t-terroriżmu tista' tqajjem mistoqsijiet relatati mal-konformità tagħha mad-drittijiet fundamentali (53) u hija s-suġġett ta' reviżjoni kostituzzjonali.

71.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li sakemm it-Tribunal Kostituzzjonali ma jkunx jista' jiżgura bis-sħiħ reviżjoni kostituzzjonali effettiva, mhu se jkun hemm l-ebda skrutinju effettiv tal-konformità ta' atti leġiżlattivi mad-drittijiet fundamentali. Dan iqajjem tħassib serju fir-rigward tal-istat tad-dritt, b'mod partikolari billi dan l-aħħar is-Sejm adotta għadd ta' atti leġiżlattivi ġodda partikolarment sensittivi li għalihom għandha tkun disponibbli reviżjoni kostituzzjonali. Dan it-tħassib jiżdied aktar bil-fatt li, kif stabbilit hawn fuq, il-liġi adottata fit-22 ta' Lulju 2016 tipprevedi li għadd ta' każijiet pendenti jiġu posposti.

5.   IS-SEJBIEN TA' THEDDIDA SISTEMIKA GĦALL-ISTAT TAD-DRITT

72.

Għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li hemm sitwazzjoni ta' theddida sistemika għall-istat tad-dritt fil-Polonja. Il-fatt li t-Tribunal Kostituzzjonali ma jistax jiżgura bis-sħiħ reviżjoni kostituzzjonali effettiva jaffettwa ħażin l-integrità, l-istabbiltà u l-funzjonament xieraq tiegħu, li hija waħda mis-salvagwardji essenzjali tal-istat tad-dritt fil-Polonja. Fejn tkun ġiet stabbilita sistema tal-ġustizzja kostituzzjonali, l-effettività tagħha hija komponent ewlieni tal-istat tad-dritt

73.

Ir-rispett għall-istat tad-dritt mhuwiex biss prerekwiżit għall-protezzjoni tal-valuri fundamentali kollha elenkati fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Huwa wkoll prerekwiżit għas-sostenn tad-drittijiet u l-obbligi li joħorġu mit-Trattati u mil-liġi internazzjonali, u għall-istabbiliment ta' fiduċja reċiproka taċ-ċittadini, in-negozji u l-awtoritajiet nazzjonali fis-sistemi legali tal-Istati Membri l-oħrajn.

6.   AZZJONI RAKKOMANDATA

74.

Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-awtoritajiet Pollakki jieħdu azzjoni xierqa biex tiġi indirizzata din it-theddida sistemika għall-istat tad-dritt bħala kwistjoni ta' urġenza. B'mod partikolari l-Kummissjoni tirrakkomanda li l-awtoritajiet Pollakki:

(a)

jimplimentaw bis-sħiħ is-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali tat-3 u d-9 ta' Diċembru 2015 li jeżiġu li t-tliet imħallfin li ġew innominati legalment f'Ottubru 2015 mill-leġiżlatura preċedenti jkunu jistgħu jieħdu l-funzjoni tagħhom ta' mħallef fit-Tribunal Kostituzzjonali, u li t-tliet imħallfin innominati mil-leġiżlatura l-ġdida mingħajr bażi ġuridika ma jeħdux il-post ta' mħallef mingħajr ma jiġu eletti b'mod validu;

(b)

jippubblikaw u jimplimentaw bis-sħiħ is-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali tad-9 ta' Marzu 2016 u s-sentenzi sussegwenti tiegħu u jiżguraw li l-pubblikazzjoni tas-sentenzi futuri tkun awtomatika u ma tiddependix fuq kull deċiżjoni tas-setgħat leġiżlattivi jew eżekuttivi;

(c)

jiżguraw li kwalunkwe riforma tal-liġi dwar it-Tribunal Kostituzzjonali tirrispetta s-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali, inklużi s-sentenzi tat-3 u d-9 ta' Diċembru 2015 u s-sentenza tad-9 ta' Marzu 2016, u jqisu bis-sħiħ l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja; jiżguraw li l-effettività tat-Tribunal Kostituzzjonali bħala garanti tal-Kostituzzjoni ma tiġix ippreġudikata minn rekwiżiti, kemm jekk separatament kif ukoll jekk permezz tal-effett ikkombinat tagħhom, bħal dawk imsemmija hawn fuq dwar il-kworum ta' attendenza, l-immaniġġjar tal-każijiet f'ordni kronoloġika, il-possibbiltà għall-Prosekutur Pubbliku Ġenerali li jipprevjeni l-eżami tal-każijiet, il-posponiment tad-deliberazzjonijiet jew il-miżuri tranżitorji li jaffettwaw il-każijiet pendenti u l-posponiment ta' każijiet;

(d)

jiżguraw li t-Tribunal Kostituzzjonali jkun jista' jirrevedi l-kompatibbiltà tal-liġi l-ġdida adottata fit-22 ta' Lulju 2016 dwar it-Tribunal Kostituzzjonali qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu u jippubblikaw u jimplimentaw b'mod sħiħ is-sentenza tat-Tribunal f'dan ir-rigward;

(e)

ma jiħdux azzjonijiet u ma jagħmlux dikjarazzjonijiet pubbliċi li jistgħu jdgħajfu l-leġittimità u l-effiċjenza tat-Tribunal Kostituzzjonali.

75.

Il-Kummissjoni tenfasizza li l-kooperazzjoni leali li hija meħtieġa fost l-istituzzjonijiet tal-Istat differenti fi kwistjonijiet relatati mal-istat tad-dritt hija essenzjali sabiex tinstab soluzzjoni fis-sitwazzjoni preżenti. Il-Kummissjoni tħeġġeġ ukoll lill-awtoritajiet Pollakki biex ifittxu l-opinjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar il-liġi l-ġdida adottata fit-22 ta' Lulju 2016 dwar it-Tribunal Kostituzzjonali.

76.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Gvern Pollakk isolvi l-problemi identifikati f'din ir-rakkomandazzjoni fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi din ir-rakkomandazzjoni, u li jinforma lill-Kummissjoni bil-passi li ttieħdu f'dan ir-rigward.

77.

Fuq il-bażi ta' din ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni tinsab lesta biex tkompli djalogu kostruttiv mal-Gvern Pollakk.

Magħmula fi Brussell, is-27 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

Viċi President


(1)  COM(2014) 158 final, minn hawn 'il quddiem “il-Komunikazzjoni”.

(2)  Ara COM(2014) 158 final, it-Taqsima 2, l-Anness I.

(3)  Ara l-paragrafu 4.1 tal-Komunikazzjoni.

(4)  Ibid.

(5)  Ibid.

(6)  Liġi adottata fit-22 ta' Diċembru 2015 li temenda l-Liġi tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar it-Tribunal Kostituzzjonali. Il-Liġi ta' emenda ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fit-28 ta' Diċembru, il-punt 2217.

(7)  L-ittra tat-23 ta' Diċembru 2015 mill-Ewwel Viċi President Timmermans lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin is-Sur Waszczykowski u l-Ministru tal-Ġustizzja, is-Sur Ziobro.

(8)  L-ittra tat-30 ta' Diċembru 2015 mill-Ewwel Viċi President Timmermans lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin is-Sur Waszczykowski u l-Ministru tal-Ġustizzja s-Sur Ziobro.

(9)  L-ittra tas-7 ta' Jannar 2016 mis-Segretarju tal-Istat is-Sur Stepkowski lill-Ewwel Viċi President Timmermans.

(10)  L-ittra tal-11 ta' Jannar 2016 mill-Ministru tal-Ġustizzja s-Sur Ziobro lill-Ewwel Viċi President Timmermans.

(11)  L-ittra tat-13 ta' Jannar 2016 mill-Ewwel Viċi President Timmermans lill-Ministru tal-Ġustizzja, is-Sur Ziobro.

(12)  L-ittra tad-19 ta' Jannar 2016 mill-Kummissarju Oettinger lill-Ministru tal-Ġustizzja, is-Sur Ziobro.

(13)  L-ittra tad-19 ta' Jannar 2016 mill-Ministru tal-Ġustizzja s-Sur Ziobro lill-Ewwel Viċi President Timmermans.

(14)  L-ittra tal-1 ta' Frar 2016 mill-Ewwel Viċi President Timmermans lill-Ministru tal-Ġustizzja, is-Sur Ziobro.

(15)  L-ittra tad-29 ta' Frar 2016 mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin is-Sur Waszczykowski lill-Ewwel Viċi President Timmermans.

(16)  L-ittra tat-3 ta' Marzu 2016 mill-Ewwel Viċi President Timmermans lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin, is-Sur Waszczykowski.

(17)  L-opinjoni Nru. 833/2015, CDL-AD(2016)001.

(18)  Mid-9 ta' Marzu 2016 20 sentenza li ngħataw mit-Tribunal Kostituzzjonali ma ġewx ippubblikati.

(19)  L-ittra tal-24 ta' Ġunju 2016 mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin is-Sur Waszczykowski lill-Ewwel Viċi President Timmermans.

(20)  K 34/15.

(21)  K 35/15.

(22)  L-Opinjoni, il-paragrafu 112.

(23)  L-Opinjoni, il-paragrafu 136.

(24)  Il-liġi tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar it-Tribunal Kostituzzjonali, ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali fit-30 ta' Lulju 2015, il-punt 1064, kif emendata. Il-liġi adottata fit-22 ta' Diċembru 2015 ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fit-28 ta' Diċembru; il-punt 2217.

(25)  L-Opinjoni, il-paragrafu 41.

(26)  Il-liġi tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar it-Tribunal Kostituzzjonali, ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali fit-30 ta' Lulju 2015, il-punt 1064, kif emendata. Il-liġi adottata fit-22 ta' Diċembru 2015 ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali fit-28 ta' Diċembru; il-punt 2217.

(27)  Ara l-Artikolu 1(9) ġdid, li jissostitwixxi l-Artikolu 44(1-3).

(28)  Ara l-Artikolu 1(14) ġdid, li jissostitwixxi l-Artikolu 99(1).

(29)  Ara l-Artikolu 1(10) ġdid, li jdaħħal l-Artikolu 80(2) ġdid.

(30)  Ara l-Artikolu 1(12) ġdid, li jissostitwixxi l-Artikolu 87(2).

(31)  Ara l-Artikolu 1(5) ġdid, li jdaħħal l-Artikolu 28a u l-Artikolu 1(7) ġodda, li jdaħħal l-Artikolu 31a ġdid.

(32)  Dan il-kworum ta' attendenza ġdid japplika wkoll għad-deċiżjonijiet tal-Assemblea Ġenerali, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-Liġi, ara l-Artikolu 1(3) ġdid, li jemenda l-Artikolu 10(1).

(33)  Skont l-emenda, l-istess regoli — il-kworum ta' attendenza u maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti — japplikaw ukoll għall-Assemblea Ġenerali tal-Qorti.

(34)  Ara l-Artikolu 1(10) ġdid, li jdaħħal l-Artikolu 80(2) ġdid.

(35)  Ara l-Artikolu 2 ġdid.

(36)  Ara l-Artikolu 1(12) ġdid.

(37)  Ara l-Artikolu 1(5) ġdid.

(38)  Ara l-Artikolu 1(7) ġdid.

(39)  Ara l-Artikolu 1(5) ġdid, li jdaħħal l-Artikolu 28a ġdid.

(40)  Ara l-Artikolu 1(7) ġdid, li jdaħħal l-Artikolu 31a ġdid.

(41)  Il-liġi tat-30 ta' Diċembru 2015 li temenda l-Liġi dwar ix-Xandir, ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali fis-7 ta' Jannar 2016, il-punt 25.

(42)  Il-liġi tat-30 ta' Diċembru 2015 li temenda l-Liġi dwar is-Servizz Pubbliku u ċerti atti oħrajn, ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali fit-8 ta' Jannar 2016, il-punt 34.

(43)  Il-liġi tal-15 ta' Jannar 2016 li temenda l-Liġi dwar il-Pulizija u liġijiet oħrajn, ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali fl-4 ta' Frar 2016, il-punt 147.

(44)  Il-liġi tat-28 ta' Jannar 2016 dwar l-Uffiċju tal-Prosekutur, ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali fil-15 ta' Frar 2016, il-punt 177. Il-liġi tat-28 ta' Jannar 2016 — ir-Regolamenti li jimplimentaw l-Att — il-Liġi dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur, ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali fil-15 ta' Frar 2016, il-punt 178.

(45)  Il-liġi tat-18 ta' Marzu 2016 dwar l-Ombudsman u ċerti liġijiet ta' emenda oħrajn. Il-liġi ġiet iffirmata mill-President tar-Repubblika fl-4 ta' Mejju 2016.

(46)  Il-liġi tat-22 ta' Ġunju 2016 dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Midja. Il-liġi ġiet iffirmata mill-President tar-Repubblika fis-27 ta' Ġunju 2016.

(47)  Il-liġi tal-10 ta' Ġunju 2016 kontra t-terroriżmu. Il-liġi ġiet iffirmata mill-President tar-Repubblika fit-22 ta' Ġunju 2016. Il-Kummissjoni barra minn hekk hija konxja li liġi ġdida li temenda l-Liġi dwar il-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali u ċerti liġijiet oħrajn ġiet ippreżentata fil-5 ta' Mejju 2016 mill-Ministru tal-Ġustizzja għaċ-Ċentru Leġiżlattiv Nazzjonali.

(48)  Il-liġi tat-30 ta' Diċembru 2015 li temenda l-Liġi dwar ix-Xandir, ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali fis-7 ta' Jannar 2016, il-punt 25 u l-liġi tat-22 ta' Ġunju 2016 dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Midja. Il-liġi ġiet iffirmata mill-President tar-Repubblika fis-27 ta' Ġunju 2016.

(49)  Il-liġi tat-30 ta' Diċembru 2015 li temenda l-Liġi dwar is-Servizz Pubbliku u ċerti atti oħrajn, ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali fit-8 ta' Jannar 2016, il-punt 34.

(50)  L-ittra tal-1 ta' Frar 2016 mill-Ewwel Viċi President Timmermans lill-Ministru tal-Ġustizzja, is-Sur Ziobro. L-ittra tat-3 ta' Marzu 2016 mill-Ewwel Viċi President Timmermans lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin, is-Sur Waszczykowski.

(51)  Il-liġi tal-15 ta' Jannar 2016 li temenda l-Liġi dwar il-Pulizija u liġijiet oħrajn, ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali fl-4 ta' Frar 2016, il-punt 147.

(52)  L-Opinjoni Nru 839/2016.

(53)  Il-liġi tal-10 ta' Ġunju 2016 kontra t-terroriżmu. Il-liġi ġiet iffirmata mill-President tar-Repubblika fit-22 ta' Ġunju 2016.


REGOLI TA' PROĊEDURA

12.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/69


EMENDA TAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari s-sitt paragrafu tal-Artikolu 253 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 63 tiegħu,

Wara li kkunsidrat li, b'riżultat tad-dħul fis-seħħ tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, fl-1 ta' Lulju 2015, għandha tiġi inkluża, fir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, dispożizzjoni li tippermetti lil din tal-aħħar tittratta b'mod adatt, fil-kuntest tal-appelli ppreżentati quddiemha, l-informazzjoni jew l-annessi li jkunu ġew prodotti minn parti prinċipali quddiem il-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 105(1) jew (2) tar-Regoli tal-Proċedura ta' dik il-qorti u li, minħabba n-natura kunfidenzjali tagħhom, ma jkunux ġew ikkomunikati lill-parti prinċipali l-oħra,

Bl-approvazzjoni tal-Kunsill mogħtija fis-6 ta' Lulju 2016,

TADOTTA L-EMENDA SEGWENTI GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAGĦHA:

Artikolu 1

L-artikolu segwenti huwa miżjud fil-Kapitolu VIII tat-Titolu V tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Settembru 2012 (1):

“Artikolu 190a

Trattament tal-informazzjoni jew tal-annessi prodotti quddiem il-Qorti Ġenerali taħt l-Artikolu 105 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha

1.   Fil-każ li jiġi ppreżentat appell minn deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali adottata fil-kuntest ta' proċedura li matulha informazzjoni jew annessi jkunu ġew prodotti minn parti prinċipali taħt l-Artikolu 105 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u ma jkunux ġew ikkomunikati lill-parti prinċipali l-oħra, ir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali għandu jqiegħed din l-informazzjoni jew dawn l-annessi għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kundizzjonijiet previsti fid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 11 tal-imsemmi artikolu.

2.   L-informazzjoni jew l-annessi msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jiġu kkomunikati lill-partijiet fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

3.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiżgura li d-dettalji kunfidenzjali li jinsabu fl-informazzjoni jew fl-annessi msemmija fil-paragrafu 1 ma jiġux żvelati, la fid-deċiżjoni li tagħlaq l-istanza u lanqas, jekk ikun il-każ, fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali.

4.   L-informazzjoni jew l-annessi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jingħataw lura lill-parti li tkun ipproduċiethom quddiem il-Qorti Ġenerali hekk kif tiġi nnotifikata d-deċiżjoni li tagħlaq l-istanza quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, sakemm il-kawża ma tintbagħatx lura quddiem il-Qorti Ġenerali. F'dan il-każ tal-aħħar, l-informazzjoni jew l-annessi kkonċernati għandhom jerġgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Qorti Ġenerali, fil-kundizzjonijiet previsti fid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5.

5.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tistabbilixxi, permezz ta' deċiżjoni, ir-regoli ta' sigurtà għall-finijiet tal-protezzjoni tal-informazzjoni jew tal-annessi msemmija fil-paragrafu 1. Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”

Artikolu 2

1.   Din l-emenda għar-Regoli tal-Proċedura, li hija awtentika fil-lingwi msemmija fl-Artikolu 36 tal-imsemmija Regoli, għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 190a ma għandhomx japplikaw qabel id-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 190a(5).

Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta' Lulju 2016.

 


(1)  ĠU L 265, 29.9.2012, p. 1, kif emendati fit-18 ta' Ġunju 2013 (ĠU L 173, 26.6.2013, p. 65).


12.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/71


EMENDA GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI ĠENERALI

IL-QORTI ĠENERALI,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-ħames paragrafu tal-Artikolu 254 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 63 tiegħu,

Wara li kkunsidrat li r-Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, tas-16 ta' Diċembru 2015, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) (1) qiegħed jibdel l-isem tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u li għaldaqstant ir-Regoli tal-Proċedura għandhom jiġu emendati sabiex tiġi introdotta r-referenza għall-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea,

Bil-kunsens tal-Qorti tal-Ġustizzja,

Bl-approvazzjoni tal-Kunsill mogħtija fis-6 ta' Lulju 2016,

TADOTTA L-EMENDA SEGWENTI GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAGĦHA:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1(2)(g) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (2), ir-referenza għall-“Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)” hija ssostitwita bir-referenza għall-“Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea”.

Artikolu 2

Din l-emenda għar-Regoli tal-Proċedura, li hija awtentika fil-lingwi msemmija fl-Artikolu 44 tal-imsemmija Regoli, għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta' Lulju 2016.

Ir-Reġistratur

E. COULON

Il-President

M. JAEGER


(1)  ĠU L 341, 24.12.2015, p. 21.

(2)  Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (ĠU L 105, 23.4.2015, p. 1).


12.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/72


EMENDA GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI ĠENERALI

IL-QORTI ĠENERALI,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-ħames paragrafu tal-Artikolu 254 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 63 tiegħu,

Wara li kkunsidrat li l-informazzjoni jew l-annessi rilevanti sabiex tinqatal-kawża u kunfidenzjali, li jkunu ġew prodotti skont l-Artikolu 105 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u li ma jkunux ingħataw lura fil-mori tal-kawża, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex din teżerċita b'mod sħiħ il-funzjoni tagħha ta' qorti tal-appell fil-każ li tiġi kkontestata d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tagħlaq proċedura li matulha tkun ġiet implementata r-regola speċifika prevista fl-Artikolu 105,

Wara li kkunsidrat li, għall-kuntrarju, din l-informazzjoni jew dawn l-annessi għandhom jingħataw lura lill-parti prinċipali li tkun ipproduċiethom fil-każ li ma jkunx ġie ppreżentat appell mid-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fit-terminu previst fil-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat li għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu emendati r-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali,

Bil-kunsens tal-Qorti tal-Ġustizzja,

Bl-approvazzjoni tal-Kunsill mogħtija fis-6 ta' Lulju 2016,

TADOTTA L-EMENDA SEGWENTI GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAGĦHA:

Artikolu 1

L-Artikolu 105(10) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1) huwa ssostitwit bit-test segwenti:

“10.   L-informazzjoni jew l-annessi msemmija fil-paragrafu 5, li ma jkunux ġew irtirati skont il-paragrafu 7 mill-parti prinċipali li tkun ipproduċiethom, għandhom jingħataw lura lill-parti kkonċernata mal-iskadenza tat-terminu previst fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut sakemm, f'dan it-terminu, ma jkunx ġie ppreżentat appell mid-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali. Fil-każ li jiġi ppreżentat tali appell, l-informazzjoni jew l-annessi msemmija iktar 'il fuq għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kundizzjonijiet previsti fid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 11.”

Artikolu 2

Din l-emenda għar-Regoli tal-Proċedura, li hija awtentika fil-lingwi msemmija fl-Artikolu 44 tal-imsemmija Regoli, għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta' Lulju 2016.

Ir-Reġistratur

E. COULON

Il-President

M. JAEGER


(1)  ĠU L 105, 23.4.2015, p. 1.


12.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/73


EMENDI GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI ĠENERALI

IL-QORTI ĠENERALI,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-ħames paragrafu tal-Artikolu 254 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 63 tiegħu,

Wara li kkunsidrat li r-Regolament (UE, Euratom) 2016/1192 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta' Lulju 2016, dwar it-trasferiment lill-Qorti Ġenerali tal-kompetenza sabiex tiddeċiedi, fl-ewwel istanza, it-tilwimiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-membri tal-persunal tagħha (1), li huwa mistenni jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2016, jipprevedi li l-Qorti Ġenerali għandha teżerċita fl-ewwel istanza l-kompetenzi sabiex tiddeċiedi t-tilwimiet bejn l-Unjoni u l-membri tal-persunal tagħha skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), inklużi t-tilwimiet bejn kull istituzzjoni u kull korp jew organu, minn naħa, u l-membri tal-persunal tagħhom, min-naħa l-oħra, li fir-rigward tagħhom il-kompetenza hija attribwita lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat li għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu emendati r-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali,

Bil-kunsens tal-Qorti tal-Ġustizzja,

Bl-approvazzjoni tal-Kunsill mogħtija fis-6 ta' Lulju 2016,

TADOTTA L-EMENDI SEGWENTI GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAGĦHA:

Artikolu 1

Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (2) huma emendati kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1(2):

(a)

it-test tal-punt (i) huwa ssostitwit bit-test segwenti:

“(i)

'rikorsi diretti' tfisser ir-rikorsi ppreżentati fuq il-bażi tal-Artikoli 263 TFUE, 265 TFUE, 268 TFUE, 270 TFUE u 272 TFUE;”;

(b)

it-test ta' punt (j) huwa miżjud:

“(j)

'Regolamenti tal-Persunal' tfisser ir-Regolament li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni.”

2.

L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1(b), il-kliem “il-kawżi mressqa skont ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 265 TFUE u skont l-Artikolu 268 TFUE” huma ssostitwiti bil-kliem “il-kawżi mressqa skont ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 265 TFUE, skont l-Artikolu 268 TFUE u skont l-Artikolu 270 TFUE”;

(b)

il-paragrafu 2(b) isir il-paragrafu 2(c);

(c)

fil-paragrafu 2, il-punt segwenti huwa miżjud bħala l-punt (b):

“(b)

meta tikkonċerna rikorsi ppreżentati skont l-Artikolu 270 TFUE li fihom titqajjem espliċitament eċċezzjoni ta' illegalità kontra att ta' portata ġenerali, ħlief fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja jew il-Qorti Ġenerali jkunu diġà taw deċiżjoni dwar il-kwistjonijiet imqajma minn din l-eċċezzjoni;”

3.

Fl-Artikolu 39(1), it-test tal-ewwel sentenza huwa ssostitwit bit-test segwenti:

“L-uffiċjali u l-membri l-oħra tal-persunal, inkarigati li jassistu direttament lill-President, lill-Imħallfin u lir-Reġistratur, għandhom jinħatru skont il-kundizzjonijiet previsti fir-Regolamenti tal-Persunal.”

4.

L-Artikolu 78 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 2 sa 5 jingħataw numri ġodda u jsiru l-paragrafi 3 sa 6;

(b)

it-test segwenti huwa miżjud bħala l-paragrafu 2:

“2.   Ir-rikors ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE għandu jkollu miegħu, jekk ikun il-każ, l-ilment fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u d-deċiżjoni li biha ngħatat risposta għall-ilment b'indikazzjoni tad-dati tat-tressiq u tan-notifika.”

(c)

fil-paragrafu 5, li jsir il-paragrafu 6, il-kliem “fil-paragrafi 1 sa 4” huma ssostitwiti bil-kliem “fil-paragrafi 1 sa 5”.

5.

Fl-Artikolu 80(2), il-kliem “fl-Artikolu 78(5)” huma ssostitwiti bil-kliem “fl-Artikolu 78(6)”.

6.

Fl-Artikolu 81(2), il-kliem “78(3) sa (5)” huma ssostitwiti bil-kliem “l-Artikolu 78(4) sa (6)”.

7.

L-Artikolu 86 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 3 sa 6 jingħataw numri ġodda u jsiru l-paragrafi 4 sa 7;

(b)

it-test segwenti huwa miżjud bħala l-paragrafu 3:

“3.   Fil-kawżi mressqa skont l-Artikolu 270 TFUE, l-adattament tar-rikors għandu jsir permezz ta' att separat u, b'deroga mill-paragrafu 2, fit-terminu, previst fl-Artikolu 91(3) tar-Regolamenti tal-Persunal, li fih jista' jintalab l-annullament tal-att li jiġġustifika l-adattament tar-rikors.”

8.

Fl-Artikolu 110, huwa miżjud paragrafu 4, ifformulat kif ġej:

“4.   Fil-kawżi mressqa skont l-Artikolu 270 TFUE, il-Membri tal-kulleġġ ġudikanti u l-Avukat Ġenerali jistgħu, matul is-seduta għas-sottomissjonijiet orali, jistiednu lill-partijiet stess sabiex jesprimu ruħhom dwar ċerti aspetti tat-tilwima.”

9.

Fl-Artikolu 120, il-kliem “jew lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku” huma mħassra.

10.

Fl-Artikolu 124(1), il-kliem “Jekk, qabel ma l-Qorti Ġenerali tagħti d-deċiżjoni tagħha, il-partijiet prinċipali jilħqu ftehim dwar it-tilwima ta' bejniethom” huma ssostitwiti bil-kliem “Jekk, qabel ma l-Qorti Ġenerali tagħti d-deċiżjoni tagħha, il-partijiet prinċipali jilħqu ftehim, barra mill-Qorti Ġenerali, dwar it-tilwima ta' bejniethom”.

11.

Wara l-Artikolu 125 huwa miżjud Kapitolu ġdid li jinkludi erba' artikoli:

“Kapitolu 11a

FUQ IL-PROĊEDURA TA' FTEHIM BONARJU MIBDIJA MILL-QORTI ĠENERALI FIL-KAWŻI MRESSQA SKONT L-ARTIKOLU 270 TFUE

Artikolu 125a

Modalitajiet

1.   Il-Qorti Ġenerali tista', f'kull stadju tal-proċedura, teżamina l-possibbiltajiet ta' ftehim bonarju dwar it-tilwima kollha, jew dwar parti minnha, bejn il-partijiet prinċipali.

2.   Il-Qorti Ġenerali għandha tinkariga lill-Imħallef Relatur, assistit mir-Reġistratur, sabiex ifittex ftehim bonarju dwar it-tilwima.

3.   L-Imħallef Relatur jista' jipproponi soluzzjoni waħda jew iktar li jkunu ta' natura li jtemmu t-tilwima, jista' jieħu l-miżuri xierqa sabiex jiffaċilita ftehim bonarju dwarha u jista' jimplementa l-miżuri li jkun iddeċieda għal dan il-għan. B'mod partikolari, huwa jista':

(a)

jistieden lill-partijiet prinċipali sabiex jipprovdu informazzjoni jew kjarifiki;

(b)

jistieden lill-partijiet prinċipali sabiex jipproduċu dokumenti;

(c)

jistieden għal laqgħat lir-rappreżentanti tal-partijiet prinċipali, lill-partijiet prinċipali stess jew lil kull uffiċjal jew membru ieħor tal-persunal tal-istituzzjoni li jkun awtorizzat jinnegozja ftehim eventwali;

(d)

fl-okkażjoni tal-laqgħat imsemmija fil-punt (c), jiltaqa' b'mod separat ma' kull waħda mill-partijiet prinċipali, jekk huma jagħtu l-kunsens tagħhom għal dan.

4.   Il-paragrafi 1 sa 3 japplikaw ukoll fil-kuntest ta' proċedura għal miżuri provviżorji.

Artikolu 125b

Impatt tal-ftehim bejn il-partijiet prinċipali

1.   Meta l-partijiet prinċipali jaslu għal ftehim, quddiem l-Imħallef Relatur, dwar is-soluzzjoni li tagħlaq it-tilwima, huma jistgħu jitolbu li l-istipulazzjonijiet ta' dan il-ftehim jiġu kkonstatati f'att iffirmat mill-Imħallef Relatur u mir-Reġistratur. Dan l-att għandu jiġi nnotifikat lill-partijiet prinċipali u jikkostitwixxi att awtentiku.

2.   Il-kawża għandha titħassar mir-reġistru permezz ta' digriet motivat tal-President. Fuq talba ta' parti prinċipali u bil-kunsens tal-parti prinċipali l-oħra, l-istipulazzjonijiet tal-ftehim li għalih ikunu waslu l-partijiet prinċipali għandhom jiġu inklużi fid-digriet ta' tħassir.

3.   Il-President għandu jiddeċiedi dwar l-ispejjeż skont il-ftehim jew, fin-nuqqas ta' ftehim dwar l-spejjeż, huwa għandu juża d-diskrezzjoni tiegħu. Jekk ikun il-każ, huwa għandu jiddeċiedi dwar l-ispejjeż tal-intervenjent inkonformità mal-Artikolu 138.

Artikolu 125c

Reġistru u inkartament speċifiċi

1.   L-annessi prodotti fil-kuntest tal-proċedura ta' ftehim bonarju fis-sens tal-Artikolu 125a:

għandhom jiġu rreġistrati f'reġistru speċifiku li ma huwiex suġġett għar-regoli previsti fl-Artikoli 36 u 37;

għandhom jinżammu f'inkartament distint mill-proċess tal-kawża.

2.   L-annessi prodotti fil-kuntest tal-proċedura ta' ftehim bonarju fis-sens tal-Artikolu 125a għandhom jiġu kkomunikati lill-partijiet prinċipali, ħlief għal dawk li kull waħda minn dawn il-partijiet prinċipali tkun ikkomunikat lill-Imħallef Relatur matul il-laqgħat separati previsti fl-Artikolu 125a(3)(d).

3.   Il-partijiet prinċipali jista' jkollhom aċċess għall-annessi tal-inkartament distint mill-proċess tal-kawża, imsemmi fil-paragrafu 1, ħlief għal dawk li kull waħda mill-partijiet prinċipali tkun ikkomunikat lill-Imħallef Relatur matul il-laqgħat separati previsti fl-Artikolu 125a(3)(d).

4.   L-intervenjent ma jistax ikollu aċċess għall-annessi tal-inkartament distint mill-proċess tal-kawża msemmi fil-paragrafu 1.

5.   Il-partijiet jistgħu jikkonsultaw ir-reġistru speċifiku msemmi fil-paragrafu 1 fir-Reġistru.

Artikolu 125d

Ftehim bonarju u proċedura ġudizzjarja

Fil-kuntest tal-proċedura ġudizzjarja, il-Qorti Ġenerali u l-partijiet prinċipali ma jistgħux jużaw l-opinjonijiet espressi, is-suġġerimenti fformulati, il-proposti ppreżentati, il-konċessjonijiet magħmula jew id-dokumenti ppreparati għall-finijiet tal-ftehim bonarju.”

12.

L-Artikolu 127 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-test tat-titolu “Riferiment ta' kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja jew lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku” huwa ssostitwit bit-test “Riferiment ta' kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja”;

(b)

il-kliem “u fl-Artikolu 8(2) tal-Anness I tal-Istatut” huma mħassra.

13.

Fl-Artikolu 130(7), it-test tat-tieni sentenza “Il-Qorti Ġenerali għandha tirreferi l-kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja jew lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jekk din tkun taqa' fil-kompetenza tagħhom.” huwa ssostitwit bit-test “Il-Qorti Ġenerali għandha tirreferi l-kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk din tkun taqa' fil-kompetenza tagħha.”

14.

Fl-Artikolu 135(1), il-kliem “F'każijiet eċċezzjonali” huma mħassra.

15.

Fl-Artikolu 143(4), il-kliem “l-Artikolu 78(3) sa (5)” huma ssostitwiti bil-kliem “l-Artikolu 78(4) sa (6)”.

16.

Fl-Artikolu 147(5):

(a)

il-kliem “Artikolu 78(3)” huma ssostitwiti bil-kliem “Artikolu 78(4)”;

(b)

il-kliem “Artikolu 78(5)” huma ssostitwiti bil-kliem “Artikolu 78(6)”.

17.

L-Artikolu 156 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 3 u 4 jingħataw numri ġodda u jsiru l-paragrafi 4 u 5;

(b)

it-test segwenti huwa miżjud bħala l-paragrafu 3:

“3.   Fil-kawżi mressqa skont l-Artikolu 270 TFUE, it-talbiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jitressqu sa mill-preżentata tal-ilment previst fl-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 91(4) tal-imsemmija Regolamenti.”

18.

Fl-Artikolu 173(5), il-kliem “Artikolu 78(3) sa (5)” huma ssostitwiti bil-kliem “Artikolu 78(4) sa (6)”.

19.

Fl-Artikolu 175(4), il-kliem “Artikolu 78(3) sa (5)” huma ssostitwiti bil-kliem “Artikolu 78(4) sa (6)”.

20.

L-Artikolu 193 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku” huma mħassra;

(b)

il-paragrafu 2 huwa mħassar;

(c)

in-numru li jippreċedi l-ewwel paragrafu huwa mħassar.

21.

Fl-Artikolu 196(2), il-kliem “it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku” huma ssostitwiti bil-kliem “il-Qorti Ġenerali li tiddeċiedi bħala qorti tal-ewwel istanza” u l-kliem “li tiddeċiedi bħala qorti tal-appell” huma miżjuda wara l-kliem “mill-Qorti Ġenerali”.

22.

Fl-Artikolu 213(3), il-kliem “u lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku” huma mħassra.

Artikolu 2

Dawn l-emendi għar-Regoli tal-Proċedura, li huma awtentiċi fil-lingwi msemmija fl-Artikolu 44 tal-imsemmija Regoli, għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2016.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta' Lulju 2016.

Ir-Reġistratur

E. COULON

Il-President

M. JAEGER


(1)  ĠU L 200, 26.7.2016, p. 137.

(2)  Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (ĠU L 105, 23.4.2015, p. 1).


12.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/78


EMENDI GĦAD-DISPOŻIZZJONIJIET PRATTIĊI GĦALL-IMPLEMENTAZZJONI TAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI ĠENERALI

IL-QORTI ĠENERALI,

wara li rat l-Artikolu 224 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha;

wara li rat id-Dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

TADOTTA DAWN L-EMENDI GĦAD-DISPOŻIZZJONIJIET PRATTIĊI GĦALL-IMPLEMENTAZZJONI TAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI ĠENERALI:

Artikolu 1

Id-Dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1) huma emendati kif ġej:

1.

Fil-punt 14, il-frazi “fil-każijiet previsti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 54 tal-Istatut u fl-Artikolu 8(1) tal-Anness ta' dan l-Istatut, id-data tal-preżentata tal-att proċedurali quddiem ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja jew quddiem ir-Reġistratur tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.” hija ssostitwita bil-frażi “fil-każijiet previsti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 54 tal-Istatut, id-data tal-preżentata tal-att proċedurali quddiem ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja.”.

2.

Wara l-punt 14, it-test segwenti huwa introdott bħala l-punt 14a:

“14a.

Skont l-Artikolu 125c tar-Regoli tal-Proċedura, l-annessi prodotti fil-kuntest tal-proċedura ta' ftehim bonarju prevista fl-Artikoli 125a sa 125d tar-Regoli tal-Proċedura għandhom jiġu rreġistrati f'reġistru speċifiku li ma għandux ikun suġġett għas-sistema prevista fl-Artikoli 36 u 37 tal-imsemmija Regoli”.

3.

Wara l-punt 24, it-test segwenti huwa introdott bħala l-punt 24a:

“24a.

L-annessi prodotti fil-kuntest ta' proċedura ta' ftehim bonarju fis-sens tal-Artikolu 125a tar-Regoli tal-Proċedura għandhom jinżammu fi proċess distint mill-proċess tal-kawża.”

4.

Fil-punt 26, l-ewwel sentenza hija ssostitwita bit-test segwenti:

“26.

Wara li tintemm il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, ir-Reġistru għandu jiżgura l-għeluq u l-arkivjar tal-proċess tal-kawża kif ukoll tal-proċess previst fl-Artikolu 125c(1) tar-Regoli tal-Proċedura.”

5.

Wara l-punt 33, it-test segwenti huwa introdott bħala l-punt 33a:

“33a.

Ir-regoli stabbiliti fil-punti 28 sa 33 iktar 'il fuq ma jikkonċernawx l-aċċess għall-proċess previst fl-Artikolu 125c(1) tar-Regoli tal-Proċedura. L-aċċess għal dan il-proċess speċifiku huwa rregolat minn din l-istess dispożizzjoni tar-Regoli tal-Proċedura.”

6.

Fil-punt 110, ir-riferiment għall-“Artikolu 78(5)” huwa ssostitwit b'riferiment għall-“Artikolu 78(6)”.

7.

Il-punt 114 huwa ssostitwit bit-test segwenti:

“114.

Fir-rikorsi diretti fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regoli tal-Proċedura, in-numru massimu ta' paġni tan-noti (*) huwa ffissat b'dan il-mod.

Fil-każ tar-rikorsi diretti li ma humiex rikorsi ppreżentati skont l-Artikolu 270 TFUE:

50 paġna għar-rikors, kif ukoll għar-risposta;

25 paġna għar-replika, kif ukoll għall-kontroreplika;

20 paġna għal nota li tqajjem eċċezzjoni ta' inammissibbiltà, kif ukoll għall-osservazzjonijiet dwarha;

20 paġna għal nota ta' intervent u 15-il paġna għall-osservazzjonijiet dwar din in-nota.

Fil-każ tar-rikorsi diretti ppreżentati skont l-Artikolu 270 TFUE:

30 paġna għar-rikors, kif ukoll għar-risposta;

15-il paġna għar-replika, kif ukoll għall-kontroreplika;

10 paġni għal nota li tqajjem eċċezzjoni ta' inammissibbiltà, kif ukoll għall-osservazzjonijiet dwarha;

10 paġni għal nota ta' intervent u 5 paġni għall-osservazzjonijiet dwar din in-nota.

(*)  It-test għandu jiġi ppreżentat inkonformità mar-rekwiżiti previsti fil-punt 96(c) ta' dawn id-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implementazzjoni.”"

8.

Wara l-punt 140, it-test segwenti huwa introdott bħala l-punt 140a:

“140a

Fil-kawżi mressqa skont l-Artikolu 270 TFUE, huwa mixtieq li l-istituzzjonijiet jannettu mar-risposta l-atti ta' portata ġenerali ċċitati li ma jkunux is-suġġett ta' pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b'indikazzjoni tad-dati tal-adozzjoni tagħhom, tad-dħul fis-seħħ u, jekk ikun il-każ, tat-tħassir tagħhom.”

9.

Fil-punt 243, ir-riferiment għall-“Artikolu 78(3)” huwa ssostitwit b'riferiment għall-“Artikolu 78(4)”.

10.

Fil-punt 264, ir-riferiment għall-“Artikolu 156(4)” huwa ssostitwit b'riferiment għall-“Artikolu 156(5)”.

11.

L-Anness 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-parti tal-bidu, ir-riferiment għall-“Artikolu 78(5)” huwa ssostitwit b'riferiment għall-“Artikolu 78(6)”;

(b)

fil-punt b), ir-riferiment fl-ewwel kolonna għall-“Artikolu 78(3)” huwa ssostitwit b'riferiment għall-“Artikolu 78(4)”;

(c)

il-punti e) sa g) isiru l-punti f) sa h);

(d)

it-test segwenti huwa introdott fl-ewwel kolonna bħala l-punt e):

“(e)

produzzjoni tal-ilment fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u tad-deċiżjoni li tagħti risposta għall-ilment [Artikolu 78(2) tar-Regoli tal-Proċedura]”;

(e)

fil-punt e), li jsir il-punt f), ir-riferiment fl-ewwel kolonna għall-“Artikolu 78(2)” hija ssostitwita b'riferiment għall-“Artikolu 78(3)”;

(f)

it-test segwenti huwa introdott fl-ewwel kolonna bħala l-punt h):

“(h)

indikazzjoni tad-dati tat-tressiq tal-ilment fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u tan-notifika tad-deċiżjoni li tagħti risposta għall-ilment [Artikolu 78(2) tar-Regoli tal-Proċedura]”.

Artikolu 2

Dawn l-emendi għad-Dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huma għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2016.

Magħmul il-Lussemburgu, it-13 ta' Lulju 2016.

Ir-Reġistratur

E. COULON

Il-President

M. JAEGER


(1)  ĠU L 152, 18.6.2015, p. 1.


Rettifika

12.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/81


Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/466 tal-31 ta' Marzu 2016 li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 85 tal-1 ta' April 2016 )

Fil-paġni 4 u 5, l-Anness (fir-rigward tal-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44), in-numri “16.”, “17.” u “18.” quddiem il-persuni elenkati huma sostitwiti bin-numri “21.”, “22.” u “23.”