ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 135

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
24 ta' Mejju 2016


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2016/791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-iskema ta' għajnuna għall-provvista ta' frott u ħaxix, banana u ħalib fi stabbilimenti edukattivi

1

 

*

Regolament (UE) 2016/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tad-djar, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 ( 1 )

11

 

*

Regolament (UE) 2016/793 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 sabiex tiġi evitata diversifikazzjoni fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti mediċini prinċipali

39

 

*

Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI

53

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/795 tal-11 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1370/2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli

115

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

24.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/1


REGOLAMENT (UE) 2016/791 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Mejju 2016

li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-iskema ta' għajnuna għall-provvista ta' frott u ħaxix, banana u ħalib fi stabbilimenti edukattivi

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

It-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tipprevedi skema tal-frott u l-ħaxix għall-iskejjel u skema tal-ħalib għall-iskejjel.

(2)

L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tal-iskemi attwali għall-iskejjel, flimkien mal-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet esterni u, l-analiżi sussegwenti ta' għażliet differenti ta' politika u tad-diffikultajiet soċjali li jħabbtu wiċċhom magħhom l-Istati Membri, jindikaw il-konklużjoni li l-kontinwazzjoni u t-tisħiħ taż-żewġ skemi għall-iskejjel huma tal-akbar importanza. Fil-kuntest attwali ta' konsum dejjem jonqos ta' frott u ħaxix frisk u ta' prodotti tal-ħalib, b'mod partikolari fost it-tfal, u ta' inċidenza dejjem tikber ta' obeżità fost it-tfal bħala riżultat tad-drawwiet ta' konsum li għandhom tendenza jagħtu preferenza lil ikel ipproċessat ħafna li, barra minn hekk, ta' spiss ikollu livell għoli ta' zokkor, melħ, xaħam jew addittivi miżjuda, l-għajnuna mill-Unjoni li tiffinanzja l-provvista, lit-tfal fi stabbilimenti edukattivi, ta' prodotti agrikoli magħżula għandha tagħmel aktar biex tippromwovi drawwiet ta' dieta li huma tajba għas-saħħa u l-konsum ta' prodotti lokali.

(3)

L-analiżi ta' għażliet differenti ta' politika tindika li approċċ unifikat taħt qafas legali u finanzjarju komuni huwa l-mod l-aktar xieraq u effettiv fl-ilħuq tal-objettivi speċifiċi li l-politika agrikola komuni qiegħda timmira li tikseb permezz tal-iskemi għall-iskejjel. Tali approċċ jippermetti li l-Istati Membri jimmassimizzaw l-impatt tad-distribuzzjoni fil-kuntest ta' baġit fiss u jżidu l-effiċjenza tal-ġestjoni. Madankollu, sabiex jitqiesu d-differenzi bejn il-frott u l-ħaxix, inklużi l-banana u l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, jiġifieri “frott u ħaxix għall-iskejjel” u “ħalib għall-iskejjel” kif definiti f'dan ir-Regolament, u l-ktajjen tal-provvista tagħhom, ċerti elementi, bħall-pakketti baġitarji rispettivi, għandhom jibqgħu separati. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba bl-iskemi attwali, il-parteċipazzjoni fl-iskema għall-iskejjel għandha tibqa' fuq bażi volontarja għall-Istati Membri. Filwaqt li jitqiesu x-xejriet differenti ta' konsum madwar l-Istati Membri, għandu jkun possibbli li l-Istati Membri u r-reġjuni parteċipanti jagħżlu, fil-kuntest tal-istrateġiji tagħhom, liema mill-prodotti eliġibbli għall-provvista lit-tfal fi stabbilimenti edukattivi jixtiequ jiddistribbiwixxu. L-Istati Membri jistgħu wkoll jikkunsidraw l-introduzzjoni ta' miżuri mmirati sabiex jiġi indirizzat il-konsum dejjem jonqos tal-ħalib fil-grupp fil-mira.

(4)

Ġiet identifikata xejra ta' konsum dejjem jonqos ta', b'mod partikolari, frott u ħaxix frisk u ħalib tax-xorb. Għalhekk, huwa xieraq li d-distribuzzjoni taħt l-iskemi għall-iskejjel tiġi ffokata fuq dawk il-prodotti bħala prijorità. Dan jgħin ukoll biex jonqos il-piż organizzattiv fuq l-iskejjel u biex jżid l-impatt tad-distribuzzjoni fil-kuntest ta' baġit limitat u jkun konformi mal-prattika attwali, peress li dawk il-prodotti huma l-prodotti distribwiti l-aktar ta' spiss. Madankollu, sabiex jiġu segwiti r-rakkomandazzjonijiet nutrizzjonali dwar l-assorbiment tal-kalċju u biex jiġi promoss il-konsum ta' prodotti speċifiċi jew biex tingħata risposta għall-ħtiġijiet nutrizzjonali partikolari tat-tfal fit-territorju tagħhom, u minħabba ż-żieda fil-problemi assoċjati mal-intolleranza għal-lattożju fil-ħalib, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, sakemm huma jkunu diġà jiddistribwixxu ħalib tax-xorb jew il-verżjonijiet mingħajr lattożju tiegħu, li jiddistribwixxu prodotti oħra tal-ħalib, bħall-jogurt u l-ġobon, li għandhom effetti pożittivi fuq is-saħħa tat-tfal. L-Istati Membri għandhom ukoll ikunu jistgħu jiddistribwixxu prodotti ta' frott u ħaxix ipproċessati, sakemm huma jkunu diġà jiddistribwixxu frott u ħaxix frisk. Barra minn hekk, għandhom isiru sforzi biex tiġi żgurata d-distribuzzjoni tal-prodotti lokali u reġjonali. Fil-każijiet fejn l-Istati Membri jikkunsidraw li jkun neċessarju għall-ksib tal-objettivi tal-iskema għall-iskejjel u tal-għanijiet iddikjarati fl-istrateġiji tagħhom, huma għandhom ikunu jistgħu jissuplementaw id-distribuzzjoni tal-prodotti msemmija hawn fuq b'ċerti prodotti oħra tal-ħalib u xarbiet abbażi tal-ħalib. Dawk il-prodotti kollha għandhom ikunu kompletament eliġibbli għal għajnuna mill-Unjoni. Madankollu, fil-każ ta' prodotti mhux agrikoli, il-komponent tal-ħalib biss għandu jkun eliġibbli. Sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi xjentifiċi u biex jiġi żgurat li l-prodotti distribwiti jilħqu l-objettivi tal-iskema għall-iskejjel, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tiġi ssupplementata l-lista ta' sustanzi li jsaħħu t-togħma li huma esklużi li tinsab f'dan ir-Regolament msemmija fl-ewwel subparagrafu u biex jiġu definiti l-livelli massimi ta' zokkor miżjud, melħ miżjud u xaħam miżjud fi prodotti pproċessati.

(5)

Hemm bżonn ta' miżuri edukattivi ta' akkumpanjament li jappoġġaw id-distribuzzjoni, sabiex l-iskema għall-iskejjel tkun effettiva fl-ilħuq tal-objettivi fuq żmien qasir u twil tagħha li żżid il-konsum ta' prodotti agrikoli magħżula u ssawwar dieti aktar tajbin għas-saħħa. Minħabba l-importanza tagħhom, tali miżuri għandhom jappoġġaw id-distribuzzjoni ta' frott u ħaxix għall-iskejjel u ta' ħalib għall-iskejjel. Bħala miżuri edukattivi ta' akkumpanjament, huma jirrappreżentaw għodda essenzjali biex jqarrbu lit-tfal mill-ġdid lejn l-agrikoltura u l-firxa ta' prodotti agrikoli tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk prodotti fir-reġjun tagħhom, bl-għajnuna, pereżempju, ta' esperti fin-nutrizzjoni u bdiewa. Sabiex jintlaħqu l-objettivi li qiegħda ssegwi l-iskema għall-iskejjel, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jinkludu fil-miżuri tagħhom firxa usa' ta' prodotti agrikoli kif ukoll speċjalitajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali oħra, bħal għasel, żebbuġ tal-mejda u żejt taż-żebbuġa.

(6)

Sabiex jiġu promossi drawwiet ta' dieta tajba għas-saħħa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-involviment xieraq tal-awtoritajiet nazzjonali tagħhom responsabbli għas-saħħa u n-nutrizzjoni fit-tfassil ta' lista tal-prodotti li għandhom jiġu fornuti, jew l-awtorizzazzjoni xierqa minn dawk l-awtoritajiet ta' dik il-lista, f'konformità mal-proċeduri nazzjonali.

(7)

Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u mmirat tal-fondi tal-Unjoni u biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-iskema għall-iskejjel, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' spejjeż u miżuri li huma eliġibbli għall-għajnuna mill-Unjoni.

(8)

L-għajnuna mill-Unjoni għandha tiġi allokata b'mod separat għall-frott u l-ħaxix għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel f'konformità mal-approċċ volontarju għad-distribuzzjoni. Dik l-għajnuna għandha tiġi allokata lil kull Stat Membru b'kont meħud tal-għadd ta' tfal li għandhom bejn sitta u għaxar snin f'dak l-Itat Membru u l-livell ta' żvilupp tar-reġjuni f'dak l-Itat Membru, sabiex jiġi żgurat li tiġi allokata aktar għajnuna lil reġjuni anqas żviluppati, lill-gżejjer minuri tal-Eġew u lir-reġjuni ultraperiferiċi fid-dawl tad-diversifikazzjoni agrikola limitata tagħhom u l-impossibbiltà frekwenti li jinstabu ċerti prodotti fir-reġjun ikkonċernat, li tirriżulta fi spejjeż ogħla ta' trasport u ħżin. Barra minn hekk, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu l-iskala tal-iskemi attwali tagħhom għall-ħalib għall-iskejjel, u bil-għan li Stati Membri oħra jiġu inkuraġġiti sabiex jibdew id-distribuzzjoni tal-ħalib, huwa xieraq li jiġu kkombinati dawk il-kriterji mal-użu storiku tal-għajnuna mill-Unjoni għall-provvista lit-tfal ta' ħalib u prodotti tal-ħalib, bl-eċċezzjoni tal-Kroazja, li għaliha għandu jiġi ddeterminat ammont speċifiku.

(9)

Fl-interess ta' amministrazzjoni u ġestjoni tal-baġit tajbin, l-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fid-distribuzzjoni tal-prodotti eliġibbli għandhom jippreżentaw kull sena talbiet għal għajnuna mill-Unjoni.

(10)

Strateġija nazzjonali jew reġjonali għandha tkun kundizzjoni għall-parteċipazzjoni ta' Stat Membru fl-iskema għall-iskejjel. Kull Stat Membru li jixtieq jipparteċipa għandu jippreżenta strateġija f'forma ta' dokument li tkopri perijodu ta' sitt snin u li tistabbilixxi l-prijoritajiet tagħha. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jaġġornaw l-istrateġiji tagħhom b'mod regolari, b'mod partikolari fid-dawl tal-evalwazzjonijiet u r-reviżjonijiet tal-prijoritajiet jew il-miri u tas-suċċess tal-iskemi tagħhom. Barra minn hekk, l-istrateġiji jistgħu jinkludu elementi speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni tal-iskema għall-iskejjel li ser jippermettu lill-Istati Membri jiksbu effiċjenzi fil-ġestjoni, inter alia, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna.

(11)

Sabiex tiġi promossa s-sensibilizzazzjoni dwar l-iskema għall-iskejjel u tittejjeb il-viżibbiltà tal-għajnuna mill-Unjoni, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-obbligu tal-Istati Membri li jippubbliċizzaw b'mod ċar l-appoġġ tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-iskema, inkluż fir-rigward tal-għodda ta' pubbliċità u, jekk ikun adatt, l-identifikatur komuni jew l-elementi grafiċi.

(12)

Sabiex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-iskema għall-iskejjel, l-Istati Membri għandhom jispjegaw fl-istrateġija tagħhom kif ser jiżguraw il-valur miżjud tal-iskemi tagħhom, b'mod partikolari meta l-prodotti ffinanzjati taħt l-iskema tal-Unjoni jiġu kkunsmati fl-istess ħin bħal ikliet oħra fornuti lit-tfal f'istituzzjoni edukattiva. Sabiex jiġi żgurat li jinkiseb l-iskop edukattiv tal-iskema tal-Unjoni u li dan ikun effettiv, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli li jikkonċernaw id-distribuzzjoni tal-prodotti ffinanzjati taħt l-iskema tal-Unjoni fir-rigward tal-provvista ta' ikliet oħra fi stabbilimenti edukattivi u l-preparazzjoni tagħhom.

(13)

Sabiex tiġi vverifikata l-effettività tal-iskema għall-iskejjel fl-Istati Membri, għandu jiġi pprovdut finanzjament mill-Unjoni għal inizjattivi li jimmonitorjaw u jevalwaw ir-riżultati miksuba, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-bidliet fil-konsum li jseħħu fuq perijodu ta' żmien medju.

(14)

Il-prinċipju ta' kofinanzjament għad-distribuzzjoni tal-frott u l-ħaxix għall-iskejjel għandu jiġi abolit

(15)

Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa d-diviżjoni tal-kompetenzi reġjonali jew lokali fi ħdan l-Istati Membri.

(16)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. Sabiex jittieħed kont tal-perjodiċità tas-sena skolastika, ir-regoli l-ġodda għandhom jibdew japplikaw mill-1 ta' Awwissu 2017,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II hija sostitwita b'dan li ġej:

“Taqsima 1

Għajnuna għall-provvista ta' frott u ħaxix u ta' ħalib u prodotti tal-ħalib fi stabbilimenti edukattivi

Artikolu 22

Grupp fil-mira

L-iskema ta' appoġġ li għandha l-għan li ttejjeb id-distribuzzjoni ta' prodotti agrikoli u d-drawwiet alimentari tat-tfal hija mmirata lejn tfal li jattendu regolarment stabbilimenti tat-trabi jew pre-primarji jew stabbilimenti edukattivi fil-livell primarju jew sekondarju li huma amministrati jew rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Artikolu 23

Għajnuna għall-provvista ta' frott u ħaxix għall-iskejjel u ta' ħalib għall-iskejjel, miżuri edukattivi ta' akkumpanjament u spejjeż relatati

1.   Għandha tingħata għajnuna mill-Unjoni fir-rigward tat-tfal fl-istabbilimenti edukattivi msemmija fl-Artikolu 22:

(a)

għall-provvista u d-distribuzzjoni tal-prodotti eliġibbli msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu;

(b)

għall-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament; u

(c)

għall-kopertura ta' ċerti spejjeż relatati marbuta mat-tagħmir, il-pubbliċità, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, u, sa fejn dawk l-ispejjeż mhumiex koperti mill-punt (a) ta' dan is-subparagrafu, il-loġistika u d-distribuzzjoni.

Il-Kunsill għandu, f'konformità mal-Artikolu 43(3) TFUE, jistabbilixxi limiti għall-proporzjon tal-għajnuna mill-Istat li tkopri l-miżuri u spejjeż imsemmija fil-punt (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

2.   Għall-finijiet ta' din it-Taqsima:

(a)

‘frott u ħaxix għall-iskejjel’ tfisser il-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 u fil-punt (a) tal-paragrafu 4;

(b)

‘ħalib għall-iskejjel’ tfisser il-prodotti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 u fil-punt (b) tal-paragrafu 4, kif ukoll il-prodotti msemmija fl-Anness V.

3.   L-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema ta' għajnuna stabbilita skont il-paragrafu 1 (“l-iskema għall-iskejjel”) u li jitolbu l-għajnuna mill-Unjoni korrispondenti, għandhom, filwaqt li jieħdu kont taċ-ċirkostanzi nazzjonali, jagħtu prijorità lid-distribuzzjoni tal-prodotti ta' wieħed mill-gruppi li ġejjin jew tat-tnejn li huma:

(a)

frott u ħaxix u prodotti friski tas-settur tal-banana;

(b)

ħalib tax-xorb u l-verżjonijiet mingħajr lattożju tiegħu.

4.   Minkejja l-paragrafu 3, sabiex jiġi promoss il-konsum ta' prodotti speċifiċi u/jew biex tingħata risposta għall-ħtiġijiet nutrizzjonali partikolari tat-tfal fit-territorju tagħhom, l-Istat Membri jistgħu jipprevedu d-distribuzzjoni ta' prodotti ta' wieħed mill-gruppi li ġejjin jew tat-tnejn li huma:

(a)

prodotti ta' frott u ħaxix ipproċessati, minbarra l-prodotti previsti fil-punt (a) tal-paragrafu 3;

(b)

ġobon, baqta, jogurt u prodotti oħra tal-ħalib iffermentati jew aċidifikati mingħajr ħwawar, frott, ġewż jew kawkaw miżjuda, flimkien mal-prodotti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3.

5.   F'każijiet meta l-Istati Membri jikkunsidraw li jkun neċessarju għall-kisba tal-objettivi tal-iskema għall-iskejjel u tal-għanijiet iddikjarati fl-istrateġiji tagħhom msemmija fil-paragrafu 8, huma jistgħu jissuplementaw id-distribuzzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafi 3 u 4 bil-prodotti elenkati fl-Anness V.

F'każijiet bħal dawn, l-għajnuna mill-Unjoni għandha titħallas biss għall-komponent tal-ħalib tal-prodott distribwit. Dak il-komponent tal-ħalib ma għandux ikun anqas minn 90 % skont il-piż għall-prodotti tal-Kategorija I tal-Anness V u 75 % skont il-piż għall-prodotti tal-Kategorija II tal-Anness V.

Il-livell tal-għajnuna mill-Unjoni għall-komponent tal-ħalib għandu jiġi ffissat mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 43(3) TFUE.

6.   Il-prodotti distribwiti skont l-iskema għall-iskejjel ma għandux ikun fihom xi wieħed minn dan li ġej:

(a)

zokkor miżjud;

(b)

melħ miżjud;

(c)

xaħam miżjud;

(d)

sustanzi miżjuda li jżidu l-ħlewwa; jew

(e)

sustanzi artifiċjali miżjuda li jsaħħu t-togħma minn E 620 sa E 650 kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

Minkella l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, kwalunkwe Stat Membru jista', wara li jkun kiseb l-awtorizzazzjoni adatta mill-awtoritajiet nazzjonali tiegħu responsabbli għas-saħħa u n-nutrizzjoni f'konformità mal-proċeduri nazzjonali tiegħu, jiddeċiedi li l-prodotti eliġibbli msemmija fil-paragrafi 4 u 5 jista' jkun fihom kwantitajiet limitati ta' zokkor miżjud, melħ miżjud u/jew xaħam miżjud.

7.   Minbarra l-prodotti msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-inklużjoni ta' prodotti agrikoli oħra fil-qafas tal-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament, b'mod partikolari dawk elenkati fil-punti (g) u (v) tal-Artikolu 1(2).

8.   Bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni tiegħu fl-iskema għall-iskejjel, Stat Membru għandu jfassal, qabel il-parteċipazzjoni tiegħu fl-iskema għall-iskejjel, u mbagħad kull sitt snin, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, strateġija għall-implimentazzjoni tal-iskema. L-istrateġija tista' tiġi emendata mill-awtorità responsabbli għat-tfassil tagħha fil-livell nazzjonali jew reġjonali, b'mod partikolari fid-dawl tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni u tar-riżultati miksuba. L-istrateġija għandha tal-anqas tidentifika l-ħtiġijiet li għandhom jiġu ssodisfati, il-klassifikazzjoni tal-ħtiġijiet f'termini ta' prijoritajiet, il-grupp fil-mira, ir-riżultati li mistennija jintlaħqu u, jekk disponibbli, il-miri kwantifikati li għandhom jinkisbu fir-rigward tas-sitwazzjoni inizjali, u tistabbilixxi l-istrumenti u l-azzjonijiet l-aktar xierqa biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

L-istrateġija tista' tinkludi elementi speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni tal-iskema għall-iskejjel, inklużi dawk maħsuba biex jissimplifikaw il-ġestjoni tagħha.

9.   L-Istati Membri għadhom jiddeterminaw fl-istrateġiji tagħhom il-lista tal-prodotti kollhali għandhom jiġu pprovduti fil-qafas tal-iskema għall-iskejjel permezz tad-distribuzzjoni regolari jew inkella fil-qafas ta' miżuri edukattivi ta' akkumpanjament. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6, huma għandhom jiżguraw ukoll l-involviment xieraq tal-awtoritajiet nazzjonali tagħhom responsabbli għas-saħħa u n-nutrizzjoni fit-tfassil ta' dik il-lista, jew l-awtorizzazzjoni xierqa minn dawk l-awtoritajiet ta' dik il-lista, f'konformità mal-proċeduri nazzjonali.

10.   Sabiex l-iskema għall-iskejjel tkun effettiva, l-Istati Membri għandhom jipprevedu wkoll miżuri edukattivi ta' akkumpanjament, li jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, miżuri u attivitajiet li jkollhom l-għan li jqarrbu lit-tfal mill-ġdid lejn l-agrikoltura permezz ta' attivitajiet, bħal żjarat f'azjendi agrikoli, u d-distribuzzjoni ta' firxa usa' ta' prodotti agrikoli kif imsemmija fil-paragrafu 7. Dawk il-miżuri jistgħu wkoll jitfasslu biex jedukaw it-tfal dwar kwistjonijiet relatati, bħal drawwiet ta' dieta tajba għas-saħħa, ktajjen alimentari lokali, il-biedja organika, il-produzzjoni sostenibbli u l-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel.

11.   L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-prodotti li għandhom jiġu inkorporati fid-distribuzzjoni jew li għandhom jiġu inklużi fil-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament abbażi ta' kriterji oġġettivi li għandhom jinkludu kriterju wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin: kunsiderazzjonijiet tas-saħħa u dawk ambjentali, l-istaġjonalità, il-varjetà u d-disponibbiltà ta' prodotti lokali jew reġjonali, filwaqt li jagħtu prijorità sa fejn huwa prattikabbli għall-prodotti li joriġinaw fl-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu b'mod partikolari xiri lokali jew reġjonali, prodotti organiċi, ktajjen tal-provvista qosra jew benefiċċji ambjentali u, jekk xieraq, prodotti rikonoxxuti taħt l-iskemi ta' kwalità stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li, fl-istrateġiji tagħhom, jagħtu prijorità lil konsiderazzjonijiet ta' sostenibbiltà u ta' kummerċ ġust.

Artikolu 23a

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, l-għajnuna taħt l-iskema għall-iskejjel allokata għad-distribuzzjoni tal-prodotti, il-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament u l-ispejjeż relatati msemmija fl-Artikolu 23(1) ma għandhiex taqbeż il-EUR 250 miljun għal kull sena skolastika.

F'dak il-limitu globali, l-għajnuna ma għandhiex taqbeż:

(a)

għall-frott u l-ħaxix għall-iskejjel: EUR 150 miljun għal kull sena skolastika;

(b)

għall-ħalib għall-iskejjel: EUR 100 miljun għal kull sena skolastika.

2.   L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi allokata lil kull Stat Membru, filwaqt li jitqies dan li ġej:

(a)

l-għadd ta' tfal bejn sitta u għaxar snin fl-Istat Membru kkonċernat;

(b)

il-livell ta' żvilupp tar-reġjuni fl-Istat Membru kkonċernat sabiex jiġi żgurat li aktar għajnuna tigi allokata lir-reġjuni anqas żviluppati t u lill-gżejjer minuri tal-Eġew fis-sens tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013; u

(c)

għall-ħalib għall-iskejjel, minbarra l-kriterji msemmija fil-punti (a) u (b), l-użu storiku tal-għajnuna mill-Unjoni għall-provvista ta' ħalib u prodotti tal-ħalib lit-tfal.

L-allokazzjonijiet għall-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li aktar għajnuna tigi allokata lir-reġjuni ultraperiferiċi elenkati fl-Artikolu 349 TFUE sabiex jittieħed kont tas-sitwazzjoni speċifika ta' dawk ir-reġjuni rigward il-provenjenza ta' prodotti u biex tiġi promossa tali provenjenza bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi li jinsabu fi prossimità ġeografika għal xulxin.

L-allokazzjonijiet għall-ħalib għall-iskejjel li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-kriterji stipulati f'dan il-paragrafu għandhom jiżguraw li l-Istati Membri kollha jkunu intitolati li jirċievu tal-anqas ammont minimu ta' għajnuna mill-Unjoni għal kull tifel u tifla fil-grupp ta' età msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu. Dak l-ammont ma għandux ikun anqas mill-użu medju ta' għajnuna mill-Unjoni għal kull tifel u tifla madwar l-Istati Membri kollha fil-qafas tal-iskema tal-ħalib għall-iskejjel li applikat qabell-1 ta' Awwissu 2017.

Miżuri dwar l-iffissar ta' allokazzjonijiet indikattivi u definittivi u dwar ir-riallokazzjoni tal-għajnuna mill-Unjoni għall-frott u ħaxix għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel għandhom jittieħdu mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 43(3) TFUE.

3.   L-Istati Membri li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema għall-iskejjel għandhom jippresentaw kull sena t-talba tagħhom għall-għajnuna mill-Unjoni, filwaqt li jispeċifikaw l-ammont mitlub għall-frott u l-ħaxix għall-iskejjel, u l-ammont mitlub għall-ħalib għall-iskejjel li huma jixtiequ jiddistribwixxu.

4.   Mingħajr ma jinqabeż il-limitu globali ta' EUR 250 miljun stipulat fil-paragrafu 1, kwalunkwe Stat Membru jista' jittrasferixxi darba kull sena skolastika sa 20 % tal-allokazzjoni indikattiva waħda jew l-oħra tiegħu.

Dak il-perċentwal jista' jiżdied sa 25 % għall-Istati Membri li għandhom reġjuni ultraperiferiċi elenkati fl-Artikolu 349 TFUE u f'każijiet oħra ġustifikati kif dovut, bħal meta Stat Membru jeħtieġ jindirizza sitwazzjoni tas-suq speċifika fis-settur kopert mill-iskema għall-iskejjel, it-tħassib partikolari tiegħu rigward konsum baxx ta' wieħed miż-żewġ -gruppi ta' prodotti, jew bidliet soċjetali oħra.

It-trasferimenti jistgħu jsiru:

(a)

qabel ma jiġu ffissati allokazzjonijiet definittivi għas-sena skolastika ta' wara, bejn l-allokazzjonijiet indikattivi tal-Istati Membri; jew

(b)

wara l-bidu ta' sena skolastika, bejn l-allokazzjonijiet definittivi tal-Istat Membru, meta tali allokazzjonijiet ikunu ġew stabbiliti għall-Istat Membru inkwistjoni.

It-trasferimenti msemmija fil-punt (a) tat-tielet subparagrafu ma jistgħux isiru mill-allokazzjoni indikattiva għall-grupp ta' prodotti li għalihom l-Istat Membru kkonċernat jitlob ammont li jaqbeż l-allokazzjoni indikattiva tiegħu. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-ammont ta' kwalunkwe trasferiment bejn allokazzjonijiet indikattivi

5.   L-iskema għall-iskejjel għandha tkun preġudizzju għal kwalunkwe skema nazzjonali separata għall-iskejjel li hija kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni. L-għajnuna mill-Unjoni prevista fl-Artikolu 23 tista' tintuża biex testendi l-ambitu jew l-effettività ta' kwalunkwe skema nazzjonali għall-iskejjel eżistenti jew kwalunkwe skema ta' distribuzzjoni fl-iskejjel li tipprovdi frott u ħaxix għall-iskejjel u ħalib għall-iskejjel iżda hija ma għandhiex tissostitwixxi l-finanzjament għal dawk l-iskemi nazzjonali eżistenti, ħlief għad-distribuzzjoni b'xejn ta' ikliet lil tfal fi stabbilimenti edukattivi. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jestendi l-ambitu ta' skema nazzjonali għall-iskejjel eżistenti jew li jagħmilha aktar effettiva billi jitlob għajnuna mill-Unjoni, huwa għandu jindika fl-istrateġija msemmija fl-Artikolu 23(8) kif dan ser jinkiseb.

6.   Minbarra l-għajnuna mill-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna nazzjonali għall-finanzjament tal-iskema għall-iskejjel.

L-Istati Membri jistgħu jiffinanzjaw dik l-għajnuna permezz ta' imposta fuq is-settur ikkonċernat jew permezz kwalunkwe kontribuzzjoni oħra mis-settur privat.

7.   L-Unjoni tista' tiffinanzja wkoll, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, miżuri ta' informazzjoni, pubbliċità, monitoraġġ u evalwazzjoni relatati mal-iskema għall-iskejjel, inkluż miżuri ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-objettivi tal-iskema, u miżuri ta' netwerking relatati li għandhom bħala għan l-iskambju ta' esperjenzi u l-aħjar prattiki sabiex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-iskema.

Il-Kummissjoni tista' tiżviluppa, f'konformità mal-Artikolu 24(4) ta' dan ir-Regolament, identifikatur komuni jew elementi grafiċi biex isaħħaħ il-viżibbiltà tal-iskema għall-iskejjel.

8.   L-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel għandhom jippubbliċizzaw, fil-bini tal-iskola jew postijiet rilevanti oħra, l-involviment tagħhom fl-iskema u l-fatt li din hija ssussidjata mill-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jużaw kwalunkwe għodda ta' pubbliċità xierqa, li tista' tinkludi posters, siti elettroniċi ddedikati, materjal grafiku informattiv, u kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-valur miżjud u l-viżibbiltà tal-iskema għall-iskejjel tal-Unjoni fir-rigward tal-provvista ta' ikliet oħra fi stabbilimenti edukattivi.

Artikolu 24

Setgħat delegati

1.   Sabiex jiġu promossi d-drawwiet ta' dieta tajba għas-saħħa tat-tfal u biex jiġi żgurat li l-għajnuna mill-iskema għall-iskejjel tkun mmirata lejn it-tfal fil-grupp fil-mira msemmi fl-Artikolu 22, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 227 li jikkonċernaw regoli dwar:

(a)

il-kriterji addizzjonali relatati mal-eliġibbiltà tal-grupp fil-mira msemmi fl-Artikolu 22;

(b)

l-approvazzjoni u l-għażla tal-applikanti għall-għajnuna mill-Istati Membri;

(c)

it-tfassil tal-istrateġiji nazzjonali jew reġjonali u l-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament.

2.   Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u mmirat tal-fondi tal-Unjoni u biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-iskema għall-iskejjel, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 227 li jikkonċernaw:

(a)

l-identifikazzjoni ta' spejjeż u miżuri li huma eliġibbli għall-għajnuna mill-Unjoni;

(b)

l-obbligu għall-Istati Membri li jimmonitorjaw u jevalwaw l-effettività tal-iskema għall-iskejjel tagħhom.

3.   Sabiex jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 227 sabiex tissupplimenta l-lista ta' sustanzi artifiċjali li jsaħħu t-togħma msemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(6).

Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti distribwiti skont l-Artikolu 23(3), (4) u (5) jilħqu l-objettivi tal-iskema għall-iskejjel, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 227 biex jiġu definiti l-livelli massimi għal zokkor miżjud, melħ miżjud u xaħam miżjud li jistgħu jkunu permessi mill-Istati Membri taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(6) u li teknikament huma neċessarji għall-preparazzjoni jew il-manifattura ta' prodotti pproċessati.

4.   Sabiex tiġi promossa s-sensibilizzazzjoni dwar l-iskema għall-iskejjel u tittejjeb il-viżibbiltà tal-għajnuna mill-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 227 li jobbligaw l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-iskema għall-iskejjel biex jippubbliċizzaw b'mod ċar il-fatt li huma qegħdin jirċievu appoġġ mill-Unjoni biex jimplimentaw l-iskema, inkluż fir-rigward ta':

(a)

jekk xieraq, l-istabbiliment ta' kriterji speċifiċi dwar il-preżentazzjoni, il-kompożizzjoni, id-daqs u d-disinn tal-identifikatur komuni jew l-elementi grafiċi;.

(b)

il-kriterji speċifiċi relatati mal-użu ta' għodda ta' pubbliċità.

5.   Sabiex jiġi żgurat il-valur miżjud u l-viżibbiltà tal-iskema għall-iskejjel, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 227 fir-rigward tar-regoli li jikkonċernaw id-distribuzzjoni ta' prodotti fir-rigward tal-provvista ta' ikliet oħra fi stabbilimenti edukattivi.

6.   B'kont meħud tal-ħtieġa li jiġi żgurat li l-għajnuna mill-Unjoni tkun riflessa fil-prezz li bih il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni taħt l-iskema għall-iskejjel, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 227 li jobbligaw l-Istati Membri biex jispjegaw fl-istrateġiji tagħhom kif dan ser jinkiseb.

Artikolu 25

Setgħat ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta' din it-Taqsima inkluż dawk li jikkonċernaw:

(a)

l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-istrateġiji tal-Istati Membri;

(b)

l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u l-pagamenti, inkluża s-simplifikazzjoni tal-proċeduri li jirriżultaw mill-qafas komuni għall-iskema għall-iskejjel;

(c)

il-metodi tal-pubbliċità, u l-miżuri ta' netwerking fir-rigward tal-iskema għall-iskejjel;

(d)

is-preżentazzjoni, il-format u l-kontenut tat-talbiet annwali għall-għajnuna, ir-rapporti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni mill-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel;

(e)

l-applikazzjoni tal-Artikolu 23a(4), inklużi dwar l-iskadenzi għat-trasferimenti u dwar il-preżentazzjoni, il-format u l-kontenut tan-notifiki ta' trasferiment.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

(*)  Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).”;"

(2)

L-Artikolu 217 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 217

Pagamenti nazzjonali għad-distribuzzjoni ta' prodotti lit-tfal

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu pagamenti nazzjonali għall-provvista lit-tfal fi stabbilimenti edukattivi tal-gruppi ta' prodotti eliġibbli msemmija fl-Artikolu 23, għall-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament relatati ma' tali prodotti u għall-ispejjeż relatati msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1).

L-Istati Membri jistgħu jiffinanzjaw dawk il-pagamenti permezz ta' imposta fuq is-settur ikkonċernat jew permezz ta' kwalunkwe kontribuzzjoni oħra mis-settur privat.”;

(3)

Fl-Artikolu 225, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(e)

sal-31 ta' Lulju 2023, dwar l-applikazzjoni tal-kriterji ta' allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 23a(2);

(f)

sal-31 ta' Lulju 2023, dwar l-impatt tat-trasferimenti msemmija fl-Artikolu 23a(4) fuq l-effettività tal-iskema għall-iskejjel b'rabta mad-distribuzzjoni ta' frott u ħaxix għall-iskejjel u ħalib għall-iskejjel.”;

(4)

L-Anness V huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS V

PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 23(5)

Kategorija I

Prodotti magħmulin minn ħalib iffermentat mingħajr meraq tal-frott, b'togħma naturali

Prodotti magħmulin minn ħalib bil-meraq tal-frott, b'togħma naturali jew mingħajr togħma

Xarbiet abbażi ta' ħalib bil-kawkaw, meraq tal-frott jew b'togħma naturali

Kategorija II

Prodotti tal-ħalib, iffermentat jew mhux iffermentat, bil-frott, b'togħma naturali jew mingħajr togħma”.

Artikolu 2

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013

Fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-miżuri relatati mal-mard tal-annimali u t-telf tal-fiduċja tal-konsumaturi kif imsemmi fl-Artikolu 220 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.”

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Awwissu 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-11 ta' Mejju 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

J.A. HENNIS-PLASSCHAERT


(1)  ĠU C 451, 16.12.2014, p. 142.

(2)  ĠU C 415, 20.11.2014, p. 30.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2016 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' April 2016.

(4)  Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(5)  Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).


24.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/11


REGOLAMENT (UE) 2016/792 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Mejju 2016

dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tad-djar, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur (HICP)(harmonised index of consumer prices) huwa mfassal biex ikejjel l-inflazzjoni b'mod armonizzat fl-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jużaw l-HICP fil-valutazzjoni tagħhom tal-istabbiltà tal-prezzijiet fl-Istati Membri skont l-Artikolu 140 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(2)

Indiċijiet armonizzati jintużaw fil-kuntest tal-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku tal-Kummissjoni, kif stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(3)

L-istatistika tal-prezzijiet ta' kwalità u komparabbiltà għolja hi essenzjali għal dawk responsabbli għall-politika pubblika fl-Unjoni, ir-riċerkaturi u ċ-ċittadini Ewropej kollha.

(4)

Is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (is-SEBĊ) tuża l-HICP bħala indiċi sabiex tkejjel l-ilħiq tal-objettiv ta' stabbiltà tal-prezzijiet tas-SEBĊ skont l-Artikolu 127(1) tat-TFUE, li huwa partikolarment rilevanti għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Unjoni skont l-Artikolu 127(2) tat-TFUE. Skont l-Artikoli 127(4) u 282(5) TFUE, il-BĊE għandu jiġi kkonsultat fuq kull att propost tal-Unjoni fl-oqsma tal-kompetenza tiegħu.

(5)

L-objettiv ta' dan ir-Regolament huwa li jiġi stabbilit qafas komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u tal-indiċi tal-prezzijiet tad-djar (l-HPI) fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali. Madankollu, dan ma jipprekludix il-possibbiltà li fil-futur tiġi estiża l-applikazzjoni tal-qafas, jekk meħtieġ, għal-livell subnazzjonali.

(6)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 (4) stabbilixxa qafas komuni għall-istabbiliment ta' indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur. Dak il-qafas legali jeħtieġ li jiġi adattat skont ir-rekwiżiti u l-progress tekniku attwali, u b'hekk ikomplu jittejbu r-rilevanza u l-komparabbiltà tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u tal-HPI. Abbażi tal-qafas il-ġdid stabbilit minn dan ir-Regolament, għandha tinbeda ħidma fuq sett ta' indikaturi supplimentari dwar l-evoluzzjoni tal-prezzijiet.

(7)

Dan ir-Regolament iqis l-aġenda tal-Kummissjoni għal regolamentazzjoni aħjar u, b'mod partikolari, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ottubru 2010 intitolata “Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea”. Fil-qasam tal-istatistika, il-Kummissjoni stabbiliet is-simplifikazzjoni u t-titjib tal-ambjent regolatorju fl-istatistika bħala prijorità, kif imsemmi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Awwissu 2009 dwar il-metodu ta' produzzjoni tal-istatistika tal-UE: viżjoni għad-deċenju li ġej.

(8)

L-HICP u l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur b'rati tat-taxxa kostanti (HICP-CT)(harmonised index of consumer prices at constant tax rates) għandhom jinqasmu f'kategoriji tal-klassifikazzjoni Ewropea tal-konsum individwali skont l-għan (l-ECOICOP)(European classification of individual consumption according to purpose). Tali klassifikazzjoni għandha tiżgura li l-istatistika Ewropea kollha dwar il-konsum privat tkun konsistenti u komparabbli. L-ECOICOP għandha tkun konsistenti wkoll mal-COICOP tan-NU, li hija l-istandard internazzjonali li jikklassifika l-konsum individwali skont l-għan, għaldaqstant l-ECOICOP għandha tiġi adattata biex tiġi allinjata mal-COICOP tan-NU.

(9)

L- HICP huwa bbażat fuq il-prezzijiet osservati, li jinkludu wkoll it-taxxi fuq il-prodotti. Għaldaqstant, l-inflazzjoni tiġi affettwata mit-tibdiliet fir-rati tat-taxxa fuq il-prodotti. Għall-analiżi tal-inflazzjoni u għall-valutazzjoni tal-konverġenza fl-Istati Membri, jeħtieġ li jinġabar tagħrif ukoll dwar l-impatt tal-bidliet fit-taxxi fuq l-inflazzjoni. Għal dan il-għan, l-HICP għandu jiġu kkalkulat ukoll abbażi ta' prezzijiet b'rati tat-taxxa kostanti.

(10)

L-iffissar tal-indiċijiet tal-prezzijiet tad-djar, u b'mod partikolari tad-djar okkupati mis-sidien stess (OOH), huwa pass importanti biex jittejbu aktar ir-rilevanza u l-komparabbiltà tal-HICP. L-HPI huwa bażi neċessarja għall-kompilazzjoni tal-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH. Barra minn hekk, l-HPI huwa indikatur importanti fih innifsu. Sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport li jindirizza l-adegwatezza tal-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH għall-integrazzjoni fil-kopertura tal-HICP. Skont ir-riżultati ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, fejn opportun, tippreżenta, fi żmien raġonevoli, proposta biex dan ir-Regolament jiġi emendat fir-rigward tal-integrazzjoni tal-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH fil-kopertura tal-HICP.

(11)

L-informazzjoni proviżorja bikrija dwar l-HICP ta' kull xahar fil-forma ta' stima rapida hija kruċjali għall-politika monetarja fiż-żona tal-euro. Għalhekk, tali stimi rapidi għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri li għandhom bħala munita l-euro.

(12)

L-HICP huwa mfassal biex jivvaluta l-istabbiltà tal-prezzijiet. Mhuwiex maħsub biex ikun indiċi tal-għoli tal-ħajja. Lil hinn mill-HICP, għandha tinbeda riċerka dwar indiċi armonizzat tal-għoli tal-ħajja.

(13)

Il-perijodu ta' referenza tal-indiċijiet armonizzati għandu jiġi aġġornat perjodikament. Għandhom jiġu stabbiliti regoli għal perijodi komuni ta' referenza tal-indiċijiet għall-indiċijiet armonizzati u għas-subindiċijiet tagħhom li jkunu integrati f'mumenti differenti sabiex ikun żgurat li l-indiċijiet miksubin ikunu komparabbli u rilevanti.

(14)

Sabiex titjieb l-armonizzazzjoni gradwali tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u tal-HPI, għandhom jitnedew studji pilota sabiex jivvalutaw kemm huwa fattibbli li jintuża tagħrif bażiku mtejjeb jew li jiġu applikati approċċi metodoloġiċi ġodda. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-azzjonijiet meħtieġa u ssib l-inċentivi xierqa, inkluż appoġġ finanzjarju, sabiex tħeġġeġ li jsiru tali studji pilota.

(15)

Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tivverifika s-sorsi u l-metodi li l-Istati Membri jużaw biex jikkalkulaw l-indiċijiet armonizzati u għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-qafas legali min-naħa tal-Istati Membri. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tiddjaloga b'mod regolari mal-awtoritajiet tal-istatistika tal-Istati Membri.

(16)

Huwa essenzjali li jkun hemm tagħrif dwar il-kuntest sabiex jiġi vvalutat jekk l-indiċijiet armonizzati ddettaljati pprovduti mill-Istati Membri humiex komparabbli biżżejjed. Barra minn hekk, metodi u prattiki trasparenti tal-kompilazzjoni użati fl-Istati Membri jgħinu lill-partijiet ikkonċernati kollha jifhmu l-indiċijiet armonizzati u jtejbu aktar il-kwalità tagħhom. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit sett ta' regoli għar-rappurtar tal-metadata armonizzata.

(17)

Sabiex tiżgura l-kwalità tad-data statistika pprovduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tuża l-prerogattivi u s-setgħat xierqa previsti fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(18)

Sabiex jiġi żgurat l-adattament għal bidliet għall-COICOP tan-NU, biex tiġi emendata l-lista ta' elementi rregolati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni billi jiżdiedu elementi sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fil-metodi statistiċi u abbażi tal-evalwazzjoni ta' studji pilota, u biex tiġi mmodifikata l-lista tas-subindiċijiet tal-ECOICOP li l-Istati Membri mhux meħtieġa li jipproduċu sabiex jiġi inkluż logħob tal-azzard fl-HICP u l-HICP-CT, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Hija u tħejji l-atti delegati u tfassalhom, il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dokumenti rilevanti jintbagħtu fl-istess ħin, filwaqt u kif xieraq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(19)

Sabiex ikun żgurat li l-indiċijiet armonizzati jkunu jistgħu jitqabblu b'mod sħiħ, hemm bżonn ta' kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-ECOICOP għall-finijiet tal-HICP u l-HICP-CT; għad-disaggregazzjoni tal-istimi rapidi tal-HICP ipprovduti mill-Istati Membri li għandhom bħala munita l-euro; għad-disaggregazzjonijiet tal-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH u tal-HPI; għall-kwalità tal-piżijiet tal-indiċijiet armonizzati; għall-metodi mtejba bbażati fuq studji pilota volontarji; għall-metodoloġija xierqa; għal regoli dettaljati dwar ir-rigradazzjoni tal-indiċijiet armonizzati; għall-istandards għall-iskambju tad-data u tal-metadata; għar-reviżjoni tal-indiċijet armonizzati u s-subindiċijiet tagħhom; u għar-rekwiżiti tekniċi għall-iżgurar tal-kwalità marbutin mal-kontenut tar-rapporti annwali standard dwar il-kwalità, għall-iskadenza biex ir-rapporti jintbagħtu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) u għall-istruttura tal-inventarji u l-iskadenza biex l-inventarji jintbagħtu lill-Kummissjoni (l-Eurostat). Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni sabiex tiżgura tali kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(20)

Fl-adozzjoni ta' miżuri ta' implimentazzjoni u atti delegati skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, fejn ikun xieraq, il-kosteffettività u tiżgura li dawk il-miżuri u l-atti ma jimponux piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq dawk li jwieġbu.

(21)

Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta' standards komuni tal-istatistika għal indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u l-HPI, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri iżda jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak il-għan.

(22)

Fil-kuntest tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika ntalab jagħti gwida professjonali min-naħa tiegħu.

(23)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 2494/95 għandu jitħassar,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (l-indiċi tal-prezzijiet HICP, HICP-CT, OOH) u tal-indiċi tal-prezzijiet tad-djar (l-HPI) fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“prodotti” tfisser l-oġġetti u s-servizzi kif definit fil-paragrafu 3.01 tal-Anness A għar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) (“is-SEK 2010”);

(2)

“prezzijiet għall-konsumatur” tfisser il-prezzijiet tax-xiri li l-unitajiet domestiċi jħallsu biex jixtru prodotti individwali permezz ta' transazzjonijiet monetarji;

(3)

“prezzijiet tad-djar” tfisser il-prezzijiet tat-transazzjonijiet tad-djar li l-unitajiet domestiċi jixtru;

(4)

“prezzijiet tax-xiri” tfisser il-prezzijiet li x-xerrejja jħallsu fil-verità għall-prodotti, inkluż kwalunkwe taxxa fuq il-prodotti bis-sussidji mnaqqsa, wara li mill-prezzijiet jew l-imposti standard jitnaqqsu skontijiet, minbarra l-imgħax jew l-imposti għas-servizzi miżjudin skont l-arranġamenti ta' kreditu u kwalunkwe imposta oħra li jkun hemm minħabba li l-ħlas ma jkunx sar fil-perijodu speċifikat fil-mument tax-xiri;

(5)

“prezzijiet amministrati” tfisser prezzijiet li jew huma stabbiliti direttament mill-gvern jew li huma influwenzati b'mod sinifikanti minnu;

(6)

“indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur” jew “HICP” tfisser l-indiċi komparabbli tal-prezzijiet għall-konsumatur li kull Stat Membru jipproduċi;

(7)

“indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur b'rati tat-taxxa kostanti” jew “HICP-CT” tfisser l-indiċi li jkejjel il-bidliet fil-prezzijiet għall-konsumatur mingħajr l-impatt tal-bidliet fir-rati tat-taxxa fuq il-prodotti matul l-istess perijodu ta' żmien;

(8)

“rata ta' taxxa” tfisser parametru ta' taxxa u tista' tkun ċertu persentaġġ tal-prezz jew ammont assolut ta' taxxa impost fuq unità fiżika;

(9)

“indiċi tal-prezzijiet tad-djar okkupati mis-sidien stess” jew “l-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH” tfisser l-indiċi li jkejjel il-bidliet fil-prezzijiet tat-transazzjonijiet tad-djar ġodda fis-settur tal-unitajiet domestiċi u ta' prodotti oħra li l-unitajiet domestiċi jixtru bħala sidien li joqogħdu f'darhom stess;

(10)

“indiċi tal-prezzijiet tad-djar” jew “HPI” tfisser l-indiċi li jkejjel il-bidliet fil-prezzijiet tat-transazzjonijiet tad-djar li l-unitajiet domestiċi jixtru;

(11)

“subindiċi tal-HICP” jew “l-HICP-CT” tfisser l-indiċi tal-prezzijiet għal kwalunkwe kategorija tal-klassifikazzjoni Ewropea tal-konsum individwali skont l-għan (“l-ECOICOP”) kif stipulat f'Anness I;

(12)

“indiċijiet armonizzati” tfisser l-HICP, l-HICP-CT, l-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH, u l-HPI;

(13)

“stima rapida tal-HICP” tfisser stima bikrija tal-HICP ipprovduta mill-Istati Membri li għandhom bħala munita l-euro, li tista' tkun ibbażata fuq informazzjoni proviżorja u, jekk meħtieġ, immudellar xieraq;

(14)

“indiċi tat-tip ta' Laspeyres” tfisser l-indiċi tal-prezzijiet li jkejjel il-bidla medja fil-prezzijiet mill-perijodu ta' referenza tal-prezzijiet għal perijodu ta' tqabbil bl-użu ta' ishma ta' nefqa minn perijodu ta' qabel il-perijodu ta' referenza tal-prezzijiet, u fejn l-ishma ta' nefqa jkunu aġġustati biex jirriflettu l-prezzijiet tal-perijodu ta' referenza tal-prezzijiet.

“Indiċi tat-tip ta' Laspeyres” huwa definit bħala:

Formula

Il-prezz ta' prodott huwa indikat b'p, il-perijodu ta' referenza tal-prezzijiet huwa indikat b'0, u l-perijodu ta' tqabbil huwa indikat b't. Il-piżijiet (w) huma ishma ta' nefqa ta' perijodu (b) qabel il-perijodu tal-prezz ta' referenza, u huma aġġustati sabiex jirriflettu l-prezzijiet tal-perijodu ta' referenza tal-prezzijiet 0;

(15)

“perijodu ta' referenza tal-indiċi” tfisser il-perijodu li għalih l-indiċi jkun iffissat għal 100 punt tal-indiċi;

(16)

“perijodu ta' referenza tal-prezzijiet” tfisser il-perijodu li jiġi mqabbel miegħu l-prezz ta' perijodu ta' tqabbil; u fejn, għall-indiċijiet ta' kull xahar, il-perijodu ta' referenza tal-prezzijiet huwa Diċembru tas-sena preċedenti, u għall-indiċijiet ta' kull kwart, il-perijodu ta' referenza tal-prezzijiet huwa r-raba' kwart tas-sena preċedenti;

(17)

“tagħrif bażiku”, tfisser data li tkopri:

(a)

b'referenza għall-HICP u għall-HICP-CT:

(i)

il-prezzijiet tax-xiri tal-prodotti li jridu jitqiesu sabiex jiġu kkalkulati s-subindiċijiet skont dan ir-Regolament,

(ii)

il-karatteristiċi li jiddeterminaw il-prezz tal-prodott,

(iii)

tagħrif dwar it-taxxi u d-dazji tas-sisa imposti,

(iv)

tagħrif dwar jekk prezz hux amministrat kompletament jew parzjalment jew le; u

(v)

il-piżijiet li jirriflettu l-livell u l-istruttura tal-konsum tal-prodotti kkonċernati.

(b)

b'referenza għall-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH:

(i)

il-prezzijiet tat-transazzjonijiet tad-djar ġodda fis-settur tal-unitajiet domestiċi u ta' prodotti oħra li l-unitajiet domestiċi jixtru bħala sidien li joqogħdu f'darhom stess li jeħtieġ li jitqiesu sabiex jiġi kkalkulat l-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH skont dan ir-Regolament,

(ii)

karatteristiċi li jiddeterminaw il-prezz tad-djar u l-prezzijiet ta' prodotti oħra li l-unitajiet domestiċi jixtru bħala sidien li joqogħdu f'darhom stess, u

(iii)

piżijiet li jirriflettu l-livell u l-istruttura tal-kategoriji rilevanti tan-nefqa marbuta mad-djar;

(c)

b'referenza għall-HPI:

(i)

il-prezzijiet tat-transazzjonijiet tad-djar li l-unitajiet domestiċi jixtru, li jeħtieġ li jitqiesu sabiex jiġu kkalkulat l-HPI skont dan ir-Regolament,

(ii)

il-karatteristiċi li jiddeterminaw il-prezz tad-djar, u

(iii)

piżijiet li jirriflettu l-livell u l-istruttura tal-kategoriji rilevanti tan-nefqa marbuta mad-djar;

(18)

“unità domestika” tfisser unità domestika kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2.119 tal-Anness A għar-Regolament dwar is-SEK 2010, irrispettivament min-nazzjonalità jew mill-istatus ta' residenza ta' dik l-unità domestika;

(19)

“territorju ekonomiku tal-Istat Membru” tfisser it-territorju ekonomiku kif imsemmi fil-paragrafu 2.05 tal-Anness A għar-Regolament dwar is-SEK 2010, ħlief għall-fatt li ż-żoni li jinsabu 'l barra mit-territorju iżda li jkunu jinsabu fil-fruntieri tal-Istat Membru huma inklużi, filwaqt li dawk territorjali li jinsabu fil-bqija tad-dinja huma esklużi;

(20)

“nefqa monetarja finali tal-unitajiet domestiċi għall-konsum” tfisser dik il-parti tan-nefqa finali għall-konsum li jkunu:

għamlu l-unitajiet domestiċi,

fil-forma ta' transazzjonijiet monetarji,

fit-territorju ekonomiku tal-Istat Membru,

għal prodotti użati għas-sodisfazzjon dirett tal-bżonnijiet jew tax-xewqat individwali, kif definit fil-paragrafu 3.101 tal-Anness A għar-Regolament dwar is-SEK 2010,

f'wieħed mill-perijodi taż-żmien li jkunu qed jitqabblu jew fit-tnejn li huma;

(21)

“bidla sinifikanti fil-metodu ta' produzzjoni” tfisser bidla li mistennija taffettwa r-rata annwali ta' bidla ta' indiċi armonizzat partikolari jew ta' parti minnu, fi kwalunkwe perijodu, b'aktar minn:

(a)

0,1 punti perċentwali fil-każ tal-HICP kollu, l-HICP-CT, l-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH jew l-HPI,

(b)

0,3, 0,4, 0,.5 jew 0,6 punti perċentwali fil-każ ta' kull diviżjoni, grupp, klassi jewsottoklassi (ta' ħames ċifri) tal-ECOICOP, rispettivament, fil-każ tal-HICP jew tal-HICP-CT.

Artikolu 3

Kompilazzjoni tal-indiċijiet armonizzati

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) bl-indiċijiet armonizzati kif definit fil-punt (12) tal-Artikolu 2.

2.   L-indiċijiet armonizzati għandhom ikunu indiċijiet tat-tip Laspeyres marbuta katina annwalment.

3.   L-HICP u l-HICP-CT għandhom jissejsu fuq il-bidliet fil-prezzijiet u l-piżijiet tal-prodotti inklużi fin-nefqa monetarja finali tal-unitajiet domestiċi għall-konsum.

4.   La l-HICP u lanqas l-HICP-CT m'għandhom ikopru t-transazzjonijiet bejn l-unitajietdomestiċi, ħlief fil-każ tal-kirjiet li l-inkwilini jħallsu lis-sidien privati, f'liema każ is-sidienprivati jkunu qed jaġixxu qishom produtturi ta' servizzi fis-suq li l-unitajiet domestiċi (l-inkwilini) jkunu qed jixtru.

5.   L-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH għandu jiġi kkompilat, fejn ikun possibbli u dment li d-data tkun disponibbli, għall-10 snin ta' qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

6.   Is-subindiċijiet tal-HICP u tal-HICP-CT għandhom jiġu kkompilati għall-kategoriji tal-ECOICOP. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-ECOICOP għall-fini tal-HICP u l-HICP-CT. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

7.   Sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport li għandu jindirizza l-adegwatezza tal-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH għall-integrazzjoni fil-kopertura tal-HICP. Skont ir-riżultati ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, fejn opportun, tippreżenta, fi żmien raġonevoli, proposta biex dan ir-Regolament jiġi emendat fir-rigward tal-integrazzjoni tal-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH fil-kopertura tal-HICP. Jekk ir-rapport jistabbilixxi li huma meħtieġa aktar żviluppi metodoloġiċi għall-integrazzjoni tal-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH fil-kopertura tal-HICP, il-Kummissjoni għandha issegwi x-xogħol metodoloġiku u tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dak ix-xogħol, kif opportun.

8.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-disaggregazzjoni tal-istima rapida tal-HICP pprovduta mill-Istati Membri li għandhom bħala munita l-euro. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

9.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-disaggregazzjonijiet tal--indiċi tal-prezzijiet tal-OOH u l-HPI għandhom jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

10.   Kull sena, l-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-piżijiet tas-subindiċijiet għall-indiċijiet armonizzati. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw kundizzjonijiet uniformi għall-kwalità tal-piżijiet tal-indiċijiet armonizzati għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 4

Komparabbiltà tal-indiċijiet armonizzati

1.   Biex l-indiċijiet armonizzati jitqiesu bħala komparabbli, kwalunkwe differenza bejn l-Istati Membri fil-livelli kollha ta' dettall għandha tirrifletti biss id-differenzi fil-bidliet fil-prezzijiet jew fix-xejriet tal-infiq.

2.   Kwalunkwe subindiċi tal-indiċijiet armonizzati li jvarja mill-kunċetti jew mill-metodi mogħtija f'dan ir-Regolament għandu jitqies li huwa komparabbli jekk iwassal għal indiċi li huwa stmat li jvarja b'mod sistematiku:

(a)

b'punti perċentwali ta' 0,1 jew inqas, bħala medja, f'sena waħda meta mqabbel mas-sena ta' qabilha, minn indiċi kkompilat abbażi tal-approċċ metodoloġiku mogħti f'dan ir-Regolament fil-każ tal-HICP u tal-HICP-CT;

(b)

b'punt perċentwali 1 jew inqas, bħala medja, f'sena waħda meta mqabbel mas-sena ta' qabilha, minn indiċi kkompilat abbażi tal-approċċ metodoloġiku mogħti f'dan ir-Regolament fil-każ tal-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH u l-HPI.

Meta l-kalkoli msemmija fl-ewwel subparagrafu ma jkunux possibbli, l-Istati Membri għandhom jispjegaw fid-dettall il-konsegwenzi tal-użu ta' metodoloġija li tvarja mill-kunċetti jew mill-metodi mogħtija f'dan ir-Regolament.

3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10 għall-emendar ta' Anness I, sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-indiċijiet armonizzati fil-livell internazzjonali f'konformità mal-bidliet għall-COICOP tan-NU.

4.   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi fil-produzzjoni ta' indiċijiet armonizzati komparabbli u għall-finijiet li jinkisbu l-objettivi ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw ulterjorment il-metodi mtejba bbażata fuq studji pilota volontarji kif imsemmija fl-Artikolu 8, u l-metodoloġija. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jikkonċernaw:

(i)

it-teħid ta' kampjuni u r-rappreżentanza;

(ii)

il-ġbir u t-trattament tal-prezzijiet;

(iii)

is-sostituzzjonijiet u l-aġġustament tal-kwalità;

(iv)

il-kompilazzjoni tal-indiċijiet;

(v)

ir-reviżjonijiet;

(vi)

l-indiċijiet speċjali;

(vii)

it-trattament ta' prodotti f'oqsma speċifiċi.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawk l-atti ta' implimentazzjoni ma jimponux piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq dawk li jwieġbu.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

5.   Bil-ħsieb tal-produzzjoni tal-indiċijiet armonizzati, sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fil-metodi statistiċi u abbażi tal-evalwazzjoni tal-istudji pilota msemmija fl-Artikolu 8(4), il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda, permezz ta' atti delegati adottati f'konformità mal-Artikolu 10, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu billi żżid elementi mal-lista stipulata hemm hekk, dment li dawn l-elementi miżjuda ma jikkoinċidux ma' oħrajn diġà eżistenti u ma jbiddlux l-iskop jew in-natura tal-indiċijiet armonizzati kif stipulati f'dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Rekwiżiti tad-data

1.   L-informazzjoni bażika miġbura mill-Istati Membri għall-indiċijiet armonizzati u għas-subindiċijiet tagħhom għandha tkun rappreżentattiva fil-livell ta' Stat Membru.

2.   L-informazzjoni għandha tinkiseb mill-unitajiet statistiċi kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 (8) jew minn sorsi oħra, dment li jiġu osservati r-rekwiżiti ta' paragunabbiltà tal-indiċijiet armonizzati msemmija fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.

3.   L-unitajiet tal-istatistika li jipprovdu t-tagħrif dwar il-prodotti inklużi fin-nefqa monetarja finali tal-unitajiet domestiċi għall-konsum għandhom jikkooperaw fil-ġbir jew fl-għoti tat-tagħrif bażiku skont il-bżonn. L-unitajiet tal-istatistika għandhom jagħtu informazzjoni bażika preċiża u sħiħa lill-korpi nazzjonali responsabbli għall-kompilazzjoni tal-indiċijiet armonizzati.

4.   Fuq talba tal-korpi nazzjonali responsabbli għall-kompilazzjoni tal-indiċijiet armonizzati, l-unitajiet tal-istatistika għandhom jipprovdu, fejn disponibbli, rekords ta' transazzjonijiet f'forma elettronika, bħal data skennjata, li jkunu ddettaljati biżżejjed biex jiġu prodotti l-indiċijiet armonizzati u biex jiġu evalwati l-konformità mar-rekwiżiti tal-komparabbiltà u l-kwalità tal-indiċijiet armonizzati.

5.   Il-perijodu komuni ta' referenza tal-indiċijiet għall-indiċijiet armonizzati għandu jkun l-2015. Dak il-perijodu ta' referenza tal-indiċijiet għandu jintuża għas-serje kronoloġika sħiħa tal-indiċijiet armonizzati u tas-subindiċijiet tagħhom kollha.

6.   L-indiċijiet armonizzati u s-subindiċijiet tagħhom għandhom jiġu rigradati għal perijodu komuni ta' referenza tal-indiċi l-ġdid f'każ ta' bidla kbira fil-metodoloġija tal-indiċijiet armonizzati, adottata f'konformità ma' dan ir-Regolament, jew kull għaxar snin wara l-aħħar rigradazzjoni mill-2015 'il quddiem. Din ir-rigradazzjoni għal perijodu ta' referenza tal-indiċijiet ġdid għandha tidħol fis-seħħ:

(a)

għall-indiċijiet ta' kull xahar, mill-indiċi ta' Jannar tas-sena ta' wara l-perijodu ta' referenza tal-indiċijiet;

(b)

għall-indiċijiet ta' kull tliet xhur, mill-indiċi tal-ewwel kwart tas-sena ta' wara l-perijodu ta' referenza tal-indiċijiet.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar ir-rigradazzjoni tal-indiċijiet armonizzati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

7.   L-Istati Membri m'għandhomx ikunu meħtieġa jipproduċu u jittrasmettu:

(a)

is-subindiċijiet tal-HICP u s-subindiċijiet tal-HICP-CT li jammontaw għal anqas minn parti waħda minn elf tan-nefqa totali;

(b)

is-subindiċijiet tal-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH u s-subindiċijiet tal-HPI li jammontaw għal inqas minn parti waħda minn mija tan-nefqa totali tad-djar okkupati mis-sidien stess u x-xiri totali ta' abitazzjonijiet rispettivament.

8.   L-Istati Membri m'għandhomx ikunu meħtieġa jipproduċu s-subindiċijiet tal-ECOICOP li ġejjin, jew minħabba li dawn mhumiex inklużi fin-nefqa monetarja finali tal-unitajiet domestiċi għall-konsum jew minħabba li dawn għadhom mhumiex armonizzati biżżejjed mil-lat tal-metodoloġija:

02.3

Narkotiċi;

09.4.3

Logħob tal-azzard;

12.2

Prostituzzjoni;

12.5.1

Assigurazzjoni fuq il-ħajja;

12.6.1

Servizzi ta' intermedjazzjoni finanzjarja mkejla indirettament (FISIM).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10 biex timmodifika l-lista stipulata f'dan il-paragrafu sabiex tinkludi l-logħob tal-azzard fl-HICP u l-HICP-CT.

Artikolu 6

Frekwenza

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) l-HICP, l-HICP-CT u s-subindiċijiet rispettivi tagħhom kull xahar, inklużi dawk is-subindiċijiet li huma jipproduċu fuq intervalli itwal taż-żmien.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) l-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH u l-HPI kull tliet xhur. Huma jistgħu jipprovduhomlha wkoll kull xahar fuq bażi volontarja.

3.   L-Istati Membri m'għandhomx ikunu meħtieġa jipproduċu s-subindiċijiet kull xahar jew kull tliet xhur f'każijiet fejn il-ġbir inqas frekwenti tad-data jissodisfa r-rekwiżiti tal-komparabbiltà mogħtija fl-Artikolu 4. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) bil-kategoriji tal-ECOICOP, tal-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH u tal-HPI li għalihom biħsiebhom jiġbru data f'intervalli bi frekwenza ta' inqas minn xahar, fil-każ tal-kategoriji tal-ECOICOP, u kull tliet xhur, fil-każ tal-kategoriji tal-indiċi tal-prezzijiet tal-OOH u tal-HPI.

4.   Kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) bil-piżijiet tas-subindiċi aġġornati għall-indiċijiet armonizzati.

Artikolu 7

Skadenzi, standards għall-iskambju u reviżjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) bl-indiċijiet armonizzati u s-subindiċijiet kollha sa mhux aktar tard minn:

(a)

15-il jum kalendarju, għall-indiċijiet ta' bejn Frar u Diċembru, u 20 jum kalendarju, għall-indiċijiet ta' Jannar, wara t-tmiem tax-xahar li għalih ikunu ġew ikkalkulati l-indiċijiet; u

(b)

85 jum kalendarju wara t-tmiem tat-trimestru li għalih ikunu ġew ikkalkulati l-indiċijiet.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) l-piżijiet aġġornati sa mhux aktar tard:

(a)

mit-13 ta' Frar ta' kull sena għall-indiċijiet ta' kull xahar;

(b)

mill-15 ta' Ġunju ta' kull sena għall-indiċijiet ta' kull tliet xhur.

3.   L-Istati Membri li għandhom bħala munita l-euro għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) bl-istima rapida tal-HICP sa mhux aktar tard mill-ġurnata kalendarja ta' qabel tal-aħħar tax-xahar li għalih tirreferi l-istima rapida.

4.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) id-data u l-metadata mitluba minn dan ir-Regolament f'konformità mal-istandards għall-iskambju tad-data u tal-metadata.

5.   L-indiċijiet armonizzati u s-subindiċijiet tagħhom li jkunu diġà ġew ippubblikati jistgħu jiġu riveduti.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw fid-dettall l-istandards għall-iskambju tad-data u tal-metadata msemmijin fil-paragrafu 4 u l-kundizzjonijiet uniformi għar-reviżjoni tal-indiċijiet armonizzati u s-subindiċijiet tagħhom kif imsemmijin fil-paragrafu 5. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 8

Studji pilota

1.   Kull meta jkun hemm bżonn ta' titjib fit-tagħrif bażiku għall-kompilazzjoni tal-indiċijiet armonizzati, jew meta jiġi identifikat il-bżonn ta' titjib fil-komparabbiltà tal-indiċijiet armonizzati fil-metodi msemmijin fl-Artikolu 4(4), il-Kummissjoni (l-Eurostat) tista' tniedi studji pilota, li l-Istati Membri għandhom iwettqu fuq bażi volontarja.

2.   Il-baġit ġenerali tal-Unjoni għandu, fejn xieraq, jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' tali studji pilota.

3.   L-istudji pilota għandhom jivvalutaw kemm huwa fattibbli li jinkiseb tagħrif bażiku mtejjeb jew li jiġu adottati approċċi metodoloġiċi ġodda.

4.   Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tevalwa r-riżultati tal-istudji pilota f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mal-utenti ewlenin tal-indiċijiet armonizzati, filwaqt li tqis il-benefiċċji li jiġu mit-titjib tat-tagħrif bażiku jew approċċi metodoloġiċi ġodda meta mqabbla mal-ispejjeż addizzjonali tal-produzzjoni tal-indiċijiet armonizzati.

5.   Sal-31 ta' Diċembru 2020 u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill li jevalwa, jekk ikun applikabbli, ir-riżultati ewlenin tal-istudji pilota.

Artikolu 9

Żgurar ta' kwalità

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità tal-indiċijiet armonizzati li huma jipprovdu. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw il-kriterji standard tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (l-Eurostat):

(a)

b'rapporti annwali standard dwar il-kwalità li jkopru l-kriterji tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009;

(b)

b'inventarji aġġornati annwalment li jkun fihom dettalji dwar is-sorsi tad-data, id-definizzjonijiet u l-metodi użati;

(c)

b'tagħrif ieħor relatat li jkun dettaljat biżżejjed biex ikunu jistgħu jiġu evalwati l-konformità mar-rekwiżiti tal-komparabbiltà u l-kwalità tal-indiċijiet armonizzati, jekk il-Kummissjoni (l-Eurostat) titlob dan.

3.   Jekk Stat Membru jkun biħsiebu jibdel b'mod sinifikanti l-metodi tal-produzzjoni tal-indiċijiet armonizzati jew ta' parti minnhom, huwa għandu jgħarraf lill-Kummissjoni (l-Eurostat) b'dan mill-inqas tliet xhur qabel ma tkun ser tidħol fis-seħħ kwalunkwe bidla ta' dan it-tip. L-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni (l-Eurostat) kwantifikazzjoni tal-impatt tal-bidla.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu rekwiżiti tekniċi għall-iżgurar tal-kwalità marbutin mal-kontenut tar-rapporti annwali standard dwar il-kwalità, l-iskadenza biex ir-rapporti jintbagħtu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) u l-istruttura tal-inventarji u l-iskadenza biex l-inventarji jintbagħtu lill-Kummissjoni (l-Eurostat). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 10

L-eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.   Meta teżerċita s-setgħa delegata fl-Artikoli 4(3), 4(5) u 5(8), il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati ma jimponux piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq dawk li jwieġbu.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika b'mod dovut l-azzjonijiet previsti f'dawk l-atti delegati, filwaqt li tikkunsidra, fejn ikun xieraq, il-kosteffettività, inkluż il-piż fuq dawk li jwieġbu u l-ispejjeż tal-produzzjoni f'konformità mal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

Il-Kummissjoni għandha ssegwi l-prattika normali tagħha u twettaq konsultazzjonijiet mal-esperti, inklużi l-esperti tal-Istati Membri, qabel ma jiġu adottati dawk l-atti delegati.

3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(3), 4(5) u 5(8) għal perijodu ta' ħames snin mit-13 ta' Ġunju 2016. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi ta' żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

4.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jirrevokaw id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 4(3), 4(5) u 5(8) f'kull mument. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija m'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 4(3), 4(5) u 5(8) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw għalih fi żmien tliet xhur minn meta dak l-att jiġi nnotifikat lilhom jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhux biħsiebhom joġġezzjonaw għalih. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 11

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 12

Tħassir

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom ikomplu jipprovdu l-indiċijiet armonizzati f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2494/95 sat-trasmissjoni tad-data rigward l-2016.

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 2494/95 jitħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2017.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita f'Anness II.

3.   Meta tkun qed tadotta l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 3(6), 3(9), 3(10), 4(4), 5(6) u 7(6), il-Kummissjoni għandha, sa fejn ikun kompatibbli ma' dan ir-Regolament, tinkorpora d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/96 (9), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96 (10), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1687/98 (11), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2646/98 (12), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1617/1999 (13), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2166/1999 (14), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2601/2000 (15), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2602/2000 (16), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1920/2001 (17), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1921/2001 (18), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1708/2005 (19), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 701/2006 (20), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 330/2009 (21), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1114/2010 (22) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 93/2013 (23) adottati abbażi tar-Regolament (KE) Nru 2494/95, filwaqt li tnaqqas, sa fejn hu xieraq, in-numru totali tal-atti ta' implimentazzjoni. Ir-Regolamenti adottati abbażi tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 għandhom jibqgħu applikabbli għal perijodu transizzjonali. Dak il-perijodu transizzjonali għandu jintemm fid-data ta' applikazzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni li ġew adottati l-ewwel abbażi tal-Artikoli 3(6), 3(9), 3(10), 4(4), 5(6) u 7(6) ta' dan ir-Regolament, li għandha tkun l-istess data għal dawk l-atti ta' implimentazzjoni kollha.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika għall-ewwel darba għad-data rigward Jannar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-11 ta' Mejju 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

J.A. HENNIS-PLASSCHAERT


(1)  ĠU C 175, 29.5.2015, p. 2.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2016 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' April 2016.

(3)  Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta' Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1).

(5)  Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

(6)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(7)  Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).

(8)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 ta' Marzu 1993 dwar l-unitajiet tal-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta' produzzjoni fil-Komunità (ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1).

(9)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/96 tad-9 ta' Settembru 1996 dwar miżuri ta' implimentazzjoni inizjali għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 li jikkonċerna indiċi armonizzati tal-prezzijiet tal-konsumatur (ĠU L 229, 10.9.1996, p. 3).

(10)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96 tal-20 ta' Novembru 1996 li jikkonċerna indiċi armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur: trasmissjoni u tixrid ta' sotto-indiċi tal-HICP (ĠU L 296, 21.11.1996, p. 8).

(11)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1687/98 tal-20 ta' Lulju 1998 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/96 dwar il-kopertura ta' merkanzija u servizzi tal-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur (ĠU L 214, 31.7.1998, p. 12).

(12)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2646/98 tad-9 ta' Diċembru 1998 li jiffissa regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 f'dak li għandu x'jaqsam ma' livelli minimi għat-trattament ta' tariffi fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (ĠU L 335, 10.12.1998, p. 30).

(13)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1617/1999 tat-23 ta' Lulju 1999 li jistabbilixxi d-dettalji għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 — dwar l-istandards minimi għat-trattament tal-assigurazzjoni fl-Indiċi Armonizzati tal-Prezzijiet għall-Konsumatur u li jimmodifika r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96 (ĠU L 192, 24.7.1999, p. 9).

(14)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2166/1999 tat-8 ta' Ottubru 1999 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 rigward l-istandards minimi għat-trattament ta' prodotti li għandhom x'jaqsmu mal-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (ĠU L 266, 14.10.1999, p. 1).

(15)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2601/2000 tas-17 ta' Novembru 2000 li jistabbilixxi reġoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar iż-żmien biex jiddaħħlu prezzijiet tax-xiri fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (ĠU L 300, 29.11.2000, p. 14).

(16)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2602/2000 tas-17 ta' Novembru 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar livelli minimi għat-trattament ta' tnaqqis fil-prezzijiet fl-Indiċi Armonizzat ta' Prezzijiet għall-Konsumatur (ĠU L 300, 29.11.2000, p. 16).

(17)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1920/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward ta' standards minimi għat-trattament ta' ħlasijiet dovuti għal servizzi li jikkorrispondu għall-valuri ta' transazzjoni fl-indiċi armonizzat ta' prezzijiet tal-konsumatur u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/96 (ĠU L 261, 29.9.2001, p. 49).

(18)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1920/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward ta' standards minimi għat-trattament ta' ħlasijiet dovuti għal servizzi li jikkorrispondu għall-valuri ta' transazzjoni fl-indiċi armonizzat ta' prezzijiet tal-konsumatur u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/96 (ĠU L 261, 29.9.2001, p. 49).

(19)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1708/2005 tad-19 ta' Ottubru 2005 li jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur, u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96 (ĠU L 274, 20.10.2005, p. 9).

(20)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 701/2006 tal-25 ta' April 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 rigward il-kopertura temporali tal-ġbir ta' prezzijiet fl-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur (ĠU L 122, 9.5.2006, p. 3).

(21)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 330/2009 tat-22 ta' April 2009 li jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-istandards minimi għat-trattament tal-prodotti staġjonali fl-Indiċijiet Armonizzati tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) (ĠU L 103, 23.4.2009, p. 6).

(22)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1114/2010 tal-1 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward tal-istandards minimi għall-kwalità ta' peżar HICP u li jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/97 (ĠU L 316, 2.12.2010, p. 4).

(23)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 93/2013 tal-1 ta' Frar 2013 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur, fir-rigward tal-iffissar ta' indiċijiet tal-prezzijiet tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien (ĠU L 33, 2.2.2013, p. 14).


ANNESS I

IL-KLASSIFIKAZZJONI EWROPEA TAL-KONSUM INDIVIDWALI SKONT L-GĦAN (L-ECOICOP)

01

IKEL U XORB MHUX ALKOĦOLIKU

01.1

Ikel

01.1.1

Ħobż u ċereali

01.1.1.1

Ross

01.1.1.2

Dqiq u ċereali oħra

01.1.1.3

Ħobż

01.1.1.4

Prodotti oħra moħmija

01.1.1.5

Pizza u kixx

01.1.1.6

Prodotti tal-għaġin u kuskus

01.1.1.7

Ċereali għall-kolazzjon

01.1.1.8

Prodotti oħra taċ-ċereali

01.1.2

Laħam

01.1.2.1

Ċanga u vitella

01.1.2.2

Majjal

01.1.2.3

Laħam tal-ħaruf u laħam tal-mogħoż

01.1.2.4

Laħam tat-tjur

01.1.2.5

Tip ta' laħam ieħor

01.1.2.6

Ġewwieni tal-annimali li jittiekel

01.1.2.7

Laħam imnixxef, immellaħ jew affumikat

01.1.2.8

Preparazzjonijiet oħra magħmulin mil-laħam

01.1.3

Ħut u frott tal-baħar

01.1.3.1

Ħut frisk jew imkessaħ

01.1.3.2

Ħut iffriżat

01.1.3.3

Frott tal-baħar frisk jew imkessaħ

01.1.3.4

Frott tal-baħar iffriżat

01.1.3.5

Ħut u frott tal-baħar imnixxef, immellaħ jew affumikat

01.1.3.6

Preparazzjonijiet oħrajn ipproċessati jew ippreservati bbażati fuq il-ħut u l-frott tal- baħar

01.1.4

Ħalib, ġobon u bajd

01.1.4.1

Ħalib frisk sħiħ

01.1.4.2

Ħalib frisk bi ftit xaħam

01.1.4.3

Ħalib tal-bott

01.1.4.4

Jogurt

01.1.4.5

Ġobon u baqta

01.1.4.6

Prodotti oħra tal-ħalib

01.1.4.7

Bajd

01.1.5

Żjut u xaħmijiet

01.1.5.1

Butir

01.1.5.2

Marġerina u xaħmijiet veġetali oħrajn

01.1.5.3

Żejt taż-żebbuġa

01.1.5.4

Żjut tal-ikel oħrajn

01.1.5.5

Xaħmijiet oħrajn tal-annimali li jittieklu

01.1.6

Frott

01.1.6.1

Frott frisk jew imkessaħ

01.1.6.2

Frott iffriżat

01.1.6.3

Frott imqadded u ġewż imnixxef

01.1.6.4

Frott tal-bott u prodotti bbażati fuq il-frott

01.1.7

Ħaxix

01.1.7.1

Ħaxix frisk jew imkessaħ, minbarra l-patata u tuberi oħrajn

01.1.7.2

Ħaxix iffriżat, minbarra l-patata u tuberi oħrajn

01.1.7.3

Ħaxix imnixxef u ħaxix ieħor ipproċessat jew ippreservat

01.1.7.4

Patata

01.1.7.5

Krisps

01.1.7.6

Tipi ta' tuberi oħrajn u prodotti magħmulin mit-tuberi

01.1.8

Zokkor, ġamm, għasel, ċikkulata u ħlewwiet

01.1.8.1

Zokkor

01.1.8.2

Ġammijiet, marmellati u għasel

01.1.8.3

Ċikkulata

01.1.8.4

Ħlewwiet

01.1.8.5

Silġ li jittiekel u ġelat

01.1.8.6

Sustanzi artifiċjali li jintużaw flok iz-zokkor

01.1.9

Prodotti tal-ikel li mhuma kklassifikati mkien ieħor

01.1.9.1

Zlazi u taħwir

01.1.9.2

Melħ, ħwawar u ħaxix tal-borma

01.1.9.3

Ikel tat-trabi

01.1.9.4

Ikel lest

01.1.9.9

Prodotti tal-ikel oħrajn li mhuma kklassifikati mkien ieħor

01.2

Xorb mhux alkoħoliku

01.2.1

Kafè, te u kokotina

01.2.1.1

Kafè

01.2.1.2

Te

01.2.1.3

Kokotina u trab taċ-ċikkulata

01.2.2

Ilma minerali, xorb li jirrinfreska (soft drinks) u meraq tal-frott u tal-ħaxix

01.2.2.1

Ilma minerali u ilma tan-nixxigħat

01.2.2.2

Xorb li jirrinfreska (soft drinks)

01.2.2.3

Meraq tal-frott u tal-ħaxix

02

XORB ALKOĦOLIKU, TABAKK U NARKOTIĊI

02.1

Xorb alkoħoliku

02.1.1

Spirti

02.1.1.1

Spirti u likuri

02.1.1.2

Xorb alkoħoliku li jirrinfreska (soft drinks alkoħoliċi)

02.1.2

Inbid

02.1.2.1

Inbid mill-għeneb

02.1.2.2

Inbid minn frott ieħor

02.1.2.3

Inbid imqawwi

02.1.2.4

Xorb ibbażat fuq l-inbid

02.1.3

Birra

02.1.3.1

Lager

02.1.3.2

Tip ta' birra alkoħolika oħra

02.1.3.3

Birra alkoħolika mhux qawwija u birra mhux alkoħolika

02.1.3.4

Xorb ibbażat fuq il-birra

02.2

Tabakk

02.2.0

Tabakk

02.2.0.1

Sigaretti

02.2.0.2

Sigarri

02.2.0.3

Prodotti oħra tat-tabakk

02.3

Narkotiċi

02.3.0

Narkotiċi

02.3.0.0

Narkotiċi

03

ILBIES U XEDD IS-SAQAJN

03.1

Ilbies

03.1.1

Drappijiet tal-ilbies

03.1.1.0

Drappijiet tal-ilbies

03.1.2

Ħwejjeġ

03.1.2.1

Ħwejjeġ tal-irġiel

03.1.2.2

Ħwejjeġ tan-nisa

03.1.2.3

Ħwejjeġ għat-trabi (tat-twelid sa meta jkollhom sentejn) u għat-tfal (ta' bejn it-tliet snin u t-tlettax-il sena)

03.1.3

Bċejjeċ oħra tal-ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ

03.1.3.1

Bċejjeċ oħra tal-ilbies

03.1.3.2

Aċċessorji tal-ħwejjeġ

03.1.4

Tindif, tiswija u kiri tal-ilbies

03.1.4.1

Tindif tal-ilbies

03.1.4.2

Tiswija u kiri tal-ilbies

03.2

Xedd is-saqajn

03.2.1

Żraben u tipi ta' xedd is-saqajn oħrajn

03.2.1.1

Xedd is-saqajn għall-irġiel

03.2.1.2

Xedd is-saqajn għan-nisa

03.2.1.3

Xedd is-saqajn għat-trabi u għat-tfal

03.2.2

Tiswija u kiri ta' xedd is-saqajn

03.2.2.0

Tiswija u kiri ta' xedd is-saqajn

04

AKKOMODAZZJONI, ILMA, ELETTRIKU, GASS U TIPI TA' KARBURANTI OĦRAJN

04.1

Kirjiet reali għall-akkomodazzjoni

04.1.1

Il-kirjiet reali li jħallsu l-inkwilini

04.1.1.0

Il-kirjiet reali li jħallsu l-inkwilini

04.1.2

Kirjiet reali oħrajn

04.1.2.1

Il-kirjiet reali li jħallsu l-inkwilini għal residenzi sekondarji

04.1.2.2

Il-kirjiet għall-garaxxijiet u kirjiet oħrajn li jħallsu l-inkwilini

04.2

Il-kirjiet imputati tal-akkomodazzjoni

04.2.1

Il-kirjiet imputati tas-sidien li joqogħdu fil-post tagħhom stess

04.2.1.0

Il-kirjiet imputati tas-sidien li joqogħdu fil-post tagħhom stess

04.2.2

Kirjiet imputati oħrajn

04.2.2.0

Kirjiet imputati oħrajn

04.3

Manutenzjoni u tiswija tal-post fejn wieħed jgħix

04.3.1

Materjal għall-manutenzjoni u t-tiswija tal-post fejn wieħed jgħix

04.3.1.0

Materjal għall-manutenzjoni u t-tiswija tal-post fejn wieħed jgħix

04.3.2

Servizzi marbutin mal-manutenzjoni u t-tiswija tal-post fejn wieħed jgħix

04.3.2.1

Servizzi tal-plàmers

04.3.2.2

Servizzi tal-elektrixins

04.3.2.3

Servizzi ta' manutenzjoni għas-sistemi ta' tisħin

04.3.2.4

Servizzi tal-bajjada

04.3.2.5

Servizzi tal-mastrudaxxi

04.3.2.9

Servizzi oħrajn marbutin mal-manutenzjoni u t-tiswija tal-post fejn wieħed jgħix

04.4

Il-provvista tal-ilma u servizzi oħrajn marbutin mal-post fejn wieħed jgħix

04.4.1

Il-provvista tal-ilma

04.4.1.0

Il-provvista tal-ilma

04.4.2

Il-ġbir taż-żibel

04.4.2.0

Il-ġbir taż-żibel

04.4.3

Il-ġbir tad-dranaġġ

04.4.3.0

Il-ġbir tad-dranaġġ

04.4.4

Servizzi oħrajn marbutin mal-post fejn wieħed jgħix li mhuma kklassifikati mkien ieħor

04.4.4.1

L-ispejjeż tal-manutenzjoni f'bini okkupat minn bosta unitajiet domestiċi

04.4.4.2

Servizzi tas-sigurtà

04.4.4.9

Servizzi oħrajn marbutin mal-post fejn wieħed jgħix

04.5

Elettriku, gass u tipi ta' karburanti oħrajn

04.5.1

Elettriku

04.5.1.0

Elettriku

04.5.2

Gass

04.5.2.1

Gass naturali u gass tal-belt

04.5.2.2

Idrokarburi likwifikati (butan, propan, eċċ.)

04.5.3

Karburanti likwidi

04.5.3.0

Karburanti likwidi

04.5.4

Karburanti solidi

04.5.4.1

Faħam

04.5.4.9

Karburanti solidi oħrajn

04.5.5

Enerġija termali

04.5.5.0

Enerġija termali

05

GĦAMARA, TAGĦMIR TAD-DAR U MANUTENZJONI KONTINWA TAD- DAR

05.1

Għamara u tagħmir tad-dar, twapet u kisi ieħor tal-art

05.1.1

Għamara u tagħmir tad-dar

05.1.1.1

Għamara tad-dar

05.1.1.2

Għamara tal-ġnien

05.1.1.3

Tagħmir tad-dawl

05.1.1.9

Għamara oħra u tagħmir ieħor tad-dar

05.1.2

Twapet u kisi ieħor tal-art

05.1.2.1

Twapet u raggs

05.1.2.2

Kisi ieħor tal-art

05.1.2.3

Servizzi tat-tpoġġija tat-twapet tal-qjies mal-art u tal-kisi tal-art

05.1.3

Tiswija tal-għamara, tat-tagħmir tad-dar u tal-kisi tal-art

05.1.3.0

Tiswija tal-għamara, tat-tagħmir tad-dar u tal-kisi tal-art

05.2

Tessuti għad-dar

05.2.0

Tessuti għad-dar

05.2.0.1

Tessuti għat-tagħmir tad-dar u purtieri

05.2.0.2

Lożor u mħaded

05.2.0.3

Bjankerija tal-mejda u tal-kamra tal-banju

05.2.0.4

Tiswija tat-tessuti għad-dar

05.2.0.9

Tessuti għad-dar oħrajn

05.3

Apparat domestiku

05.3.1

Apparat domestiku kbir, kemm jekk jaħdem bl-elettriku u kemm jekk le

05.3.1.1

Friġġijiet, friżers u friġġijiet bil-friżer magħhom

05.3.1.2

Magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ, magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ u magni tal-ħasil tal-platti

05.3.1.3

Kukers

05.3.1.4

Ħiters u kondizzjonaturi tal-arja

05.3.1.5

Tagħmir tat-tindif

05.3.1.9

Apparat domestiku kbir ieħor

05.3.2

Apparat domestiku żgħir li jaħdem bl-elettriku

05.3.2.1

Apparat għall-ipproċessar tal-ikel

05.3.2.2

Magni tal-kafè u tat-te u apparat simili għalihom

05.3.2.3

Ħdejjed tal-mogħdija

05.3.2.4

Towsters u grillijiet

05.3.2.9

Apparat domestiku żgħir ieħor li jaħdem bl-elettriku

05.3.3

Tiswija tal-apparat domestiku

05.3.3.0

Tiswija tal-apparat domestiku

05.4

Oġġetti tal-ħġieġ, reċipjenti ta' fuq il-mejda u għodod għall-użu ta' kuljum fid-dar

05.4.0

Oġġetti tal-ħġieġ, reċipjenti ta' fuq il-mejda u għodod għall-użu ta' kuljum fid-dar

05.4.0.1

Oġġetti tal-ħġieġ, oġġetti tal-kristall, oġġetti taċ-ċeramika u oġġetti tal-porċellana

05.4.0.2

Pożati, platti u dixxijiet ċatti u fided

05.4.0.3

Oġġetti u għodod tal-kċina li ma jaħdmux bl-elettriku

05.4.0.4

Tiswija tal-oġġetti tal-ħġieġ, tar-reċipjenti ta' fuq il-mejda u tal-għodod għall-użu ta' kuljum fid-dar

05.5

Għodod u tagħmir għad-dar u għall-ġnien

05.5.1

Għodod u tagħmir kbir

05.5.1.1

Għodod u tagħmir kbir li jaħdem b'mutur

05.5.1.2

Tiswija u kiri ta' għodod u tagħmir kbir

05.5.2

Għodod żgħar u aċċessorji oħrajn

05.5.2.1

Għodod żgħar li ma jaħdmux b'mutur

05.5.2.2

Diversi aċċessorji tal-għodod iż-żgħar

05.5.2.3

Tiswija tal-għodod iż-żgħar li ma jaħdmux b'mutur u tal-aċċessorji l-oħrajn

05.6

Oġġetti u servizzi użati għall-manutenzjoni kontinwa tad-dar

05.6.1

Oġġetti tad-dar li ma jdumux iservu

05.6.1.1

Prodotti tat-tindif u tal-manutenzjoni

05.6.1.2

Oġġetti żgħar tad-dar oħrajn li ma jdumux iservu

05.6.2

Servizzi domestiċi u servizzi tad-dar

05.6.2.1

Servizzi domestiċi offruti minn persunal li jitħallas

05.6.2.2

Servizzi tat-tindif

05.6.2.3

Il-kiri tal-għamara u tat-tagħmir tad-dar

05.6.2.9

Servizzi domestiċi u servizzi tad-dar oħrajn

06

SAĦĦA

06.1

Prodotti, apparat u tagħmir mediku

06.1.1

Prodotti farmaċewtiċi

06.1.1.0

Prodotti farmaċewtiċi

06.1.2

Prodotti mediċi oħrajn

06.1.2.1

Testijiet tat-tqala u apparat kontraċettiv mekkaniku

06.1.2.9

Prodotti mediċi oħrajn li mhuma kklassifikati mkien ieħor

06.1.3

Apparat u tagħmir terapewtiku

06.1.3.1

Nuċċalijiet korrettivi tal-vista u lentijiet tal-kuntatt

06.1.3.2

Strumenti għas-smigħ

06.1.3.3

Tiswija tal-apparat u t-tagħmir terapewtiku

06.1.3.9

Apparat u tagħmir terapewtiku ieħor

06.2

Servizzi għall-pazjenti ta' barra

06.2.1

Servizzi mediċi

06.2.1.1

Servizzi ta' tabib mhux speċjalista

06.2.1.2

Servizzi ta' speċjalista

06.2.2

Servizzi ta' dentist

06.2.2.0

Servizzi ta' dentist

06.2.3

Servizzi paramediċi

06.2.3.1

Servizzi tal-laboratorji tal-analiżi medika u taċ-ċentri fejn jittieħdu r-raġġi X

06.2.3.2

Banjijiet termiċi, terapija ġinnastika korrettiva, servizzi tal-ambulanza u l-kiri ta' tagħmir terapewtiku

06.2.3.9

Servizzi paramediċi oħrajn

06.3

Servizzi ta' sptar

06.3.0

Servizzi ta' sptar

06.3.0.0

Servizzi ta' sptar

07

TRASPORT

07.1

Xiri ta' vetturi

07.1.1

Karozzi

07.1.1.1

Karozzi ġodda

07.1.1.2

Karozzi użati

07.1.2

Muturi

07.1.2.0

Muturi

07.1.3

Roti

07.1.3.0

Roti

07.1.4

Vetturi miġbudin mill-annimali

07.1.4.0

Vetturi miġbudin mill-annimali

07.2

L-użu tat-tagħmir personali tat-trasport

07.2.1

Partijiet tal-bdil u aċċessorji għat-tagħmir personali tat-trasport

07.2.1.1

Tajers

07.2.1.2

Partijiet tal-bdil għat-tagħmir personali tat-trasport

07.2.1.3

Aċċessorji għat-tagħmir personali tat-trasport

07.2.2

Karburanti u lubrikanti għat-tagħmir personali tat-trasport

07.2.2.1

Diesel

07.2.2.2

Petrol

07.2.2.3

Karburanti oħrajn għat-tagħmir personali tat-trasport

07.2.2.4

Lubrikanti

07.2.3

Manutenzjoni u tiswija tat-tagħmir personali tat-trasport

07.2.3.0

Manutenzjoni u tiswija tat-tagħmir personali tat-trasport

07.2.4

Servizzi oħrajn marbutin mat-tagħmir personali tat-trasport

07.2.4.1

Il-kiri ta' garaxxijiet, ta' postijiet tal-parkeġġ u ta' tagħmir personali tat-trasport

07.2.4.2

Faċilitajiet ta' pedaġġ u ta' miters fit-triq għall-ipparkjar

07.2.4.3

Lezzjonijiet, testijiet u liċenzji tas-sewqan u kontrolli tekniċi tal-vettura

07.3

Servizzi tat-trasport

07.3.1

Trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija

07.3.1.1

Trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija

07.3.1.2

Trasport tal-passiġġieri bil-metrò u bit-tramm

07.3.2

Trasport tal-passiġġieri bit-triq

07.3.2.1

Trasport tal-passiġġieri b'tal-linja u bil-kowċ

07.3.2.2

Trasport tal-passiġġieri b'taksi u b'karozza mikrija bis-sewwieq b'kollox

07.3.3

Trasport tal-passiġġieri bl-ajru

07.3.3.1

Titjiriet nazzjonali

07.3.3.2

Titjiriet internazzjonali

07.3.4

Trasport tal-passiġġieri bil-baħar u fl-ilmijiet navigabbli interni

07.3.4.1

Trasport tal-passiġġieri bil-baħar

07.3.4.2

Trasport tal-passiġġieri fl-ilmijiet navigabbli interni

07.3.5

Trasport tal-passiġġieri kkombinat

07.3.5.0

Trasport tal-passiġġieri kkombinat

07.3.6

Servizzi tat-trasport mixtrija oħrajn

07.3.6.1

Trasport b'sistemi ta' funikulari differenti

07.3.6.2

Servizzi ta' ġarr u ħżin

07.3.6.9

Servizzi tat-trasport mixtrija oħrajn li mhuma kklassifikati mkien ieħor

08

KOMUNIKAZZJONI

08.1

Servizzi tal-posta

08.1.0

Servizzi tal-posta

08.1.0.1

Twassil tal-ittri

08.1.0.9

Servizzi tal-posta oħrajn

08.2

Tagħmir tat-telefown u tal-faks

08.2.0

Tagħmir tat-telefown u tal-faks

08.2.0.1

Tagħmir tat-telefown fiss

08.2.0.2

Tagħmir tat-telefown ċellulari

08.2.0.3

Tagħmir ieħor tat-telefown u tal-faks

08.2.0.4

Tiswija tat-tagħmir tat-telefown u tal-faks

08.3

Servizzi tat-telefown u tal-faks

08.3.0

Servizzi tat-telefown u tal-faks

08.3.0.1

Servizzi tat-telefown bil-wajers

08.3.0.2

Servizzi tat-telefown bla wajers

08.3.0.3

Servizzi ta' forniment ta' aċċess għall-Internet

08.3.0.4

Servizzi tat-telekomunikazzjoni offruti flimkien

08.3.0.5

Servizzi oħrajn tat-trażmissjoni tal-informazzjoni

09

MOGĦDIJA TAŻ-ŻMIEN U KULTURA

09.1

Tagħmir awdjoviżiv, tagħmir fotografiku u tagħmir għall-ipproċessar tal- informazzjoni

09.1.1

Tagħmir biex wieħed jirċievi, jirrekordja u jipproduċi mill-ġdid il-ħsejjes u l-istampi

09.1.1.1

Tagħmir biex wieħed jirċievi, jirrekordja u jipproduċi mill-ġdid il-ħsejjes

09.1.1.2

Tagħmir biex wieħed jirċievi, jirrekordja u jipproduċi mill-ġdid il-ħsejjes u l-istampi

09.1.1.3

Apparat portabbli tal-ħsejjes u tal-istampi

09.1.1.9

Tagħmir ieħor biex wieħed jirċievi, jirrekordja u jipproduċi mill-ġdid il-ħsejjes u l- istampi

09.1.2

Tagħmir fotografiku u ċinematografiku u strumenti tal-vista

09.1.2.1

Magni tar-ritratti

09.1.2.2

Aċċessorji għat-tagħmir fotografiku u ċinematografiku

09.1.2.3

Strumenti tal-vista

09.1.3

Tagħmir għall-ipproċessar tal-informazzjoni

09.1.3.1

Kompjuters personali

09.1.3.2

Aċċessorji għat-tagħmir għall-ipproċessar tal-informazzjoni

09.1.3.3

Softwer

09.1.3.4

Kalkulaturi u tagħmir ieħor għall-ipproċessar tal-informazzjoni

09.1.4

Mezzi ta' reġistrazzjoni

09.1.4.1

Mezzi ta' reġistrazzjoni rreġistrati minn qabel

09.1.4.2

Mezzi ta' reġistrazzjoni mhux irreġistrati minn qabel

09.1.4.9

Mezzi ta' reġistrazzjoni oħrajn

09.1.5

Tiswija ta' apparat awdjo-viżiv, fotografiku u tal-ipproċessar tal-informazzjoni

09.1.5.0

Tiswija ta' apparat awdjo-viżiv, fotografiku u tal-ipproċessar tal-informazzjoni

09.2

Oġġetti kbar oħrajn li jdumu jservu li jintużaw għall-mogħdija taż-żmien u għall- kultura

09.2.1

Oġġetti kbar li jintużaw għall-mogħdija taż-żmien fuq barra

09.2.1.1

Vannijiet bil-kumditajiet meħtieġa għall-kampeġġ, karavani u trejlers

09.2.1.2

Ajruplani, inġenji tal-ajru ħfief ħafna, glajders, “hang-gliders” u blalen tal-arja sħuna

09.2.1.3

Dgħajjes, muturi awtbord u l-iffittjar (“outfitting”) tad-dgħajjes

09.2.1.4

Żwiemel, ponijiet u l-aċċessorji tagħhom

09.2.1.5

Oġġetti kbar għal-logħob u għall-isports

09.2.2

Strumenti mużikali u oġġetti kbar li jdumu jservu li jintużaw għall-mogħdija taż- żmien fuq ġewwa

09.2.2.1

Strumenti mużikali

09.2.2.2

Oġġetti kbar li jdumu jservu li jintużaw għall-mogħdija taż-żmien fuq ġewwa

09.2.3

Manutenzjoni u tiswija ta' oġġetti kbar oħrajn li jdumu jservu li jintużaw għall- mogħdija taż-żmien u għall-kultura

09.2.3.0

Manutenzjoni u tiswija ta' oġġetti kbar oħrajn li jdumu jservu li jintużaw għall- mogħdija taż-żmien u għall-kultura

09.3

Oġġetti oħrajn u tagħmir ieħor għall-mogħdija taż-żmien, ġonna u annimali domestiċi

09.3.1

Logħob, ġugarelli u passatempijiet

09.3.1.1

Logħob u passatempijiet

09.3.1.2

Ġugarelli u oġġetti tal-festi

09.3.2

Tagħmir għall-isports, għall-kampeġġ u għall-mogħdija taż-żmien fuq barra

09.3.2.1

Tagħmir għall-isports

09.3.2.2

Tagħmir għall-kampeġġ u għall-mogħdija taż-żmien fuq barra

09.3.2.3

Tiswija tat-tagħmir għall-isports, għall-kampeġġ u għall-mogħdija taż-żmien fuq barra

09.3.3

Ġonna, pjanti u fjuri

09.3.3.1

Prodotti għall-ġonna

09.3.3.2

Pjanti u fjuri

09.3.4

Annimali domestiċi u prodotti marbutin magħhom

09.3.4.1

Ix-xiri tal-annimali domestiċi

09.3.4.2

Prodotti għall-annimali domestiċi

09.3.5

Servizzi veterinarji u servizzi oħrajn għall-annimali domestiċi

09.3.5.0

Servizzi veterinarji u servizzi oħrajn għall-annimali domestiċi

09.4

Servizzi tal-mogħdija taż-żmien u servizzi kulturali

09.4.1

Servizzi tal-mogħdija taż-żmien u servizzi sportivi

09.4.1.1

Servizzi tal-mogħdija taż-żmien u servizzi sportivi — l-attendenza għalihom

09.4.1.2

Servizzi tal-mogħdija taż-żmien u servizzi sportivi — il-parteċipazzjoni fihom

09.4.2

Servizzi kulturali

09.4.2.1

Ċinema, teatri u kunċerti

09.4.2.2

Mużewijiet, libreriji u ġonna żooloġiċi

09.4.2.3

Ħlas tal-liċenzja tar-radju u tat-televiżjoni u l-abbonamenti

09.4.2.4

Il-kiri ta' tagħmir u aċċessorji b'rabta mas-servizzi kulturali

09.4.2.5

Servizzi fotografiċi

09.4.2.9

Servizzi kulturali oħrajn

09.4.3

Logħob tal-azzard

09.4.3.0

Logħob tal-azzard

09.5

Gazzetti, kotba u kartolerija

09.5.1

Kotba

09.5.1.1

Rumanzi

09.5.1.2

Kotba edukattivi tal-iskola

09.5.1.3

Kotba oħrajn li mhumiex rumanzi

09.5.1.4

Servizzi ta' legatura u t-tniżżil ta' kotba elettroniċi

09.5.2

Gazzetti u perjodiċi

09.5.2.1

Gazzetti

09.5.2.2

Rivisti u perjodiċi

09.5.3

Materjal stampat ieħor

09.5.3.0

Materjal stampat ieħor

09.5.4

Kartolerija u materjal għat-tpinġija

09.5.4.1

Prodotti tal-karti

09.5.4.9

Kartolerija oħra u materjal ieħor għat-tpinġija

09.6

Vaganzi b'kollox inkluż

09.6.0

Vaganzi b'kollox inkluż

09.6.0.1

Vaganzi nazzjonali b'kollox inkluż

09.6.0.2

Vaganzi internazzjonali b'kollox inkluż

10

EDUKAZZJONI

10.1

Edukazzjoni ta' qabel il-primarja u edukazzjoni primarja

10.1.0

Edukazzjoni ta' qabel il-primarja u edukazzjoni primarja

10.1.0.1

Edukazzjoni ta' qabel il-primarja (tal-livell 0 tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni tal-1997 (l-ISCED-97))

10.1.0.2

Edukazzjoni primarja (tal-livell 1 tal-ISCED-97)

10.2

Edukazzjoni sekondarja

10.2.0

Edukazzjoni sekondarja

10.2.0.0

Edukazzjoni sekondarja

10.3

Edukazzjoni postsekondarja li mhix terzjarja

10.3.0

Edukazzjoni postsekondarja li mhix terzjarja

10.3.0.0

Edukazzjoni postsekondarja li mhix terzjarja (tal-livell 4 tal-ISCED-97)

10.4

Edukazzjoni terzjarja

10.4.0

Edukazzjoni terzjarja

10.4.0.0

Edukazzjoni terzjarja

10.5

Edukazzjoni li ma tistax tiġi definita f'livell partikolari

10.5.0

Edukazzjoni li ma tistax tiġi definita f'livell partikolari

10.5.0.0

Edukazzjoni li ma tistax tiġi definita f'livell partikolari

11

RISTORANTI U LUKANDI

11.1

Servizzi tal-forniment tal-ikel

11.1.1

Ristoranti, kafetteriji u stabbilimenti simili għalihom

11.1.1.1

Ristoranti, kafetteriji u swali taż-żfin

11.1.1.2

Servizzi tal-ikel ta' malajr u tal-ikel li jinxtara biex jittiekel xi mkien ieħor

11.1.2

Kantins

11.1.2.0

Kantins

11.2

Servizzi tal-akkomodazzjoni

11.2.0

Servizzi tal-akkomodazzjoni

11.2.0.1

Lukandi, motels, dvieren u servizzi simili tal-akkomodazzjoni

11.2.0.2

Ċentri tal-btajjel, postijiet tal-kampeġġ, ħostels taż-żgħażagħ u servizzi simili tal- akkomodazzjoni

11.2.0.3

Servizzi tal-akkomodazzjoni offruti minn stabbilimenti oħra

12

OĠĠETTI U SERVIZZI OĦRAJN

12.1

Kura personali

12.1.1

Ħwienet tal-parrukkiera u stabbilimenti għall-kura personali

12.1.1.1

Qtigħ u arranġament tax-xagħar għall-irġiel u għat-tfal

12.1.1.2

Qtigħ u arranġament tax-xagħar għan-nisa

12.1.1.3

Trattamenti għall-kura personali

12.1.2

Apparat għall-kura personali li jaħdem bl-elettriku

12.1.2.1

Apparat għall-kura personali li jaħdem bl-elettriku

12.1.2.2

Tiswija tal-apparat għall-kura personali li jaħdem bl-elettriku

12.1.3

Apparat ieħor u oġġetti u prodotti oħrajn għall-kura personali

12.1.3.1

Apparat li ma jaħdimx bl-elettriku

12.1.3.2

Oġġetti għall-iġjene u l-benesseri personali, prodotti eżoteriċi u prodotti tas-sbuħija

12.2

Prostituzzjoni

12.2.0

Prostituzzjoni

12.2.0.0

Prostituzzjoni

12.3

Proprjetà personali li mhuma kklassifikati mkien ieħor

12.3.1

Ġojjellerija, arloġġi u arloġġi tal-idejn jew tal-but

12.3.1.1

Ġojjellerija

12.3.1.2

Arloġġi u arloġġi tal-idejn jew tal-but

12.3.1.3

Tiswija tal-ġojjellerija, tal-arloġġi u tal-arloġġi tal-idejn jew tal-but

12.3.2

Proprjetà personali oħra

12.3.2.1

Oġġetti tal-ivvjaġġar

12.3.2.2

Oġġetti għat-trabi

12.3.2.3

Tiswija tal-proprjetà personali l-oħra

12.3.2.9

Proprjetà personali oħra li mhuma kklassifikati mkien ieħor

12.4

Protezzjoni soċjali

12.4.0

Protezzjoni soċjali

12.4.0.1

Servizzi ta' indukrar tat-tfal

12.4.0.2

Djar tal-anzjani u residenzi għall-persuni b'diżabilità

12.4.0.3

Servizzi sabiex in-nies jibqgħu fi djarhom

12.4.0.4

Servizzi ta' konsulenza

12.5

Assigurazzjoni

12.5.1

Assigurazzjoni fuq il-ħajja

12.5.1.0

Assigurazzjoni fuq il-ħajja

12.5.2

Assigurazzjoni marbuta mal-post fejn wieħed jgħix

12.5.2.0

Assigurazzjoni marbuta mal-post fejn wieħed jgħix

12.5.3

Assigurazzjoni marbuta mas-saħħa

12.5.3.1

Assigurazzjoni pubblika marbuta mas-saħħa

12.5.3.2

Assigurazzjoni privata marbuta mas-saħħa

12.5.4

Assigurazzjoni marbuta mat-trasport

12.5.4.1

Assigurazzjoni fuq il-vetturi b'mutur

12.5.4.2

Assigurazzjoni tal-ivvjaġġar

12.5.5

Tip ta' assigurazzjoni oħra

12.5.5.0

Tip ta' assigurazzjoni oħra

12.6

Servizzi finanzjarji li mhuma kklassifikati mkien ieħor

12.6.1

FISIM

12.6.1.0

FISIM

12.6.2

Servizzi finanzjarji oħrajn li mhuma kklassifikati mkien ieħor

12.6.2.1

Imposti tal-banek u tal-uffiċċji tal-posta

12.6.2.2

Tariffi u imposti fuq is-servizzi tas-sensara u tal-konsulenti tal-investiment

12.7

Servizzi oħrajn li mhuma kklassifikati mkien ieħor

12.7.0

Servizzi oħrajn li mhuma kklassifikati mkien ieħor

12.7.0.1

Tariffi amministrattivi

12.7.0.2

Servizzi legali u kontabbiltà

12.7.0.3

Servizzi tal-funerali

12.7.0.4

Tariffi u servizzi oħrajn


ANNESS II

Tabella ta' korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 2494/95

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2, punt (a)

Artikolu 2, punt (6)

Artikolu 2, punt (b)

-

Artikolu 2, punt (c)

-

Artikolu 3

Artikolu 3(3) u (10)

Artikolu 4

Artikolu 4(1), (2) u (4)

Artikolu 5(1)(b)

Artikolu 5(5) u (6)

Artikolu 5(3)

Artikolu 4(4)

Artikolu 6

Artikolu 5(1) u (2)

Artikolu 7

Artikolu 5(3)

Artikolu 8

Artikolu 6(1), (3) u (4)

Artikolu 9

Artikolu 3(1), (2) u (6)

Artikolu 10

Artikolu 7(1)

Artikolu 11

-

Artikolu 12

Artikolu 9(2)

Artikolu 13

-

Artikolu 14

Artikolu 11

Artikolu 15

-

Artikolu 16

Artikolu 13


24.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/39


REGOLAMENT (UE) 2016/793 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Mejju 2016

sabiex tiġi evitata diversifikazzjoni fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti mediċini prinċipali

(kodifikazzjoni)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 953/2003 (2) ġie emendat b'mod sostanzjali bosta drabi (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, dak ir-Regolament għandu jiġi kodifikat.

(2)

Ħafna mill-pajjiżi fqar li qed jiżviluppaw għandhom ħtieġa urġenti għall-aċċess ta' mediċini essenzjali bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu għall-kura ta' mard li jittieħed. Dawk il-pajjiżi huma dipendenti għal kollox fuq l-importazzjoni tal-mediċini billi l-manifattura lokali hija skarsa.

(3)

Is-segmentazzjoni tal-prezz bejn is-swieq ta' pajjiżi żviluppati u s-swieq tal-pajjiżi l-iktar fqar li qed jiżviluppaw hija meħtieġa biex tiżgura li l-pajjiżi l-iktar fqar li qed jiżviluppaw jiġu provduti bi prodotti farmaċewtiċi essenzjali bi prezzijiet imnaqqsa sew. Għalhekk, dawk il-prezzijiet imnaqqsa sew ma jistgħux jiġu mifhuma bħala referenza għall-prezz li għandu jitħallas għall-istess prodotti fis-swieq ta' pajjiżi żviluppati.

(4)

L-istrumenti leġislattivi u regolatorji jeżistu fil-pajjiżi l-aktar żviluppati biex tiġi evitata l-importazzjoni, f'ċerti ċirkostanzi, ta' prodotti farmaċewtiċi, iżda jeżisti r-riskju li tali strumenti ma jkunux biżżejjed fejn volumi sostanzjali ta' farmaċewtiċi bi skont qawwi jinbiegħu lill-pajjiżi l-iktar foqra li qed jiżviluppaw u l-interess ekonomiku fid-diverżjoni tal-kummerċ fi swieq bi prezzijiet għolja għalhekk tista' tiżdied b'mod sinifikanti.

(5)

Hemm il-ħtieġa li manifatturi tal-farmaċewtiċi jiġu mħajra biex jagħmlu disponibbli prodotti farmaċewtiċi bi prezzijiet imnaqqsa sew f'volumi miżjuda b'mod sinifikanti billi jiġi żgurat permezz ta' dan ir-Regolament li tali prodotti jibqgħu fis-swieq tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw l-iktar foqra. Id-donazzjonijiet ta' prodotti farmaċewtiċi u prodotti mibjugħa taħt kuntratti mogħtija b'risposta għal offerti bl-appalt kompetittivi minn gvernijiet nazzjonali jew korpi internazzjonali tal-akkwisti, jew taħt sħubija miftiehma bejn il-manifattur u l-gvern tal-pajjiż tad-destinazzjoni għandhom ikunu jistgħu jikkwalifikaw taħt dan ir-Regolament b'kondizzjonijiet ugwali, waqt li jiġi kkunsidrat li d-donazzjonijiet ma jikkontribwixxux għal titjib tal-aċċess ta' tali prodotti fuq bażi sostenibbli.

(6)

Huwa meħtieġ li tiġi provduta proċedura li tidentifika l-prodotti, il-pajjiżi u l-mard koperti b'dan ir-Regolament.

(7)

Dan ir-Regolament iservi l-għan li jevita li l-prodotti pprezzati f'saffi jiġu importati fl-Unjoni. Huma preskritti eżenzjonijiet għal ċerti sitwazzjonijiet dwar il-kundizzjoni stretta li jiġi żgurat li d-destinazzjoni finali tal-prodotti in kwistjoni tkun wieħed mill-pajjiżi elenkati fl-Anness II.

(8)

Il-manifatturi tal-prodotti pprezzati f'saffi għandhom jagħmlu differenza fid-dehra tal-prodotti pprezzati f'saffi biex jiffaċilitaw l-identifkazzjoni tagħhom.

(9)

Se jkun xieraq li jiġu riveduti l-listi tal-mard u l-pajjiżi tad-destinazzjoni koperti b'dan ir-Regolament, kif ukoll il-formoli użati għall-identifikazzjoni tal-prodotti pprezzati f'saffi fid-dawl, inter alia, tal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tiegħu.

(10)

Fir-rigward tal-prodotti pprezzati f'saffi li jinsabu fil-bagoli personali ta' vjaġġaturi għall-użu personali, japplikaw l-istess regoli kif stipulati fir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(11)

Fejn prodotti pprezzati f'saffi jkunu nqabdu taħt dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tkun tista', skont il-leġislazzjoni nazzjonali u bil-ħsieb li tiżgura li jsir użu intenzjonat tal-prodotti maqbuda għall-ġid sħiħ tal-pajjiżi elenkati fl-Anness II, tiddeċiedi li tagħmilhom disponibbli għall-finijiet umanitarji f'dawk il-pajjiżi. Fin-nuqqas ta' tali deċiżjoni, il-prodotti maqbuda għandhom jinqerdu.

(12)

Sabiex jiżdiedu l-prodotti mal-lista ta' prodotti koperti minn dan ir-Regolament, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni biex tkun tista' temenda l-Annessi għal dan ir-Regolament. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament jippreskrivi:

(a)

il-kriterji għall-istabbiliment tat-tifsira ta' prodott ipprezzat f'saffi;

(b)

il-kondizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni;

(c)

il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri.

2.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(a)

“prodott ipprezzat f'saffi” tfisser kull prodott farmaċewtiku li huwa wżat fil-prevenzjoni, dijanjosi jew kura tal-mard, imsemmi fl-Annessi IV, u li huwa pprezzat skont wieħed mill-kalkoli mhux obbligatorji tal-prezzijiet stipulati fl-Artikolu 3, ivverifikat mill-Kummissjoni jew minn awditur indipendenti kif previst fl-Artikolu 4 u mdaħħal fil-lista ta' prodotti pprezzati f'saffi stipulata fl-Anness I;

(b)

“pajjiżi ta' destinazzjoni” tfisser il-pajjiżi elenkati fl-Anness II;

(c)

“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorita nominata minn Stat Membru biex tistabbilixxi jekk l-oġġetti sospiżi mill-awtoritajiet doganali fl-Istat Membru rispettiv humiex prodotti pprezzati f'saffi u biex tagħti istruzzjonijiet skont ir-riżultat tar-reviżjoni.

Artikolu 2

1.   L-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti prezzati f'saffi għall-finijiet tar-rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa, esportazzjoni mill-ġdid, tqegħid taħt proċeduri sospensivi jew tqegħid f'żona ħielsa jew magazzinaġġ ħieles għandha tkun projbita.

2.   Dan li ġej għandu jkun eżentat mill-projbizzjoni li tirrigwarda prodotti pprezzati f'saffi kif stipulat fil-paragrafu 1:

(a)

l-esportazzjoni mill-ġdid lejn pajjiżi ta' destinazzjoni;

(b)

it-tqegħid taħt proċedura ta' transitu jew magazinaġġ doganali jew f'żona ħielsa jew f'magazinaġġ ħieles għall-finijiet tal-esportazzjoni mill-ġdid lejn pajjiż ta' destinazzjoni.

Artikolu 3

Il-prezz f'saffi msemmi fl-Artikolu 4(2)(b) għandu, skont l-għażla tal-applikant ikun, jew:

(a)

mhux ogħla mill-perċentwali stipulat fl-Anness III tal-medja peżata tal-prezz kif joħroġ mill-fabbrika li għandu jitħallas lill-manifattur fis-swieq tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u Żvilupp Ekonomiċi (OECD) għall-istess prodott fl-istess żmien ta' applikazzjoni; jew

(b)

ikun in-nefqa diretta tal-produzzjoni mill-manifattur, biż-żieda tal-perċentwali massimu li huwa stipulat fl-Anness III.

Artikolu 4

1.   Sabiex il-prodotti jgawdu minn dan ir-Regolament, il-manifatturi jew l-esportaturi tal-prodotti farmaċewtiċi għandhom jibagħtu l-applikazzjonijiet lill-Kummissjoni.

2.   Kull applikazzjoni indirizzata lill-Kummissjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem tal-prodott u l-ingredjent attiv tal-prodott ipprezzat f'saffi u informazzjoni biżżejjed biex jiġi verifikat liema marda jipprevjeni jiddijanjiża jew jikkura;

(b)

il-prezz offrut fir-rigward ta' jew il-kalkoli mhux obbligatorji tal-prezz stipulati fl-Artikolu 3 dettaljat biżżejjed li jippermetti l-verifikazzjoni. Minflok ma jibgħat dik l-informazzjoni dettaljata, l-applikant jista' jibgħat ċertifikat, maħruġ minn awditur indipendenti, li jkun jiddikjara li l-prezz ikun ġie verifikat u jkun jikkorrispondi ma wieħed mill-kriterji stipualti fl-Anness III. L-awditur indipendenti għandu jinħatar bi qbil bejn il-manifattur u l-Kummissjoni. Kull informazzjoni mibgħuta mill-applikanti lill-awditur għandha tibqa kunfidenzjali;

(c)

il-pajjiż jew pajjiżi ta' destinazzjoni li fihom l-applikant għandu l-ħsieb li jbigħ il-prodott konċernat;

(d)

in-numru tal-kodiċi bbażat fuq in-Nomneklatura Magħquda kif stipulat fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (5) u, fejn xieraq, supplimentat bis-subdiviżjonijiet TARIC, biex jiġu identifikati b'mod ċar l-oġġetti konċernati; u

(e)

kull miżura meħuda mill-manifattur jew mill-esportatur biex jagħmel il-prodott ipprezzat f'saffi faċilment identifikabbli minn prodotti identiċi offruti għall-bejgħ ġewwa l-Unjoni.

3.   Meta l-Kummissjoni tiddetermina li prodott jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 5 biex il-prodott ikkonċernat jiżdied mal-Anness I fl-aġġornament li jsegwi. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-applikant bid-deċiżjoni tagħha fi żmien 15-il jum mill-adozzjoni tagħha.

Fejn id-dewmien fl-inklużjoni ta' prodott fl-Anness I jikkawża dewmien fir-rispons għal ħtieġa urġenti għal mediċini essenzjali li prezzijiet li jistgħu jintlaħqu f'pajjiż li qed jiżviluppa, u għalhekk raġunijiet imperattivi ta' urġenza hekk jeħtieġu, il-proċedura prevista fl-Artikolu 6 għandha tapplika għal atti ddelegati adottati skont l-ewwel subparagrafu.

4.   Jekk l-applikazzjoni ma tkunx dettaljata biżżejjed għar-reviżjoni fir-rigward tas-sustanza, il-Kummissjoni għandha titlob lill-applikant bil-miktub biex jibgħat dik l-informazzjoni nieqsa. Jekk l-applikant ma jlestix l-applikazzjoni fil-limitu ta' żmien stipulat f'dik it-talba bil-miktub, l-applikazzjoni għandha tkun nulla u bla effett.

5.   Jekk il-Kummissjoni ssib li l-applikazzjoni ma tissodisfax il-kriterji stipulati f'dan ir-Regolament, l-applikazzjoni għandha tkun rifjutata u l-applikant għandu jkun informat fi żmien 15-il jum mid-data tad-deċiżjoni. Xejn ma għandu jipprevjeni lill-applikant milli jibgħat applikazzjoni modifikata għall-istess prodott.

6.   Prodotti maħsuba biex jingħataw lir-reċipjenti f'wieħed mill-pajjiżi elenkati fl-Anness II jistgħu jkunu soġġetti ta'l notifika dwar dangħall-finijiet ta' approvazzjoni u jiddaħħlu fl-Anness I.

7.   L-Anness I għandu jiġi aġġornat kull tieni xahar mill-Kummissjoni.

8.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti skont l-Artikolu 5 biex temenda l-Annessi II, III u IV fejn neċessarju sabiex tirrevedi l-lista tal-mard, il-pajjiżi ta' destinazzjoni koperti minn dan ir-Regolament, kif ukoll il-formuli użati għall-identifikazzjoni ta' prodotti pprezzati f'saffi, fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta' dan jew f'każ ta' rispons għal kriżi dwar is-saħħa.

Artikolu 5

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 4(3) u (8) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mill-20 ta' Frar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 4(3) u (8) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha jkollha effett fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data sussegwenti speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe atti ddelegati li huma diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 4(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dan il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(8) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'erba' xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 6

1.   Atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma ssir l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(5) u (6). F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att bla dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 7

Prodott approvat bħala prodott ipprezzat f'saffi u elenkat fl-Anness I għandu jibqa f'dik il-lista sakemm il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 jibqgħu jiġu mħarsa u r-rapporti annwali tal-bejgħ ikunu intbagħtu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12. L-applikant għandu jibgħat informazzjoni lill-Kummissjoni dwar kull tibdil li jkun seħħ fir-rigward tal-kamp tal-applikazzjoni jew il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 sabiex jiġi żgurat li dawk ir-rekwiżiti jkunu ssodisfati.

Artikolu 8

Logo permanenti, kif stipulat fl-Anness V, għandu jitwaħħal ma' kull pakkett jew prodott u kull dokument użat li għandu x'jaqsam mal-prodott approvat mibjugħ bi prezzijiet f'saffi lill-pajjiżi ta' destinazzjoni. Dan ir-rekwiżit għandu japplika sakemm il-prodott ipprezzat f'saffi konċernat jibqa' elenkat fl-Anness I.

Artikolu 9

1.   Fejn wieħed ikollu għaliex jaħseb li, kuntrarju għall-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 2, prodotti pprezzati f'saffi jkunu sejrin jiġu importati fl-Unjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jissospendu r-rilaxx ta', jew iżommu, il-prodotti konċernati għaż-żmien meħtieġa biex tinkiseb deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti dwar il-karattru tal-merkanzija. Il-perjodu ta' sospensjoni jew detenzjoni ma għandux jeċċedi għaxart ijiem ta' xogħol sakemm ma japplikawx ċirkostanzi speċjali, f'liema każ il-perjodu jista' jittawwal b'massimu ta' għaxart ijiem ta' xogħol. Malli jiskadi dak il-perjodu, il-prodotti għandhom jiġu rilaxxati, kemm-il darba l-formalitajiet kollha tad-dwana jkunu ġew imħarsa.

2.   Għandha tkun raġuni biżżejjed għall-awtoritajiet doganali biex jissospendu r-rilaxx ta', jew iżommu, prodotti jekk ikun hemm informazzjoni disponibbli biżżejjed biex iqisu li l-prodott in kwistjoni huwa prodott ipprezzat f'saffi.

3.   L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru konċernat u l-manifattur jew l-esportatur imsemmija fl-Anness I għandhom jiġu informati mingħajr dewmien bis-sospensjoni tar-rilaxx jew detenzjoni tal-prodotti u għandhom jirċievu l-informazzjoni kollha disponibbli fir-rigward tal-prodotti konċernati. Għandu jingħata kont debitu tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data personali, kummerċjali u segretezza industrijali, u konfidenzjalità professjonali u amministrattiva. L-importatur u, fejn xieraq l-esportatur, għandu jingħata kull opportunità biex jipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni li huwa jqis adattata fir-rigward tal-prodott.

4.   L-importatur għandu jagħmel tajjeb għall-ispiża biex titwettaq il-proċedura ta' sospensjoni jew detenzjoni tal-oġġetti. Jekk ma jkunx possibbli li dawk l-ispejjeż jiġu rkuprati mill-importatur, dawn jistgħu, skont il-leġislazzjoni nazzjonali, jiġu rkuprati minn kull persuna oħra responsabbli għall-importazzjoni lleċita attentata.

Artikolu 10

1.   Jekk prodotti sospiżi għar-rilaxx jew detenzjoni mill-awtoritajiet doganali jiġu rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti bħala prodotti pprezzati f'saffi taħt dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li dawk il-prodotti jiġu maqbuda u jinqerdu skont il-leġislazzjoni nazzjonali. L-importatur għandu jagħmel tajjeb għall-ispiża biex jitwettqu dawk il-proċeduri. Jekk ma jkunx possibbli li dawk l-ispejjeż jiġu rkuprati mill-importatur, dawn jistgħu, skont il-leġislazzjoni nazzjonali, jiġu rkuprati minn kull persuna oħra responsabbli għall-importazzjoni lleċita attentata.

2.   Fejn prodotti sospiżi għar-rilaxx jew miżmuma mill-awtoritajiet doganali sussegwentement għal aktar kontroll mill-awtorità kompetenti jinstabu li ma jkunux jikkwalifikaw bħala prodotti pprezzati f'saffi taħt dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali għandhom jirrilaxxaw il-prodotti lid-destinatarju, kemm-il darba l-formalitajiet kollha doganali jkunu ġew imħarsa.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni bid-deċiżjonijiet kollha adottati skont dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal oġġetti li ma jkunux ta' natura kummerċjali li jkunu fil-bagolli personali ta' vjaġġaturi għall-użu personali fil-limitu preskritt fir-rigward tal-ħelsien minn dazju doganali.

Artikolu 12

1.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja fuq bażi annwali l-volumi ta' esportazzjonijiet tal-prodotti pprezzati f'saffi elenkati fl-Anness I u esportati lejn pajjiżi ta' destinazzjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni provduta lilha minn manifatturi farmaċewtiċi u esportaturi. Għal dan il-għan formola standard għandha tinħareġ mill-Kummissjoni. Il-manifatturi u l-esportaturi għandhom jibagħtu dawk ir-rapporti annwali tal-bejgħ dwar kull prodott ipprezzat f'saffi lill-Kummissjoni fuq bażi kunfidenzjali.

2.   Il-Kummissjoni għandha b'mod biennali tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-volumi esportati bil-prodotti pprezzati f'saffi, inklużi l-volumi esportati fil-qafas tal-ftehim ta' sħubija maqbul bejn il-manifattur u l-gvern ta' pajjiż ta' destinazzjoni. Ir-rapport għandu jeżamina l-ambitu tal-pajjiżi u l-mard u l-kriterji ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 3.

3.   Il-Parlament Ewropew jista', fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat responsabbli tiegħu biex tkun ippreżentata u spjegata kwalunkwe kwistjoni relatata mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

4.   Mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data ta' meta jiġi sottomess ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tippubblika dan ir-rapport.

Artikolu 13

1.   L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma għandha fl-ebda ċirkostanza tfixkel il-proċeduri preskritti fid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

2.   Dan ir-Regolament ma għandux jinterferixxi mad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali jew id-drittijiet ta' proprjetarji ta' proprjetà intellettwali.

Artikolu 14

Ir-Regolament (KE) Nru 953/2003 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VII.

Artikolu 15

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-11 ta' Mejju 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

J.A. HENNIS-PLASSCHAERT


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2016 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)] u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' April 2016.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 953/2003 tas-26 ta' Mejju 2003 biex jevita diversifikazzjoni fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti mediċini prinċipali (ĠU L 135, 3.6.2003, p. 5).

(3)  Ara l-Anness VI.

(4)  Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15).

(5)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u t-Tariffa Doganali Komuni, (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(6)  Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li jirrelata ma' prodotti mediċinali għall-użu uman (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).


ANNESS I

LISTA TA' PRODOTTI PPREZZATI F'SAFFI

Il-Prodott

Manufattur/esportatur

Pajjiż ta' destinazzjoni

Karatteristiċi distintivi

Data ta' approvazzjoni

Kodiċi NM/TARIC (1)

TRIZIVIR

750 mg × 60

GLAXO SMITH KLINE

GSK House

980 Great West Road

BRENTFORD, MIDDLESEX

TW8 9GS

United Kingdom

Afganistan

Angola

Armenja

Ażerbajġan

Bangladexx

Benin

Bhutan

Botswana

Burkina Faso

Burundi

Kambodja

Kamerun

Cape Verde

Repubblika Ċentrali Afrikana

Ċadd

Komoros

Kongo

Kosta tal-Avorju

Repubblika Demokratika tal-Kongo

Dġibuti

Guinea Ekwatorjali

Eritrea

Etjopja

Gambja

Gana

Gwinea

Gwinea Bissau

Haïti

Ħonduras

Indja

Indonesja

Kenja

Kiribati

Kyrgyzstan

Laos

Lesoto

Liberja

Madagaskar

Malawi

Maldive

Mali

Mawritanja

Moldova

Mongolja

Możambik

Mjanmar/Burma

Namibja

Nepal

Nikaragwa

Niġer

Niġerja

Korea ta' Fuq

Pakistan

Rwanda

Samoa

Sao Tomé u Prínċipe

Senegal

Sierra Leone

Gżejjer Solomon Is-Somalja

Afrika t'Isfel

Sudan

Sważiland

Taġikistan

Tanżanija

Timor-

Leste

Togo

Tuvalu

Uganda

Vanuatu

Jemen

Żambja

Żimbabwe

Ippakkeġġar speċifiku — test tri-lingwi

19.4.2004

3004 90 19

EPIVIR

150 mg × 60

GLAXO SMITH KLINE

GSK House

980 Great West Road

BRENTFORD, MIDDLESEX

TW8 9GS

United Kingdom

Ippakkeġġar speċifiku — test tri-lingwi — pilloli ħomor

 

3004 90 19

RETROVIR

250 mg × 40

GLAXO SMITH KLINE

GSK House

980 Great West Road

BRENTFORD, MIDDLESEX

TW8 9GS

United Kingdom

Ippakkeġġar ġenerali għall-esportazzjoni (blu) mhux użat fl-UE.

Ippakkeġġar użat fl-Isptarijiet Franċiżi — Swieq Frankofoni

19.4.2004

3004 90 19

RETROVIR

300 mg × 60

GLAXO SMITH KLINE

GSK House

980 Great West Road

BRENTFORD, MIDDLESEX

TW8 9GS

United Kingdom

Ippakkeġġar ġenerali għall-esportazzjoni (blu) mhux użat fl-UE.

Ippakkeġġar użat fl-Isptarijiet Franċiżi — Swieq Frankofoni

19.4.2004

3004 90 19

RETROVIR

100 mg × 100

GLAXO SMITH KLINE

GSK House

980 Great West Road

BRENTFORD, MIDDLESEX

TW8 9GS

United Kingdom

Ippakkeġġar ġenerali għall-esportazzjoni (blu) mhux użat fl-UE.

Ippakkeġġar użat fl-Isptarijiet Franċiżi — Swieq Frankofoni

19.4.2004

3004 90 19

COMBIVIR

300/150 mg × 60

GLAXO SMITH KLINE

GSK House

980 Great West Road

BRENTFORD, MIDDLESEX

TW8 9GS

United Kingdom

Ippakkeġġar speċifiku — test tri-lingwi

Flixkun (aktar milli ppakkeġġar blisterPilloli ħomor b' “A22” miktuba fuqhom

 

3004 90 19

EPIVIR MISTURA

10 mg/ml

240 ml

GLAXO SMITH KLINE

GSK House

980 Great West Road

BRENTFORD, MIDDLESEX

TW8 9GS

United Kingdom

Ippakkeġġar speċifiku — test tri-lingwi

19.4.2004

3004 90 19

ZIAGEN

300 mg × 60

GLAXO SMITH KLINE

GSK House

980 Great West Road

BRENTFORD, MIDDLESEX

TW8 9GS

United Kingdom

Ippakkeġġar ġenerali għall-esportazzjoni — mhux użat fl-UE.

Ippakkeġġar użat fl-Isptarijiet Franċiżi — Swieq Frankofoni

20.9.2004

3004 90 19

RETROVIR MISTURA

10 mg/ml

200 ml

GLAXO SMITH KLINE

GSK House

980 Great West Road

BRENTFORD, MIDDLESEX

TW8 9GS

United Kingdom

Ippakkeġġar speċifiku — Test trilingwi

20.9.2004

3004 90 19


(1)  Jekk applikabbli biss.


ANNESS II

PAJJIŻI TA' DESTINAZZJONI

Afganistan

Angola

Armenja

Azerbaiġan

Bangladexx

Benin

Butan

Botswana

Burkina Faso

Burundi

Kambodja

Kameroon

Kap Verde

Repubblika Ċentrali Afrikana

Ċadd

Ċina

Komoros

Kongo

Kosta tal-Avorju

Repubblika Demokratika tal- Kongo

Dġibuti

Guinea Ekwatorjali

Eritrea

Etiopja

Gambja

Gana

Gwinea

Gwinea-Bissau

Ħaiti

Ħonduras

Indja

Indonesja

Kenja

Kiribati

Kyrgyzstan

Laos

Lesoto

Liberja

Madagaskar

Malawi

Maldives

Mali

Mawritanja

Moldova

Mongolja

Możambik

Myanmar/Burma

Namibja

Nepal

Nikaragua

Niġer

Niġerja

Korea ta' Fuq

Pakistan

Rwanda

Samoa

São Tomé and Príncipe

Senegal

Sjerra Leone

Gżejjer Solomon

Somalja

Afrika ta' Isfel

Sudan

Sważiland

Taġikistan

Tanzanija

Timor-Leste

Togo

Turkmenistan

Tuvalu

Uganda

Vanwatu

Vjetnam

Jemen

Żambia

Żimbabwe


ANNESS III

PERĊENTWALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3

Perċentwali msemmija fl-Artikolu 3(a): 25 %

Perċentwali msemmija fl-Artikolu 3(b): 15 %


ANNESS IV

GĦAN TAL-MARD

HIV/AIDS, malarja, tuberkulożi, u mard relatat opportunistiku


ANNESS V

LOGO

Image

Il-bastun bil-ġwieneħ ta' Aesculapius b'serp imdawwar miegħu, fiċ-ċentru ta' ċirku ffurmat bi 12-il stilla.


ANNESS VI

REGOLAMENT IMĦASSAR FLIMKIEN MA' LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI TIEGĦU

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 953/2003

(ĠU L 135, 3.6.2003, p. 5)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1876/2004

(ĠU L 326, 29.10.2004, p. 22)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1662/2005

(ĠU L 267, 12.10.2005, p. 19)

 

Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 18, 21.1.2014, p. 52)

Il-punt 3 tal-Anness biss


ANNESS VII

TABELLA TA'KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 953/2003

Dan ir-Regolament

Artikoli 1, 2 u 3

Artikoli 1, 2 u 3

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(2), kliem tal-bidu

Artikolu 4(2), kliem tal-bidu

Artikolu 4(2)(i)

Artikolu 4(2)(a)

Artikolu 4(2)(ii)

Artikolu 4(2)(b)

Artikolu 4(2)(iii)

Artikolu 4(2)(c)

Artikolu 4(2)(iv)

Artikolu 4(2)(d)

Artikolu 4(2)(v)

Artikolu 4(2)(e)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(5)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(6)

Artikolu 4(5)

Artikolu 4(7)

Artikolu 4(6)

Artikolu 4(8)

Artikolu 4(7)

Artikolu 4(9)

Artikolu 4(8)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 5a

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

-

Artikolu 14

Artikolu 13

Artikolu 15

Annessi I sa V

Annessi I sa V

-

Anness VI

-

Anness VII


24.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/53


REGOLAMENT (UE) 2016/794 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Mejju 2016

dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 88 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

L-Uffiċċju Europol kien ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI (2) bħala entità tal-Unjoni ffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni biex tappoġġa u ssaħħaħ l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u forom oħra ta' kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar. Id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI ssostitwixxiet il-Konvenzjoni bbażata fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-istabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni Europol) (3).

(2)

L-Artikolu 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-Europol tkun irregolata b'regolament li għandu jiġi adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Dan jirrikjedi wkoll l-istabbiliment ta' proċeduri għall-iskrutinju tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew, flimkien mal-parlamenti nazzjonali, soġġett għall-punt (c) tal-Artikolu 12 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti Nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness għat-TUE u għat-TFUE (“Protokoll Nru 1”) sabiex tissaħħaħ il-leġittimità demokratika u r-responsabbiltà tal-Europol lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandha tiġi sostitwita b'regolament li, inter alia, jistabbilixxi regoli dwar l-iskrutinju parlamentari.

(3)

Il-“Programm ta' Stokkolma — Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini” (4) jħeġġeġ li l-Europol tevolvi u ssir ċentru għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, fornitur ta' servizzi u pjattaforma għas-servizzi tal-infurzar tal-liġi. Abbażi ta' valutazzjoni tal-funzjonament tal-Europol, huwa meħtieġ tisħiħ ulterjuri tal-effikaċja operazzjonali tagħha sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(4)

Netwerks kriminali u terroristiċi fuq skala kbira huma ta' theddida sinifikanti għas-sigurtà interna tal-Unjoni u għas-sigurtà u l-għajxien taċ-ċittadini tagħha. Il-valutazzjonijiet disponibbli tat-theddidiet juru li l-gruppi kriminali qed isiru dejjem aktar polikriminali u transkonfinali fl-attivitajiet tagħhom. L-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi għalhekk għandhom bżonn jikkooperaw dejjem iżjed mill-qrib mal-kontropartijiet tagħhom fi Stati Membri oħra. F'dan il-kuntest, huwa meħtieġ li l-Europol tiġi mgħammra sabiex tappoġġa aħjar lill-Istati Membri fil-prevenzjoni, l-analiżi u l-investigazzjonijiet tal-kriminalità madwar l-Unjoni kollha. Dan ġie kkonfermat ukoll fl-evalwazzjoni tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.

(5)

Dan ir-Regolament jimmira li jemenda u jespandi d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/934/ĠAI (5), 2009/935/ĠAI (6), 2009/936/ĠAI (7) u 2009/968/ĠAI (8) li jimplimentaw id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI. Peress li l-emendi li ser isiru huma ta' għadd u ta' natura sostanzjali, dawk id-Deċiżjonijiet għandhom, fl-interess taċ-ċarezza, jiġu sostitwiti fl-intier tagħhom b'relazzjoni mal-Istati Membri marbuta b'dan ir-Regolament. Il-Europol kif stabbilita b'dan ir-Regolament għandha tissostitwixxi u tassumi l-funzjonijiet tal-Europol kif stabbilit bid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI, li, bħala konsegwenza, għandha titħassar.

(6)

Peress li l-kriminalità serja ħafna drabi sseħħ bejn il-fruntieri interni, il-Europol għandha tgħin u ssaħħaħ l-azzjonijiet tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar. Minħabba li t-terroriżmu huwa wieħed mit-theddidiet l-aktar sinifikanti għas-sigurtà tal-Unjoni, il-Europol għandha tgħin lill-Istati Membri jaffrontaw l-isfidi komuni f'dan ir-rigward. Bħala l-aġenzija għall-infurzar tal-liġi tal-Unjoni, il-Europol għandha tappoġġa u ssaħħaħ ukoll l-azzjonijiet u l-kooperazzjoni fl-indirizzar tal-forom ta' kriminalità li jaffettwaw l-interessi tal-Unjoni. Fost il-forom ta' kriminalità l-Europol hija kompetenti li tittratta, il-kriminalità organizzata ser tibqa' taqa' fl-ambitu tal-objettivi ewlenin tal-Europol, peress li, minħabba l-iskala, is-sinifikat u l-konsegwenzi tagħha, titlob ukoll approċċ komuni mill-Istati Membri. Il-Europol għandha wkoll toffri appoġġ fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra reati kriminali relatati li jiġu kommessi sabiex jinkisbu l-mezzi jew biex jitwettqu atti li fir-rigward tagħhom il-Europol hija kompetenti jew sabiex jiġu ffaċilitati jew kommessi tali atti jew sabiex tiġi żgurata l-impunità tal-kommissjoni tagħhom.

(7)

Il-Europol għandha tipprovdi analiżi strateġika u valutazzjonijiet tat-theddid biex tassisti lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jistabbilixxu prijoritajiet strateġiċi u operazzjonali tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità u fl-implimentazzjoni operazzjonali ta' dawk il-prijoritajiet. Fejn il-Kummissjoni titlob dan f'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 (9) il-Europol għandha wkoll twettaq analiżi tar-riskju, inkluż rigward il-kriminalità organizzata, sa fejn ir-riskji kkonċernati jistgħu jdgħajfu l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen mill-Istati Membri. Barra minn hekk, fuq talba tal-Kunsill jew il-Kummissjoni fejn adatt, il-Europol għandha tipprovdi analiżi strateġika u valutazzjonijiet tat-theddid biex tagħti kontribut għall-evalwazzjoni tal-Istati li huma kandidati għall-adeżjoni mal-Unjoni.

(8)

L-attakki kontra s-sistemi ta' informazzjoni li jaffettwaw korpi tal-Unjoni jew żewġ Stati Membri jew aktar huma theddida li dejjem qed tikber fl-Unjoni, b'mod partikolari fid-dawl tar-rapidità tagħhom u l-impatt u d-diffikultà biex jiġu identifikati s-sorsi tagħhom. Meta jqisu talbiet mill-Europol biex tibda investigazzjoni dwar attakk serju ta' oriġini kriminali suspettata kontra s-sistemi ta' informazzjoni li jaffettwaw korpi tal-Unjoni jew żewġ Stati Membri jew aktar, l-Istati Membri għandhom iwieġbu lill-Europol mingħajr dewmien, billi jqisu l-fatt li r-rapidità tat-tweġiba hija fattur ewlieni biex tiġi ttrattata b'suċċess il-kriminalità tal-informatika.

(9)

Minħabba l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji, il-Europol u l-Eurojust għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti l-arranġamenti neċessarji biex il-kooperazzjoni operazzjonali tagħhom tkun kemm jista' jkun effiċjenti, b'kont debitu meħud tal-missjonijiet u l-mandati rispettivi tagħhom u fl-interessi tal-Istati Membri. B'mod partikolari, il-Europol u l-Eurojust għandhom iżommu lil xulxin infurmati bi kwalunkwe attività li tinvolvi l-finanzjament tal-iskwadri ta' investigazzjoni konġunta.

(10)

Meta tiġi stabbilita skwadra ta' investigazzjoni konġunta, il-ftehim rilevanti għandu jiddetermina l-kondizzjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni tal-persunal tal-Europol f'din l-iskwadra. Il-Europol għandha żżomm rekord tal-parteċipazzjoni tagħha f'tali skwadri ta' investigazzjoni konġunta li għandhom fil-mira l-attivitajiet kriminali li jaqgħu fl-ambitu tal-objettivi tagħha.

(11)

Il-Europol għandha tkun tista' titlob lill-Istati Membri jiftħu, iwettqu jew jikkoordinaw investigazzjonijiet kriminali f'każijiet speċifiċi meta l-kooperazzjoni transkonfinali tkun ta' valur miżjud. Il-Europol għandha tinforma lill-Eurojust b'dawn it-talbiet.

(12)

Il-Europol għandha tkun ċentru għall-iskambju tal-informazzjoni fl-Unjoni. L-informazzjoni miġbura, maħżuna, proċessata, analizzata u skambjata mill-Europol tinkludi l-intelligence kriminali, relatata ma' informazzjoni dwar il-kriminalità u attivitajiet kriminali li jaqgħu fl-ambitu tal-objettivi tal-Europol, miksuba bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk twettqux jew jistgħux jitwettqu atti kriminali konkreti fil-futur.

(13)

Biex tiġi żgurata l-effettività tal-Europol bħala ċentru għall-iskambju tal-informazzjoni, għandhom jiġu stipulati obbligi ċari li jeħtieġu l-Istati Membri biex jipprovdu lill-Europol bid-data neċessarja biex tkun tista' tissodisfa l-objettivi tagħha. Meta jimplimentaw dawn l-obbligi, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari li jipprovdu data rilevanti għall-ġlieda kontra l-kriminalità meqjusa bħala strateġika u ta' prijorità operazzjonali fl-istrumenti ta' politika rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-prijoritajiet stabbiliti mill-Kunsill fil-qafas taċ-Ċiklu ta' Politika tal-UE għall-kriminalità internazzjonali organizzata u serja. L-Istati Membri għandhom ukoll jagħmlu ħilithom biex jipprovdu lill-Europol b'kopja tal-iskambji bilaterali u multilaterali ta' informazzjoni ma' Stati Membri oħra dwar kriminalità li taqa' fi ħdan l-objettivi tal-Europol. Meta jipprovdu lill-Europol bl-informazzjoni meħtieġa, l-Istati Membri għandhom jinkludu wkoll informazzjoni dwar kwalunkwe attakk ċibernetiku allegat li jaffettwa korpi tal-Unjoni li jinsabu fit-territorju tagħhom.Fl-istess ħin, il-Europol għandha żżid il-livell tal-appoġġ tagħha lill-Istati Membri, sabiex jissaħħu l-kooperazzjoni reċiproka u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni. Il-Europol għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali dwar l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri individwali.

(14)

Sabiex tkun żgurata kooperazzjoni effettiva bejn il-Europol u l-Istati Membri, għandha tiġi stabbilita unità nazzjonali f'kull Stat Membru (l-“unità nazzjonali”). L-unità nazzjonali għandha tkun il-kollegament bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Europol, biex b'hekk ikun hemm rwol ta' koordinazzjoni fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Istati Membri mal-Europol, u b'hekk tgħin biex jiġi żgurat li kull Stat Membrujirrispondi għat-talbiet tal-Europol b'mod uniformi. Sabiex ikun żgurat skambju ta' informazzjoni effettiv u kontinwu bejn il-Europol u l-unitajiet nazzjonali u tkun iffaċilitata l-kooperazzjoni bejniethom, kull unità nazzjonali għandha taħtar mill-inqas uffiċjal ta' kollegament wieħed li jkollu x'jaqsam mal-Europol.

(15)

Filwaqt li jittieħed kont tal-istruttura deċentralizzata ta' xi Stati Membri u l-ħtieġa li jiġu żgurati skambji rapidi ta' informazzjoni, il-Europol għandha titħalla tikkoopera direttament mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, soġġett għall-kondizzjonijiet definiti mill-Istati Membri filwaqt li jżomm lill-unitajiet nazzjonali infurmati fuq talba ta' dawn tal-aħħar.

(16)

L-istabbiliment ta' skwadri ta' investigazzjoni konġunta għandu jiġi inkoraġġut u l-persunal tal-Europol għandu jkun jista' jipparteċipa fihom. Sabiex tiġi żgurata li tali parteċipazzjoni tkun possibbli f'kull Stat Membru, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 (10), jipprevedi li l-persunal tal-Europol ma jibbenefikax minn immunitajiet waqt li jkun qed jipparteċipa fi skwadri ta' investigazzjoni konġunta.

(17)

Hemm ukoll bżonn li tittejjeb il-governanza tal-Europol, billi wieħed ifittex li jikseb żieda fl-effiċjenza u proċeduri li jissimplifikaw.

(18)

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu rrappreżentati fuq il-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Europol (il-“Bord ta' Amministrazzjoni”) sabiex jagħmlu superviżjoni ta' ħidmietu b'mod effikaċi. Il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta' Amministrazzjoni għandhom jiġu maħtura b'kont meħud tal-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti u l-għarfien tal-kooperazzjoni tal-infurzar tal-liġi. Il-membri supplenti għandhom jaġixxu bħala membri fl-assenza tal-membru.

(19)

Il-partijiet kollha rappreżentati fuq il-Bord ta' Amministrazzjoni għandhom jagħmlu sforzi sabiex jillimitaw it-tibdil tar-rappreżentanti tagħhom, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-kontinwità tal-ħidma tal-Bord ta' Amministrazzjoni. Il-partijiet kollha għandhom jimmiraw biex jiksbu rappreżentanza bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-Bord ta' Amministrazzjoni.

(20)

Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jkun jista' jistieden osservaturi li ma jivvotawx li l-opinjoni tagħhom tista' tkun rilevanti għad-diskussjoni, inkluż rappreżentant maħtur mill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt speċjalizzat (GSPK).

(21)

Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jingħata s-setgħat meħtieġa, b'mod partikolari sabiex jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, u jadotta r-regoli finanzjarji u d-dokumenti tal-ippjanar xierqa, kif ukoll jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-konflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu, jistabbilixxi proċeduri trasparenti ta' ħidma għat-teħid ta' deċiżjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv tal-Europol u jadotta r-rapport tal-attività annwali. Huwa għandu jeżerċita s-setgħat ta' awtorità li taħtar vis-à-vis il-persunal tal-aġenzija, inkluż id-Direttur Eżekuttiv.

(22)

Sabiex ikun żgurat il-funzjonament effiċjenti ta' kuljum tal-Europol, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant ġuridiku u l-maniġer tagħha, li jaġixxi indipendentement fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu u jiżgura li l-Europol twettaq il-kompiti previsti f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għat-tħejjija tal-baġit u d-dokumenti tal-ippjanar sottomessi għad-deċiżjoni tal-Bord ta' Amministrazzjoni, u għall-implimentazzjoni tal-programmazzjoni tal-ħidma pluriennali u l-programmi ta' ħidma annwali tal-Europol u dokumenti oħra ta' ppjanar.

(23)

Għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità li jaqgħu fl-ambitu tal-objettivi tagħha, huwa meħtieġ li l-Europol ikollha l-informazzjoni l-iktar kompleta u aġġornata possibbli. Għalhekk, il-Europol għandha tkun tista' tipproċessa data li tingħatalha mill-Istati Membri, korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u, skont kondizzjonijiet stretti stipulati b'dan ir-Regolament, partijiet privati kif ukoll data li tiġi minn sorsi disponibbli għall-pubbliku, sabiex tiżviluppa fehim tal-fenomeni u x-xejriet kriminali, tiġbor informazzjoni dwar in-netwerks kriminali, u tiskopri rabtiet bejn reati kriminali differenti.

(24)

Sabiex tittejjeb l-effettività tal-Europol fil-forniment ta' analiżi preċiżi dwar il-kriminalità lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, din għandha tuża teknoloġiji ġodda biex tipproċessa d-data. Il-Europol għandha tkun tista' tiskopri malajr konnessjonijiet bejn investigazzjonijiet u modi operandi komuni bejn gruppi kriminali differenti, tikkontrolla kontrokonkordji ta' data u jkollha stampa ġenerali ċara tax-xejriet, filwaqt li tiggarantixxi livell għoli ta' protezzjoni tad-data personali tal-individwi. Għalhekk, il-bażijiet ta' data tal-Europol għandhom ikunu strutturati b'tali mod li jippermettu li l-Europol tkun tista' tagħżel l-aktar struttura tal-IT effiċjenti. Il-Europol għandha tkun tista' wkoll taġixxi bħala fornitur ta' servizzi, b'mod partikolari billi jipprovdi netwerk sigur għall-iskambju ta' data, bħall-Applikazzjoni ta' Netwerk Sikur għall-Iskambju ta' Informazzjoni (SIENA), bil-għan li jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri, il-Europol, korpi oħra tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Sabiex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tad-data, għandhom jiġu stipulati l-għan tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar u d-drittijiet tal-aċċess kif ukoll salvagwardji speċifiċi addizzjonali. B'mod partikolari, il-prinċipju tan-neċessità u l-prinċipju tal-proporzjonalità għandhom jiġu osservati fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali.

(25)

Il-Europol għandha tiżgura li d-data personali kollha proċessata għall-analiżi operazzjonali tiġi allokata għan speċifiku. Madankollu, sabiex il-Europol twettaq il-missjoni tagħha, hija għandha titħalla tipproċessa d-data personali kollha li tasal biex tidentifika rabtiet bejn bosta żoni ta' kriminalità u investigazzjonijiet, u ma għandhiex tkun limitata li tidentifika rabtiet biss ma' żona ta' kriminalità waħda.

(26)

Sabiex jiġu rrispettati s-sjieda tad-data u l-protezzjoni tad-data personali, l-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni, il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw l-iskop jew l-iskopijiet li għalihom il-Europol tipproċessa d-data li jipprovdu u jirrestrinġu d-drittijiet tal-aċċess. Il-limitazzjoni tal-iskop hija prinċipju fundamentali tal-ipproċessar tad-data personali; b'mod partikolari, hija tikkontribwixxi għat-trasparenza, iċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà u hija b'mod speċjali ta' importanza kbira fil-qasam tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi, fejn is-suġġetti tad-data normalment ma jkunux konxji meta d-data personali tagħhom qed tinġabar u tiġi proċessata u fejn l-użu tad-data personali jista' jkollu impatt sinifikanti kbir fuq il-ħajja u l-libertajiet tal-individwi.

(27)

Biex ikun żgurat li l-aċċess għad-data isir biss minn dawk li għandhom bżonn aċċess sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom, dan ir-Regolament għandu jistipula regoli dettaljati għal gradi differenti ta' drittijiet ta' aċċess għad-data pproċessata mill-Europol. Tali regoli għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet fuq l-aċċess imposti mill-fornituri tad-data, peress li għandu jiġu rrispettat il-prinċipju tas-sjieda tad-data. Sabiex tiżdied l-effiċjenza fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità li taqa' fl-ambitu tal-objettivi tal-Europol, il-Europol għandha tinnotifika lill-Istati Membri bl-informazzjoni li tikkonċernahom.

(28)

Biex titjieb il-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-aġenziji, u b'mod partikolari biex jiġu stabbiliti rabtiet bejn id-data diġà fil-pussess tal-aġenziji differenti, il-Europol għandha tippermetti lill-Eurojust u lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) ikollhom aċċess għad-data disponibbli mill-Europol. Il-Europol u l-Eurojust għandhom ikunu jistgħu jikkonkludu arranġament ta' ħidma li jiżgura, b'mod reċiproku fil-mandati rispettivi tagħhom, l-aċċess għal u l-possibbiltà ta' tiftix għall-informazzjoni kollha li ġiet ipprovduta sabiex jitqabblu l-verifiki f'konformità mal-garanziji speċifiċi u l-garanziji ta' protezzjoni tad-data previsti f'dan ir-Regolament. Kwalunkwe aċċess għal data disponibbli fil-Europol ikun limitat, b'mod tekniku, għal informazzjoni li taqa' fil-mandati rispettivi ta' dawk il-korpi tal-Unjoni.

(29)

Il-Europol għandha żżomm relazzjonijiet ta' kooperazzjoni ma' korpi oħra tal-Unjoni, awtoritajiet ta' pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet privati, sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

(30)

Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja operazzjonali, il-Europol għandha tkun tista' tiskambja l-informazzjoni kollha rilevanti, bl-eċċezzjoni ta' data personali, ma' korpi oħra tal-Unjoni, awtoritajiet ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha. Peress li kumpanniji, ditti, assoċjazzjonijiet ta' impriżi, organizzazzjonijiet mhux governattivi u partijiet privati oħra għandhom għarfien espert u informazzjoni b'rilevanza diretta għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu, il-Europol għandha tkun tista' tiskambja tali informazzjoni ma' partijiet privati. Għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, fir-rigward ta' inċidenti fis-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, il-Europol għandha, skont l-att leġiżlattiv applikabbli tal-Unjoni li jistipula miżuri biex jiġi żgurat livell komuni għoli ta' sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni madwar l-Unjoni, jikkoopera u jiskambja informazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' data personali, mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għas-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u l-informazzjoni.

(31)

Il-Europol għandha tkun tista' tiskambja data personali rilevanti ma' korpi oħra tal-Unjoni sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha jew tagħhom.

(32)

Ir-reati serji u t-terroriżmu ħafna drabi jkollhom rabtiet lil hinn mit-territorju tal-Unjoni. Il-Europol għandha għalhekk tkun tista' tiskambja data personali mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' Pulizija Kriminali — Interpol sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

(33)

L-Istati Membri kollha huma affiljati mal-Interpol. Sabiex twettaq il-missjoni tagħha, l-Interpol tirċievi, taħżen, u tiċċirkola data biex tgħin lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali. Għalhekk, jinħtieġ li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Europol u l-Interpol bil-promozzjoni ta' skambju effiċjenti tad-data personali filwaqt li jiġi żgurat rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali fir-rigward tal-ipproċessar awtomatiku ta' data personali. Meta data personali tiġi trasferita mill-Europol għall-Interpol, għandu japplika dan ir-Regolament, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar it-trasferimenti internazzjonali.

(34)

Biex tiġi garantita l-limitazzjoni tal-iskop, huwa importanti li jiġi żgurat li d-data personali tkun tista' tiġi ttrasferita mill-Europol lill-korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, biss jekk dan ikun meħtieġ għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità li taqa' fi ħdan l-objettivi tal-Europol. Għal dan il-għan, huwa neċessarju li jiġi żgurat li, meta tiġi trasferita data personali, ir-riċevitur jintrabat li d-data tintuża mir-riċevitur jew tiġi trasferita lil awtorità kompetenti ta' pajjiż terz biss għall-iskop li għalih din kienet oriġinarjament trasferita. Aktar trasferiment tad-data għandu jsir f'konformità ma' dan ir-Regolament.

(35)

Il-Europol għandha tkun tista' tittrasferixxi data personali lill-awtorità ta' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali abbażi ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara li l-pajjiż jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni tiżgura livell adegwat ta' protezzjoni tad-data (deċiżjoni ta' adegwatezza), jew, fin-nuqqas ta' deċiżjoni ta' adegwatezza, ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni skont l-Artikolu 218 tat-TFUE, jew ftehim ta' kooperazzjoni li jippermetti l-iskambju ta' data personali konkluż bejn il-Europol u dan il-pajjiż terz qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Fid-dawl tal-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transizzjonali anness għat-TUE u għat-TFUE, l-effetti legali ta' tali ftehimiet għandhom jiġu ppreżervati sakemm dawk il-ftehimiet jiġu rrevokati, annullati jew emendati fl-implementazzjoni tat-Trattati. Fejn adatt u f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), il-Kummissjoni għandha tkun tista' tikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) qabel u waqt in-negozjati ta' ftehim internazzjonali. Fejn il-Bord ta' Amministrazzjoni jidentifika ħtieġa operazzjonali għal kooperazzjoni ma' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, għandu jkun jista' jissuġġerixxi lill-Kunsill li dan tal-aħħar jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-bżonn ta' deċiżjoni ta' adegwatezza jew għal rakkomandazzjoni għall-ftuħ tan-negozjati dwar ftehim internazzjonali kif imsemmi hawn fuq.

(36)

Fejn trasferiment ta' data personali ma jistax jiġi bbażat fuq deċiżjoni ta' adegwatezza, jew minn ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni, jew minn ftehim ta' kooperazzjoni eżistenti, il-Bord ta' Amministrazzjoni bi qbil mal-KEPD għandhom ikunu jistgħu jawtorizzaw sett ta' trasferimenti, fejn kondizzjonijiet speċifiċi jitolbu dan u dment li jkunu żgurati salvagwardji adegwati. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun jista' jawtorizza t-trasferiment tad-data f'każijiet eċċezzjonali abbażi ta' każ b'każ, meta tali trasferiment huwa rikjest, suġġett għall-konformita' ma' kondizzjonijiet speċifiċi stretti.

(37)

Il-Europol għandha tkun tista' tipproċessa data personali li toriġina minn partijiet privati u minn persuni privati biss jekk dik id-data tiġi ttrasferita lill-Europol minn unità nazzjonali f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħha jew punt ta' kuntatt f'pajjiż terz jeworganizzazzjoni internazzjonali li magħha hemm kooperazzjoni stabbilita permezz ta' ftehim ta' kooperazzjoni li tippermetti l-iskambju ta' data personali konkluż f'konformità mal-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament; awtorità ta' pajjiż terz; jew organizzazzjoni internazzjonali li tkun soġġetta għal deċiżjoni ta' adegwatezza jew li magħha l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE. Madankollu, f'każijiet fejn il-Europol tirċievi data personali direttament minn partijiet privati u l-unità nazzjonali, il-punt ta' kuntatt jew l-awtorità kkonċernata ma tistax tiġi identifikata, il-Europol għandha tkun tista' tipproċessa dik id-data personali unikament għall-fini li tidentifika dawk l-entitajiet, u t-tali data għandha titħassar sakemm dawk l-entitajiet jerġgħu jissottomettu dik id-data personali fi żmien erba' xhur wara li jsir it-trasferiment. Il-Europol għandha tiżgura, permezz ta' mezzi tekniċi li, matul dak il-perijodu, it-tali data ma tkunx aċċessibbli għall-ipproċessar għal kwalunkwe skop ieħor.

(38)

B'kont meħud tat-theddida eċċezzjonali u speċifika għas-sigurtà interna tal-Unjoni mit-terroriżmu u forom oħra ta' kriminalità serja, speċjalment meta tkun faċilitata, promossa jew issir bl-Internet, l-attivitajiet li l-Europol għandha tagħmel abbażi ta' dan ir-Regolament, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tagħha tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2015 u l-appell mill-Kunsill Ewropew tat-23 ta' April 2015 b'rabta speċjalment ma' dawk l-oqsma prijoritarji, b'mod partikolari l-prassi korrispondenti tal-iskambji diretti ta' data personali ma' partijiet privati għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni sal-1 ta' Mejju 2019.

(39)

Kwalunkwe informazzjoni li b'mod ċar tkun inkisbet bi ksur ovvju tad-drittijiet tal-bniedem ma għandhiex tiġi pproċessata.

(40)

Ir-regoli tal-protezzjoni tad-data fil-Europol għandhom jissaħħu u jiffukaw fuq il-prinċipji li jirfdu r-Regolament (KE) Nru 45/2001 biex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali. Peress li d-Dikjarazzjoni Nru 21 dwar il-protezzjoni tad-data personali fil-qasam tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali, mehmuża mat-TUE u t-TFUE tirrikonoxxi l-ispeċifiċità tal-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest tal-infurzar tal-liġi, ir-regoli tal-protezzjoni tad-data tal-Europol għandhom ikunu awtonomi u konsistenti fl-istess ħin ma' strumenti rilevanti oħra tal-protezzjoni tad-data applikabbli fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija fl-Unjoni. Dawk l-istrumenti inkluż, b'mod partikolari, id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), kif ukoll il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali tal-Kunsill tal-Ewropa u r-Rakkomandazzjoni Nru. R(87)15 (13) tagħha.

(41)

Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mill-Europol jeħtieġ ikun legali u ġust b'rabta mas-suġġetti tad-data kkonċernati. Il-prinċipju ta' pproċessar ġust jitlob trasparenza tal-ipproċessar li tippermetti li s-suġġetti tad-data kkonċernati jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont dan ir-Regolament. Madankollu, aċċess għad-data personali tagħhom jeħtieġ li jkun possibbli li jiġi rrifjutat jew ristrett, jekk, b'kunsiderazzjoni dovuta għall-interessi tas-suġġetti tad-data kkonċernati, tali rifjut jew restrizzjoni jikkostitwixxu miżura neċessarja li tippermetti lill-Europol twettaq il-kompiti tagħha b'mod adatt, biex jitħarsu s-sigurtà u l-ordni pubbliku jew għall-prevenzjoni tal-kriminalità, biex ikun żgurat li l-ebda investigazzjoni nazzjonali ma tiġi mhedda jew għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta' partijiet terzi. Biex ittejjeb it-trasparenza, il-Europol għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku dokument li jistipula f'forma li tinftiehem tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-ipproċessar ta' data personali u l-mezzi disponibbli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data. Il-Europol għandha tippubblika wkoll fuq is-sit web tagħha lista ta' deċiżjonijiet ta' adegwatezza, ftehimiet, u arranġamenti amministrattivi dwar it-trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Barra minn hekk, sabiex tiżdied it-trasparenza tal-Europol vis-à-vis iċ-ċittadini tal-Unjoni u r-responsabbiltà tagħha, il-Europol għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tal-membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni tagħha u, fejn meħtieġ, is-sommarji tal-eżitu tal-laqgħat tal-Bord ta' Amministrazzjoni, filwaqt li tirrispetta r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data.

(42)

Kemm jista' jkun, għandha ssir distinzjoni bejn id-data personali skont il-grad tagħhom tal-preċiżjoni u l-affidabbiltà. Il-fatti għandhom jiġu distinti mill-valutazzjonijiet personali, sabiex tiġi żgurata kemm il-protezzjoni tal-individwi kif ukoll il-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni pproċessata mill-Europol. F'każ ta' informazzjoni miksuba minn sorsi pubblikament disponibbli, partikolarment sorsi fuq l-internet, il-Europol għandha sa fejn ikun possibbli tivvaluta l-preċiżjoni ta' tali informazzjoni u l-affidabbiltà tas-sors tagħha b'diliġenza partikolari sabiex tindirizza riskji assoċjati mal-internet fir-rigward tal-protezzjoni ta' informazzjoni personali u l-privatezza.

(43)

Data personali relatata ma' kategoriji differenti ta' suġġetti tad-data hija pproċessata fil-qasam tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi tal-pulizija. Il-Europol għandha tagħmel id-distinzjonijiet bejn id-data personali fir-rigward ta' kategoriji differenti ta' suġġetti tad-data ċari kemm jista' jkun. Id-data personali li tikkonċerna persuni bħal vittmi, xhieda u persuni b'informazzjoni rilevanti, kif ukoll data personali li tikkonċerna lill-minuri, għandha, b'mod partikolari, tiġi protetta. Il-Europol għandha tipproċessa data sensittiva biss jekk din id-data tissupplimenta data personali oħra diġà pproċessata mill-Europol.

(44)

Fid-dawl tad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data personali, il-Europol ma għandhiex taħżen data personali għal aktar żmien milli huwa meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha. Il-ħtieġa li t-tali data tibqa' maħżuna għandha tiġi riveduta mhux aktar tard minn tliet snin mill-bidu tal-ipproċessar inizjali tagħha.

(45)

Sabiex tiġi garantita s-sigurtà tad-data personali, il-Europol u l-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi neċessarji.

(46)

Kwalunkwe suġġett tad-data għandu jkollu dritt ta' aċċess għad-data personali li tikkonċernah, dritt għal rettifika jekk dik id-data ma tkunx preċiża, u dritt għat-tħassir jew restrizzjoni, jekk dik id-data ma tkunx għadha meħtieġa. L-ispejjeż relatati mal-eżerċizzju tad-dritt ta' aċċess għal data personali ma għandhom qatt jirrappreżentaw ostaklu għall-eżerċizzju effettiv dan id-dritt. Id-drittijiet tas-suġġett tad-data u l-eżerċizzju tagħhom ma għandhomx jaffettwaw l-obbligi li jaqgħu fuq l-Europol u għandhom ikunu soġġetti għar-restrizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(47)

Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data teħtieġ attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-preċiżjoni tad-data, għaż-żamma aġġornata tad-data li jkunu ttrasferew lill-Europol u għal-legalità ta' dan it-trasferimenti tad-data. Il-Europol għandha tkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-data u biex iżżomm d-data provduta minn fornituri oħra ta' data jew li tirriżulta mill-analiżi tal-Europol stess aġġornata. Il-Europol għandha wkoll tiżgura li d-data tiġi pproċessata b'mod ġust u legali, tinġabar u tiġi pproċessata għal skop speċifiku. Il-Europol teħtieġ li tiżgura wkoll li d-data hija adegwata, rilevanti, mhux iżżejjed f'relazzjoni mal-iskop li għalih tkun qed tiġi pproċessata, maħżuna għal mhux aktar żmien milli huwa neċessarju għal dak l-iskop, u pproċessata b'mod li jiżgura s-sigurtà xierqa tad-data personali u l-kunfidenzjalità tal-ipproċessar tad-data.

(48)

Għall-finijiet tal-verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, l-awtomonitoraġġ u l-iżgurar tal-integrità u s-sigurtà xierqa tad-data, il-Europol għandha żżomm rekords tal-ġbir, it-tibdil, l-aċċess, l-iżvelar, il-kombinazzjoni jew it-tħassir ta' data personali. Il-Europol għandha tkun obbligata tikkoopera mal-KEPD u meta jintalab, għandha tagħmel ir-reġistrazzjonijiet tal-aċċess jew id-dokumentazzjoni disponibbli, fuq talba, sabiex dawn ikunu jistgħu jintużaw f'operazzjonijiet ta' monitoraġġ tal-ipproċessar.

(49)

Il-Europol għandha taħtar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data biex jgħinha fil-monitoraġġ tal-konformità ma' dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jkun f'pożizzjoni li jwettaq d-dmirijiet u l-kompiti tiegħu b'mod indipendenti u effettiv u għandu jingħata r-riżorsi neċessarji biex jagħmel dan.

(50)

Strutturi ta' superviżjoni indipendenti, trasparenti, responsabbli u effettivi huma essenzjali għall-protezzjoni tan-nies fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali kif mitlub mill-Artikolu 8(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-ipproċessar tad-data personali għandhom jimmonitorjaw il-legalità tad-data personali pprovduta mill-Istati Membri lill-Europol. Il-KEPD għandu jimmonitorja l-legalità tal-ipproċessar tad-data mwettqa mill-Europol fl-eżerċitu tal-funzjonijiet tiegħu jew tagħha b'indipendenza sħiħa. F'dan ir-rigward, il-mekkaniżmu ta' konsultazzjoni minn qabel huwa salvagwardja importanti għal tipi ġodda ta' operazzjonijiet ta' pproċessar. Dan m'għandux japplika għal attività operazzjonali individwali speċifika, bħall-proġetti ta' analiżi operazzjonali, iżda għall-użu ta' sistemi tal-IT ġodda għall-ipproċessar ta' data personali u kwalunkwe tibdil sostanzjali tagħhom.

(51)

Huwa importanti li tiġi żgurata superviżjoni msaħħa u effettiva tal-Europol u li jiġi garantit li l-KEPD jkun jista' jagħmel użu minn għarfien espert adatt dwar l-infurzar tal-liġi rigward il-protezzjoni tad-data meta hu jew hi jassumi jew tassumi r-responsabbiltà għas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-data tal-Europol. Il-KEPD u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin dwar kwistjonijiet speċifiċi li jkunu jeħtieġu l-involviment nazzjonali u għandhom jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti ta' dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha.

(52)

Sabiex tkun iffaċilitata l-kooperazzjoni bejn il-KEPD u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, iżda mingħajr preġudizzju għall-indipendenza tal-KEPD u r-responsabbiltà tiegħu jew tagħha għas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-data tal-Europol, dawn għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari fil-Bord ta' Kooperazzjoni li, bħala korp ta' konsulenza, għandu jagħti opinjonijiet, linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prassi dwar diversi kwistjonijiet li jeħtieġu involviment nazzjonali.

(53)

Peress li l-Europol tipproċessa wkoll data personali mhux operazzjonali, li ma tkunx relatata ma' investigazzjoni kriminali, bħad-data personali li tikkonċerna l-persunal tal-Europol, il-fornituri tas-servizzi jew il-viżitaturi, l-ipproċessar ta' din id-data għandu jkun suġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(54)

Il-KEPD għandu jisma' u jinvestiga l-ilmenti mressqa mis-soġġetti tad-data. L-investigazzjoni b'segwitu ta' lment għandha titwettaq, soġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju, sal-punt li huwa adegwat fil-każ speċifiku. L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tinforma lis-suġġett tad-data dwar il-progress u l-eżitu tal-ilment fi żmien raġonevoli.

(55)

Kull individwu għandu jkollu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra deċiżjonijiet tal-KEPD li jirrigwardjawh.

(56)

Il-Europol għandha tkun soġġetta għar-regoli ġenerali dwar ir-responsabbiltà kuntrattwali u mhux kuntrattwali applikabbli għall-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-UE, minbarra fir-rigward tar-regoli fuq ir-responsabbiltà għall-ipproċessar illegali ta' data.

(57)

Jista' ma jkunx ċar għall-individwu konċernat jekk dannu mġarrab b'riżultat ta' proċessar illegali ta' data kienx konsegwenza ta' azzjoni mill-Europol jew minn Stat Membru. Il-Europol u l-Istat Membru li fih seħħ l-avveniment li wassal għad-dannu għandhom għalhekk ikunu responsabbli b'mod konġunt u in solidum.

(58)

Filwaqt li jiġi rispettat ir-rwol tal-Parlament Ewropew, flimkien mal-parlamenti nazzjonali fl-iskrutinju tal-attivitajiet tal-Europol, huwa neċessarju li l-Europol tkun organizzazzjoni responsabbli u trasparenti bis-sħiħ. Għal dak il-għan, fid-dawl tal-Artikolu 88 tat-TFUE, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri għall-iskrutinju tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew flimkien mal-parlamenti nazzjonali. Tali proċeduri għandhom ikunu soġġetti għall-punt (c) tal-Artikolu 12 tat-TUE u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 1, jipprevedu li l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali jiddeterminaw flimkien l-organizzazzjoni u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni interparlamentari effettiva u regolari fl-Unjoni. Il-proċeduri biex jiġu stabbiliti għall-iskrutinju tal-attivitajiet tal-Europol għandhom jieħdu kont dovut tal-ħtieġa li jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali jkunu fuq l-istess livell kif ukoll il-ħtieġa li tiġi salvagwardjata l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni operazzjonali. Madankollu, il-mod li bih il-parlamenti nazzjonali jagħmlu skrutinju fuq il-gvernijiet tagħhom fir-rigward tal-attivitajiet tal-Unjoni jiddependi mill-organizzazzjoni u l-prattika kostituzzjonali partikolari ta' kull Stat Membru.

(59)

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (il-“Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra”) stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (14) għandhom japplikaw għall-persunal tal-Europol. Il-Europol għandha tkun tista' timpjega persunal mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bħala aġenti temporanji li l-perijodu ta' servizz tagħhom għandu jkun limitat sabiex jinżamm il-prinċipju ta' rotazzjoni, peress li r-riintegrazzjoni sussegwenti tat-tali membri tal-persunal fis-servizz tal-awtorità kompetenti tagħhom tiffaċilita l-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe miżura neċessarja sabiex jiżguraw li l-persunal ingaġġat fil-Europol bħala aġenti temporanji jkunu jistgħu, fl-aħħar tas-servizz tagħhom fil-Europol, jirritornaw għas-servizz ċivili nazzjonali li jappartjenu għalih.

(60)

Minħabba n-natura tad-dmirijiet tal-Europol u r-rwol tad-Direttur Eżekuttiv, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew għandu jkun jista' jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jidher qabel il-ħatra tiegħu jew tagħha, kif ukoll qabel kwalunkwe estensjoni tal-mandat tiegħu jew tagħha. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta r-rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu jistgħu jistiednu lid-Direttur Eżekuttiv jirrapporta dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu jew tagħha.

(61)

Sabiex tkun garantita l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tal-Europol, din għandha tingħata baġit awtonomu li d-dħul tiegħu jkun ġej essenzjalment minn kontribuzzjoni mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tkun applikabbli kull fejn ikunu konċernati kontribuzzjoni mill-Unjoni u kwalunkwe sussidju ieħor li jitħallas mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-awditjar tal-kontijiet għandu jsir mill-Qorti tal-Awdituri.

(62)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (15) għandu japplika għall-Europol.

(63)

Minħabba s-setgħat legali u amministrattivi speċifiċi tagħhom u l-kompetenzi tekniċi tagħhom fit-twettiq ta' attivitajiet, operazzjonijiet u investigazzjonijiet ta' skambju ta' informazzjoni transkonfinali, inkluż fi skwadri ta' investigazzjoni konġunta, u fil-proviżjoni ta' faċilitajiet għat-taħriġ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jirċievu għotjiet mill-Europol mingħajr sejħa għal proposti f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 190(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (16).

(64)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) għandu japplika għall-Europol.

(65)

Il-Europol tipproċessa data li teħtieġ protezzjoni partikolari peress li tinkludi informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u klassifikata tal-UE. Il-Europol għandha għalhekk tistabbilixxi regoli dwar il-kunfidenzjalità u l-ipproċessar ta' tali informazzjoni. Ir-regoli dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE għandhom ikunu konsistenti mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (18).

(66)

Huwa xieraq li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tiġi evalwata regolarment.

(67)

Id-dispożizzjonijiet neċessarji fir-rigward tal-akkomodazzjoni tal-Europol fl-Aja fejn għandha l-kwartieri ġenerali tagħha, u r-regoli speċifiċi applikabbli għall-persunal kollu tal-Europol u għall-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim tal-kwartieri ġenerali. Barra minn hekk, l-Istat Membru ospitanti għandu jipprovdi kondizzjonijiet meħtieġa għat-tħaddim tajjeb tal-Europol, inklużi skejjel multilingwi, b'orjentazzjoni Ewropea u kollegamenti xierqa tat-trasport, sabiex jiġu attirati riżorsi umani ta' kwalità għolja minn firxa ġeografika wiesgħa kemm jista' jkun.

(68)

Il-Europol, kif stabbilita minn dan ir-Regolament, tissostitwixxi u tissuċċedi l-Europol kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI. Hija għandha għalhekk tkun is-suċċessur ġuridiku tal-kuntratti kollha tiegħu, inklużi l-kuntratti tax-xogħol, l-obbligi u l-proprjetajiet miksuba. Il-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Europol kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u l-ftehimiet konklużi mill-Europol kif stabbiliti mill-Konvenzjoni Europol qabel l-1 ta' Jannar 2010 għandhom jibqgħu fis-seħħ.

(69)

Sabiex il-Europol tkun tista' tkompli taqdi l-kompiti tal-Europol kif stabbilit bid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI skont l-aħjar ħiliet tagħha, għandhom jiġu stipulati miżuri ta' transizzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-Bord ta' Amministrazzjoni u d-Direttur Eżekuttiv u l-persunal impjegat b'kuntratt ta' żmien indeterminat bħala membri tal-persunal lokali konkluż mill-Europol kif stabbilit mill-Konvenzjoni Europol, li għandhom jiġi offruti possibbiltà ta' impjieg bħala membri tal-persunal temporanju jew kuntrattwali skont il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra.

(70)

L-Att tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 1998 (19) dwar ir-regolamenti tal-persunal tal-Europol tħassar bl-Artikolu 63 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI. Madankollu, għandu jkompli japplika għall-persunal impjegat mill-Europol qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet transitorji għandhom jipprevedu li kuntratti konklużi f'konformità ma' dawk ir-regolamenti dwar il-persunal għandhom jibqgħu rregolati minnhom.

(71)

Peress li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta' entità responsabbli għall-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi fil-livell tal-Unjoni, ma jistax jintlaħaq sew mill-Istati Membri u jista', għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(72)

F'konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-TUE u għat-TFUE, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha li tipparteċipa fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(73)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 u Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness għat-TUE u għat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, ir-Renju Unit mhux ser jieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhux marbut minnu jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(74)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-TUE u t-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta minnu jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(75)

Il-KEPD ġie kkonsultat u ta opinjoni fil-31 ta' Mejju 2013.

(76)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u d-dritt għall-privatezza kif protetti mill-Artikoli 8 u 7 tal-Karta, kif ukoll mill-Artikolu 16 tat-TFUE,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI, OBJETTIVI U KOMPITI TAL-EUROPOL

Artikolu 1

Stabbiliment tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi

1.   Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) hija b'dan stabbilita bil-ħsieb li tagħti appoġġ fil-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Unjoni.

2.   Il-Europol, kif stabbilita b'dan ir-Regolament, tissostitwixxi u tissuċċedi l-Europol kif ġie stabbilit bid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(a)

“l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri” tfisser l-awtoritajiet kollha tal-pulizija u servizzi oħra tal-infurzar tal-liġi li jeżistu fl-Istati Membri li huma responsabbli skont il-liġi nazzjonali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-reati kriminali. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinkludu wkoll awtoritajiet pubbliċi oħra li jeżistu fl-Istati Membri li huma responsabbli skont il-liġi nazzjonali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-reati kriminali li fir-rigward tagħhom il-Europol huwa kompetenti;

(b)

“analiżi strateġika” tfisser il-metodi u t-tekniki kollha li permezz tagħhom tinġabar, tiġi maħżuna, ipproċessata u vvalutata l-informazzjoni bil-għan li tiġi appoġġata u żviluppata politika kriminali li tikkontribwixxi għall-prevenzjoni effiċjenti u effettiva kontra il-kriminaltà u l-ġlieda kontriha;

(c)

“analiżi operattiva” tfisser il-metodi u t-tekniki kollha li permezz tagħhom tinġabar, tiġi maħżuna, ipproċessata u vvalutata l-informazzjoni bil-għan li jiġu appoġġati l-investigazzjonijiet kriminali;

(d)

“korpi tal-Unjoni” tfisser istituzzjonijiet, korpi, missjonijiet, uffiċċji u aġenziji stabbiliti mit-TUE u t-TFUE, jew abbażi tagħhom;

(e)

“organizzazzjoni internazzjonali” tfisser organizzazzjoni u l-korpi subordinati tagħha regolata bil-liġi internazzjonali pubblika jew kwalunkwe korp ieħor li huwa stabbilit minn, jew abbażi ta' ftehim bejn żewġ pajjiżi jew aktar;

(f)

“partijiet privati” tfisser entitajiet u korpi stabbiliti skont il-liġi ta' Stat Membru jew pajjiż terz, b'mod partikolari kumpanniji u ditti, assoċjazzjonijiet kummerċjali, organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ u persuni ġuridiċi oħra li mhumiex koperti mill-punt (e);

(g)

“persuni privati” tfisser kwalunkwe persuna fiżika;

(h)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' suġġett tad-data;

(i)

“suġġett tad-data” tfisser persuna fiżika identifikata jew identifikabbli, persuna identifikabbli tfisser persuna li tkun tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal identifikatur bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data dwar il-post jew identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiku għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna;

(j)

“data ġenetika” tfisser id-data personali kollha relatata mal-karatteristiċi ġenetiċi tal-individwu li jkunu ntirtu jew inkisbu, li tagħti informazzjoni unika dwar il-fiżjoloġija jew is-saħħa ta' dak l-individwu, li tirriżulta b'mod partikolari minn analiżi ta' kampjun bijoloġiku mill-individwu inkwistjoni;

(k)

“proċessar” tfisser kwalunkwe operazzjoni jew sett ta' operazzjonijiet li jitwettqu fuq data personali jew settijiet ta' data personali, kemm jekk b'mezzi awtomatiċi jew le, bħall-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew it-tibdil, il-ġbid, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar permezz ta' trażmissjoni, it-tixrid jew modi oħra li jrendu disponibbli, l-allinjament jew il-kombinazzjoni, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

(l)

“riċevitur” tfisser persuna naturali jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kull korp ieħor li lilu/lilha jinkixef id-data, sew jekk parti terza sew jekk le;

(m)

“trasferiment ta' data personali” tfisser il-komunikazzjoni ta' data personali, li b'mod attiv titqiegħed għad-dispożizzjoni, bejn għadd limitat ta' partijiet identifikati, bl-għarfien jew l-intenzjoni tal-ispeditur li jagħti aċċess għad-data personali lir-riċevitur;

(n)

“ksur ta' data personali” tfisser ksur tas-sigurtà li jwassal għal qerda aċċidentali jew illegali, telf, bdil, żvelar mhux awtorizzat ta', jew aċċess għal data personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata mod ieħor;

(o)

“il-kunsens tas-suġġett tad-data” tfisser kwalunkwe indikazzjoni mogħtija liberament, speċifika, infurmata u mhux ambigwa tax-xewqa tiegħu jew tagħha li permezz tagħha, is-suġġett tad-data, permezz ta' dikjarazzjoni jew azzjoni affirmattiva ċara, juri jew turi l-qbil li tiġi pproċessata data personali marbuta miegħu jew magħha;

(p)

“data personali amministrattiva” tfisser id-data personali kollha proċessata mill-Europol minbarra dik li tiġi pproċessata biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.

Artikolu 3

Objettivi

1.   Il-Europol għandha tappoġġa u ssaħħaħ l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar, it-terroriżmu u l-forom ta' kriminalità li jolqtu interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni, kif elenkata fl-Anness I.

2.   Minbarra l-paragrafu 1, l-objettivi tal-Europol għandhom ikopru wkoll reati kriminali relatati. Ir-reati li ġejjin għandhom jitqiesu bħala reati kriminali relatati:

(a)

reati kriminali mwettqa biex jinkisbu l-mezzi sabiex jitwettqu atti li fir-rigward tagħhom huwa kompetenti l-Europol;

(b)

reati kriminali mwettqa biex jiġi ffaċilitat jew jitwettqu atti li fir-rigward tagħhom huwa kompetenti l-Europol;

(c)

reati kriminali mwettqa biex tiġi żgurata l-impunità ta' dawk l-atti li fir-rigward tagħhom huwa kompetenti l-Europol.

Artikolu 4

Kompiti

1.   Il-Europol għandha twettaq il-kompiti li ġejjin biex tilħaq l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3:

(a)

tiġbor, taħżen, tipproċessa, tanalizza u tiskambja informazzjoni, inkluża intelligence kriminali;

(b)

tinnotifika mingħajr dewmien lill-Istati Membri, permezz tal-unitajiet nazzjonali stabbiliti jew maħtura f'konformità mal-Artikolu 7(2) b'kull informazzjoni u konnessjoni bejn reati kriminali li jolqtu lilhom;

(c)

tikkoordina, torganizza u timplimenta azzjonijiet investigattivi u operazzjonali biex tappoġġa u ssaħħaħ azzjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-Istati Membri, li jitwettqu:

(i)

b'mod konġunt mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri; jew

(ii)

fil-kuntest ta' skwadri ta' investigazzjoni konġunta, skont l-Artikolu 5 u fejn xieraq, f'kollegament mal-Eurojust;

(d)

tipparteċipa fi skwadri ta' investigazzjoni konġunta, kif ukoll tipproponi li jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 5;

(e)

tipprovdi informazzjoni u appoġġ analitiku lill-Istati Membri f'konnessjoni ma' avvenimenti internazzjonali ewlenin;

(f)

tħejji valutazzjonijiet tat-theddid, analiżi strateġiċi u operazzjonali u rapporti tas-sitwazzjoni ġenerali;

(g)

tiżviluppa, tikkondividi u tippromwovi għarfien speċjalizzat ta' metodi ta' prevenzjoni tal-kriminalità, proċeduri investigattivi u metodi tekniċi u forensiċi, u tipprovdi pariri lill-Istati Membri;

(h)

tappoġġa l-attivitajiet transkonfinali tal-iskambju ta' informazzjoni tal-Istati Membri, l-operazzjonijiet u l-investigazzjonijiet, kif ukoll l-iskwadri ta' investigazzjoni konġunta, inkluż billi tipprovdi appoġġ operazzjonali, tekniku u finanzjarju;

(i)

tipprovdi taħriġ speċjalizzat u tassisti lill-Istati Membri fl-organizzazzjoni tat-taħriġ, inkluż bl-għoti ta' appoġġ finanzjarju, fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tagħha u skont ir-riżorsi tal-persunal u tal-baġit disponibbli għalih f'koordinazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ (CEPOL);

(j)

tikkoopera mal-korpi tal-Unjoni stabbiliti abbażi tat-Titolu V tat-TFUE u mal-OLAF, b'mod partikolari permezz ta' skambji ta' informazzjoni u billi tipprovdilhom appoġġ analitiku fl-oqsma li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tagħhom;

(k)

tipprovdi informazzjoni u appoġġ lill-istrutturi tal-UE tal-ġestjoni ta' kriżijiet u lill-missjonijiet stabbiliti abbażi tat-TUE fil-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol kif stabbiliti fl-Artikolu 3;

(l)

tiżviluppa ċentri tal-Unjoni ta' għarfien espert speċjalizzat għall-ġlieda kontra ċerti tipi ta' reati li jaqgħu fl-ambitu tal-objettivi tal-Europol, b'mod partikolari ċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità;

(m)

tappoġġa l-azzjonijiet tal-Istati Membri fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra forom ta' kriminalità elenkati fl-Anness I li jiġu faċilitati, promossi jew li jitwettqu bl-internet, inkluż, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, it-tiswir ta' riferimenti ta' kontenut tal-internet, li permezz tiegħu dawn il-forom ta' kriminalità jiġu faċilitati, promossi jew imwettqa, lill-fornituri tas-servizzi online ikkonċernati għall-konsiderazzjoni volontarja tagħhom tal-kompatibbiltà tal-kontenut fuq l-internet riferut bit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom stess.

2.   Il-Europol għandha tipprovdi analiżi strateġika u valutazzjonijiet tat-theddid biex tassisti lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jistabbilixxu l-prijoritajiet strateġiċi u operazzjonali tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità. Il-Europol għandha tassisti wkoll fl-implimentazzjoni operazzjonali ta' dawk il-prijoritajiet.

3.   Il-Europol għandha tipprovdi analiżi strateġika u valutazzjonijiet ta' theddida biex tassisti l-użu effiċjenti u effikaċi tar-riżorsi disponibbli fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni għall-attivitajiet operazzjonali u l-appoġġ għal dawk l-attivitajiet.

4.   Il-Europol għandha taġixxi bħala l-Uffiċċju Ċentrali fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-euro skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/511/ĠAI (20). Il-Europol għandha wkoll tħeġġeġ il-koordinazzjoni tal-miżuri implimentati sabiex tiġi miġġielda l-falsifikazzjoni tal-euro, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew fil-kuntest ta' skwadri ta' investigazzjoni konġunta, fejn xieraq b'kollegament ma' korpi tal-Unjoni u mal-awtoritajiet ta' pajjiż terzi.

5.   Il-Europol ma għandhiex tapplika miżuri koerċittivi fit-twettiq tal-kompiti tagħha.

KAPITOLU II

KOOPERAZZJONI BEJN L-ISTATI MEMBRI U L-EUROPOL

Artikolu 5

Parteċipazzjoni fi skwadri ta' investigazzjoni konġunta

1.   Il-persunal tal-Europol jista' jipparteċipa fl-attivitajiet ta' skwadri ta' investigazzjoni konġunta li jkunu qed jindirizzaw reati li jaqgħu fi ħdan l-objettivi tal-Europol. Il-ftehim dwar l-istabbiliment ta' skwadra ta' investigazzjoni konġunta għandu jiddetermina l-kondizzjonijiet li jirrigwardaw il-parteċipazzjoni tal-persunal tal-Europol fl-iskwadra, inkluża l-informazzjoni dwar ir-regoli dwar ir-responsabbiltà.

2.   Il-persunal tal-Europol jista', fil-limiti tal-liġijiet tal-Istati Membri li fihom tkun qed topera skwadra ta' investigazzjoni konġunta, jassisti fl-attivitajiet u l-iskambju ta' informazzjoni kollha mal-membri kollha tal-iskwadra ta' investigazzjoni konġunta.

3.   Il-persunal tal-Europol li jipparteċipa fi skwadra ta' investigazzjoni konġunta jista', f'konformità ma' dan ir-Regolament, jipprovdi lill-membri kollha tal-grupp bl-informazzjoni meħtieġa pproċessata mill-Europol għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(2). Il-Europol għandha fl-istess ħin tinforma lill-unitajiet nazzjonali tal-Istati Membri rrappreżentati fl-iskwadra kif ukoll dawk tal-Istati Membri li pprovdew l-informazzjoni.

4.   L-informazzjoni miksuba mill-persunal tal-Europol waqt li jkun parti minn skwadra ta' investigazzjoni konġunta tista', bil-kunsens u taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru li pprovda l-informazzjoni, tiġi pproċessata mill-Europol għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(2), bil-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

5.   Fejn il-Europol ikollha għalxiex taħseb li l-istabbiliment ta' skwadra ta' investigazzjoni konġunta jżid il-valur ta' investigazzjoni, tista' tipproponi dan lill-Istati Membri kkonċernati u tieħu miżuri biex tgħinhom fl-istabbiliment tal-iskwadra ta' investigazzjoni konġunta.

Artikolu 6

Talbiet mill-Europol biex tinbeda investigazzjoni kriminali

1.   F'każijiet speċifiċi fejn il-Europol tqis li investigazzjoni kriminali għandha tinbeda fir-rigward ta' reat li jaqa' fl-ambitu tal-objettivi tagħha, hija għandha titlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati permezz tal-unitajiet nazzjonali sabiex jibdew, iwettqu jew jikkoordinaw tali investigazzjoni kriminali.

2.   L-unitajiet nazzjonali għandhom jinfurmaw lill-Europol mingħajr dewmien dwar id-deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fir-rigward ta' kwalunkwe talba li ssir skont il-paragrafu 1.

3.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jiddeċiedu li ma jilqgħux it-talba li ssir mill-Europol skont il-paragrafu 1, huma għandhom jinfurmaw lill-Europol bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom, mingħajr dewmien bla bżonn, preferibbilment fi żmien xahar minn meta tasal it-talba. Madankollu, ir-raġunijiet jistgħu ma jingħatawx jekk l-għoti tagħhom ikun:

(a)

imur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istat Membru konċernat; jew

(b)

jipperikola s-suċċess ta' investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin jew is-sikurezza ta' individwi.

4.   Il-Europol għandha tinforma minnufih lill-Eurojust bi kwalunkwe talba li tkun saret skont il-paragrafu 1 u bi kwalunkwe deċiżjoni ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont il-paragrafu 2.

Artikolu 7

Unitajiet nazzjonali tal-Europol

1.   L-Istati Membri u l-Europol għandhom jikkooperaw ma' xulxin fit-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom li jinsabu f'dan ir-Regolament.

2.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jaħtar unità nazzjonali li għandha tkun il-korp ta' kollegament bejn il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru. Kull Stat Membru għandu jaħtar uffiċjal bħala kap tal-unità nazzjonali tiegħu.

3.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-unità nazzjonali tiegħu hija kompetenti taħt il-liġi nazzjonali tkun tista' twettaq il-kompiti assenjati lill-unitajiet nazzjonali f'dan ir-Regolament, u b'mod partikolari li jkollha aċċess għad-data tal-infurzar tal-liġi nazzjonali u data rilevanti oħra meħtieġa għall-kooperazzjoni mal-Europol.

4.   Kull Stat Membru għandu jiddetermina l-organizzazzjoni u l-persunal tal-unità nazzjonali tiegħu skont il-liġi nazzjonali tiegħu.

5.   F'konformità mal-paragrafu 2, l-unità nazzjonali għandha tkun korp ta' kollegament bejn il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Madankollu, soġġett għall-kondizzjonijiet determinati mill-Istati Membri, inkluż l-involviment minn qabel tal-unità nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jippermettu kuntatti diretti bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u l-Europol. L-unità nazzjonali għandha fl-istess ħin tirċievi mill-Europol kwalunkwe informazzjoni skambjata matul il-kuntatti diretti bejn il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti, sakemm l-unità nazzjonali ma tindikax li m'għandhiex bżonn tirċievi tali informazzjoni.

6.   Kull Stat Membru għandu, permezz tal-unità nazzjonali tiegħu jew, soġġett għall-paragrafu 5, permezz ta' awtorità kompetenti, b'mod partikolari:

(a)

jipprovdu lill-Europol bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tilħaq l-objettivi tagħha, inkluż informazzjoni marbuta ma' tipi ta' reati li l-prevenzjoni u l-ġlieda kontrihom huma meqjusa bħala prijorità mill-Unjoni;

(b)

jiżguraw komunikazzjoni u kooperazzjoni effettivi tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha tal-Europol;

(c)

joħolqu sensibilizzazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Europol;

(d)

f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 38(5), jiżguraw konformità mal-liġi nazzjonali meta jagħtu informazzjoni lill-Europol.

7.   Mingħajr preġudizzju għall-kwittanza mill-Istati Membri tar-responsabbiltajiet fir-rigward taż-żamma tal-ordni skont il-liġi u s-salvagwardja tas-sigurtà interna, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati fl-ebda każ partikolari li jipprovdu informazzjoni skont il-punt (a) tal-paragrafu 6 li:

(a)

tmur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istat Membru kkonċernat;

(b)

tipperikola s-suċċess ta' investigazzjoni li tkun għaddejja jew is-sigurtà ta' individwu; jew

(c)

tagħti informazzjoni marbuta ma' organizzazzjonijiet jew attivitajiet speċifiċi ta' intelligence fil-qasam tas-sikurezza nazzjonali.

Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jissupplixxu l-informazzjoni hekk kif ma tibqax taqa' fil-kamp tal-applikazzjoni tal-punti (a), (b) jew (c) tal-ewwel subparagrafu.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unitajiet tal-intelligence finanzjarja tagħhom stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) jkunu jistgħu jikkooperaw mal-Europol permezz tal-unità nazzjonali tagħhom fir-rigward ta' analiżi fi ħdan il-limiti tal-mandat u l-kompetenza tagħhom.

9.   Il-kapijiet tal-unitajiet nazzjonali għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari, b'mod partikolari biex jiddiskutu u jirriżolvu problemi li jqumu fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali tagħhom mal-Europol.

10.   L-ispejjeż imġarrba mill-unitajiet nazzjonali fil-komunikazzjonijiet mal-Europol għandhom jitħallsu mill-Istati Membri u, ħlief l-ispejjeż ta' konnessjoni, ma għandhomx jiġu imposti fuq il-Europol.

11.   Il-Europol għandha tfassal rapport annwali dwar l-informazzjoni mogħtija minn kull Stat Membru skont il-punt (a) tal-paragrafu 6 abbażi tal-kriterji ta' evalwazzjoni kwantitattivi u kwalitattivi definiti mill-Bord ta' Amministrazzjoni. Ir-rapport annwali għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Artikolu 8

Uffiċjali ta' kollegament

1.   Kull unità nazzjonali għandha taħtar mill-inqas uffiċjal ta' kollegament wieħed biex jaħdem mal-Europol. Ħlief jekk ikun stipulat mod ieħor f'dan ir-Regolament, l-uffiċjali ta' kollegament għandhom ikunu soġġetti għal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jaħtar.

2.   L-uffiċjali ta' kollegament għandhom jikkostitwixxu l-uffiċċji nazzjonali ta' kollegament tal-Europol u għandhom jingħataw istruzzjonijiet mill-unitajiet nazzjonali tagħhom biex jirrappreżentaw l-interessi ta' dawn tal-aħħar fl-Europol f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jaħtar u d-dispożizzjonijiet applikabbli għall-amministrazzjoni tal-Europol.

3.   L-uffiċjali ta' kollegament għandhom jassistu fl-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Europol u l-Istati Membri tagħhom.

4.   L-uffiċjali ta' kollegament għandhom, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, jassistu fl-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri tagħhom u l-uffiċjali ta' kollegament ta' Stati Membri oħra, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. L-infrastruttura tal-Europol tista' tintuża, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex dawn l-iskambji bilaterali jkopru wkoll reati li ma' jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol. L-iskambji ta' informazzjoni kollha bħal dawn għandhom isiru f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli.

5.   Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jiddetermina d-drittijiet u l-obbligi tal-uffiċjali ta' kollegament fir-rigward tal-Europol. L-uffiċjali ta' kollegament għandhom igawdu mill-privileġġi u l-immunitajiet meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont l-Artikolu 63(2).

6.   Il-Europol għandha tiżgura li l-uffiċjali ta' kollegament ikunu informati bis-sħiħ dwar u assoċjati mal-attivitajiet kollha tagħha, sa fejn huwa meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

7.   Il-Europol għandha tkopri l-ispejjeż biex tagħti l-ispazju neċessarju lill-Istati Membri fi ħdan il-bini tal-Europol u biex tagħti appoġġ adegwat lill-uffiċjali ta' kollegament biex iwettqu dmirijiethom. L-ispejjeż l-oħra kollha li jinħolqu b'rabta mal-ħatra tal-uffiċjali ta' kollegament għandhom jitħallsu mill-Istat Membru li jaħtar, inklużi l-ispejjeż tat-tagħmir għall-uffiċjali ta' kollegament, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor fuq rakkomandazzjoni tal-Bord ta' Amministrazzjoni.

KAPITOLU III

ORGANIZZAZZJONI TAL-EUROPOL

Artikolu 9

Struttura amministrattiva u tal-ġestjoni tal-Europol

L-istruttura amministrattiva u tal-ġestjoni tal-Europol għandha tinkludi:

(a)

Bord ta' Amministrazzjoni;

(b)

Direttur Eżekuttiv;

(c)

jekk xieraq, kwalunkwe korp konsultattiv ieħor stabbilit mill-Bord ta' Amministrazzjoni skont il-punt (s) tal-Artikolu 11(1);

TAQSIMA 1

Bord ta' Amministrazzjoni

Artikolu 10

Kompożizzjoni tal-Bord ta' Amministrazzjoni

1.   Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni. Kull rappreżentant għandu jkollu d-dritt tal-vot.

2.   Il-membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni għandhom jinħatru kont tal-għarfien tagħhom tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi.

3.   Kull membru tal-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jkollu membru supplenti li l-ħatra tiegħu għandha tieħu kont tal-kriterju stipulat fil-paragrafu 2. Il-membru supplenti għandu jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu jew tagħha.

Il-prinċipju ta' rappreżentazzjoni bilanċjata bejn il-ġeneri fuq il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jittieħed kont debitu tiegħu wkoll.

4.   Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni li jtemmu l-mandat tal-membri u tal-membri supplenti rispettivi tagħhom, il-parteċipazzjoni fil-Board ta' Amministrazzjoni għandu jkun ta' erba' snin. Dak il-mandat għandu jkun jista' jiġi estiż.

Artikolu 11

Funzjonijiet tal-Bord ta' Amministrazzjoni

1.   Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu:

(a)

jadotta kull sena, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri u f'konformità mal-Artikolu 12, dokument li jkun fih il-programmazzjoni pluriennali tal-Europol u l-programm ta' ħidma annwali għas-sena ta' wara;

(b)

jadotta, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu, il-baġit annwali tal-Europol u jeżerċita funzjonijiet oħra fir-rigward tal-baġit tal-Europol skont il-Kapitolu X;

(c)

jadotta rapport konsolidat tal-attività annwali dwar l-attivitajiet tal-Europol u jibagħtu, sal-1 ta' Lulju tas-sena ta' wara, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali. Ir-rapport konsolidat tal-attività annwali għandu jsir pubbliku;

(d)

jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Europol skont l-Artikolu 61;

(e)

jadotta strateġija interna kontra l-frodi, proporzjonata għar-riskji ta' frodi, filwaqt li jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati;

(f)

jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu, inkluż b'rabta mad-dikjarazzjoni tal-interessi tagħhom;

(g)

f'konformità mal-paragrafu 2, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Europol, is-setgħat mogħtija lill-awtorità tal-ħatra mir-Regolamenti tal-Persunal u mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra lill-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta' impjieg għall-aġenti l-oħra (“setgħat tal-awtorità li taħtar”);

(h)

jadotta regoli ta' implimentazzjoni xierqa biex jimplimenta r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

(i)

jadotta regoli interni rigward il-proċedura ta' għażla tad-Direttur Eżekuttiv, inklużi regoli dwar il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' għażla li jiżguraw l-indipendenza u l-imparzjalità tiegħu;

(j)

jipproponi lill-Kunsill lista mqassra ta' kandidati għall-pożizzjonijiet ta' Direttur Eżekuttiv u Viċi Diretturi Eżekuttivi u, fejn rilevanti, jipproponi lill-Kunsill li l-mandati tagħhom jiġu estiżi jew li jitneħħew mill-kariga skont l-Artikoli 54 u 55;

(k)

jistabbilixxi indikaturi tal-prestazzjoni u jissorvelja l-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, inkluża l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Amministrazzjoni;

(l)

jaħtar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, li għandu jkun funzjonalment indipendenti fit-twettiq ta' dmirijiet tiegħu jew tagħha;

(m)

jaħtar uffiċjal tal-kontabilità, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, u funzjonalment indipendenti fit-twettiq ta' dmirijiet tiegħu jew tagħha;

(n)

jistabbilixxi, fejn xieraq, kapaċità tal-awditjar intern;

(o)

jiżgura segwitu adegwat tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u mill-KEPD;

(p)

jiddefinixxi l-kriterji ta' evalwazzjoni għar-rapport annwali f'konformità mal-Artikolu 7(11);

(q)

jadotta linji gwida li jispeċifikaw aktar il-proċeduri għall-ipproċessar ta' informazzjoni mill-Europol f'konformità mal-Artikolu 18, wara li jikkonsulta lill-KEPD;

(r)

jiddeċiedi dwar il-konklużjoni tal-arranġamenti amministrattivi u tal-ħidma f'konformità mal-Artikolu 23(4) u l-Artikolu 25(1), rispettivament;

(s)

jiddeċiedi, b'kont meħud tar-rekwiżiti kummerċjali kif ukoll dawk finanzjarji, dwar l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-Europol, inklużi ċ-ċentri ta' għarfien espert tal-Unjoni kif msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1), fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv;

(t)

jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kompiti u l-funzjonament tas-segretarjat tiegħu;

(u)

jadotta, fejn xieraq, regoli interni oħrajn.

2.   Jekk il-Bord ta' Amministrazzjoni jqis li jkun neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol, huwa jista' jissuġġerixxi lill-Kunsill li jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-bżonn ta' deċiżjoni ta' adegwatezza kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 25(1) jew ta' rakkomandazzjoni għal deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati bi ħsieb tal-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 25(1).

3.   Skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jadotta deċiżjoni, abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, li tiddelega s-setgħat rilevanti ta' awtorità li taħtar lid-Direttur Eżekuttiv u li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet skont liema dawn id-delegi ta' setgħat jistgħu jiġu sospiżi. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat li jissottodelega dawk is-setgħat.

Fejn ikun meħtieġ minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Bord ta' Amministrazzjoni jista', permezz ta' deċiżjoni, temporanjament jissospendi d-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u kwalunkwe sottodelega ta' tali setgħat u jeżerċitahom huwa stess jew jiddelega dawk is-setgħat lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhuwiex id-Direttur Eżekuttiv.

Artikolu 12

Programmazzjoni pluriennali u programmi ta' ħidma annwali

1.   Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu, sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, jadotta d-dokument li jkun fih il-programmazzjoni pluriennali tal-Europol u programm ta' ħidma annwali abbażi ta' abbozz preżentat mid-Direttur Eżekuttiv, b'kont meħud tal-opinjoni tal-Kummissjoni u, b'relazzjoni mal-programmazzjoni pluriennali wara konsultazzjoni mal-GSPK. Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jintbagħat d-dokument lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-GSPK.

2.   Il-programmazzjoni tal-ħidma pluriennali għandha tistipula programmazzjoni strateġika komprensiva li tinkludi objettivi, riżultati mistennija u indikaturi tal-prestazzjoni. Għandha wkoll tistipula l-ippjanar tar-riżorsi inklużi l-baġit pluriennali u l-persunal. Għandha tinkludi l-istrateġija għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Il-programmazzjoni pluriennali għandha tiġi implimentata permezz ta' programmi ta' ħidma annwali u għandha, fejn xieraq, tiġi aġġornata skont ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet esterni u interni. Il-konklużjoni ta' dawk l-evalwazzjonijiet għandhom ukoll jiġu riflessi, fejn xieraq, fil-programm ta' ħidma annwali tas-sena ta' wara.

3.   Il-programm ta' ħidma annwali għandu jinkludi objettivi dettaljati, ir-riżultati mistennija u indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li ser jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, skont il-prinċipji ta' bbaġitjar u ġestjoni ibbażati fuq l-attività. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun konsistenti mal-programmazzjoni pluriennali. Għandu jindika b'mod ċar il-kompiti li ġew miżjuda, mibdula jew imħassra b'paragun mas-sena finanzjarja preċedenti.

4.   Fejn, wara l-adozzjoni ta' programm ta' ħidma annwali, jiġi assenjat kompitu ġdid, il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jemenda l-programm ta' ħidma annwali.

5.   Kwalunkwe emenda sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali għandha tkun adottata bl-istess proċedura bħal dik applikabbli għall-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali inizjali. Il-Bord ta' Amministrazzjoni jista' jiddelega lid-Direttur Eżekuttiv is-setgħa li jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali.

Artikolu 13

President u Viċi President tal-Bord ta' Amministrazzjoni

1.   Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-grupp ta' tliet stati Membri li flimkien ħejjew il-programm ta' 18-il xahar tal-Presidenza. Huma għandhom iservu għall-perijodu ta' 18-il xahar li jikkorrispondi għal dak il-programm tal-Kunsill. Jekk, madankollu, is-sħubija tal-President jew tal-Viċi President fil-Bord ta' Amministrazzjoni tintemm fi kwalunkwe waqt tul il-mandat tagħhom bħala President jew Viċi President, il-mandat tagħhom għandu awtomatikament jiskadi f'dik l-istess żmien.

2.   Il-President u l-Viċi President għandhom ikunu eletti b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni.

3.   Fejn il-president ma jkunx kapaċi jwettaq il-kompiti tiegħu jew tagħha, għandu jiġi sostitwit jew għandha tiġi sostitwita awtomatikament mill-Viċi.

Artikolu 14

Laqgħat tal-Bord ta' Amministrazzjoni

1.   Il-President għandu jsejjaħ il-laqgħat tal-Bord ta' Amministrazzjoni.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-Bord ta' Amministrazzjoni.

3.   Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jiltaqa' mill-anqas darbtejn fis-sena f'sessjoni ordinarja. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' fuq inizjattiva tal-President jew fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq talba ta' mill-anqas terz tal-membri tiegħu.

4.   Il-Bord ta' Amministrazzjoni jista' jistieden lil kwalunkwe persuna li l-opinjoni tagħha tista' tkun rilevanti għad-diskussjoni inkluż, fejn adatt, rappreżentant tal-GSPK, biex tattendi l-laqgħa tiegħu bħala osservatur mingħajr vot.

5.   Il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta' Amministrazzjoni jistgħu soġġett għar-regoli ta' proċedura tiegħu, jiġu assistiti fil-laqgħat mill-konsulenti jew l-esperti.

6.   Il-Europol għandha tipprovdi s-segretarjat għall-Bord ta' Amministrazzjoni.

Artikolu 15

Regoli tal-votazzjoni tal-Bord ta' Amministrazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-punti (a) u (b) tal-Artikolu 11(1), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 50(2), l-Artikolu 54(8) u l-Artikolu 64, il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jieħu d-deċiżjonijiet skont il-maġġoranza tal-membri.

2.   Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Fl-assenza ta' xi membru bi dritt tal-vot, is-supplenti tiegħu għandu jkun intitolat jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv ma għandux jieħu sehem fil-votazzjoni.

4.   Ir-regoli ta' proċedura tal-Bord ta' Amministrazzjoni għandhom jistabbilixxu arranġamenti ta' votazzjoni aktar dettaljati, b'mod partikolari ċ-ċirkostanzi li fihom membru jista' jaġixxi f'isem membru ieħor, u kwalunkwe rekwiżit ta' kworum, fejn meħtieġ.

TAQSIMA 2

Direttur Eżekuttiv

Artikolu 16

Responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jamministra l-Europol. Għandu jkun responsabbli quddiem il-Bord ta' Amministrazzjoni.

2.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni jew tal-Bord ta' Amministrazzjoni, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun indipendenti fil-qadi ta' dmirijietu u la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet minn xi gvern jew minn kwalunkwe korp ieħor.

3.   Il-Kunsill jista' jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta dwar il-prestazzjoni ta' dmirijietu.

4.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Europol.

5.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lill-Europol permezz ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari:

(a)

għall-amministrazzjoni ta' kuljum tal-Europol;

(b)

biex jagħmel proposti lill-Bord ta' Amministrazzjoni rigward l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-Europol;

(c)

għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Bord ta' Amministrazzjoni;

(d)

għat-tħejjija tal-abbozz ta' programmazzjoni pluriennali u programmi ta' ħidma annwali u biex iressaqhom quddiem il-Bord ta' Amministrazzjoni, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

(e)

għall-implimentazzjoni ta' programmazzjoni pluriennali u programmi ta' ħidma annwali u biex jirrapporta lill-Bord ta' Amministrazzjoni dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

(f)

għat-tħejjija ta' abbozz ta' regoli ta' implimentazzjoni xierqa biex jidħlu b'effett ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

(g)

għat-tħejjija tal-abbozz ta' rapport annwali konsolidat dwar l-attivitajiet tal-Europol u jippreżentah lill-Bord ta' Amministrazzjoni għall-adozzjoni;

(h)

għat-tħejjija ta' pjan ta' azzjoni ta' segwitu għall-konklużjonijiet tar-rapporti tal-awditjar u l-evalwazzjonijiet interni jew esterni, kif ukoll ir-rapporti ta' investigazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet wara investigazzjonijiet mill-OLAF u l-KEPD u għar-rappurtar lill-Kummissjoni darbtejn fis-sena dwar il-progress, u lill-Bord ta' Amministrazzjoni regolarment;

(i)

għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri li jipprevjenu l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra u, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza investigattiva tal-OLAF, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa skorrettament u, fejn ikun xieraq, permezz ta' penali amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi;

(j)

għat-tħejjija ta' abbozz ta' strateġija interna kontra l-frodi għall-Europol u l-preżentazzjoni tagħha lill-Bord ta' Amministrazzjoni għall-adozzjoni;

(k)

għat-tħejjija ta' abbozz ta' regoli interni għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni u l-preżentazzjoni ta' dawk l-abbozzi ta' regoli lill-Bord ta' Amministrazzjoni għall-adozzjoni;

(l)

għat-tħejjija ta' abbozz ta' regoli finanzjarji applikabbli għall-Europol;

(m)

għat-tħejjija tal-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Europol u l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha;

(n)

għall-appoġġ għall-President tal-Bord ta' Amministrazzjoni fit-tħejjija tal-laqgħat tal-Bord ta' Amministrazzjoni;

(o)

biex jinforma lill-Bord ta' Amministrazzjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet strateġiċi u operazzjonali tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità;

(p)

għat-twettiq ta' kompiti oħra f'konformità ma' dan ir-Regolament.

KAPITOLU IV

PROĊESSAR TA' INFORMAZZJONI

Artikolu 17

Sorsi ta' informazzjoni

1.   Il-Europol għandha tipproċessa biss informazzjoni li ngħatat lilha:

(a)

mill-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali tagħhom u l-Artikolu 7;

(b)

minn korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali skont il-Kapitolu V;

(c)

minn partijiet privati u persuni privati skont il-Kapitolu V.

2.   Il-Europol tista' tiġbed direttament u tipproċessa informazzjoni, inkluża data personali, minn sorsi disponibbli pubblikament, inkluż l-internet u data pubblika.

3.   Sa fejn il-Europol tkun intitolata skont strumenti legali tal-Unjoni, internazzjonali jew nazzjonali li tikseb aċċess kompjuterizzat għad-data minn sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni, jew dawk internazzjonali jew nazzjonali, hija tista' tiġbed u tipproċessa informazzjoni, inkluż data personali b'dawn il-mezzi jekk dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha. Id-dispożizzjonijiet applikabbli ta' dawn l-istrumenti legali tal-Unjoni, internazzjonali jew nazzjonali għandhom jirregolaw aċċess għal, u l-użu ta', dik l-informazzjoni mill-Europol, sakemm dawn jipprevedu regoli, dwar l-aċċess u l-użu, li jkunu aktar stretti minn dawk stipulati ta' dan ir-Regolament. L-aċċess għal dawn is-sistemi ta' informazzjoni għandu jingħata biss lil persunal tal-Europol awtorizzat u biss sa fejn dan ikun meħtieġ u proporzjonat għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

Artikolu 18

Għanijiet tal-attivitajiet tal-ipproċessar tal-informazzjoni

1.   Sa fejn ikun meħtieġ sabiex tikseb l-objettivi tagħha kif stipulati fl-Artikolu 3, il-Europol tista' tipproċessa informazzjoni, inkluż data personali.

2.   Id-data personali tista' tiġi pproċessata għal dawn il-finijiet biss:

(a)

kontroverifika li għandha l-għan li tidentifika konnessjonijiet jew assoċjazzjonijiet oħra rilevanti bejn l-informazzjoni b'rabta ma':

(i)

persuni li huma suspettati li wettqu jew li ħadu sehem f'reat kriminali li fir-rigward tiegħu hija kompetenti l-Europol, jew li jkunu nstabu ħatja ta' tali reat;

(ii)

persuni li fir-rigward tagħhom ikun hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet suffiċjenti biex wieħed jemmen li ser iwettqu reati kriminali li fir-rigward tiegħu hija kompetenti l-Europol;

(b)

analiżi ta' natura strateġika jew tematika;

(c)

analiżi operattivi;

(d)

jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Europol, korpi oħra tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

3.   L-ipproċessar għall-fini ta' analiżi operattivi kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2 għandu jitwettaq permezz ta' proġetti ta' analiżi operattiva, li fir-rigward tagħhom għandhom japplikaw il-garanziji speċifiċi li ġejjin:

(a)

għal kull proġett ta' analiżi operazzjonali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddefinixxi l-iskop speċifiku, il-kategoriji ta' data personali u l-kategoriji tas-suġġetti tad-data, il-parteċipanti, it-tul ta' żmien tal-ħażna u l-kondizzjonijiet għal aċċess, trasferiment u użu tad-data kkonċernata, u għandu jinforma lill-Bord ta' Amministrazzjoni u lill-KEPD;

(b)

id-data personali tista' tinġabar u tiġi pproċessata biss għall-finijiet tal-proġett ta' analiżi operazzjonali speċifikat. Fejn jibda jidher li d-data personali tista' tkun rilevanti għal proġett ta' analiżi operazzjonali ieħor, aktar proċessar ta' dik id-data personali għandu jkun permess biss sakemm tali proċessar ulterjuri jkun meħtieġ u proporzjonat u d-data personali tkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) li japplikaw għall-proġett ta' analiżi ieħor;

(c)

il-persunal awtorizzat biss jista' jaċċessa u jipproċessa d-data fir-rigward tal-proġett rilevanti.

4.   L-ipproċessar imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 għandu jitwettaq f'konformità mal-garanziji ta' protezzjoni tad-data previsti f'dan ir-Regolament. Il-Europol għandu jiddokumenta kif xieraq dawk l-operazzjonijiet ta' pproċessar. Id-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli, fuq talba, għall-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u għall-KEPD għall-finijiet ta' verifika tal-legalità tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar.

5.   Il-kategoriji ta' data personali u l-kategoriji ta' suġġetti tad-data li d-data tagħhom tista' tinġabar u tiġi pproċessata għal kull skop speċifiku msemmi fil-paragrafu 2 jinsabu elenkati fl-Anness II.

6.   Il-Europol tista' temporanjament tipproċessa d-data bil-għan li tiddetermina jekk tali data hijiex rilevanti għall-kompiti tagħha u, jekk ikun hekk, għal liema mill-finijiet imsemmija fil-paragrafu 2. Il-Bord ta' Amministrazzjoni, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv u wara konsultazzjoni mal-KEPD, għandu jkompli jispeċifika l-kondizzjonijiet relatati mal-ipproċessar tat-tali data, partikolarment fir-rigward tal-aċċess għad-data u l-użu tagħha, kif ukoll il-limiti ta' żmien għall-ħażna u t-tħassir tad-data li ma jistgħux jaqbżu s-sitt xhur, wara li jittieħed kont dovut tal-prinċipji msemmijin fl-Artikolu 28.

7.   Il-Bord ta' Amministrazzjoni, wara li kkonsulta lill-KEPD, għandu, kif adatt, jadotta linji gwida li jkomplu jispeċifikaw proċeduri għall-ipproċessar ta' informazzjoni għall-finijiet elenkati fil-paragrafu 2 f'konformità mal-punt (q) tal-Artikolu 11(1).

Artikolu 19

Determinazzjoni tal-għan tal-ipproċessar tal-informazzjoni mill-Europol u restrizzjonijiet fuq dan

1.   Stat Membru, korp tal-Unjoni, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li tipprovdi informazzjoni lill-Europol, għandha tiddetermina l-għan jew l-għanijiet li għalih għandha tiġi pproċessata, kif imsemmi fl-Artikolu 18. Jekk ma tkunx għamlet dan, il-Europol bi qbil mal-fornitur ta' informazzjoni kkonċernata, għandha tipproċessa l-informazzjoni sabiex tiddetermina r-rilevanza ta' tali informazzjoni kif ukoll il-għan jew l-għanijiet għall-ipproċessar ulterjuri tagħha. Il-Europol tista' tipproċessa informazzjoni għal għan differenti minn dak li għalih ingħatat l-informazzjoni jekk tkun awtorizzata li tagħmel dan mill-fornitur tal-informazzjoni biss.

2.   L-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jindikaw, fil-mument meta jipprovdu informazzjoni lill-Europol, kwalunkwe restrizzjoni fuq l-aċċess għaliha jew l-użu li għandu jsir minnha, f'termini ġenerali jew speċifiċi, inkluż rigward it-trasferiment, it-tħassir jew il-qerda tagħha. Fejn il-ħtieġa għal tali restrizzjonijiet issir apparenti wara li tiġi pprovduta l-informazzjoni, huma għandhom jinformaw lill-Europol b'dan. Il-Europol għandha tikkonforma ma' dawn ir-restrizzjonijiet.

3.   F'każijiet debitament ġustifikati, il-Europol tista' tassenja restrizzjonijiet għall-aċċess jew l-użu mill-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali ta' informazzjoni miġbuda minn sorsi disponibbli pubblikament.

Artikolu 20

Aċċess mill-persunal tal-Istati Membri u tal-Europol għall-informazzjoni maħżuna mill-Europol

1.   L-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom u mal-Artikolu 7(5), ikollhom aċċess għal, u jkunu jistgħu jfittxu, l-informazzjoni kollha pprovduta għall-finijiet tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 18(2). Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li jindikaw kwalunkwe restrizzjoni f'konformità mal-Artikolu 19(2).

2.   L-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom u mal-Artikolu 7(5), ikollhom aċċess indirett abbażi ta' sistema “hit/no hit” għall-informazzjoni pprovduta għall-iskopijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 18(2), mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni indikata mill-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li pprovdew l-informazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 19(2).

F'każ ta' “hit”, il-Europol għandha tibda l-proċedura li biha l-informazzjoni li ġġenerat il-“hit” tkun tista' tiġi kondiviża, skont id-deċiżjoni tal-fornitur tal-informazzjoni lill-Europol.

3.   F'konformità mal-liġi nazzjonali, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi aċċessata u tkompli tiġi pproċessata minn Stati Membri biss għall-fini ta' prevenzjoni u fil-ġlieda kontra:

(a)

forom ta' kriminalità li fir-rigward tagħhom il-Europol hija kompetenti, u

(b)

forom oħra ta' kriminalità serja, kif stipulat fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI (22).

4.   Il-persunal tal-Europol awtorizzat debitament mid-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni proċessata mill-Europol sa fejn meħtieġ għat-twettiq ta' dmirijietu u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67.

Artikolu 21

Aċċess mill-Eurojust u l-OLAF għal informazzjoni maħżuna mill-Europol

1.   Il-Europol għandha tieħu l-miżuri xierqa kollha biex tippermetti lill-Eurojust u lill-OLAF, fi ħdan il-mandati rispettivi tagħhom, ikollhom aċċess indirett abbażi ta' sistema “hit/no hit” għall-informazzjoni pprovduta għall-iskopijiet tal-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 18(2) mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni indikata minn Stat Membru, korp tal-Unjoni, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li jipprovdu l-informazzjoni inkwistjoni, skont l-Artikolu 19(2).

F'każ ta' “hit”, il-Europol għandha tibda l-proċedura li biha l-informazzjoni li ġġenerat il-“hit” tkun tista' tiġi kondiviża, skont id-deċiżjoni tal-fornitur tal-informazzjoni lill-Europol u biss sa fejn id-data li tiġġenera l-'hit' tkun neċessarja għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tal-Eurojust jew l-OLAF.

2.   Il-Europol u l-Eurojust jistgħu jikkonkludu arranġament ta' ħidma li jiżgura b'mod reċiproku fil-mandati rispettivi tagħhom, aċċess għal, u l-possibbiltà li jfittxu, l-informazzjoni kollha li tkun ingħatat għall-iskop speċifikata fil-punt (a) tal-Artikolu 18(2). Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri, korpi tal-Unjoni u pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li jindikaw restrizzjonijiet dwar aċċess għal, u l-użu ta', tali data, u għandu jkun skont il-garanziji ta' protezzjoni tad-data stipulati f'dan ir-Regolament.

3.   Tiftix ta' informazzjoni f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 għandu jitwettaq biss għall-iskop li jiġi identifikat jekk l-informazzjoni disponibbli għand l-Eurojust jew l-OLAF, rispettivament, taqbilx mal-informazzjoni pproċessata fl-Europol.

4.   Il-Europol għandha tippermetti tfittix skont il-paragrafi 1 u 2 wara li tkun kisbet mingħand l-Eurojust informazzjoni dwar liema Membri Nazzjonali, Deputati, Assistenti kif ukoll membri tal-persunal tal-Eurojust, u mingħand l-OLAF informazzjoni dwar liema membri tal-persunal tal-OLAF ġew innominati bħala awtorizzati jwettqu dan it-tfittix.

5.   Jekk, matul l-attivitajiet ta' pproċessar ta' informazzjoni mill-Europol fir-rigward ta' investigazzjoni individwali, il-Europol jew Stat Membru jidentifika l-ħtieġa għal koordinazzjoni, kooperazzjoni jew appoġġ skont il-mandat tal-Eurojust jew l-OLAF, il-Europol għandha tinnotifikahom dwar dan u għandha tibda l-proċedura għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, f'konformità mad-deċiżjoni tal-Istat Membru li pprovda l-informazzjoni. F'dan il-każ l-Eurojust jew l-OLAF għandu jikkonsulta mal-Europol.

6.   L-Eurojust, inkluż il-Kulleġġ, il-Membri Nazzjonali, id-Deputati, l-Assistenti, kif ukoll il-membri tal-persunal tal-Eurojust, u l-OLAF, għandhom jirrispettaw kwalunkwe restrizzjoni għall-aċċess jew l-użu, f'termini ġenerali jew speċifiċi, indikati mill-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali skont l-Artikolu 19(2).

7.   Il-Europol, il-Eurojust u l-OLAF għandhom jinfurmaw lil xulxin jekk, wara li jkunu kkonsultaw id-data ta' xulxin f'konformità mal-paragrafu 2 jew bħala riżultat ta' “hit” f'konformità mal-paragrafu 1, ikun hemm indikazzjonijiet li dik id-data tista' tkun żbaljata jew tista' tikkonfliġġi ma' data oħra.

Artikolu 22

Dmir li jiġu nnotifikati l-Istati Membri

1.   Il-Europol għandha, f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 4(1), tinnotifika lil Stat Membru minnufih dwar kwalunkwe informazzjoni li tikkonċernah. Jekk tali informazzjoni hija soġġetta għal restrizzjonijiet tal-aċċess skont l-Artikolu 19(2), li jipprojbixxu li tiġi kondiviża, il-Europol għandha tikkonsulta mal-fornitur tal-informazzjoni li jistipula r-restrizzjonijiet tal-aċċess u jitlob il-kunsens tiegħu għall-kondiviżjoni.

F'tali każ, l-informazzjoni ma għandhiex tiġi kondiviża ingħajr awtorizzazzjoni espliċita mill-fornitur.

2.   Irrispettivament minn kwalunkwe restrizzjoni fuq l-aċċess, il-Europol għandha tinnotifika lil Stat Membru dwar kwalunkwe informazzjoni li tikkonċernah jekk dan hu assolutament meħtieġ fl-interess tal-prevenzjoni ta' theddida imminenti għall-ħajja.

F'tali każ, il-Europol għandha fl-istess ħin tinnotifika lill-fornitur tal-informazzjoni dwar il-kondiviżjoni tali informazzjoni u tiġġustifika l-analiżi tagħha tas-sitwazzjoni.

KAPITOLU V

RELAZZJONIJIET MAS-SĦAB

TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 23

Dispożizzjonijiet komuni

1.   Sa fejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Europol tista' tistabbilixxi u żżomm relazzjonijiet ta' kooperazzjoni ma' korpi tal-Unjoni skont l-objettivi ta' dawn il-korpi, l-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet privati.

2.   Soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni stipulata skont l-Artikolu 19(2) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67, il-Europol tista' tiskambja direttament l-informazzjoni kollha, bl-eċċezzjoni ta' data personali, mal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sa fejn tali skambju jkun rilevanti għall-prestazzjoni tal-kompiti tal-Europol.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Bord ta' Amministrazzjoni dwar kwalunkwe relazzjoni ta' kooperazzjoni regolari li l-Europol ikollha l-ħsieb tistabbilixxi u żżomm f'konformità mal-paragrafi 1 u 2, u dwar l-iżvilupp ta' relazzjonijiet bħal dawn ladarba stabbiliti.

4.   Għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, il-Europol tista' tikkonkludi arranġamenti ta' ħidma ma'entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1. Tali arranġamenti ta' ħidma m'għandhomx jippermettu l-iskambju ta' data personali u m'għandhomx jorbtu lill-Unjoni jew lill-Istati Membri tagħha.

5.   Il-Europol tista' tirċievi u tipproċessa data personali mingħand l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 sa fejn meħtieġ u proporzjonat għat-twettiq leġittimu tal-kompiti tagħha u soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30(5), data personali għandha tiġi trażmessa biss mill-Europol lil korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, jekk dan ikun neċessarju għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità li jaqgħu fl-ambitu tal-objettivi tal-Europol u b'konformità ma' dan ir-Regolament u jekk ir-riċevitur jintrabat li d-data tkun ser tiġi pproċessata biss għall-għan li għalih ġiet trasferita. Jekk id-data li se tiġi ttrasferita tkun ġiet ipprovduta minn Stat Membru, il-Europol għandha titlob il-kunsens ta' dak l-Istat Membru, sakemm l-Istat Membru ikun ta l-awtorizzazzjoni tiegħu minn qabel għal tali trasferiment ulterjuri, jew f'termini ġenerali jew soġġett għal kondizzjonijiet speċifiċi. Tali kunsens jista' jiġi rtirat fi kwalunkwe żmien.

7.   It-trasferimenti ulterjuri ta' data personali miżmuma mill-Europol mill-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu pprojbiti, sakemm il-Europol ma tkunx tat minn qabel l-awtorizzazzjoni espliċita tagħha.

8.   Il-Europol għandha tiżgura li r-rekords dettaljati tat-trasferimenti kollha tad-data personali u tar-raġunijiet li għalihom tali trasferimenti jiġu rreġistrati b'konformità ma' dan ir-Regolament.

9.   Kwalunkwe informazzjoni li b'mod ċar tkun inkisbet bi ksur ovvju tad-drittijiet tal-bniedem ma għandhiex tiġi pproċessata.

TAQSIMA 2

Trasferiment u skambju ta' data personali

Artikolu 24

Trasferiment ta' data personali lil korpi tal-Unjoni

Soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni possibbli skont l-Artikolu 19(2) jew (3) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67, il-Europol tista' tittrasferixxi b'mod dirett data personali lil korp tal-Unjoni sa fejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha jew dawk tal-korp tal-Unjoni destinatarju.

Artikolu 25

Trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

1.   Soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni possibbli skont l-Artikolu 19(2) jew (3) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67 il-Europol tista' tittrasferixxi data personali lil awtorità ta' pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, sa fejn tali trasferiment hu neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol, abbażi ta' waħda milli ġejjin:

(a)

deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata f'konformità mal-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2016/680, li ssib li l-pajjiż terz jew territorju jew settur tal-ipproċessar f'dak il-pajjiż terz, jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni (“deċiżjoni ta' adegwatezza”); jew

(b)

ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jagħti prova ta' garanziji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi;

(c)

ftehim ta' kooperazzjoni li jippermetti l-iskambju ta' data personali konkluż qabel l-1 ta' Mejju 2017, bejn il-Europol u dak il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.

Il-Europol tista' tikkonkludi arranġamenti amministrattivi biex timplimenta tali ftehimiet jew deċiżjonijiet ta' adegwatezza.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Bord ta' Amministrazzjoni dwar skambji ta' data personali abbażi ta' deċiżjonijiet ta' adegwatezza f'konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 1.

3.   Il-Europol għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha u żżomm aġġornata lista ta' deċiżjonijiet ta' adegwatezza, arranġamenti amministrattivi u strumenti oħra marbuta mat-trasferiment ta' data personali f'konformità mal-paragrafu 1.

4.   Sal-14 ta' Ġunju 2021, il-Kummissjoni għandha tivvaluta d-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-ftehimiet ta' kooperazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-data. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu ta' dik il-valutazzjoni, u tista', jekk ikun adatt, tippreżenta lill-Kunsill rakkomandazzjoni għal deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għall-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragarfu 1.

5.   B'deroga mill-paragrafu 1, id-Direttur Eżekuttiv jista' jawtorizza t-trasferiment ta' data personali lejn pajjiżi terzi jew lejn organizzazzjonijiet internazzjonali fuq bażi ta' każ b'każ jekk it-trasferiment huwa:

(a)

neċessarju għall-protezzjoni tal-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta' persuna oħra;

(b)

neċessarju sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data meta l-liġi tal-Istat Membru li jkun qiegħed jittrasferixxi d-data personali tipprevedi dan;

(c)

essenzjali għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;

(d)

neċessarju f'każijiet individwali għall-finijiet tal-prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali; jew

(e)

neċessarju f'każijiet individwali għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali relatati mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reat kriminali speċifiku jew l-eżekuzzjoni ta' piena kriminali speċifika.

Id-data personali ma għandhiex tiġi ttrasferita jekk id-Direttur Eżekuttiv jiddetermina li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data kkonċernat jieħdu preċedenza fuq l-interess pubbliku fit-trasferiment kif imsemmi fil-punti (d) u (e).

Id-derogi ma jistgħux ikunu applikabbli għal trasferimenti sistematiċi, massivi jew strutturali.

6.   B'deroga mill-paragrafu 1, il-Bord ta' Amministrazzjoni jista', bi ftehim mal-KEPD, jawtorizza għal perijodu li ma jaqbiżx sena, li jista' jiġi mġedded, sett ta' trasferimenti f'konformità mal-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 5, filwaqt li jieħu kont tal-eżistenza ta' salvagwardji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi. Tali awtorizzazzjoni għandha tkun debitament ġustifikata u dokumentata.

7.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma kemm jista' jkun malajr lill-Bord ta' Amministrazzjoni u lill-KEPD dwar każijiet fejn ikun applika l-paragrafu 5.

8.   Il-Europol għandha żżomm rekords dettaljati tat-trasferimenti kollha skont dan l-Artikolu.

Artikolu 26

Skambji ta' data personali ma' partijiet privati

1.   Sa fejn hu neċessarju għall-Europol biex twettaq il-kompiti tagħha, il-Europol tista' tipproċessa data personali miksuba minn partijiet privati b' kondizzjoni li dawn jaslu permezz ta':

(a)

unità nazzjonali ta' Stat Membru skont il-liġi nazzjonali;

(b)

il-punt ta' kuntatt ta' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li miegħu l-Europol tkun ikkonkludiet, qabel 1 ta' Mejju 2017, ftehim ta' kooperazzjoni li jippermetti l-iskambju ta' data personali f'konformità mal-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI; jew

(c)

awtorità ta' pajjiż terz jew ta' organizzazzjoni internazzjonali li tkun is-suġġett ta' deċiżjoni ta' adegwatezza kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 25(1) ta' dan ir-Regolament jew li magħha l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE.

2.   F'każijiet fejn minkejja dan, il-Europol tirċievi data personali direttament minn partijiet privati u fejn l-unità nazzjonali, il-punt ta' kuntatt jew l-awtorità kkonċernata, kif imsemmija fil-paragrafu 1, ma tistax tiġi identifikata, il-Europol tista' tipproċessa dik id-data personali unikament għall-fini tat-tali identifikazzjoni. Sussegwentement, id-data personali għandha tintbagħat minnufih lill-unità nazzjonali, il-punt ta' kuntatt jew l-awtorità kkonċernata u għandha titħassar sakemm l-unità nazzjonali, il-punt ta' kuntatt jew l-awtorità kkonċernata ma jerġgħux jippreżentaw dik id-data personali f'konformità mal-Artikolu 19(1) fi żmien erba' xhur wara li jkun sar it-trasferiment. Il-Europol għandha tiżgura permezz ta' mezzi tekniċi li, matul dak il-perijodu, id-data inkwistjoni mhijiex aċċessibbli għall-ipproċessar għal kwalunkwe fini ieħor.

3.   Wara t-trasferiment ta' data personali f'konformità mal-punt (c) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-Europol tista', b'rabta ma' dan, tirċievi data personali direttament mingħand parti privata li dik il-parti privata tiddikjara bħala li tista' tittrażmettiha skont il-liġi applikabbli, sabiex tipproċessa dik id-data għat-twettiq tal-kompitu stipulat fil-punt (m) tal-Artikolu 4(1).

4.   Jekk il-Europol tirċievi data personali minn parti privata f'pajjiż terz li miegħu m'hemm ebda ftehim, konkluż abbażi tal-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI jew abbażi tal-Artikolu 218 tat-TFUE, jew li mhux is-suġġett ta' deċiżjoni ta' adegwatezza kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 25(1) ta' dan ir-Regolament, il-Europol tista' tgħaddi dik id-data biss lil Stat Membru, jew lil pajjiż terz ikkonċernat li miegħu ġie konkluż tali ftehim.

5.   Il-Europol ma tistax tittrasferixxi data personali lil partijiet privati ħlief fejn, abbażi tal-każ individwali fejn ikun strettament meħtieġ u soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni possibbli stipulata skont l-Artikolu 19(2) jew (3) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67:

(a)

it-trasferiment mingħajr dubju jkun fl-interess tal-suġġett tad-data, u jew ikun ingħata l-kunsens tas-suġġett tad-data jew iċ-ċirkostanzi jippermettu preżunzjoni ċara ta' tali kunsens; jew

(b)

it-trasferiment ikun assolutament meħtieġ fl-interess tal-prevenzjoni tat-twettiq imminenti ta' reat kriminali, inkluż terroriżmu, li għalih hi kompetenti l-Europol; jew

(c)

it-trasferiment ta' data personali li huma pubblikament disponibbli ikun strettament meħtieġ għat-twettiq tal-kompitu stipulat fil-punt (m) tal-Artikolu 4(1) u filwaqt li jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

it-trasferiment jikkonċerna każ individwali u speċifiku; u

(ii)

l-ebda dritt u libertà fundamentali tas-suġġett tad-data kkonċernat ma jieħu preċedenza fuq l-interess tal-pubbliku li jkun jeħtieġ it-trasferiment fil-każ inkwistjoni.

6.   Fir-rigward tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, jekk il-parti privata kkonċernata ma tkunx stabbilita fl-Unjoni jew f'pajjiż li miegħu l-Europol ikollha ftehim ta' kooperazzjoni li jippermetti l-iskambju ta' data personali jew li miegħu l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE u li jkun is-suġġett ta' deċiżjoni ta' adegwatezza kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 25(1) ta' dan ir-Regolament, it-trasferiment ma għandux ikun awtorizzat ħlief jekk it-trasferiment ikun:

(a)

meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta' persuna oħra; jew

(b)

neċessarju sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data; jew

(c)

essenzjali għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz; jew

(d)

neċessarju f'każijiet individwali għall-finijiet tal-prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali li għalih hi kompetenti l-Europol; jew

(e)

ineċessarju f'każijiet individwali għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali relatati mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reat kriminali speċifiku li għalih hi kompetenti l-Europol.

7.   Il-Europol għandha tiżgura li rekords dettaljati tat-trasferimenti kollha ta' data personali u r-raġunijiet għal tali trasferimenti jiġu rreġistrati f'konformità ma' dan ir-Regolament, u kkomunikati fuq talba lill-KEPD f'konformità mal-Artikolu 40.

8.   Jekk id-data personali li tkun waslet jew ġiet ittrasferita taffettwa l-interessi ta' Stat Membru, il-Europol għandha minnufih tinforma lill-unità nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

9.   Il-Europol ma għandhiex tikkuntattja lil partijiet privati sabiex tikseb data personali.

10.   Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-prattika ta' skambji diretti ta' data personali ma' partijiet privati sal-1 ta' Mejju 2019.

Artikolu 27

Informazzjoni minn persuni privati

1.   Sa fejn hu neċessarju għall-Europol biex twettaq il-kompiti tagħha, il-Europol tista' tirċievi u tipproċessa informazzjoni li toriġina minn persuni privati. Data personali li toriġina minn persuni privati tista' tiġi pproċessata mill-Europol biss b' kondizzjoni li din tasal permezz ta':

(a)

unità nazzjonali skont il-liġi nazzjonali;

(b)

il-punt ta' kuntatt ta' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li miegħu l-Europol tkun ikkonkludiet, qabel l-1 ta' Mejju 2017, ftehim ta' kooperazzjoni li jippermetti l-iskambju ta' data personali f'konformità mal-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI; jew

(c)

awtorità ta' pajjiż terz jew ta' organizzazzjoni internazzjonali li huwa s-suġġett ta' deċiżjoni ta' adegwatezza kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 25(1) jew li magħha l-Unjoni kkonkludiet ftehim internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE.

2.   Jekk il-Europol tirċievi informazzjoni, inkluż data personali, minn parti privata residenti f'pajjiż terz li miegħu m'hemm ebda ftehim internazzjonali, la konkluż abbażi tal-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI jew abbażi tal-Artikolu 218 tat-TFUE, jew li mhux is-suġġett ta' deċiżjoni ta' adegwatezza kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 25(1), il-Europol tista' tgħaddi dik l-informazzjoni biss lil Stat Membru jew lil pajjiż terz konċernat li miegħu tkun ġie konkluż tali ftehim internazzjonali.

3.   Jekk id-data personali li tasal taffettwa l-interessi ta' Stat Membru, il-Europol għandha minnufih tinforma lill-unità nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

4.   Il-Europol ma għandhiex tikkuntattja lil persuni privati sabiex tikseb informazzjoni.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 36 u 37, il-Europol ma tistax tittrasferixxi data personali lil persuni privati.

KAPITOLU VI

SALVAGWARDJI GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA

Artikolu 28

Prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tad-data

1.   Id-data personali għandha:

(a)

tiġi pproċessata b'mod ġust u skont il-liġi;

(b)

tinġabar għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u ma tiġix ipproċessata ulterjorment b'mod li ma jkunx kompatibbli ma' dawk il-finijiet. L-ipproċessar ulterjuri ta' data personali għal finijiet ta' riċerka storika, xjentifika jew marbuta mal-istatistika ma għandux jitqies inkompatibbli dment li l-Europol tipprovdi salvagwardji xierqa, b'mod partikolari biex tiżgura li d-data ma tiġix ipproċessata għal xi fini ieħor;

(c)

tkun adegwata, rilevanti, u limitata għal dak li hu meħtieġ b'rabta mal-finijiet li għalihom tkun qed tiġi pproċessata;

(d)

tkun preċiża u tinżamm aġġornata; għandu jsir dak kollu raġonevolment possibbli biex jiġi żgurat li d-data personali li ma tkunx eżatta, filwaqt li tieħu kont tal-finijiet li għalihom tiġi pproċessata, titħassar jew titranġa mingħajr dewmien;

(e)

tinżamm f'forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal mhux iktar żmien milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-data personali tiġi pproċessata; u

(f)

tiġi pproċessata b'mod li jiżgura s-sigurtà xierqa tad-data personali.

2.   Il-Europol għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku dokument li jistipula f'forma intelliġibbli d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-ipproċessar ta' data personali u l-mezzi disponibbli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data.

Artikolu 29

Valutazzjoni tal-affidabbiltà tas-sors u l-preċiżjoni tal-informazzjoni

1.   L-affidabilità tas-sors ta' informazzjoni li toriġina minn Stat Membru għandha tiġi vvalutata sa fejn possibbli mill-Istat Membru fornitur bl-użu tal-kodiċijiet tal-evalwazzjoni tas-sors li ġejjin:

 

(A): fejn ma hemm ebda dubju dwar l-awtentiċità, l-affidabbiltà u l-kompetenza tas-sors, jew jekk l-informazzjoni tiġi pprovduta minn sors li ta prova li huwa dejjem affidabbli;

 

(B): fejn l-informazzjoni hija pprovduta minn sors li fil-biċċa l-kbira tad-drabi wera li huwa affidabbli;

 

(C): fejn l-informazzjoni hija pprovduta minn sors li fil-biċċa l-kbira tad-drabi wera li mhuwiex affidabbli;

 

(X): fejn l-affidabbiltà tas-sors ma tistax tiġi vvalutata.

2.   Il-preċiżjoni tal-informazzjoni li toriġina minn Stat Membru għandha tiġi vvalutata sa fejn possibbli mill-Istat Membru fornitur bl-użu tal-kodiċijiet tal-evalwazzjoni tal-informazzjoni li ġejjin:

 

(1): informazzjoni li ma hemmx dubju dwar il-preċiżjoni tagħha;

 

(2): informazzjoni magħrufa personalment mis-sors iżda li mhijiex magħrufa personalment mill-uffiċjal li qed jgħaddiha;

 

(3): informazzjoni li mhijiex magħrufa personalment mis-sors iżda korroborata minn informazzjoni oħra diġà reġistrata;

 

(4): informazzjoni li mhijiex magħrufa personalment mis-sors u li ma tistax tiġi korroborata.

3.   Fejn il-Europol, abbażi ta' informazzjoni diġà fil-pussess tagħha, tasal għall-konklużjoni li jeħtieġ li l-valutazzjoni provduta fil-paragrafi 1 jew 2 tiġi korretta, hija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat u tfittex ftehim dwar emenda għall-valutazzjoni. Il-Europol ma għandhiex tibdel il-valutazzjoni mingħajr tali ftehim.

4.   Jekk il-Europol tirċievi informazzjoni mhux ivvalutata mingħand Stat Membru f'konformità mal-paragrafi 1 jew 2, għandha tipprova tivvaluta l-affidabbiltà tas-sors jew il-preċiżjoni tal-informazzjoni abbażi tal-informazzjoni diġà fil-pussess tagħha. Il-valutazzjoni ta' data u informazzjoni speċifiċi għandha ssir bi qbil mal-Istat Membru fornitur. Stat Membru jista' wkoll jilħaq qbil mal-Europol f'termini ġenerali dwar il-valutazzjoni ta' tipi speċifikati ta' data u sorsi speċifikati. Jekk ma jintlaħaqx qbil f'każ speċifiku, jew ma jkunx jeżisti ftehim f'termini ġenerali, il-Europol għandha tivvaluta l-informazzjoni jew id-data u għandha tattribwixxi lil din l-informazzjoni jew data l-kodiċi tal-evalwazzjoni (X) u (4) imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament.

5.   Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis fejn il-Europol tirċievi data jew informazzjoni minn korp tal-Unjoni, pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew parti privata.

6.   L-informazzjoni minn sorsi disponibbli pubblikament għandha tiġi vvalutata mill-Europol bl-użu tal-kodiċijiet tal-evalwazzjoni stipulati fil-paragrafi 1 u 2.

7.   Fejn l-informazzjoni hija r-riżultat ta' analiżi magħmula mill-Europol fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Europol għandha tivvaluta tali informazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu, u fi qbil mal-Istati Membri li jipparteċipaw fl-analiżi.

Artikolu 30

Proċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali u ta' kategoriji differenti ta' suġġetti tad-data

1.   L-ipproċessar ta' data personali fir-rigward tal-vittmi ta' reat kriminali, xhieda jew persuni oħra li jistgħu jipprovdu informazzjoni rigward reati kriminali, jew fir-rigward tal-persuni taħt it-18-il sena, għandu jkun permess jekk ikun strettament meħtieġ u proporzjonat għall-prevenzjoni jew għall-ġlieda kontra l-kriminalità li taqa' fi ħdan l-objettivi tal-Europol.

2.   L-ipproċessar ta' data personali, b'mezzi awtomatizzati jew mezzi oħra, li jiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, jew is-sħubija fi trejdjunjin, u l-ipproċessar ta' data ġenetika jew data li tikkonċerna s-saħħa jew il-ħajja sesswali ta' bniedem għandu jkun projbit, sakemm ma jkunx strettament meħtieġ u proporzjonat għall-prevenzjoni jew għall-ġlieda kontra l-kriminalità li taqa' taħt l-objettivi tal-Europol u jekk din id-data tissupplimenta data personali oħra proċessata mill-Europol. L-għażla ta' grupp ta' persuni unikament abbażi ta' tali data personali għandha tkun ipprojbita.

3.   Il-Europol biss għandu jkollha aċċess dirett għad-data personali kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jawtorizza debitament għadd limitat ta' uffiċjali li jkollhom dan l-aċċess, jekk ikun neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

4.   L-ebda deċiżjoni minn awtorità kompetenti li tħalli effetti legali negattivi li jikkonċernaw suġġett tad-data ma għandha tkun ibbażata biss fuq l-ipproċessar awtomatizzat tad-data kif imsemmija fil-paragrafu 2, sakemm id-deċiżjoni ma tkunx espliċitament awtorizzata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni.

5.   Id-data personali kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex tiġi trażmessa lill-Istati Membri, korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali dment li tali trażmissjoni ma tkunx strettament meħtieġa u proporzjonata f'każijiet individwali li jikkonċernaw reati li jaqgħu fi ħdan l-objettivi tal-Europol u f'konformità mal-Kapitolu V.

6.   Kull sena l-Europol għandha tipprovdi lill-KEPD ħarsa ġenerali permezz ta' statistika tad-data personali kollha kif msemmija fil-paragrafu 2 li pproċessat.

Artikolu 31

Limiti ta' żmien għall-ħżin u t-tħassir ta' data personali

1.   Id-data personali pproċessata mill-Europol għandha tinħażen mill-Europol biss sakemm tkun meħtieġa u proporzjonata għall-finijiet li għalihom tkun qed tiġi pproċessata d-data.

2.   Il-Europol għandha fil-każijiet kollha tanalizza l-ħtieġa li d-data tibqa' maħżuna sa mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-ipproċessar inizjali tad-data personali. Il-Europol tista' tiddeċiedi dwar li d-data personali tkompli tinħażen sal-analiżi li jkun imiss, li għandha ssir wara perijodu ieħor ta' tliet snin jekk, ikun għadu meħtieġ li tkompli tinħażen għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol. Ir-raġunijiet biex id-data tkompli tinżamm maħżuna għandhom ikunu ġġustifikati u rreġistrati. Jekk ma titteħidx deċiżjoni dwar jekk għandhiex tkompli tinżamm maħżuna d-data personali, dik id-data għandha titħassar awtomatikament wara tliet snin.

3.   Jekk id-data personali tat-tip kif imsemmi fl-Artikolu 30(1) u (2) tinħażen għal perijodu itwal minn ħames snin, il-KEPD għandu jiġi infurmat dwar dan.

4.   Fejn Stat Membru, korp tal-Unjoni, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali tkun indikat xi restrizzjoni fir-rigward tat-tħassir jew il-qerda aktar kmieni tad-data personali fil-mument tat-trasferiment f'konformità mal-Artikolu 19(2), il-Europol għandha tħassar id-data personali f'konformità ma' dawn ir-restrizzjonijiet. Jekk abbażi ta' informazzjoni li hija aktar estensiva minn dik li jkollu l-fornitur tad-data, jitqies neċessarju li d-data tibqa' tinħażen, biex il-Europol tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha, il-Europol għandha titlob awtorizzazzjoni mingħand il-fornitur tad-data biex tkompli taħżen id-data u għandha tippreżenta ġustifikazzjoni għat-tali talba.

5.   Fejn Stat Membru, korp tal-Unjoni, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali tħassar data pprovduta lill-Europol mill-fajls nazzjonali tad-data personali tagħha, din għandha tgħarraf lill-Europol kif meħtieġ. Il-Europol għandha tħassar id-data sakemm abbażi ta' informazzjoni aktar estensiva minn dik li jkollu l-fornitur tad-data, sabiex il-Europol tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha. Il-Europol għandha tinforma lill-fornitur tad-data li ser tkompli taħżen tali data u tippreżenta ġustifikazzjoni għalfejn ser tkompli taħżinha.

6.   Data personali ma għandhiex titħassar jekk:

(a)

dan ikun ta' dannu għall-interessi ta' suġġett tad-data li jkun jeħtieġ protezzjoni. F'dawn il-każijiet, id-data għandha tintuża biss bil-kunsens espliċitu u bil-miktub tas-suġġett tad-data;

(b)

il-preċiżjoni tagħha tiġi kkontestata mis-suġġett tad-data, għal perijodu li jippermetti lill-Istati Membri jew lill-Europol, fejn xieraq, jivverifikaw il-preċiżjoni tad-data;

(c)

tkun trid tinżamm għal finijiet ta' prova jew għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali; jew

(d)

is-suġġett tad-data jopponi t-tħassir tagħha u minflok jitlob ir-restrizzjoni tal-użu tagħha.

Artikolu 32

Sigurtà tal-ipproċessar

1.   Il-Europol għandha timplimenta l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex tipproteġi d-data personali kontra l-qerda aċċidentali jew illegali, it-telf aċċidentali jew żvelar mhux awtorizzat, tibdil u aċċess jew kwalunkwe forma oħra ta' pproċessar mhux awtorizzata.

2.   Fir-rigward tal-ipproċessar awtomatizzat tad-data, il-Europol u kull Stat Membru għandhom jimplimentaw miżuri mfasslin sabiex:

(a)

jinċaħad l-aċċess għat-tagħmir li jipproċessa d-data użat għall-ipproċessar ta' data personali (kontroll tal-aċċess għat-tagħmir) lil persuni mhux awtorizzati;

(b)

jiġi impedit il-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzati tal-mezzi tad-data (kontroll tal-mezzi tad-data);

(c)

jiġi impedit li tiddaħħal data b'mod mhux awtorizzat kif ukoll l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali maħżuna (kontroll tal-ħżin);

(d)

jiġi impedit l-użu ta' sistemi ta' pproċessar tad-data awtomatizzati minn persuni mhux awtorizzati permezz ta' tagħmir tal-komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-utent);

(e)

jiġi żgurat li l-persuni awtorizzati biex jużaw sistema ta' pproċessar tad-data awtomatizzata jkollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni għall-aċċess tagħhom (kontroll tal-aċċess għad-data);

(f)

jiġi żgurat li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema korpi tista' tintbagħat, jew intbagħtet, data personali permezz ta' tagħmir ta' komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-komunikazzjoni);

(g)

jiġi żgurat li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data personali ddaħħlet f'sistemi awtomatizzati tal-ipproċessar tad-data u meta u minn min iddaħħlet id-data (kontroll tal-input);

(h)

jiġi żgurat li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data ġiet aċċessata, minn liema membru tal-persunal u f'liema ħin (reġistru tal-aċċess);

(i)

jiġi impedit il-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta' data personali matul it-trasferiment ta' data personali jew matul it-trasportazzjoni tal-mezzi tad-data (kontroll tat-trasport);

(j)

jiġi żgurat li huwa possibli, f'każ ta' interruzzjoni, li jiġu restawrati s-sistemi installati minnufih (irkupru); u

(k)

jiġi żgurat li l-funzjonijiet tas-sistema jaħdmu mingħajr difett, li meta jseħħu ħsarat fil-funzjonijiet jiġu rrappurtati minnufih (affidabbiltà) u li d-data maħżuna ma tistax tiġi korrotta mill-ħsarat tekniċi tas-sistema (integrità).

3.   Il-Europol u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi li jiżguraw li l-ħtiġijiet tas-sigurtà jiġu implimentati fis-sistemi tal-informazzjoni kollha.

Artikolu 33

Protezzjoni tad-data mid-disinn

Il-Europol għandha timplimenta miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa b'tali mod li l-ipproċessar tad-data jkun konformi ma' dan ir-Regolament u jipproteġi d-drittijiet tas-suġġetti tad-data kkonċernati.

Artikolu 34

Notifika ta' ksur ta' data personali lill-awtoritajiet ikkonċernati

1.   Fil-każ ta' ksur ta' data personali, il-Europol għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tinnotifika lill-KEPD kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati ta' dak il-ksur, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(5), kif ukoll lill-fornitur tad-data kkonċernata.

2.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha, bħala minimu:

(a)

tiddeskrivi n-natura tal-ksur ta' data personali inkluż, fejn hu possibbli u xieraq, il-kategoriji u l-għadd ta' suġġetti tad-data kkonċernati u l-kategoriji u l-għadd ta' rekords tad-data kkonċernati;

(b)

tiddeskrivi l-konsegwenzi mistennija tal-ksur ta' data personali;

(c)

tiddeskrivi l-miżuri proposti jew meħuda mill-Europol sabiex tindirizza l-ksur ta' data personali; u

(d)

fejn xieraq, tirrakkomanda miżuri sabiex jiġu mitigati l-effetti negattivi possibbli tal-ksur ta' data personali;

3.   Il-Europol għandha tiddokumenta kwalunkwe ksur ta' data personali, inkluż li tiddeskrivi l-fatti li jirrigwardaw il-ksur, l-effetti tiegħu u l-azzjoni ta' rimedju meħuda, billi tippermetti lill-KEPD jivverifika l-konformità ma' dan l-Artikolu.

Artikolu 35

Komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data

1.   Soġġett għall-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, fejn ksur ta' data personali kif imsemmi fl-Artikolu 34 x'aktarx jaffettwa d-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data b'mod sever u avvers, il-Europol għandha tikkomunika l-ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien bla bżonn.

2.   Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data kkonċernat imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiddeskrivi, fejn possibbli, in-natura tal-ksur ta' data personali, tirrakkomanda miżuri biex jiġu mitigati l-effetti negattivi possibbli tal-ksur ta' data personali, u tinkludi l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data.

3.   F'każ li l-Europol ma jkollhiex id-dettalji ta' kuntatt tas-suġġett tad-data kkonċernat, hija għandha titlob lill-fornitur tad-data biex jikkomunika l-ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data kkonċernat u biex jinforma lill-Europol dwar id-deċiżjoni meħuda. L-Istati Membri li jipprovdu d-data għandhom jikkomunikaw il-ksur lis-suġġett tad-data kkonċernat f'konformità mal-proċeduri tal-liġi nazzjonali tagħhom.

4.   Il-komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data ma għandhiex tkun meħtieġa jekk:

(a)

il-Europol tkun applikat għad-data personali kkonċernata minn dak il-ksur, miżuri ta' protezzjoni teknoloġika xierqa li jwasslu d-data b'tali mod li ma tkunx tista' tingħaraf minn kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata biex taċċessaha;

(b)

il-Europol tkun ħadet miżuri sussegwenti li jiżguraw li d-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data ma għadhomx fil-probabbiltà li jkunu affettwati serjament; jew

(c)

tali komunikazzjoni tkun tinvolvi sforz sproporzjonat, b'mod partikolari minħabba l-għadd ta' każijiet involuti. F'każ bħal dan, minflok għandu jkun hemm komunikazzjoni pubblika jew miżura simili li tinforma lis-suġġetti tad-data kkonċernati b'mod ugwalment effettiv.

5.   Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data tista' tiġi ttardjata, ristretta jew titħalla barra fejn tikkostitwixxi miżura meħtieġa b'konsiderazzjoni xierqa tal-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata sabiex:

(a)

jiġi evitat it-tfixkil ta' inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;

(b)

jiġi evitat milli jiġi ppreġudikati l-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali;

(c)

titħares is-sigurtà pubblika u nazzjonali;

(d)

tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet ta' partijiet terzi.

Artikolu 36

Dritt ta' aċċess għas-suġġett tad-data

1.   Kull suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt, f'intervalli raġonevoli, jikseb informazzjoni dwar jekk data personali dwaru jew dwarha hijiex qed tiġi pproċessata mill-Europol.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, il-Europol għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja lis-suġġett tad-data:

(a)

konferma dwar jekk hijiex qed tiġi pproċessata data relatata miegħu jew magħha jew le;

(b)

informazzjoni tal-anqas dwar il-finijiet tal-operazzjoni ta' pproċessar, il-kategoriji tad-data kkonċernata, u d-destinatarji jew kategoriji ta' destinatarji li lilhom ġiet żvelata d-data;

(c)

komunikazzjoni f'forma intelliġibbli tad-data li qed tiġi pproċessata u ta' kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar is-sorsi tagħha.

(d)

indikazzjoni tal-bażi legali għall-ipproċessar tad-data;

(e)

il-perijodu previst li għalih id-data personali tkun ser tinħażen;

(f)

l-eżistenza tad-dritt li jitlob mill-Europol rettifika, tħassir jew restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali li tikkonċerna s-suġġett tad-data.

3.   Kwalunkwe suġġett tad-data li jixtieq jeżerċita d-dritt tal-aċċess għad-data personali relatata miegħu jew magħha jista' jagħmel talba għal dak l-għan, mingħajr ma jġarrab spejjeż eċċessivi, lill-awtorità maħtura għal dak il-għan fl-Istat Membru tal-għażla tiegħu/tagħha. Dik l-awtorità għandha tirreferi t-talba lill-Europol mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar minn meta tirċeviha. Il-Europol għandha tikkonferma l-wasla tat-talba.

4.   Il-Europol għandha tikkonferma li tkun waslitilha t-talba taħt il-paragrafu 3, il-Europol għandha twieġeb mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien tliet xhur mill-wasla għand il-Europol tat-talba mill-awtorità nazzjonali.

5.   Il-Europol għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, f'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7(5), u l-fornitur tad-data kkonċernati, dwar deċiżjoni li għandha tittieħed. Deċiżjoni dwar l-aċċess għad-data personali għandha tkun tiddependi fuq kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Europol u l-fornitur tad-data direttament ikkonċernat mill-aċċess tas-suġġett tad-data għal tali data. Jekk Stat Membru jew il-fornitur tad-data joġġezzjona għat-tweġiba proposta tal-Europol, dan għandu jinnotifika lill-Europol bir-raġunijiet għall-oġġezzjoni tiegħu f'konformità mal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. Il-Europol għandha tqis bl-aktar mod sħiħ kwalunkwe oġġezzjoni bħal din. Il-Europol għandha sussegwentement tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, f'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7(5), u lill-fornitur tad-data.

6.   L-għoti ta' informazzjoni b'rispons għal kwalunkwe talba skont il-paragrafu 1 jista' jiġi rrifjutat jew ristrett jekk it-tali ċaħda jew restrizzjoni tikkostitwixxi miżura li hija neċessarja sabiex:

(a)

tippermetti lill-Europol twettaq korrettament il-kompiti tagħha;

(b)

tipproteġi s-sigurtà u l-ordni pubbliku jew tipprevjeni r-reati;

(c)

tiggarantixxi li kwalunkwe investigazzjoni nazzjonali ma tiġix ipperikolata; jew

(d)

tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet ta' partijiet terzi.

Meta ssir valutazzjoni tal-applikabbiltà ta' eżenzjoni għar-regola li ttirrikjedi dak il-forniment ta' informazzjoni, għandu jittieħed kont tad-drittijiet fundamentali u l-interessi tas-suġġett tad-data.

7.   Il-Europol għandha tinforma lis-suġġett tad-data bil-miktub dwar kwalunkwe rifjut jew restrizzjoni għall-aċċess, dwar ir-raġunijiet għal tali deċiżjoni u dwar id-dritt tiegħu jew tagħha li jressaq jew tressaq ilment lill-KEPD. Fejn il-forniment ta' tali informazzjoni jimmina l-effett tal-paragrafu 6, il-Europol għandha tinnotifika biss lis-suġġett tad-data konċernat li wettqet il-verifiki mingħajr ma tagħti ebda informazzjoni li tista' tiżvela lilu jew lilha jekk id-data personali li tikkonċernah jew tikkonċernaha hijiex tiġi pproċessata mill-Europol jew le.

Artikolu 37

Dritt għal rettifika, tħassir u restrizzjoni

1.   Kwalunkwe suġġett tad-data li jkun aċċessa data personali li tikkonċernah pproċessata mill-Europol f'konformità mal-Artikolu 36 għandu jkollu d-dritt jirrikjedi lill-Europol, permezz tal-awtorità maħtura għal dak il-għan fl-Istat Membru tal-għażla tiegħu jew tagħha, għal rettifika tad-data personali li tikkonċernah miżmuma mill-Europol jekk ma tkunx korretta jew biex tikkompletaha jew taġġornaha. Dik l-awtorità għandha tirreferi t-talba lill-Europol mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar minn meta tirċeviha.

2.   Kwalunkwe suġġett tad-data li jkun aċċessa data personali li tikkonċernah ipproċessata mill-Europol f'konformità mal-Artikolu 36 għandu jkollu d-dritt jitlob lill-Europol permezz tal-awtorità maħtura għal dak il-għan fl-Istat Membru tal-għażla tiegħu/tagħha għat-tħassir tad-data personali li tikkonċernahmiżmuma mill-Europol jekk ma tkunx għadha meħtieġa għall-finijiet li għalihom din tkun inġabret jew ġiet ipproċessata ulterjorment. Dik l-awtorità għandha tirreferi t-talba lill-Europol mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar minn meta tirċeviha.

3.   Il-Europol għandha tirrestrinġi iktar milli tħassar data personali kif imsemmija fil-paragrafu 2 jekk ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li t-tħassir ikun jista' jaffettwa l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data. Data ristretta għandha tiġi pproċessata biss għall-għan li jkun impedixxa t-tħassir tagħha.

4.   Jekk id-data personali msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 miżmuma mill-Europol kienet ġiet ipprovduta lilha minn pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali jew korpi tal-Unjoni, kienet ġiet ipprovduta direttament minn partijiet privati jew inkisbet mill-Europol minn sorsi disponibbli pubblikament jew li rriżulta mill-analiżi mwettqa mill-Europol stess, il-Europol għandha tikkoreġi, tħassar jew tirrestrinġi tali data u tinforma, fejn xieraq, lill-fornituri tad-data.

5.   Jekk id-data personali msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 miżmuma mill-Europol kienet ġiet ipprovduta lill-Europol mill-Istati Membri, l-Istati Membri konċernati għandhom jikkoreġu, iħassru jew jirrestrinġu din id-data f'kollaborazzjoni mal-Europol fil-kompetenzi rispettivi tagħhom.

6.   Jekk kienet ġiet trasferita data personali żbaljata b'mezzi xierqa oħra jew jekk l-iżbalji fid-data pprovduta mill-Istati Membri jkunu minħabba trasferiment difettuż jew trasferiment bi ksur ta' dan ir-Regolament jew jekk jirriżultaw minn data li ddaħħlet, ittieħdet jew ġiet maħżuna b'mod żbaljat jew bi ksur ta' dan ir-Regolament mill-Europol, il-Europol għandha tikkoreġi jew tħassar tali data f'kollaborazzjoni mal-fornitur tad-data kkonċernat.

7.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 4, 5 u 6 d-destinatarji kollha tad-data konċernata għandhom jiġu nnotifikati minnufih. F'konformità mar-regoli applikabbli għalihom, id-destinatarji għandhom imbagħad jikkoreġu, iħassru jew jirrestrinġu dik id-data fis-sistemi tagħhom.

8.   Il-Europol għandha tinforma lis-suġġett tad-data bil-miktub mingħajr dewmien żejjed, u f'kull każ fi żmien tliet xhur minn meta tasal talba f'konformità mal-paragrafi 1 jew 2, li d-data li tikkonċernah jew tikkonċernaha tkun ġiet ikkoreġuta, imħassra jew ristretta.

9.   Fi żmien tliet xhur mill-wasla ta' talba f'konformità mal-paragrafi 1 jew 2, il-Europol għandha tinforma lis-suġġett tad-data bil-miktub bi kwalunkwe rifjut ta' korrezzjoni, tħassir jew ristrizzjoni, tar-raġunijiet għal tali rifjut u bil-possibbiltà li jippreżenta ilment mal-KEDP u li jfittex rimedju ġudizzjarju.

Artikolu 38

Responsabbiltà fi kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data

1.   Il-Europol għandha taħżen id-data personali b'tali mod li tiżgura li jkun jista' jiġi stabbilit is-sors tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 17.

2.   Ir-responsabbiltà għall-kwalità tad-data personali kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 28(1) għandha tkun:

(a)

tal-Istat Membru jew tal-korp tal-Unjoni li pprovdew d-data personali lill-Europol;

(b)

tal-Europol fir-rigward tad-data personali pprovduta minn pajjiżi terzi, jew organizzazzjonijiet internazzjonali jew ipprovduta direttament minn partijiet privati; tad-data personali miksuba mill-Europol minn sorsi disponibbli b'mod pubbliku jew li tirriżulta mill-analiżi mwettqa mill-Europol stess; u tad-data personali maħżuna mill-Europol f'konformità mal-Artikolu 31(5).

3.   Jekk il-Europol issir taf li data personali pprovduta f'konformità mal-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 17(1) hija fattwalment żbaljata jew inħażnet illegalment, hija għandha tinforma lill-fornitur ta' dik id-data kif xieraq.

4.   Il-Europol għandha tkun responsabbli għall-konformità mal-prinċipji msemmija fil-punti (a), (b), (c), (e) u (f) tal-Artikolu 28(1)

5.   Ir-responsabbiltà għal-legalità ta' trasferiment tad-data għandha tkun ta':

(a)

l-Istat Membru li jkun ipprovda d-data personali lill-Europol; u

(b)

tal-Europol fil-każ ta' data personali pprovduta minnha lill-Istati Membri, lill-pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

6.   F'każ ta' trasferiment bejn il-Europol u korp tal-Unjoni, ir-responsabbiltà għal-legalità tat-trasferiment tkun tal-Europol.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, meta d-data tiġi ttrasferita mill-Europol wara talba mingħand ir-riċevitur, kemm il-Europol kif ukoll ir-riċevitur għandhom iġorru r-responsabbiltà tal-legalità ta' tali trasferiment.

7.   Il-Europol għandha tkun responsabbli għall-operazzjonijiet kollha ta' pproċessar ta' data mwettqa minnha bl-eċċezzjoni tal-iskambju bilaterali ta' data bl-użu tal-infrastruttura tal-Europol bejn l-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li għalih il-Europol m'għandhiex aċċess. Tali skambji bilaterali għandhom isiru taħt ir-responsabbiltà tal-entitajiet konċernati u f'konformità mal-liġi tagħhom. Is-sigurtà ta' tali skambji għandha tiġi żgurata f'konformità mal-Artikolu 32.

Artikolu 39

Konsultazzjoni minn qabel

1.   Kwalunkwe tip ġdid ta' operazzjoni ta' proċessar li għandha titwettaq, għandha tkun soġġetta għal konsultazzjoni minn qabel fejn:

(a)

ikunu ser jiġu pproċessati kategoriji speċjali ta' data kif imsemmija fl-Artikolu 30(2);

(b)

it-tip ta' pproċessar, partikolarment bl-użu ta' teknoloġiji, mekkaniżmi jew proċeduri ġodda, jippreżenta riskji speċifiċi mod ieħor għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, u partikolarment għall-protezzjoni tad-data personali, tas-suġġetti tad-data.

2.   Il-konsultazzjoni minn qabel għandha titwettaq mill-KEPD wara li jkun irċieva notifika mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data li għandha tinkludi mill-inqas deskrizzjoni ġenerali tal-operazzjonijiet ta' proċessar previsti, valutazzjoni tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data, il-miżuri previsti li jindirizzaw dawk ir-riskji, il-garanziji, u l-miżuri ta' sigurtà u l-mekkaniżmi li jiżguraw il-protezzjoni tad-data personali u li juru konformità ma' dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-drittijiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-data u persuni oħrajn ikkonċernati.

3.   Il-KEPD għandu jagħti l-opinjoni tiegħu lill-Bord ta' Amministrazzjoni fi żmien xahrejn wara li tasal in-notifika. Dak il-perijodu jista' jiġi sospiż sakemm il-KEPD jkun kiseb aktar informazzjoni li jista' jkun talab.

Jekk l-opinjoni ma tingħatax wara erba' xhur għandha titqies li tkun favorevoli.

Jekk l-opinjoni tal-KEPD tkun li l-ipproċessar notifikat jista' jinvolvi ksur ta' xi dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament, għandu fejn ikun xieraq, jagħmel proposti biex jiġi evitat dan il-ksur. Meta l-Europol ma timmodifikax l-operazzjoni ta' proċessar skont dan, il-KEPD jista' jeżerċita l-poteri mogħtija lilu skont l-Artikolu 43(3).

4.   Il-KEPD għandu jżomm reġistru tal-operazzjonijiet ta' proċessar kollha li jkunu ġew notifikati lilu skont il-paragrafu 1. Ir-reġistru ma għandux isir pubbliku.

Artikolu 40

Reġistrazzjoni u dokumentazzjoni

1.   Għall-fini ta' verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, l-awtomonitoraġġ u l-iżgurar tal-integrità u s-sigurtà xierqa tad-data, il-Europol għandha żżomm rekords tal-ġbir, it-tibdil, l-aċċess, l-iżvelar, il-kombinazzjoni jew it-tħassir ta' data personali. Tali reġistri jew dokumentazzjoni għandhom jitħassru wara tliet snin, sakemm id-data li jkun fihom ma tkunx meħtieġa aktar għall-kontroll li jkun għaddej. Ma għandu jkun hemm l-ebda possibbiltà li r-reġistri jiġu mmodifikati.

2.   Ir-reġistri jew dokumentazzjoni mħejjija skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu kkomunikati, fuq talba, lill-KEPD, lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u, jekk meħtieġa għal investigazzjoni speċifika, lill-unità nazzjonali kkonċernata. L-informazzjoni hekk ikkomunikata għandha tintuża biss għall-kontroll tal-protezzjoni tad-data u l-iżgurar ta' pproċessar xieraq tad-data kif ukoll l-integrità u s-sigurtà tagħha.

Artikolu 41

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

1.   Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jaħtar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data li għandu jkun membru tal-persunal. Fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, għandu jaġixxi indipendentement.

2.   L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jintgħażel fuq il-bażi tal-kwalitajiet personali u professjonali tiegħu u, b'mod partikolari, l-għarfien espert dwar il-protezzjoni tad-data.

Għandu jkun żgurat li fl-għażla tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta' interess li jista' jirriżulta mill-prestazzjoni tad-dmirijiet tiegħu jew tagħha bħala f'dik il-kapaċità u lanqas minn kwalunkwe dmir uffiċjali ieħor, b'mod partikolari dawk relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

3.   L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jinħatar għal mandat ta' erba' snin. Għandu jkun eliġibbli biex jerġa' jinħatar mill-ġdid sa mandat totali massimu ta' tmien snin. Huwa jew hija jista' jew tista' jitneħħa jew titneħħa mill-funzjoni ta' Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data mill-Bord ta' Amministrazzjoni unikament bil-kunsens tal-KEDP, jekk ma j/tibqax j/tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta' dmirijietu/ha.

4.   Wara l-ħatra tiegħu/tagħha, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi rreġistrat mal-KEPD mill-Bord ta' Amministrazzjoni.

5.   L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data ma għandu jirċievi jew għandha tirċievi ebda struzzjoni marbuta mal-qadi ta' dmirijietu/ha.

6.   L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jkollu b'mod partikolari l-kompiti li ġejjin fir-rigward tad-data personali, bl-eċċezzjoni tad-data personali amministrattiva:

(a)

jiżgura, b'mod indipendenti, l-applikazzjoni interna ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali;

(b)

jiżgura li jinżamm rekord tat-trasferiment u l-wasla ta' data personali, f'konformità ma' dan ir-Regolament;

(c)

jiżgura li fuq talba tagħhom is-suġġetti tad-data jkunu mgħarrfin bid-drittijiet tagħhom skont dan ir-Regolament;

(d)

jikkoopera mal-persunal tal-Europol responsabbli għall-proċeduri, it-taħriġ u l-pariri dwar l-ipproċessar tad-data;

(e)

jikkoopera mal-KEPD;

(f)

iħejji rapport annwali u jikkomunika dan ir-rapport lill-Bord ta' Amministrazzjoni u lill-KEPD;

(g)

iżomm reġistru ta' ksur ta' data personali.

7.   L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jwettaq ukoll il-funzjonijiet previsti mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 fir-rigward tad-data personali amministrattiva.

8.   Fil-qadi tal-kompiti tiegħu jew tagħha, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jkollu aċċess għad-data kollha pproċessata mill-Europol u għall-uffiċċji kollha tal-Europol.

9.   Jekk l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jqis li ma kienx hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali, huwa għandu jinforma lid-Direttur Eżekuttiv u għandu jitolbu jirriżolvi n-nuqqas ta' konformità fi żmien speċifikat.

Jekk id-Direttur Eżekuttiv ma jirriżolvix in-nuqqas ta' konformità fl-ipproċessar fiż-żmien speċifikat, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jgħarraf lill-Bord ta' Amministrazzjoni. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-Bord ta' Amministrazzjoni għandhom jiftiehmu dwar żmien speċifikat biex tittieħed azzjoni mingħand tal-aħħar. Jekk il-Bord ta' Amministrazzjoni ma jirriżolvix in-nuqqas ta' konformità fiż-żmien speċifikat, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jirriferi l-kwistjoni lill-KEPD.

10.   Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jadotta regoli ta' implimentazzjoni, fir-rigward tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Dawk ir-regoli ta' implimentazzjoni għandhom, b'mod partikolari, jirrigwardaw il-proċedura tal-għażla għall-kariga tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u t-tneħħija, il-kompiti, id-dmirijiet u s-setgħat tiegħu, u l-garanziji li jiżguraw l-indipendenza tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data.

11.   Il-Europol għandha tipprovdi lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data l-persunal u r-riżorsi meħtieġa biex ikun jista' jwettaq dmirijietu. Dawn il-membri tal-persunal għandhom ikollhom aċċess għad-data kollha pproċessata fil-Europol u għall-uffiċċji tal-Europol biss sa fejn meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħhom.

12.   L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-persunal tiegħu/tagħha għandhom ikunu marbuta bl-obbligu tal-kunfidenzjalità f'konformità mal-Artikolu 67(1).

Artikolu 42

Superviżjoni mill-awtorità superviżorja nazzjonali

1.   Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità superviżorja nazzjonali. L-awtorità superviżorja nazzjonali għandu jkollha l-kompitu ta' monitoraġġ indipendenti, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, tal-permissibbiltà tat-trasferiment, il-ġbid u kwalunkwe komunikazzjoni lill-Europol ta' data personali mill-Istat Membru kkonċernat u teżamina jekk tali trasferiment, ġbid jew komunikazzjoni jiksrux id-drittijiet tas-suġġetti tad-data kkonċernati. Għal dak il-għan, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandu jkollha aċċess, fl-unità nazzjonali jew fl-uffiċċji tal-uffiċjali ta' kollegament, għad-data ppreżentata mill-Istat Membru tagħha lill-Europol f'konformità mal-proċeduri nazzjonali rilevanti u għar-reġistri u d-dokumentazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 40.

2.   Għall-fini tal-eżerċizzju tal-funzjoni superviżorja tagħhom, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom ikollhom aċċess għall-uffiċċji u d-dokumenti tal-uffiċjali ta' kollegament rispettivi tagħhom fl-Europol.

3.   L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom, f'konformità mal-proċeduri nazzjonali rilevanti, iwettqu superviżjoni tal-attivitajiet tal-unitajiet nazzjonali u l-attivitajiet tal-uffiċjali ta' kollegament, sa fejn dawn l-attivitajiet ikunu rilevanti għall-protezzjoni tad-data personali. Għandhom ukoll iżommu lill-KEPD infurmat b'kull azzjoni li jieħdu fir-rigward tal-Europol.

4.   Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt titlob lill-awtorità superviżorja nazzjonali biex tivverifika l-legalità ta' kwalunkwe trasferiment jew il-komunikazzjoni lill-Europol ta' data li tikkonċernaha fi kwalunkwe forma u l-aċċess għal dik id-data mill-Istat Membru kkonċernat. Dan id-dritt għandu jkun eżerċitat skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn issir it-talba.

Artikolu 43

Superviżjoni mill-KEPD

1.   Il-KEPD għandu jkun responsabbli li jimmonitorja u jiżgura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-Europol, u biex jagħti pariri lill-Europol u lis-suġġetti tad-data dwar il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw l-ipproċessar tad-data personali. Għal dak il-għan, huwa għandu jwettaq id-dmirijiet stipulati fil-paragrafu 2, u jeżerċita s-setgħat stipulati fil-paragrafu 3, filwaqt li jikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 44.

2.   Il-KEPD għandu jkollu d-dmirijiet li ġejjin:

(a)

jisma' u jinvestiga lmenti, u jinforma lis-suġġett tad-data dwar ir-riżultat f'perijodu raġonevoli ta' żmien;

(b)

iwettaq inkjesti jew fuq inizjattiva tiegħu/tagħha stess jew fuq il-bażi ta' lment, u jinforma lis-suġġetti tad-data dwar ir-riżultat f'perijodu raġonevoli ta' żmien;

(c)

jimmonitorja u jiżgura l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u kwalunkwe att ieħor tal-Unjoni li jirrelataw mal-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-Europol;

(d)

jagħti parir lill-Europol, jew fuq inizjattiva tiegħu bħala rispons għal konsultazzjoni, dwar il-kwistjonijiet kollha rigward l-ipproċessar ta' data personali, b'mod partikolari qabel ma dan ifassal regoli interni relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali;

(e)

iżomm reġistru ta' tipi ġodda ta' operazzjonijiet ta' proċessar notifikati lilu bis-saħħa tal-Artikolu 39(1) u rreġistrati f'konformità mal-Artikolu 39(4);

(f)

iwettaq konsultazzjoni minn qabel dwar l-ipproċessar notifikat lilu.

3.   Il-KEPD jista' skont dan ir-Regolament:

(a)

jagħti pariri lis-suġġetti tad-data fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom;

(b)

jirreferi l-kwistjoni lill-Europol fil-każ ta' ksur allegat tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali, u, fejn xieraq, jagħmel proposti għar-rimedji ta' dak il-ksur u għat-titjib tal-protezzjoni tas-suġġetti tad-data;

(c)

jordna li talbiet għall-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet b'relazzjoni mad-data jiġu osservati meta dawk it-talbiet ikunu ġew irrifjutati bi ksur tal-Artikoli 36 u 37;

(d)

javża jew iċanfar lill-Europol;

(e)

jordna lill-Europol tagħmel ir-rettifika, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew id-distruzzjoni ta' data personali li tkun ġiet ipproċessata bi ksur tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali u jinotifikaw tali azzjonijiet lill-partijiet terzi li lilhom tkun ġiet żvelata tali data;

(f)

jimponi projbizzjoni temporanja jew definittiva fuq l-operazzjonijiet ta' proċessar mill-Europol li huma ksur tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw id-data personali;

(g)

jirreferi l-kwistjoni lill-Europol, u, jekk meħtieġ, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(h)

jirreferi l-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej skont il-kondizzjonijiet previsti fit-TFEU;

(i)

jintervjeni fl-azzjonijiet miġjuba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

4.   Il-KEPD għandu jkollu s-setgħa li:

(a)

jikseb mingħand il-Europol aċċess għad-data personali kollha u għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-investigazzjonijiet tiegħu/tagħha;

(b)

jikseb aċċess għal kwalunkwe bini li fih il-Europol twettaq l-attivitajiet tagħha meta jkun hemm bażi raġonevoli biex jiġi preżunt li tkun qed titwettaq fih attività koperta b'dan ir-Regolament.

5.   Il-KEPD għandu jħejji rapport annwali dwar l-attivitajiet superviżorji tal-Europol, wara li jkkonsulta lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Dak ir-rapport għandu jkun parti mir-rapport annwali tal-KEPD imsemmi fl-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Dan ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni statistika dwar ilmenti, inkjesti u investigazzjonijiet imwettqa skont il-paragrafu 2, kif ukoll dwar trasferimenti ta' data personali lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, każijiet ta' konsultazzjoni minn qabel, u l-użu tas-setgħat stipulati fil-paragrafu 3.

6.   Il-KEPD, l-uffiċjali u membri oħra tal-persunal tas-Segretarjat tal-KEPD għandhom ikunu marbuta bl-obbligu tal-kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 67(1).

Artikolu 44

Kooperazzjoni bejn il-KEPD u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali

1.   Il-KEPD għandu jaġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fi kwistjonijiet li jkunu jeħtieġu l-involviment nazzjonali, b'mod partikolari jekk il-KEPD jew awtorità superviżorja nazzjonali ssib diskrepanzi kbar bejn il-prassi tal-Istati Membri jew trasferimenti potenzjalment illegali fl-użu tal-kanali tal-Europol għall-iskambji ta' informazzjoni, jew fil-kuntest ta' mistoqsijiet imqajma minn awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew aktar dwar l-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-KEPD għandu juża kif xieraq il-kompetenzi u l-esperjenza tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu kif stipulat fl-Artikolu 43(2). Fit-twettiq ta' spezzjonijiet konġunti flimkien mal-KEPD, il-membri u l-persunal tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, b'kont debitu meħud tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, għandu jkollhom setgħat ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 43(4) u jkunu marbuta b'obbligu ekwivalenti għal dak stabbilit fl-Artikolu 43(6). Il-KEPD u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom, filwaqt li jaġixxu fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jiskambjaw informazzjoni rilevanti u jgħinu lil xulxin fit-twettiq ta' awditi u spezzjonijiet.

3.   Il-KEPD għandu jżomm lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali infurmati bis-sħiħ dwar il-kwistjonijiet kollha li jolqtuhom direttament jew b'xi mod rilevanti għalihom. Fuq talba ta' awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew aktar, il-KEPD għandu jinformahom dwar kwistjonijiet speċifiċi.

4.   F'każijiet relatati ma' data li toriġina minn Stat Membru wieħed jew aktar, inkluż il-każijiet imsemmija fl-Artikolu 47(2), il-KEPD għandu jikkonsulta l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kkonċernati. Il-KEPD ma għandux jiddeċiedi dwar azzjoni ulterjuri li għandha tittieħed qabel ma dawk l-awtoritajiet superviżorji jkunu infurmaw lill-KEPD dwar il-pożizzjoni tagħhom, sa skadenza speċifikata minnu li ma għandhiex tkun anqas minn xahar u mhux aktar minn tliet xhur. Il-KEPD għandu jieħu l-kont massimu tal-pożizzjonijiet rispettivi tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kkonċernati. F'każijiet fejn il-KEPD ikollu l-intenzjoni li ma jsegwix il-pożizzjoni tal-awtorità superviżorja nazzjonali, hu għandu jgħarraf lil dik l-awtorità, jipprovdi ġustifikazzjoni u jressaq il-kwistjoni quddiem il-Bord ta' Kooperazzjoni stabbilit mill-Artikolu 45(1).

F'każijiet li l-KEPD iqis estremament urġenti, hu jista' jiddeċiedi li jieħu azzjoni immedjata. F'tali każijiet, il-KEPD għandu jinforma immedjatament lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kkonċernati u jiġġustifika n-natura urġenti tas-sitwazzjoni kif ukoll l-azzjoni li jkun ħa.

Artikolu 45

Bord ta' Kooperazzjoni

1.   Il-Bord ta' Kooperazzjoni b'funzjoni ta' konsulenza qiegħed b'dan jiġi stabbilit. Il-Bord ta' Kooperazzjoni għandu jkun magħmul minn rappreżentant ta' awtorità superviżorja nazzjonali ta' kull Stat Membru u tal-KEPD.

2.   Il-Bord ta' Kooperazzjoni għandu jaġixxi indipendentement meta jwettaq xogħlu skont il-paragrafu 3 u ma għandux jitlob jew lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand kwalunkwe korp.

3.   Il-Bord ta' Kooperazzjoni għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a)

jiddiskuti l-politika ġenerali u l-istrateġija tas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-data tal-Europol u l-permissibilità tat-trasferiment, l-irkupru u kull komunikazzjoni ta' data personali mill-Istati Membri lill-Europol;

(b)

jeżamina d-diffikultajiet ta' interpretazzjoni jew applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;

(c)

jistudja problemi ġenerali marbutin mat-twettiq ta' superviżjoni indipendenti jew it-tħaddim tad-drittijiet tas-suġġetti ta' data;

(d)

jiddiskuti u jfassal proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti dwar kwistjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 44(1);

(e)

jiddiskuti każijiet imressqa mill-KEPD f'konformità mal-Artikolu 44(4);

(f)

jiddiskuti każijiet imressqa minn kull awtorità superviżorja nazzjonali; u

(g)

iħeġġeġ l-għarfien tad-drittijiet tal-protezzjoni tad-data.

4.   Il-Bord ta' Kooperazzjoni jista' jagħti opinjonijiet, joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aqwa prattika lil,l-KEPD. Il-KEDP u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom, mingħajr preġudizzju għall-indipendenza tagħhomu, filwaqt li kull wieħed jaġixxu fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, għandhom iqisuhom bir-reqqa.

5.   Il-Bord ta' Kooperazzjoni għandu jiltaqa', kull meta jkun meħtieġ, u tal-anqas darbtejn fis-sena. L-ispejjeż u s-servizzi tal-laqgħat tiegħu għandhom jiġġarrbu mill-KEPD.

6.   Ir-regoli ta' proċedura tal-Bord ta' Kooperazzjoni għandhom jiġu adottati fl-ewwel laqgħa tagħha b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Metodi ta' ħidma ulterjuri għandhom jiġu żviluppati b'mod konġunt skont il-bżonn.

Artikolu 46

Data personali amministrattiva

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għad-data personali amministrattiva kollha miżmuma mill-Europol.

KAPITOLU VII

RIMEDJI U RESPONSABBILTÀ

Artikolu 47

Dritt li jitressaq ilment quddiem il-KEPD

1.   Kwalunkwe suġġett ta' data għandu jkollu d-dritt jippreżenta ilment quddiem il-KEPD, jekk jidhirlu li l-ipproċessar mill-Europol ta' data personali relatata miegħu ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament.

2.   Meta ilment ikun dwar deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 36 jew 37, il-KEPD għandu jikkonsulta mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fl-Istat Membru minn fejn ħarġet id-data jew mal-Istat Membru direttament ikkonċernat. Fl-adozzjoni tad-deċiżjoni tiegħu, li tista' testendi għal ċaħda li tiġi kkomunikata kwalunkwe informazzjoni, l-KEPD għandu jieħu kont tal-opinjoni tal-awtorità superviżorja nazzjonali.

3.   Fejn ilment jirrigwarda l-kontroll tad-data provduta minn Stat Membru lill-Europol, il-KEPD u l-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru li pprovda d-data, għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jiżguraw li l-kontrolli meħtieġa fuq il-legalità tal-ipproċessar tad-data twettqu b'mod korrett.

4.   Fejn ilment jirrigwarda l-ipproċessar tad-data mogħtija lill-Europol minn korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, jew data miġbura mill-Europol minn sorsi disponibbli pubblikament jew li jirriżultaw mill-analiżi tal-Europol stess il-KEPD għandu jiżgura li l-Europol tkun wettqet b'mod korrett il-kontrolli meħtieġa fuq il-legalità tal-ipproċessar tad-data.

Artikolu 48

Dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra l-KEPD

Kwalunkwe azzjoni kontra deċiżjonijiet tal-KEPD għandha titressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 49

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar ir-responsabbiltà u d-dritt għal kumpens

1.   Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Europol għandha tkun regolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt konċernat.

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni li tagħti sentenza skont kwalunkwe klawżola ta' arbitraġġ li tkun tinsab f'kuntratt konkluż mill-Europol.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 49, fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, il-Europol għandha, f'konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkawżat mid-dipartimenti tagħha jew mill-persunal tagħha waqt il-qadi ta' dmirijiethom.

4.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni f'tilwim relatati ma' kumpens għal kwalunkwe dannu kif imsemmi fil-paragrafu 3.

5.   Ir-responsabbiltà personali tal-persunal tal-Europol vis-à-vis il-Europol għandha tkun regolata mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra li japplikaw għalihom.

Artikolu 50

Responsabbiltà għal proċessar mhux korrett ta' data personali u d-dritt għal kumpens

1.   Kwalunkwe individwu li jkun ġarrab dannu b'riżultat ta' xi operazzjoni ta' proċessar illegali għandu jkollu d-dritt jirċievi kumpens għad-dannu mġarrab, jew mill-Europol f'konformità mal-Artikolu 340 tat-TFUE, jew mill-Istat Membru li fih seħħ l-avveniment li wassal għad-dannu f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu. L-individwu għandu jieħu azzjoni kontra l-Europol quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jew kontra l-Istat Membru quddiem qorti nazzjonali kompetenti ta' dak l-Istat Membru.

2.   Kwalunkwe tilwima bejn il-Europol u l-Istati Membri dwar ir-responsabbiltà aħħarija għal kumpens mogħti lil individwu f'konformità mal-paragrafu 1 għandha tiġi rriferita lill-Bord ta' Amministrazzjoni, li għandu jiddeċiedi b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kontestazzjoni ta' dik id-deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 263 tat-TFUE.

KAPITOLU VIII

SKRUTINJU PARLAMENTARI KONĠUNT

Artikolu 51

Skrutinju Parlamentari konġunt

1.   Skont l-Artikolu 88 TFUE, l-iskrutinju tal-attivitajiet tal-Europol għandu jitwettaq mill-Parlament Ewropew flimkien mal-parlamenti nazzjonali. Dan għandu jikkostitwixxi Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt speċjalizzat (JPSG) stabbilit flimkien mill-parlamenti nazzjonali u l-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew. L-organizzazzjoni u r-regoli ta' proċedura tal-JPSG għandhom jiġu determinati flimkien mill-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 1.

2.   Il-JPSG għandu jwettaq monitoraġġ politiku tal-attivitajiet tal-Europol fit-twettiq tal-missjoni tagħha, inkluż fir-rigward tal-impatt ta' dawk l-attivitajiet fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu:

(a)

il-President tal-Bord ta' Amministrazzjoni, id-Direttur Eżekuttiv jew il-Viċijiet tagħhom għandhom jidhru quddiem il-JPSG fuq talba tiegħu biex jiddiskutu materji marbutin mal-attivitajiet b'referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu, inklużi l-aspetti baġitarji ta' tali attivitajiet, l-organizzazzjoni strutturali tal-Europol u l-istabbiliment potenzjali ta' unitajiet u ċentri speċjalizzati ġodda, b'kont meħud tal-obbligi ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità. Il-JPSG jista' jiddeċiedi li jistieden għal-laqgħat tiegħu persuni rilevanti oħra, fejn xieraq;

(b)

il-KEPD għandu jidher quddiem il-JPSG fuq talba tiegħu u tal-anqas darba fis-sena biex jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, u b'mod partikolari l-protezzjoni tad-data personali, fir-rigward tal-attivitajiet tal-Europol, b'kont meħud tal-obbligi ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità;

(c)

il-JPSG għandu jiġi kkonsultat b'rabta mal-programmazzjoni pluriennali tal-Europol f'konformità mal-Artikolu 12(1).

3.   Il-Europol għandha tibgħat id-dokumenti li ġejjin għall-finijiet ta' informazzjoni lill-JPSG, b'kont meħud tal-obbligi ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità:

(a)

il-valutazzjonijiet tat-theddid, l-analiżi strateġiċi u r-rapporti tas-sitwazzjoni ġenerali marbuta mal-objettiv tal-Europol kif ukoll ir-riżultati tal-istudji u tal-evalwazzjonijiet kummissjonati mill-Europol;

(b)

l-arranġamenti amministrattivi konklużi f'konformità mal-Artikolu 25(1);

(c)

id-dokument li fih il-programmazzjoni pluriennali u l-programm ta' ħidma annwali tal-Europol, imsemmi fl-Artikolu 12(1);

(d)

ir-rapport konsolidat tal-attività annwali dwar l-attivitajiet tal-Europol, imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 11(1);

(e)

ir-rapport ta' evalwazzjoni mfassal mill-Kummissjoni, imsemmi fl-Artikolu 68(1).

4.   Il-JPSG jista' jitlob dokumenti rilevanti neċessarji oħrajn biex iwettaq il-kompiti tiegħu dwar il-monitoraġġ politiku tal-attivitajiet tal-Europol, soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 52 u 67 ta' dan ir-Regolament.

5.   Il-JPSG jista' jfassal konklużjonijiet sommarji dwar il-monitoraġġ politiku tal-attivitajiet tal-Europol u jippreżenta dawk il-konklużjonijiet lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali. Il-Parlament Ewropew għandu jgħaddihom lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Europol għall-finijiet ta' informazzjoni.

Artikolu 52

Aċċess mill-Parlament Ewropew għal informazzjoni proċessata mill-Europol jew permezz tagħha

1.   Għall-fini tal-eżerċizzju ta' skrutinju parlamentari tal-attivitajiet tal-Europol f'konformità mal-Artikolu 51, aċċess mill-Parlament Ewropew għal informazzjoni sensittiva mhux klassifikata pproċessata permezz mill-Europol jew permezz tagħha, fuq it-talba tal-Parlament Ewropew, għandu jkun konformi mar-regoli msemmijin fl-Artikolu 67(1).

2.   L-aċċess mill-Parlament Ewropew għal Informazzjoni Klassifikata tal-UE proċessata permezz ta' jew mill-Europol għandu jkun konsistenti mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-12 ta' Marzu 2014 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar kif il-Parlament Ewropew jibgħat jew jittratta informazzjoni klassifikata miżmuma mill-Kunsill dwar kwistjonijiet għajr dawk fil-qasam tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni (24) u għandu jikkonforma mar-regoli msemmijin fl-Artikolu 67(2) ta' dan ir-Regolament.

3.   Id-dettalji neċessarji dwar l-aċċess mill-Parlament Ewropew għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu regolati minn arranġamenti ta' ħidma konklużi bejn il-Europol u l-Parlament Ewropew.

KAPITOLU IX

PERSUNAL

Artikolu 53

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.   Ir-Regolamenti tal-Persunal, il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex jidħlu fis-seħħ ir-Regolamenti tal-Persunal u l-lill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandhom japplikaw għall-persunal tal-Europol bl-eċċezzjoni tal-persunal li, fl-1 ta' Mejju 2017, huma impjegati skont kuntratt konkluż mill-Europol kif stabbilit mill-Konvenzjoni Europol mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 73(4) ta' dan ir-Regolament. Tali kuntratti għandhom jibqgħu jiġu regolati mill-Att tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 1998.

2.   Il-persunal tal-Europol għandu jikkonsisti minn persunal temporanju u/jew persunal b'kuntratt. Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jiġi infurmat fuq bażi annwali b'kuntratti ta' żmien indeterminat mogħtija mid-Direttur Eżekuttiv. Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jiddeċiedi liema karigi temporanji previsti fil-pjan ta' stabbiliment jistgħu jimtlew biss minn persunal mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Il-membri tal-persunal reklutati biex jokkupaw tali karigi għandhom ikunu uffiċjali temporanji u jistgħu jingħataw biss kuntratti b'terminu fiss, li jistgħu jiġġeddu darba għal perijodu fiss.

Artikolu 54

Direttur Eżekuttiv

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Europol f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 2 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Kunsill minn lista qasira ta' kandidati proposti mill-Bord ta' Amministrazzjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti.

Il-lista qasira għandha titfassal minn kumitat tal-għażla stabbilit mill-Bord ta' Amministrazzjoni u magħmul minn membri maħtura mill-Istati Membri u rappreżentant tal-Kummissjoni.

Għall-fini li jiġi konkluż kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, il-Europol għandha tkun rappreżentata mill-President tal-Bord ta' Amministrazzjoni.

Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Kunsill jista' jiġi mistieden jidher quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew, li għandu sussegwentement jagħti l-opinjoni tiegħu li mhijiex vinkolanti.

3.   Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' erba' snin. Sal-aħħar ta' dak il-perijodu, il-Kummissjoni, b'assoċjazzjoni mal-Bord ta' Amministrazzjoni, għandha twettaq valutazzjoni li tieħu kont

(a)

tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, u

(b)

il-kompiti u l-isfidi futuri tal-Europol.

4.   Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Bord ta' Amministrazzjoni li jieħu kont tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba u għal perijodu ta' mhux aktar minn erba' snin.

5.   Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jinforma lill-Parlament Ewropew jekk ikollu l-intenzjoni li jipproponi lill-Kunsill li l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv jiġi estiż. Fix-xahar ta' qabel kwalunkwe estensjoni bħal din, id-Direttur Eżekuttiv jista' jiġi mistieden jidher quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew.

6.   Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma għandux jipparteċipa fi proċedura oħra ta' selezzjoni għall-istess kariga fit-tmiem tal-perijodu totali.

7.   Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga unikament b'deċiżjoni tal-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Bord ta' Amministrazzjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat dwar dik id-deċiżjoni.

8.   Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jieħu deċiżjonijiet fir-rigward proposti li għandhom isiru lill-Kunsill dwar ħatra, estensjoni tal-mandat jew tneħħija mill-kariga tad-Direttur Eżekuttiv b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu bi dritt tal-vot.

Artikolu 55

Viċi Diretturi Eżekuttivi

1.   Tliet Viċi Diretturi Eżekuttivi għandhom jassistu lid-Direttur Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddefinixxi l-kompiti tagħhom.

2.   L-Artikolu 54 għandu japplika għall-Viċi Diretturi Eżekuttivi. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi kkonsultat qabel il-ħatra tagħhom, kwalunkwe estensjoni tal-mandat tagħhom jew it-tneħħija tagħhom mill-kariga.

Artikolu 56

Esperti nazzjonali sekondati

1.   Il-Europol tista' tagħmel użu minn esperti nazzjonali sekondati.

2.   Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar is-sekondar ta' esperti nazzjonali mal-Europol.

KAPITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 57

Baġit

1.   L-istimi tad-dħul u l-infiq kollu tal-Europol għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li għandhom jikkorrispondu għas-sena kalendarja, u għandhom jidhru fil-baġit tal-Europol.

2.   Il-baġit tal-Europol għandu jkun bilanċjat f'termini ta' dħul u nfiq.

3.   Mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħra, id-dħul tal-Europol għandu jinkludi kontribuzzjoni mill-Unjoni, li tiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni.

4.   Il-Europol tista' tibbenefika mill-finanzjament tal-Unjoni fil-forma ta' ftehimiet ta' delega jew għotjiet ad hoc f'konformità mar-regoli finanzjarji tagħha msemmija fl-Artikolu 61 u mad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġaw il-politiki tal-Unjoni.

5.   L-infiq tal-Europol għandu jinkludi r-rimunerazzjoni tal-persunal, l-ispejjeż amministrattivi u ta' infrastruttura u spejjeż operattivi.

6.   L-impenji baġitarji għal azzjonijiet relatati ma' proġetti ta' skala kbira li jdumu aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin f'pagamenti annwali.

Artikolu 58

Stabbiliment tal-baġit

1.   Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta' dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Europol għas-sena finanzjarja ta' wara, inkluż il-pjan tal-istabbiliment, u għandu jibagħtu lill-Bord ta' Amministrazzjoni.

2.   Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu, abbażi tal-abbozz ta' dikjarazzjoni tal-estimi, jadotta abbozz proviżorju tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Europol għas-sena finanzjarja ta' wara u għandu jintbagħat lill-Kummissjoni kull sena sal-31 ta' Jannar.

3.   Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jibgħat abbozz finali tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Europol, li għandu jinkludi abbozz ta' pjan ta' stabbilimentlill-Parlament Ewropew,lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu kull sena.

4.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat id-dikjarazzjoni tal-estimi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

5.   Abbażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni l-estimi li tqis neċessarji għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tal-kontribuzzjoni li jiġi debitat lill-baġit ġenerali, li għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'konformità mal-Artikoli 313 u 314 tat-TFUE.

6.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jawtorizzaw l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni lill-Europol.

7.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw il-pjan ta' stabbiliment tal-Europol.

8.   Il-baġit tal-Europol għandu jiġi adottat mill-Bord ta' Amministrazzjoni. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn ikun hemm bżonn, dan għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ.

9.   Għal kwalunkwe proġett ta' kostruzzjoni li probabbilment ser ikollu implikazzjonijiet għall-baġit tal-Europol, għandhom japplikaw ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

Artikolu 59

Implimentazzjoni tal-baġit

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Europol.

2.   Kull sena d-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill l-informazzjoni kollha rilevanti għar-riżultat ta' kwalunkwe proċedura ta' evalwazzjoni.

Artikolu 60

Preżentazzjoni tal-kontijiet u l-kwittanza

1.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Europol għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji għas-sena finanzjarja (sena N) lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta' Marza tas-sena finanzjarja li jkun imiss (sena N + 1).

2.   Il-Europol għandha tibgħat rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena N lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri, sal-31 ta' Marzu tas-sena N + 1.

3.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet konsolidati proviżorji tal-Europol għas-sena N, ikkonsolidati mal-kontijiet tal-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta' Marza tas-sena N + 1.

4.   Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Europol għas-sena N, f'konformità mal-Artikolu 148 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25), l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Europol għandu jħejji l-kontijiet finali tal-Europol għal dik is-sena. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżentahom lill-Bord ta' Amministrazzjoni għal opinjoni.

5.   Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Europol għas-sena N.

6.   Sal-1 ta' Lulju tas-sena N + 1, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Europol għandu jibgħat il-kontijiet finali għas-sena N lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali, flimkien mal-opinjoni tal-Bord ta' Amministrazzjoni msemmija fil-paragrafu 5.

7.   Il-kontijiet finali għas-sena N għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena N + 1.

8.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri, sat-30 ta' Settembru tas-sena N + 1, risposta għall-osservazzjonijiet imniżżla fir-rapport annwali tiegħu. Huwa/Hija għandu/ha wkoll j/tibgħat din ir-risposta lill-Bord ta' Amministrazzjoni.

9.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena N, kif stabbilit fl-Artikolu 109(3) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

10.   Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu jagħti, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena N + 2, kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.

Artikolu 61

Regoli finanzjarji

1.   Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Europol għandhom jiġu adottati mill-Bord ta' Amministrazzjoni wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Huma ma għandhomx jitbiegħdu mir-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013 għajr jekk dan ikun meħtieġ speċifikament għall-Europol u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens preċedenti tagħha.

2.   Il-Europol tista' tagħti għotjiet relatati mat-twettiq ta' kompiti kif msemmi fl-Artikolu 4.

3.   Il-Europol tista' tagħti għotjiet mingħajr sejħa għal proposti lill-Istati Membri għat-twettiq tal-operazzjonijiet u investigazzjonijiet transkonfinali tagħhom u għat-tħarriġ b'rabta mal-kompiti msemmija fil-punti (h) u (i) tal-Artikolu 4(1).

4.   Fir-rigward tal-appoġġ finanzjarju li għandu jingħata lill-attivitajiet tal-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti, il-Europol u l-Eurojust għandhom jistabbilixxu b'mod konġunt ir-regoli u l-kondizzjonijiet li skonthom l-applikazzjonijiet għal tali appoġġ għandhom jiġu pproċessati.

KAPITOLU XI

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI

Artikolu 62

Status ġuridiku

1.   Il-Europol għandha tkun aġenzija tal-Unjoni. Hija għandu jkollha personalità ġuridika.

2.   F'kull Stat Membru l-Europol għandha tgawdi l-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lill-persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet tagħhom. Il-Europol tista', b'mod partikolari, takkwista u tiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u tkun parti għal proċeduri legali.

3.   F'konformità mal-Protokoll Nru 6 dwar il-lokalità tas-sedi tal-istituzzjonijiet u ta' ċerti korpi, aġenziji u dipartimenti tal-Unjoni Ewropea, anness għat-TUE u għat-TFUE (“Protokoll Nru 6”) il-Europol għandu jkollha s-sede tagħha fl-Aja.

Artikolu 63

Privileġġi u immunitajiet

1.   Il-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness għat-TUE u għat-TFUE, għandu japplika għall-Europol u l-persunal tagħha.

2.   Il-privileġġi u l-immunitajiet tal-uffiċjali ta' kollegament u l-membri tal-familji tagħhom għandhom ikunu soġġetti għal ftehim bejn ir-Renju tan-Netherlands u l-Istati Membri l-oħra. Dak il-ftehim għandu jipprovdi għal dawk il-privileġġi u l-immunitajiet li huma meħtieġa għat-twettiq korrett tal-kompiti tal-uffiċjali ta' kollegament.

Artikolu 64

Arranġamenti lingwistiċi

1.   Id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament Nru 1 (26) għandhom japplikaw għall-Europol.

2.   Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jiddeċiedi b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu dwar l-arranġamenti lingwistiċi interni tal-Europol.

3.   Is-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Europol għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 65

Trasparenza

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Europol.

2.   Sal-14 ta' Diċembru 2016, il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fir-rigward tad-dokumenti tal-Europol.

3.   Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Europol taħt l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta' ilment għand l-Ombudsman Ewoprew jew ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-Artikoli 228 u 263 tat-TFUE rispettivament.

4.   Il-Europol għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha lista tal-membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni tagħha u sommarji tal-eżiti tal-laqgħat tal-Bord ta' Amministrazzjoni. Il-pubblikazzjoni ta' dawk is-sommarji għandha titħalla barra jew tiġi ristretta temporanjament jew b'mod permanenti jekk ikun hemm ir-riskju li tali pubblikazzjoni tikkomprometti t-twettiq tal-kompiti tal-Europol, b'kont meħud tal-obbligi tagħha ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità u l-karattru operazzjonali tal-Europol.

Artikolu 66

Ġlieda kontra l-frodi

1.   Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, il-Europol għandha, sat-30 ta' Ottubru 2017, taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (27) u għandha tadotta d-dispożizzjonijiet adatti applikabbli għall-impjegati kollha tal-Europol, bl-użu tal-mudell li jidher fl-Anness għal dak il-Ftehim.

2.   Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha setgħa li tagħmel awditi, abbażi ta' dokumenti u ta' kontrolli fuq il-post, fuq il-benefiċjarji kollha ta' għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand il-Europol.

3.   L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' għotja jew kuntratt mogħti mill-Europol. Tali investigazzjonijiet għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (28).

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, arranġamenti ta' ħidma ma' korpi tal-Unjoni, awtoritajiet ta' pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet privati, il-kuntratti, il-ftehimiet ta' għotja u d-deċiżjonijiet ta' għotja tal-Europol għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li espliċitament jagħtu s-setgħa lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-OLAF li jwettqu l-awditi u l-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, f'konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Artikolu 67

Regoli dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u ta' informazzjoni klassifikata

1.   Il-Europol għandha tistabbilixxi regoli dwar l-obbligi tad-diskrezzjoni u l-kunfidenzjalità u dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata.

2.   Il-Europol għandha tistabbilixxi regoli dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE li għandhom ikunu konsistenti mad-Deċiżjoni 2013/488/UE sabiex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta' protezzjoni għal informazzjoni bħal din.

Artikolu 68

Evalwazzjoni u eżami

1.   Sal-1 ta' Mejju 2022 u suċċessivament kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir evalwazzjoni li tivvaluta, b'mod partikolari, l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-Europol u tal-prassi tal-ħidma tagħha. L-evalwazzjoni tista', b'mod partikolari, tindirizza l-possibbiltà tal-ħtieġa li jiġu mmodifikati l-istruttura, l-operazzjoni, il-qasam ta' azzjoni ul-kompiti tal-Europol, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din.

2.   Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ta' evalwazzjoni lill-Bord Amministrattiv. Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jagħti l-osservazzjonijiet tiegħu dwar ir-rapport ta' evalwazzjoni fi żmien tliet xhur mid-data tar-riċezzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tissottometti r-rapport ta' evalwazzjoni finali bil-konklużjonijiet tagħha, flimkien mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Bord ta' Amministrazzjoni f'anness għalih, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-parlamenti nazzjonali u lill-Bord ta' Amministrazzjoni. Fejn xieraq, ir-riżultati prinċipali tar-rapport ta' evalwazzjoni għandhom isiru pubbliċi.

Artikolu 69

Inkjesti amministrattivi

L-attivitajiet tal-Europol huma soġġetti għall-inkjesti magħmula mill-Ombudsman Ewropew f'konformità mal-Artikolu 228 tat-TFEU.

Artikolu 70

Kwartieri Ġenerali

L-arranġamenti neċessarji dwar l-akkomodazzjoni li għandha tiġi pprovduta fir-Renju tan-Netherlands u l-faċilitajiet li għandhom ikunu disponibbli mir-Renju tan-Netherlands, flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli hemmhekk għad-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni, il-persunal tal-Europol u l-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stipulati bi Ftehim ta' Kwartieri Ġenerali bejn il-Europol u r-Renju tan-Netherlands f'konformità mal-Protokoll Nru 6.

KAPITOLU XII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI

Artikolu 71

Suċċessjoni ġuridika

1.   Il-Europol, kif stabbilita b'dan ir-Regolament għandha tkun is-suċċessur ġuridiku fir-rigward tal-kuntratti kollha konklużi, l-obbligi tal-Europol u l-proprjetajiet akkwistati mill-Europol, kif stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.

2.   Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-forza legali ta' ftehimiet konklużi mill-Europol kif stabbilit bid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI qabel it-13 ta' Ġunju 2016, jew ta' ftehimiet konklużi mill-Europol kif stabbilit mill-Konvenzjoni Europol qabel l-1 ta' Jannar 2010.

Artikolu 72

Arranġamenti transizzjonali fir-rigward tal-Bord ta' Amministrazzjoni

1.   It-terminu tal-kariga tal-membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni kif stabbilit abbażi tal-Artikolu 37 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandu jintemm fl-1 ta' Mejju 2017.

2.   Matul il-perijodu mit-13 ta' Ġunju 2016 sal-1 ta' Mejju 2017, il-Bord ta' Amministrazzjoni kif stabbilit abbażi tal-Artikolu 37 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandu:

(a)

jeżerċita l-funzjonijiet tal-Bord ta' Amministrazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament;

(b)

iħejji l-adozzjoni tar-regoli biex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fir-rigward tad-dokumenti tal-Europol imsemmija fl-Artikolu 65(2) ta' dan ir-Regolament, u tar-regoli msemmija fl-Artikolu 67 ta' dan ir-Regolament;

(c)

iħejji kwalunkwe strument meħtieġ għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari kwalunkwe miżura relatata mal-Kapitolu IV; u

(d)

jagħmel rieżami tar-regoli u l-miżuri interni li jkun adottata abbażi tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI sabiex il-Bord ta' Amministrazzjoni kif stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament ikun jista' jieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 76 ta' dan ir-Regolament.

3.   Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien wara t-13 ta' Ġunju 2016 tieħu l-miżuri neċessarji biex jiġi żgurat li l-Bord ta' Amministrazzjoni stabbilit f'konformità mal-Artikolu 10 jibda l-ħidma tiegħu fl-1 ta' Mejju 2017.

4.   Sal-14 ta' Diċembru 2016, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet tal-persuni li huma jkunu ħatru bħala membru u membru supplenti tal-Bord ta' Amministrazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 10.

5.   Il-Bord ta' Amministrazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 10 għandu jkollu l-ewwel laqgħa tiegħu fl-1 ta' Mejju 2017. F'dik l-okkażjoni huwa għandu, jekk meħtieġ, jieħu deċiżjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 76.

Artikolu 73

Arranġamenti transizzjonali rigward id-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Diretturi u l-persunal

1.   Id-Direttur tal-Europol maħtur abbażi tal-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandu, għall-bqija tal-perijodu tal-mandat tiegħu/tagħha, jingħata r-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv, kif previst fl-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament. Il-kondizzjonijiet l-oħra tal-kuntratt tiegħu/tagħha ma għandhomx jinbidlu. Jekk il-mandat jintemm bejn it-13 ta' Ġunju 2016 u l-1 ta' Mejju 2017, għandu jiġu estiż awtomatikament sal-1 ta' Mejju 2018.

2.   Jekk id-Direttur maħtur abbażi tal-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI ma jkunx irid li jew ma jkunx jista' jaġixxi f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jaħtar Direttur Eżekuttiv interim biex jeżerċita d-dmirijiet assenjati lid-Direttur Eżekuttiv għal perijodu li ma jaqbiżx 18-il xahar, sakemm issir il-ħatra prevista fl-Artikolu 54(2) ta' dan ir-Regolament..

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-Viċi Diretturi maħtura abbażi tal-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.

4.   F'konformità mal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra, l-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tagħhom għandha toffri impjieg għal tul ta' żmien indefinit bħala membru tal-persunal temporanju jew b'kuntratt lil kwalunkwe persuna li fl-1 ta' Mejju 2017, ikun impjegat taħt kuntratt ta' tul ta' żmien indefinit bħala membru tal-persunal lokali konkluż mill-Europol kif stabbilit mill-Konvenzjoni Europol. L-offerta ta' impjieg għandha tkun ibbażata fuq il-kompiti li għandhom jitwettqu mill-aġent bħala membru tal-persunal temporanju jew b'kuntratt. Il-kuntratt konċernat għandu jidħol fis-seħħ mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju 2018. Membru tal-persunal li ma jaċċettax l-offerta msemmija fil-paragrafu jista' jżomm ir-relazzjoni kuntrattwali tiegħu jew tagħha mal-Europol f'konformità mal-Artikolu 53(1).

Artikolu 74

Dispożizzjonijiet baġitarji transizzjonali

Il-proċedura tal-kwittanza fir-rigward tal-baġits approvati abbażi tal-Artikolu 42 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandha titwettaq f'konformità mar-regoli stabbiliti bl-Artikolu 43 tagħha.

KAPITOLU XIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 75

Sostituzzjoni u tħassir

1.   Id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI huma b'dan sostitwiti għall-Istati Membri marbuta b'dan ir-Regolament b'effett mill-1 ta' Mejju 2017.

Għaldaqstant id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI huma mħassra.

2.   Rigward l-Istati Membri marbuta b'dan ir-Regolament, ir-referenzi għad-Deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 76

Żamma fis-seħħ tar-regoli interni adottati mill-Bord ta' Amministrazzjoni

Ir-regoli u l-miżuri interni adottati mill-Bord ta' Amministrazzjoni abbażi tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandhom jibqgħu fis-seħħ wara l-1 ta' Mejju 2017, dment li l-Bord ta' Amministrazzjoni ma jkunx iddeċieda mod ieħor fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 77

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2017.

Madankollu, l-Artikoli 71, 72 u 73 għandhom japplikaw mit-13 ta' Ġunju 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konfomità mat-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, il-11 ta' Mejju 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

J.A. HENNIS-PLASSCHAERT


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-10 ta' Marzu 2016 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2016 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37).

(3)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 1.

(4)  ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/934/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Europol mal-imsieħba, inkluż l-iskambju ta' data personali u informazzjoni kklassifikata (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 6).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/935/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tiddetermina l-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 12).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/936/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi għar-reġistri ta' ħidma ta' analiżi tal-Europol (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 14).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/968/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli dwar il-konfidenzjalità tal-informazzjoni tal-Europol (ĠU L 332, 17.12.2009, p. 17).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).

(10)  Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (ĠU L 74, 27.3.1969, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(12)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar Deċiżjoni Kwadra tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(13)  Ir-Rakkomandazzjoni Nru R(87)15 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati Membri dwar ir-regolamentazzjoni tal-użu tad-dejta personali fis-settur tal-pulizija, 17.9.1987.

(14)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(15)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(16)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(18)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).

(19)  L-Att tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 1998 li jistipula r-regolamenti tal-persunal applikabbli għall-impjegati tal-Europol (ĠU C 26, 30.1.1999, p. 23).

(20)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/511/ĠAI tat-12 ta' Lulju 2005 dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni, permezz tan-nomina tal-Europol bħala l-Uffiċċju Ċentrali għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-euro (ĠU L 185, 16.7.2005, p. 35).

(21)  Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).

(22)  Id-Deċiżjoni Kwadra tal-Kunsill 2002/584/JHA tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).

(23)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(24)  ĠU C 95, 1.4.2014, p.1.

(25)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(26)  Ir-Regolament Nru 1 li jiddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw fil-Komunità Ekonomika Ewropea [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58).

(27)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

(28)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).


ANNESS I

Lista ta' forom ta' reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3(1)

terroriżmu,

kriminalità organizzata,

traffikar ta' droga,

attivitajiet ta' ħasil tal-flus,

reati konnessi ma' sustanzi nukleari u radjuattivi,

faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' persuni,

traffikar tal-bnedmin,

reati konnessi ma' vetturi bil-mutur,

qtil u offiżi gravi fuq il-persuna,

kummerċ illegali ta' organi u tessuti umani,

ħtif ta' persuni, żamma illegali ta' persuni u teħid ta' ostaġġi,

razziżmu u ksenofobija,

serq u serq aggravat,

traffikar illeċitu ta' oġġetti kulturali, inklużi antikitajiet u opri ta' arti,

ingann u frodi,

kriminalità kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni,

abbuż minn informazzjoni pprivileġġjata u manipulazzjoni tas-suq finanzjarju,

rikattar organizzat u estorsjoni,

falsifikazzjoni u piraterija tal-prodotti,

falsifikazzjoni ta' dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom,

falsifikazzjoni ta' flus u mezzi ta' ħlas,

kriminalità permezz tal-kompjuter,

korruzzjoni,

traffikar illegali fl-armi, munizzjon u splussivi,

traffikar illeċitu fi speċijiet ta' annimali fil-periklu,

traffikar illeċitu fi speċijiet u varjetajiet ta' pjanti fil-periklu,

reati ambjentali, inkluż it-tniġġis mill-bastimenti,

traffikar illegali ta' sustanzi ormonali u ta' promoturi oħrajn ta' tkabbir,

abbuż sesswali u sfruttament sesswali, inkluż materjal marbut mal-abbuż tat-tfal u s-solleċitazzjoni tat-tfal għal skopijiet sesswali,

ġenoċidji, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra.


ANNESS II

A.   Kategoriji ta' data personali u kategoriji ta' suġġetti tad-data li d-data tagħhom tista' tinġabar u tiġi pproċessata għal finijiet ta' kontroverifika kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 18(2)

1.

Data personali miġbura u proċessata għal finijiet ta' kontroverifika għandha tkun relatata ma':

(a)

persuni li, f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konċernat, ikunu suspettati li wettqu jew ħadu sehem f'reat kriminali li jaqa' taħt il-kompetenza tal-Europol, jew li ġew ikkundannati għal tali reat;

(b)

persuni li fir-rigward tagħhom ikun hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet suffiċjenti taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konċernat biex wieħed jemmen li ser iwettqu reati kriminali li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Europol.

2.

Data relatata mal-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 tista' tinkludi biss il-kategoriji ta' data personali li ġejjin:

(a)

kunjom, kunjom ta' xebba, ismijiet attribwiti u kwalunkwe psewdonimu jew isem assunt;

(b)

id-data u l-post tat-twelid;

(c)

nazzjonalità;

(d)

sess;

(e)

post ta' residenza, professjoni u l-inħawi fejn tinsab il-persuna konċernata;

(f)

data dwar numri tas-sigurtà soċjali, liċenzji tas-sewqan, dokumenti ta' identifikazzjoni u data tal-passaport; u

(g)

fejn meħtieġ, karatteristiċi oħrajn li x'aktarx jgħinu fl-identifikazzjoni, inkluża kwalunkwe karatteristika fiżika, oġġettiva u speċifika, li ma tistax tinbidel bħal data dattiloskopika u l-profil tad-DNA (stabbilit mill-parti nonkodifikanti tad-DNA).

3.

Minbarra d-data msemmija fil-paragrafu 2, jistgħu jinġabru u jiġu proċessati dawn il-kategoriji ta' data personali dwar il-persuni msemmija fil-paragrafu 1:

(a)

reati kriminali, reati kriminali allegati u meta, fejn u kif (allegatament) twettqu;

(b)

mezzi li ntużaw jew jistgħu jintużaw biex jitwettqu dawn ir-reati kriminali inkluż informazzjoni dwar persuni ġuridiċi;

(c)

dipartimenti li jittrattaw il-każ u r-referenzi tar-reġistri tagħhom;

(d)

sħubija suspettata f'organizzazzjoni kriminali;

(e)

kundanni, fejn huma relatati ma' reati kriminali li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Europol;

(f)

parti li ddaħħal id-data.

Din id-data tista' tingħata lill-Europol anki meta tkun għad ma fihiex referenza għal xi persuna.

4.

Informazzjoni addizzjonali miżmuma mill-Europol jew l-unitajiet nazzjonali dwar il-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 tista' tiġi kkomunikata lil kwalunkwe unità nazzjonali jew lill-Europol, jekk xi ħadd minn dawn jitlobha. L-unitajiet nazzjonali għandhom jagħmlu dan b'mod konformi mal-liġi nazzjonali tagħhom.

5.

Jekk il-proċedimenti kontra l-persuna konċernata jiġu rtirati definittivament jew jekk dik il-persuna tinħeles definittivament mill-akkuża, id-data marbuta mal-każ li dwaru tkun ittieħdet waħda minn dawn id-deċiżjonijiet għandha titħassar.

B.   Kategoriji ta' data personali u kategoriji ta' suġġetti tad-data li d-data tagħhom tista' tiġi miġbura u proċessata għall-fini ta' analiżi strateġika jew ta' natura tematika oħra, għall-fini ta' analiżi operazzjonali jew għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni kif imsemmi fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 18(2)

1.

Id-data personali miġbura u proċessata għall-fini ta' analiżi ta' natura tematika oħra, jew għall-fini ta' analiżi operazzjonali u, għall-fini li jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Europol, korpi oħra tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għandha tkun relatata ma':

(a)

persuni li, f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konċernat, ikunu suspettati li wettqu jew ħadu sehem f'reat kriminali li jaqa' taħt il-kompetenza tal-Europol jew li ġew ikkundannati għal tali reat;

(b)

persuni li fir-rigward tagħhom ikun hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet suffiċjenti taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konċernat biex wieħed jemmen li ser iwettqu reati kriminali li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Europol;

(c)

persuni li jistgħu jintalbu jixhdu f'investigazzjonijiet marbutin mar-reati konċernati jew fi proċedimenti kriminali sussegwenti;

(d)

persuni li kienu l-vittmi ta' wieħed mir-reati konċernati jew li ċerti fatti dwarhom jagħtu lok biex wieħed jemmen li setgħu kienu l-vittmi ta' tali reat;

(e)

kuntatti u assoċjati; u

(f)

persuni li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar ir-reati kriminali konċernati.

2.

Il-kategoriji ta' data personali, inkluża data amministrattiva assoċjata, jistgħu jiġu proċessati meta jkunu tal-kategoriji tal-persuni msemmija fil-punt (a) u (b): tal-paragrafu 1

(a)

dettalji personali:

(i)

kunjomijiet attwali u dawk ta' qabel;

(ii)

ismijiet attwali u ta' qabel;

(iii)

kunjom ta' xebba;

(iv)

isem il-missier (fejn meħtieġ għall-fini ta' identifikazzjoni);

(v)

isem l-omm (fejn meħtieġ għall-fini ta' identifikazzjoni):

(vi)

sess;

(vii)

data tat-twelid;

(viii)

post tat-twelid;

(ix)

nazzjonalità;

(x)

stat ċivili;

(xi)

psewdonimu;

(xii)

laqam;

(xiii)

isem assunt jew falz;

(xiv)

residenza u/jew domiċilju attwali u ta' qabel;

(b)

deskrizzjoni fiżika:

(i)

deskrizzjoni fiżika;

(ii)

karatteristiċi li jiddistingwu (marki/marki ta' feriti/tatwaġġi, eċċ.);

(c)

identifikazzjoni tfisser:

(i)

dokumenti tal-identità/liċenzja tas-sewqan;

(ii)

karta tal-identità nazzjonali/numri tal-passaport;

(iii)

in-numru nazzjonali ta' identifikazzjoni/in-numru tas-sigurtà soċjali, jekk applikabbli;

(iv)

immaġni viżivi u informazzjoni oħra fuq l-apparenza;

(v)

informazzjoni dwar l-identifikazzjoni forensika bħal marki tas-swaba', il-profil tad-DNA (stabbilit mill-parti nonkodifikanti tad-DNA), il-profil tal-vuċi, il-grupp tad-demm, informazzjoni dentali;

(d)

xogħol u ħiliet:

(i)

impjieg u xogħol attwali;

(ii)

impjieg u xogħol ta' qabel;

(iii)

edukazzjoni (skola/università/professjonali);

(iv)

kwalifiki;

(v)

ħiliet u oqsma oħra ta' għarfien (lingwa/oħrajn);

(e)

informazzjoni ekonomika u finanzjarja:

(i)

data finanzjarja (kontijiet u kodiċijiet bankarji, karti ta' kreditu, eċċ.);

(ii)

assi fi flus;

(iii)

ishma azzjonarji/assi oħra;

(iv)

data dwar il-proprjetà;

(v)

rabtiet ma' kumpaniji;

(vi)

kuntatti bankarji u ta' kreditu;

(vii)

sitwazzjoni mat-taxxa;

(viii)

informazzjoni oħra li tiżvela l-immaniġġjar tal-persuna tal-affarijiet finanzjarji tagħha.

(f)

data dwar l-imġiba:

(i)

stil ta' għajxien (bħal li wieħed jgħix lil hinn mill-mezzi tiegħu) u rutina;

(ii)

movimenti;

(iii)

postijiet frekwentati;

(iv)

armi u strumenti perikolużi oħra;

(v)

klassifikazzjoni tal-periklu;

(vi)

riskji speċifiċi bħalma huma l-probabbiltà ta' ħrib, l-użu ta' aġenti doppji, konnessjonijiet ma' persunal tal-infurzar tal-liġi;

(vii)

karatteristiċi u profili b'rabta kriminali;

(viii)

abbuż tad-drogi;

(g)

kuntatti u assoċjati, inklużi t-tip u n-natura tal-kuntatt jew l-assoċjazzjoni;

(h)

il-mezzi ta' komunikazzjoni użati, bħat-telefown (statiku/mobbli), faks, pager, posta elettronika, indirizzi postali, konnessjoni(jiet) mal-internet;

(i)

mezzi ta' trasport użati, bħal vetturi, dgħajjes, inġenji tal-ajru, inkluż informazzjoni li tidentifika dawk il-mezzi ta' trasport (numri ta' reġistrazzjoni);

(j)

informazzjoni relatata mal-kondotta kriminali:

(i)

kundanni preċedenti;

(ii)

suspett ta' involviment f'attivitajiet kriminali;

(iii)

modi operandi;

(iv)

mezzi li ntużaw jew jistgħu jintużaw biex iħejju u/jew iwettqu reati;

(v)

sħubija fi gruppi/organizzazzjonijiet kriminali u pożizzjoni fil-grupp/organizzazzjoni;

(vi)

rwol fl-organizzazzjoni kriminali;

(vii)

il-firxa ġeografika tal-attivitajiet kriminali;

(viii)

materjal miġbur fil-kors ta' investigazzjoni, bħal immaġnijiet bil-vidjow u r-ritratti;

(k)

referenzi għal sistemi oħra ta' informazzjoni li fihom tkun maħżuna informazzjoni dwar il-persuna:

(i)

Europol;

(ii)

aġenziji tal-pulizija/dwana;

(iii)

aġenziji tal-infurzar oħra;

(iv)

organizzazzjonijiet internazzjonali;

(v)

entitajiet pubbliċi;

(vi)

entitajiet privati;

(l)

informazzjoni dwar persuni ġuridiċi assoċjati mad-data msemmija fil-punti (e) u (j):

(i)

nomina tal-persuna ġuridika;

(ii)

post;

(iii)

data u post tat-twelid;

(iv)

numru tar-reġistrazzjoni amministrattiva;

(v)

forma ġuridika;

(vi)

kapital;

(vii)

qasam ta' attività;

(viii)

sussidjarji nazzjonali u internazzjonali;

(ix)

diretturi;

(x)

rabtiet ma' banek.

3.

“Kuntatti u assoċjati”, kif imsemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 1 huma persuni li permezz tagħhom ikun hemm raġuni biżżejjed biex wieħed jemmen li l-informazzjoni, li tirrigwarda l-persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 u li hija rilevanti għall-analiżi tista' tinkiseb, kemm-il darba ma jkunux inklużi f'waħda mill-kategoriji ta' persuni msemmija fil-punti (a), (b), (c), (d) u (f) tal-paragrafu 1. “Kuntatti” huma dawk il-persuni li għandhom kuntatt sporadiku mal-persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1. “Assoċjati” huma dawk il-persuni li jkollhom kuntatt regolari mal-persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1.

F'dak li għandu x'jaqsam ma' kuntatti u assoċjati, id-data msemmija fil-paragrafu 2 tista' tinħażen kif meħtieġ, sakemm ikun hemm raġuni biex wieħed jassumi li tali data tkun meħtieġa għall-analiżi tar-relazzjoni ta' tali persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1. F'dan il-kuntest, għandu jiġi osservat dan li ġej:

(a)

tali relazzjoni għandha tiġi ċċarata mill-aktar fis possibbli;

(b)

id-data msemmija fil-paragrafu 2 għandha titħassar mingħajr dewmien jekk is-suppożizzjoni li teżisti tali relazzjoni teżisti tirriżulta li hija bla bażi;

(c)

id-data kollha msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinħażen jekk il-kuntatti jew l-assoċjati jkunu suspettati li qed jikkommettu reat li jaqa' taħt l-ambitu tal-objettivi tal-Europol, jew ġew ikkundannati għall-kummissjoni ta' tali reat, jew jekk ikun hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet suffiċjenti taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konċernat biex wieħed jemmen li ser iwettqu tali reat;

(d)

id-data msemmija fil-paragrafu 2 data dwar kuntatti u assoċjati ta' kuntatti kif ukoll dwar assoċjati u dwar assoċjati ta' assoċjati ma għandhiex tinħażen, bl-eċċezzjoni ta' data dwar it-tip u n-natura tal-kuntatt tagħhom jew assoċjazzjoni mal-persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1;

(e)

jekk kjarifika skont il-punti ta' qabel ma tkunx possibbli, dan għandu jitqies meta tittieħed deċiżjoni dwar il-ħtieġa għal, u l-firxa tal-ħażna tad-data għal analiżi ulterjuri.

4.

Fir-rigward ta' persuna li, kif imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1, kienet il-vittma ta' wieħed mir-reati konċernati jew li, abbażi ta' ċerti fatti hemm raġuni biex wieħed jemmen li tista' tkun vittma ta' tali reat, id-data msemmija fil-punt (a) sal-punt (c)(iii) tal-paragrafu 2, kif ukoll dawn il-kategoriji ta' data li ġejjin, jistgħu jinħażnu:

(a)

data ta' identifikazzjoni tal-vittmi;

(b)

raġuni għal vittimizzazzjoni;

(c)

ħsara (fiżika/finanzjarja/psikoloġika/oħra);

(d)

jekk għandhiex tiġi garantita l-anonimità;

(e)

jekk il-parteċipazzjoni f'seduta tal-qorti hijiex possibbli;

(f)

informazzjoni relatata mar-reat provduta minn jew permezz tal-persuni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1, inkluż fejn meħtieġ informazzjoni dwar ir-relazzjoni tagħhom ma' persuni oħra, għall-iskop li jidentifikaw il-persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1.

Data oħra msemmija fil-paragrafu 2 tista' tinħażen kif meħtieġ, sakemm ikun hemm raġuni li wieħed jassumi li hija meħtieġa għall-analiżi tar-rwol ta' persuna bħala vittma jew vittma potenzjali.

Data mhux meħtieġa għal xi analiżi ulterjuri għandha titħassar.

5.

Fir-rigward ta' persuni li, kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, jistgħu jintalbu jixhdu f'investigazzjonijiet marbutin mar-reati konċernati jew fi proċedimenti kriminali sussegwenti, id-data msemmija fil-punt (a) sal-punt (c)(iii) tal-paragrafu 2 kif ukoll kategoriji ta' data li tikkonforma mal-kriterji li ġejjin jistgħu jinħażnu:

(a)

informazzjoni marbuta mar-reat provduta minn tali persuni, inkluża informazzjoni dwar ir-relazzjoni tagħhom ma' persuni oħra inklużi fil-fajl operattiv tal-analiżi;

(b)

jekk għandhiex tiġi garantita l-anonimità;

(c)

jekk għandhiex tiġi garantita l-protezzjoni u minn min;

(d)

identità ġdida;

(e)

jekk il-parteċipazzjoni f'seduta tal-qorti hijiex possibbli.

Data oħra msemmija fil-paragrafu 2 tista' tinħażen kif meħtieġ, sakemm ikun hemm raġuni li wieħed jassumi li hija meħtieġa għall-analiżi tar-rwol ta' dawn il-persuni bħala xhieda.

Data mhux meħtieġa għal xi analiżi ulterjuri għandha tiġi mħassra.

6.

Fir-rigward ta' persuni li, kif imsemmi fil-punt (f) tal-paragrafu 1, jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar ir-reati kriminali konċernati, id-data msemmija fil-punt (a) sal-punt (c)(iii) tal-paragrafu 2, kif ukoll kategoriji ta' data li tikkonforma mal-kriterji li ġejjin, jistgħu jinħażnu:

(a)

dettalji personali kodifikati;

(b)

tip ta' informazzjoni fornuta;

(c)

jekk għandhiex tiġi garantita l-anonimità;

(d)

jekk għandhiex tiġi garantita l-protezzjoni u minn min;

(e)

identità ġdida;

(f)

jekk il-parteċipazzjoni f'seduta tal-qorti hijiex possibbli;

(g)

esperjenzi negattivi;

(h)

premjijiet (finanzjarji/favuri).

Data oħra msemmija fil-paragrafu 2 tista' tinħażen kif meħtieġ, sakemm ikun hemm raġuni li wieħed jassumi li hija meħtieġa għall-analiżi tar-rwol ta' tali persuni bħala informatur.

Data mhux meħtieġa għal xi analiżi ulterjuri għandha tiġi mħassra.

7.

Jekk, fi kwalunkwe ħin matul il-kors ta' analiżi, joħroġ ċar abbażi ta' indikazzjonijiet serji u korroborattivi li persuna għandha tkun inkluża f'kategorija differenti ta' persuni, kif definiti f'dan l-Anness, għajr il-kategorija li tpoġġiet fiha l-persuna inizjalment, il-Europol tista' tipproċessa biss id-data dwar dik il-persuna li hija permessa taħt dik il-kategorija l-ġdida, u d-data l-oħra kollha għandha tiġi mħassra.

Jekk, fuq il-bażi ta' dawn l-indikazzjonijiet, joħroġ ċar li persuna għandha tiġi inkluża f'żewġ kategoriji differenti jew aktar kif definiti f'dan l-Anness, id-data kollha permessa taħt dawn il-kategoriji tista' tiġi pproċessata mill-Europol.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

24.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/115


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/795

tal-11 ta' April 2016

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1370/2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jipprevedi li l-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar tal-għajnuna.

(2)

L-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 (1) jiffissaw l-ammont ta' għajnuna mill-Unjoni fil-kuntest tal-iskema tal-frott u l-ħaxix għall-iskejjel u tal-iskema tal-ħalib għall-iskejjel, kif previst fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jistabbilixxu ċerti regoli dwar il-portata tal-għajnuna u l-allokazzjoni tagħha lill-Istati Membri fil-każ tal-iskema tal-frott u l-ħaxix għall-iskejjel u jiffissaw il-kwantità massima ta' prodotti eliġibbli għall-għajnuna fil-każ tal-iskema tal-ħalib għall-iskejjel.

(3)

It-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif emendata mir-Regolament (UE) 2016/791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tipprevedi qafas komuni ġdid għall-għajnuna mill-Unjoni għall-provvista tal-frott u l-ħaxix, frott u ħaxix ipproċessat u prodotti friski tas-settur tal-banana (“frott u ħaxix għall-iskejjel”), u tal-ħalib u prodotti tal-ħalib (“ħalib għall-iskejjel”) lil tfal fi stabbilimenti edukattivi (“l-iskema għall-iskejjel”).

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi għajnuna mill-Unjoni għall-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament li jappoġġaw il-provvista u d-distribuzzjoni ta' frott u ħaxix għall-iskejjel u ħalib għall-iskejjel kif ukoll għajnuna mill-Unjoni li tkopri ċerti spejjeż relatati ma' tali provvista u distribuzzjoni. Sabiex tiġi żgurata amministrazzjoni baġitarja soda, għandu jiġi ffissat livell massimu ta' għajnuna mill-Unjoni għall-finanzjament ta' dawk il-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament u ta' dawk l-ispejjeż relatati.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi għajnuna mill-Unjoni għall-provvista u d-distribuzzjoni ta' ħalib għax-xorb u l-verżjonijiet bla lattożju tiegħu lil tfal fi stabbilimenti edukattivi u jippermetti lill-Istati Membri biex jipprevedu d-distribuzzjoni ta' ċerti prodotti tal-ħalib apparti l-ħalib tax-xorb, kif ukoll ta' prodotti elenkati fl-Anness V għal dak ir-Regolament. Filwaqt li r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma jipprevedix ammonti massimi tal-għajnuna mill-Unjoni għal prodotti agrikoli, hu jillimita l-għajnuna mill-Unjoni għall-komponent tal-ħalib ta' dawk il-prodotti mhux agrikoli elenkati fl-Anness V għal dak ir-Regolament. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb ta' dik l-għajnuna u biex tkun żgurata l-flessibbiltà fl-amministrazzjoni tal-iskema għall-iskejjel, għandu jiġi ffissat l-ammont massimu ta' għajnuna mill-Unjoni għal dak il-komponent tal-ħalib.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistipula l-ammont globali annwali ta' għajnuna mill-Unjoni għall-Unjoni kollha u kriterji oġġettivi għall-allokazzjoni ta' dak l-ammont globali fost l-Istati Membri. L-allokazzjonijiet indikattivi annwali għandhom għaldaqstant jiġu ffissati għal kull Stat Membru. Sabiex l-Istati Membri ta' daqs demografiku limitat ikunu jistgħu jimplimentaw skema kosteffikaċi, għandu jiġi ffissat ammont minimu ta' għajnuna mill-Unjoni li għalih l-Istati Membri huma intitolati. Billi l-Kroazja ssieħbet fl-Unjoni fl-1 ta' Lulju 2013, il-kriterju tal-użu storiku tal-għajnuna mill-Unjoni għall-provvista ta' ħalib u prodotti tal-ħalib lit-tfal ma għandux japplika għaliha qabel l-1 ta' Awwissu 2023.

(7)

Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u mmirat tal-fondi tal-Unjoni, għandha tiġi prevista r-riallokazzjoni, totali jew parzjali, lejn Stati Membri oħra, fil-limiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ta' dawk l-allokazzjonijiet indikattivi li ma kienx hemm applikazzjoni għalihom mill-Istati Membri, mingħajr ma jinqabeż il-livell globali annwali għal għajnuna mill-Unjoni previst fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(8)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni setgħat ta' implimentazzjoni li jirrigwardaw: il-iffissar tal-livell massimu ta' għajnuna mill-Unjoni għal kull kategorija ta' spejjeż relatati; l-iffissar, wara perjodu tranżitorju ta' sitt snin, ta' allokazzjonijiet indikattivi ta' għajnuna mill-Unjoni lil kull Stat Membru; l-iffissar, fejn meħtieġ u wara valutazzjoni, ta' allokazzjonijiet indikattivi ġodda; il-miżuri meħtieġa għar-riallokazzjoni ta' allokazzjonijiet indikattivi fost l-Istati Membri; u l-iffissar tal-allokazzjonijiet definittivi għal kull Stat Membru. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(9)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1370/2013 għandu jiġi emendat skont dan. Sabiex titqies il-perjodiċità tas-sena skolastika, ir-regoli l-ġodda għandhom jibdew japplikaw mill-1 ta' Awwissu 2017,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1370/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1370/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikoli 5 u 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Għajnuna għall-provvista ta' frott u ħaxix għall-iskejjel u ta' ħalib għall-iskejjel, miżuri edukattivi ta' akkumpanjament u spejjeż relatati

1.   L-għajnuna mill-Unjoni għall-finanzjament ta' miżuri edukattivi ta' akkumpanjament kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ma għandhiex taqbeż il-15 % tal-allokazzjonijiet definittivi annwali tal-Istati Membri kif imsemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

2.   L-għajnuna mill-Unjoni għal spejjeż relatati kif imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ma għandhiex fit-total taqbeż l-10 % tal-allokazzjonijiet definittivi annwali tal-Istati Membri kif imsemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw il-livell massimu ta' għajnuna mill-Unjoni għal kull kategorija ta' tali spejjeż bħala perċentwal tal-allokazzjonijiet definittivi annwali tal-Istati Membri jew bħala perċentwal tal-ispejjeż tal-prodotti kkonċernati.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.

3.   L-ammont ta' għajnuna mill-Unjoni għall-komponent tal-ħalib tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 23(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma għandux jaqbeż EUR 27/100 kg.

4.   L-għajnuna msemmija fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tiġi allokata lil kull Stat Membru f'konformità ma' dan il-paragrafu 5 u b'kont meħud tal-kriterji stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23a(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Mill-1 ta' Awwissu 2017 sal-31 ta' Lulju 2023, l-allokazzjonijiet indikattivi tal-għajnuna msemmija, fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23a(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għal kull Stat Membru għandha tkun kif stabbilit fl-Anness I. Matul dak il-perjodu, il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23a(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma għandux japplika għall-Kroazja.

Mill-1 ta' Awwissu 2023, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw, abbażi tal-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23a(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-allokazzjonijiet indikattivi għal kull Stat Membru tal-għajnuna imsemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu ta' dak l-Artikolu 23a(1). Madankollu, kull Stat Membru għandu jirċievi tal-inqas EUR 290 000 ta' għajnuna mill-Unjoni għad-distribuzzjoni ta' frott u ħxejjex għall-iskejjel u tal-inqas EUR 193 000 ta' għajnuna mill-Unjoni għad-distribuzzjoni tal-ħalib għall-iskejjel, kif definit fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Il-Kummissjoni għandha sussegwentement tivvaluta tal-anqas kull tliet snin jekk dawk l-allokazzjonijiet indikattivi jibqgħux konsistenti mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 23a(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw allokazzjonijiet indikattivi ġodda.

L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.

5.   Fejn, għal xi sena partikolari, Stat Membru ma jkunx ippreżenta talba għall-għajnuna mill-Unjoni skont l-Artikolu 23a(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew ikun talab parti biss mill-allokazzjoni indikattiva tiegħu kif imsemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tirrialloka dik l-allokazzjoni indikattiva jew il-parti minnha mhux mitluba lil dawk l-Istati Membri li jkunu nnotifikawha bid-dispożizzjoni tagħhom li jużaw ammont ogħla mill-allokazzjoni indikattiva tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta l-miżuri meħtieġa għat-twettiq ta' tali riallokazzjoni, li għandha tkun ibbażata fuq il-kriterju msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23a(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u limitata skont il-livell ta' użu tal-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna mill-Unjoni kif imsemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, mill-Istat Membru kkonċernat għas-sena skolastika li tkun intemmet qabel it-talba annwali għall-għajnuna mill-Unjoni.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.

6.   Wara t-talbiet ippreżentati mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 23a(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni għandha kull sena tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna għall-frott u l-ħaxix għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel fost l-Istati Membri parteċipanti fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 23a(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, filwaqt li jitqiesu t-trasferimenti msemmija fl-Artikolu 23a(4) ta' dak ir-Regolament.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.”.

(2)

Jiddaħħal l-Anness li ġej:

“ANNESS I

ALLOKAZZJONIJIET INDIKATTIVI

għall-perjodu mill-1 ta' Awwissu 2017 sal-31 ta' Lulju 2023

(kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4))

Stati Membri

Allokazzjonijiet indikattivi għall-frott u l-ħaxix fl-iskejjel

Allokazzjonijiet indikattivi għall-ħalib fl-iskejjel

Belġju

3 367 930

1 650 729

Bulgarija

2 093 779

1 020 451

Repubblika Ċeka

3 123 230

1 600 707

Danimarka

1 807 661

1 460 645

Ġermanja

19 696 932

9 404 154

Estonja

439 163

700 309

Irlanda

1 757 779

900 398

Greċja

3 218 885

1 550 685

Spanja

12 932 647

6 302 784

Franza

22 488 086

12 625 577

Kroazja

1 360 232

800 354

Italja

16 711 302

8 003 535

Ċipru

290 000

500 221

Latvja

633 672

700 309

Litwanja

900 888

1 032 456

Lussemburgu

290 000

193 000

Ungerija

3 029 587

1 756 776

Malta

290 000

193 000

Netherlands

5 431 641

2 401 061

Awstrija

2 238 064

1 100 486

Polonja

11 639 985

10 204 507

Portugall

3 283 397

2 220 981

Rumanija

6 866 848

10 399 594

Slovenja

554 020

320 141

Slovakkja

1 708 720

900 398

Finlandja

1 599 047

3 824 689

Żvezja

2 854 972

8 427 723

Renju Unit

19 391 534

9 804 331

Total

150 000 000

100 000 000 ”.

(3)

L-Anness jingħata n-numru “Anness II”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Awwissu 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta' April 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M.H.P. VAN DAM


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12).

(2)  Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(3)  Regolament (UE) 2016/791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-iskema tal-għajnuna għall-provvista ta' frott u ħaxix, banana u ħalib fi istabbilimenti edukattivi (Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal- eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).