ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 156 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
14.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 156/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/918
tad-19 ta' Mejju 2016
li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jarmonizza d-dispożizzjonijiet u l-kriterji għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettar ta' sustanzi, taħlitiet u ċerti oġġetti speċifiċi fl-Unjoni. |
(2) |
Dan ir-Regolament iqis is-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u l-Ittikkettar ta' Sustanzi Kimiċi (GHS) tan-Nazzjonijiet Uniti (NU). |
(3) |
Il-kriterji tal-klassifikazzjoni u r-regoli tal-ittikkettar tal-GHS jiġu riveduti perjodikament fuq il-livell tan-NU. Il-ħames edizzjoni riveduta tal-GHS ħarġet mill-bidliet adottati f'Diċembru 2012 mill-Kumitat tal-Esperti tan-NU dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi u dwar is-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u l-Ittikkettar ta' Sustanzi Kimiċi. Din l-edizzjoni tinkludi emendi, fost l-oħrajn, dwar metodu ġdid u alternattiv għall-klassifikazzjoni ta' materjali solidi ossidanti, bidliet għad-dispożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni għall-klassijiet ta' periklu għall-korrużjoni/irritazzjoni tal-ġilda u għall-ħsara serja lill-għajnejn/irritazzjoni tal-għajnejn, u aerosols. Barra minn hekk, din timmodifika diversi dikjarazzjonijiet ta' prekawzjoni u tibdel l-ordni ta' xi wħud minnhom, kif rifless permezz tat-tħassir tal-entrata u l-introduzzjoni separata tagħha f'pożizzjoni ġdida. Għalhekk jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet u l-kriterji tekniċi fl-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jiġu adattati għall-ħames edizzjoni riveduta tal-GHS. |
(4) |
Wara r-raba' reviżjoni tal-GHS, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 487/2013 (2) introduċa deroga tal-ittikkettar għal sustanzi jew taħlitiet ikklassifikati bħala korrużivi għall-metalli iżda mhux klassifikati għall-korrużjoni tal-ġilda jew għall-ħsara serja lill-għajnejn. Peress li l-kontenut tad-deroga għandu jibqa' l-istess, għandha tingħata formulazzjoni aktar preċiża għall-perikli indirizzati mid-deroga. |
(5) |
L-informazzjoni żejda fuq l-ittikkettar ta' taħlitiet li fihom l-isoċjanati u ċerti kostitwenti epossidiċi għandha tiġi evitata, filwaqt li tibqa' tinżamm l-informazzjoni speċifika stabbilita u magħrufa sew dwar il-preżenza ta' dawn is-sustanzi sensitizzanti partikulari. Għalhekk, l-użu tad-dikjarazzjoni ta' periklu EUH208 m'għandux ikun obbligatorju fejn taħlita tkun diġà ttikkettata skont id-dikjarazzjonijiet ta' periklu EUH204 u EUH205. |
(6) |
Sabiex ikun żgurat li l-fornituri tas-sustanzi u t-taħlitiet ikollhom żmien biex jadattaw għad-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar introdotti b'dan ir-Regolament, għandu jiġi stipulat perjodu tranżitorju, u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tiġi diferita. Dan għandu jagħti l-possibbiltà li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament jiġu applikati volontarjament qabel ma jiskadi l-perjodu tranżitorju. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 23, il-punt (f) huwa mibdul b'dan li ġej:
|
(2) |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
(3) |
L-Anness II huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
(4) |
L-Anness III huwa emendat skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament. |
(5) |
L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
L-Anness V huwa emendat skont l-Anness V ta' dan ir-Regolament. |
(7) |
L-Anness VI huwa emendat skont l-Anness VI ta' dan ir-Regolament. |
(8) |
L-Anness VII huwa emendat skont l-Anness VII ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3, qabel l-1 ta' Frar 2018, is-sustanzi u t-taħlitiet jistgħu jiġu kklassifikati, ittikkettati u imballaġġati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 kif emendat b'dan ir-Regolament.
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3, is-sustanzi u t-taħlitiet ikklassifikati, ittikkettati u imballaġġati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Frar 2018 ma għandhomx għalfejn jiġu ttikkettati mill-ġdid u imballaġġati mill-ġdid skont dan ir-Regolament qabel l-1 ta' Frar 2020.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Frar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Mejju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 487/2013 tat-8 ta' Mejju 2013 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 149, 1.6.2013, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif ġej:
A. |
Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|
B. |
Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
|
C. |
Il-Parti 3 hija emendata kif ġej:
|
D. |
Il-Parti 4 hija emendata kif ġej:
|
(1) It-Tip G ma għandux elementi ta' komunikazzjoni dwar il-periklu assenjati lilu, iżda għandu jitqies għall-proprjetatijiet li jaqgħu taħt klassijiet ta' periklu oħra.
(2) Ara l-introduzzjoni għall-Anness IV għal aktar dettalji dwar l-użu tal-parentesi kwadri.”
(3) Ara l-introduzzjoni għall-Anness IV għal aktar dettalji dwar l-użu tal-parentesi kwadri.”
(4) Ara l-kundizzjonijiet għall-użu tal-Kategorija 1 fil-paragrafu (a) tat-Taqsima 3.2.2.
(1) Il-kriterji ta' klassifikazzjoni huma mifhuma kif deskritt fir-Regolament (KE) Nru 440/2008
(2) Il-kriterji ta' klassifikazzjoni huma mifhuma kif deskritt fir-Regolament (KE) Nru 440/2008.
(3) Il-kriterji ta' klassifikazzjoni huma mifhuma kif deskritt fir-Regolament (KE) Nru 440/2008.
(4) Jekk ingredjent ikun ikklassifikat kemm fis-Sottokategorija 1A, 1B, 1C jew fil-Kategorija 1 ta' Korrużjoni tal-Ġilda kif ukoll bħala ta' Ħsara Serja lill-Għajnejn (Kategorija 1), il-konċentrazzjoni tiegħu titqies darba biss fil-kalkolu.
(5) Meta sustanza kimika tiġi kklassifikata fis-Sottokategorija 1A, 1B, 1C jew fil-Kategorija 1 ta' korrużjoni tal-ġilda, l-ittikkettar dwar ħsara serja lill-għajnejn / irritazzjoni tal-għajnejn jista' jitħalla barra billi din l-informazzjoni tkun diġà inkluża fid-dikjarazzjoni ta' periklu għall-Kategorija 1 ta' korrużjoni tal-ġilda (H314).”
ANNESS II
Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, fil-Parti 2, Taqsima 2.8 jiżdied dan il-paragrafu ġdid fl-aħħar:
“Meta taħlita tiġi ttikkettjata skont it-Taqsima 2.4 jew 2.5, id-dikjarazzjoni EUH208 tista' titħalla barra mit-tikketta għas-sustanza kkonċernata.”
ANNESS III
Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
(1) |
Il-Punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(2) |
L-entrata dwar il-kodiċi H314 fit-Tabella 1.2 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(3) |
L-entrata dwar H314 fit-Tabella 1.2 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(4) |
L-entrata dwar H314 fit-Tabella 1.2 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(5) |
L-entrata dwar H314 fit-Tabella 1.2 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
ANNESS IV
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Is-sentenza introduttorja hija emendata kif ġej:
|
(3) |
Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|
(4) |
Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
|
ANNESS V
Fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, fil-Parti 2, it-Taqsima 2.2 hija sostitwita b'dan li ġej:
“2.2. Simbolu: Korrużjoni
Pittogramma (1) |
Klassi ta' periklu u kategorija ta' periklu (2) |
GHS05
|
Taqsima 3.2 Korrużjoni tal-ġilda, Kategorija ta' Periklu 1 u Sottokategoriji 1A, 1B, 1C Taqsima 3.3 Ħsara serja lill-għajnejn, Kategorija ta' Periklu 1” |
ANNESS VI
Il-Parti 1 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 hija emendata kif ġej:
(1) |
Fit-Tabella 1.1 ir-ringiela li tikkonċerna l-korrużjoni/irritazzjoni tal-ġilda hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(2) |
Fit-Taqsima 1.1.3, in-Nota U tiġi sostitwita b'dan li ġej: “Nota U (Tabella 3.1): Meta jitqiegħdu fis-suq il-gassijiet għandhom jiġu kklassifikati bħala ‘Gassijiet taħt pressjoni’, f'wieħed mill-gruppi ta' gass kompressat, gass likwifikat, gass imkessaħ jew gass maħlul. Il-grupp jiddependi mill-istat fiżiku li fih ikun imballaġġat il-gass, u għalhekk, għandu jiġi assenjat każ b'każ. Huma assenjati l-kodiċi li ġejjin:
L-aerosols ma għandhomx jiġu kklassifikati bħala gassijiet taħt pressjoni (ara l-Anness I, Parti 2, Taqsima 2.3.2.1, Nota 2).” |
ANNESS VII
L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fit-Tabella 1.1, ir-ringieli li jikkonċernaw lil C; R34 u C; R35 huma sostitwiti b'dan li gej:
|
(2) |
In-Nota 2 tat-Tabella 1.1 hija sostitwita b'dan li ġej: “Nota 2 Li wieħed imur għad-dejta oriġinali mhux neċessarjament jirriżulta fil-possibbiltà li ssir distinzjoni bejn Kategorija 1B u l-Kategorija 1C, minħabba li l-perjodu ta' esponiment normalment jista' jilħaq 4 sigħat skont ir-Regolament (KE) Nru 440/2008. F'dawn il-każijiet, għandha tiġi assenjata l-Kategorija 1. Madankollu, meta d-dejta tinkiseb minn testijiet li jsegwu approċċ sekwenzjali kif previst fir-Regolament (KE) Nru 440/2008, għandha tiġi kkunsidrata s-sottokategorizzazzjoni fil-Kategorija 1B jew fil-Kategorija 1C.” |