ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 317

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
3 ta' Diċembru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2226 tas-26 ta' Ottubru 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju ta' Tonga dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

1

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju ta' Tonga dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

3

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (Euratom) 2015/2227 tal-10 ta' Novembru 2015 li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-emendi għall-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim bejn ir-Renju Unit, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika għall-Applikazzjoni tas-Salvagwardji b'Rabta mat-Trattat għall-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari fl-Amerika Latina u l-Karibew

9

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (Euratom) 2015/2228 tal-10 ta' Novembru 2015 li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-emendi għall-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika Franċiża, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika għall-Applikazzjoni tas-Salvagwardji b'Rabta mat-Trattat għall-Projbizzjoni ta' Armi Nukleari fl-Amerika Latina u l-Karibew

11

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2229 tad-29 ta' Settembru 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi ( 1 )

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2230 tat-30 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd għal-lipp abjad fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2231 tat-2 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà 16 u 38 ( 1 )

19

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2232 tat-2 ta' Diċembru 2015 li jawtorizza żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2015 fir-reġjuni kollha tal-vitikultura tad-Danimarka, tan-Netherlands, tal-Iżvezja u tar-Renju Unit

24

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2233 tat-2 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva haloxyfop-P ( 1 )

26

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2234 tat-2 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

29

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2235 tat-2 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni li trid tiġi applikata għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom jiġu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont il-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1187/2009

31

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2236 tas-27 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fir-rigward tal-estensjoni tal-moratorju fuq dazji doganali fuq trażmissjonijiet elettroniċi u l-moratorju fuq ilmenti mhux marbuta ma' vjolazzjoni u lmenti dwar sitwazzjonijiet

33

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2237 tat-30 ta' Novembru 2015 li taħtar membru supplenti Daniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

35

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2238 tat-30 ta' Novembru 2015 li taħtar membru supplenti Netherlandiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

36

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2239 tat-2 ta' Diċembru 2015 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotipi H5N1 u H5N2 fi Franza (notifikata bid-dokument C(2015) 8755)  ( 1 )

37

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Direttiva tal-KE 97/55 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 1997 li temenda d-Direttiva tal-KEE 84/450 dwar reklamar qarrieqi sabiex tinkludi reklamar komparattiv ( ĠU L 290, 23.10.1997 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Volum 3, p. 365)

42

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

3.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2226

tas-26 ta' Ottubru 2015

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju ta' Tonga dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) ittrasferixxa r-referenza għar-Renju ta' Tonga mill-Anness I għall-Anness II tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (2).

(2)

Dik ir-referenza għar-Renju ta' Tonga hija akkumpanjata b'nota f'qiegħ il-paġna li tindika li l-eżenzjoni mir-rekwiżit ta' viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni mill-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.

(3)

Fid-9 ta' Ottubru 2014, il-Kunsill adotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Renju ta' Tonga għall-konklużjoni ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju ta' Tonga dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (il-“Ftehim”).

(4)

In-negozjati dwar il-Ftehim inbdew fid-19 ta' Novembru 2014 u ġew iffinalizzati b'suċċess billi l-ftehim ġie inizjalat, permezz ta' skambju ta' ittri,fid-29 ta' Mejju 2015 mir-Renju ta' Tonga u fl-10 ta' Ġunju 2015 mill-Unjoni.

(5)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, u d-dikjarazzjonijiet mehmuża mal-Ftehim għandhom jiġu approvati, f'isem l-Unjoni. Il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-jum wara d-data tal-iffirmar tiegħu, sakemm jintemmu l-proċeduri għall-konklużjoni formali tiegħu.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li ir-Renju Unit ma jieħux sehem fihom, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju ta' Tonga dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (il-“Ftehim”) huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-dikjarazzjonijiet mehmuża ma' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu approvati f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 4

Il-Ftehim għandu japplika b'mod proviżorju mill-jum wara d-data tal-iffirmar tiegħu (5), sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għal konklużjoni tiegħu.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

C. DIESCHBOURG


(1)  Regolament (UE) Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 67).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(5)  Id-data tal-iffirmar tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


3.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/3


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju ta' Tonga dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni” jew “l-UE”, u

IR-RENJU TA' TONGA, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Tonga”,

minn hawn 'il quddiem imsejħin flimkien bħala l-“Partijiet Kontraenti”,

BIL-ĦSIEB li jiġu żviluppati ulterjorment relazzjonijiet ta' ħbiberija bejn il-Partijiet Kontraenti u bix-xewqa li jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar billi jiġi żgurat dħul u soġġorn għal perijodu qasir mingħajr viża għaċ-ċittadini tagħhom,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW ir-Regolament (UE) Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dak ir-rekwiżit (1), billi, inter alia, jittrasferixxi 19-il pajjiż terz, inkluż Tonga mal-lista ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati mir-rekwiżit tal-viża għal soġġorni qosra fl-Istati Membri,

FILWAQT LI HUMA KONXJI li l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 509/2014 jistipula li għal dawk id-19-il pajjiż, l-eżenzjoni mir-rekwiżit tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni mill-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni,

FILWAQT LI JIXTIEQU li jitħares il-prinċipju ta' trattament ugwali taċ-ċittadini kollha tal-UE,

FILWAQT LI JQISU li l-persuni li jivvjaġġaw bil-għan li jwettqu attività bi ħlas matul is-soġġorn qasir tagħhom mhumiex koperti b'dan il-Ftehim u għalhekk għal dik il-kategorija r-regoli rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u tal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri u tal-liġi nazzjonali ta' Tonga dwar l-obbligu jew l-eżenzjoni mill-viża u dwar l-aċċess għal impjieg jibqgħu japplikaw,

FILWAQT LI JQISU l-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u l-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ma japplikawx għar-Renju Unit u l-Irlanda,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għan

Dan il-Ftehim jipprovdi għal vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għaċ-ċittadini ta' Tonga meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għall-perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:

(a)

“Stat Membru” għandha tfisser kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda;

(b)

“ċittadin tal-Unjoni” għandha tfisser ċittadin ta' Stat Membru kif definit fil-punt (a);

(c)

“ċittadin ta' Tonga” tfisser kwalunkwe persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta' Tonga;

(d)

“żona Schengen” għandha tfisser iż-żona mingħajr fruntieri interni li tinkludi t-territorji tal-Istati Membri kif definit fil-punt (a) li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Iċ-ċittadini tal-Unjoni li għandhom passaport ordinarju, diplomatiku, tas-servizz, uffiċjali jew speċjali, li hu validu u maħruġ minn Stat Membru, jistgħu jidħlu u jibqgħu mingħajr viża fit-territorju ta' Tonga għall-perijodu ta' soġġorn kif definit fl-Artikolu 4(1).

Iċ-ċittadini ta' Tonga li għandhom passaport ordinarju, diplomatiku, tas-servizz, uffiċjali jew speċjali, li hu validu u maħruġ minn Tonga, jistgħu jidħlu u jibqgħu mingħajr viża fit-territorju tal-Istati Membri għall-perijodu tas-soġġorn kif definit fl-Artikolu 4(2).

2.   Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma japplikax għall-persuni li jivvjaġġaw bil-għan li jwettqu attività bi ħlas.

Għal dik il-kategorija ta' persuni, kull Stat Membru jista' jiddeċiedi b'mod individwali li jimponi r-rekwiżit tal-viża fuq iċ-ċittadini ta' Tonga jew li jirtiraha f'konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 539/2001 (2).

Għal dik il-kategorija ta' persuni, Tonga jista' jiddeċiedi dwar ir-rekwiżit tal-viża jew l-eżenzjoni mill-viża għaċ-ċittadini ta' kull Stat Membru b'mod individwali f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħha.

3.   L-eżenzjoni mill-viża pprovduta b'dan il-Ftehim għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal-liġijiet tal-Partijiet Kontraenti dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tas-soġġorn qasir. L-Istati Membri u Tonga jirriżervaw id-dritt li jirrifjutaw id-dħul u soġġorn qasir fit-territorji tagħhom jekk waħda jew aktar minn dawn il-kundizzjonijiet ma tintlaħaqx.

4.   L-eżenzjoni mill-viża tapplika irrispettivament mill-metodu ta' trasport użat biex jinqasmu l-fruntieri tal-Partijiet Kontraenti.

5.   Kwistjonijiet mhux koperti minn dan il-Ftehim għandhom ikunu koperti mil-liġi tal-Unjoni, mil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri u mil-liġi nazzjonali ta' Tonga.

Artikolu 4

Tul ta' żmien tas-soġġorn

1.   Iċ-ċittadini tal-Unjoni jistgħu jibqgħu fit-territorju ta' Tonga għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum.

2.   Iċ-ċittadini ta' Tonga jistgħu jibqgħu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum. Dak il-perijodu għandu jiġi kkalkulat indipendentement minn kwalunkwe soġġorn fi Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.

Iċ-ċittadini ta' Tonga jistgħu jibqgħu għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum fit-territorju ta' kull Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu, indipendentement mill-perijodu tas-soġġorn ikkalkulat għat-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.

3.   Dan il-Ftehim ma jaffettwax il-possibbiltà li Tonga u għall-Istati Membri biex jestendu l-perijodu tas-soġġorn għal aktar minn 90 jum f'konformità mal-liġijiet nazzjonali rispettivi tagħhom u l-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 5

Applikazzjoni territorjali

1.   Fir-rigward tar-Repubblika Franċiża, dan il-Ftehim għandu japplika biss għat-territorju Ewropew tar-Repubblika Franċiża.

2.   Fir-rigward tar-Renju tan-Netherlands, dan il-Ftehim għandu japplika biss għat-territorju Ewropew tar-Renju tan-Netherlands.

Artikolu 6

Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim

1.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu Kumitat Konġunt ta' esperti (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat”), magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u minn rappreżentanti ta' Tonga. L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea.

2.   Il-Kumitat għandu jkollu, inter alia, il-kompiti li ġejjin:

(a)

li jimmonitorja l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(b)

li jissuġġerixxi emendi jew żidiet għal dan il-Ftehim;

(c)

li jagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex jissolvew tilwimiet li jinħolqu mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

3.   Il-Kumitat għandu jitlaqqa' kull meta jkun meħtieġ, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti.

4.   Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu stess.

Artikolu 7

Relazzjoni bejn dan il-Ftehim ma' ftehimiet bilaterali eżistenti dwar l-eżenzjoni mill-viża bejn l-Istati Membri u Tonga

Dan il-Ftehim għandu jkollu preċedenza fuq kwalunkwe ftehim jew arranġament bilaterali konkluż bejn l-Istati Membri individwali u Tonga, sa fejn dawn ikopru kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu.

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet finali

1.   Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti f'konformità mal-proċeduri interni rispettivi tagħhom u għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-aħħar waħda miż-żewġ notifiki li bihom il-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin li dawk il-proċeduri jkunu tlestew.

Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mid-data ta' wara dik tal-iffirmar tiegħu.

2.   Dan il-Ftehim qed jiġi konkluż għal perijodu indefinit, kemm-il darba ma jintemmx f'konformità mal-paragrafu5.

3.   Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat bi ftehim bil-miktub mill-Partijiet Kontraenti. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ wara li l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom li huma meħtieġa għal dan il-għan.

4.   Kull Parti Kontraenti tista' tissospendi l-Ftehim kollu jew parti minnu, b'mod partikolari, għal raġunijiet ta' politika pubblika, il-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali jew il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, l-immigrazzjoni illegali jew l-introduzzjoni mill-ġdid tal-ħtieġa tal-viża minn kwalunkwe Parti Kontraenti. Id-deċiżjoni dwar is-sospensjoni għandha tiġi notifikata lill-Parti Kontraenti l-oħra mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-dħul fis-seħħ ippjanat tagħha. Il-Parti Kontraenti li tkun issospendiet l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tgħarraf minnufih lill-Parti Kontraenti l-oħra f'każ li r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jibqgħux jeżistu aktar u għandha tneħħi dik is-sospensjoni.

5.   Kull Parti Kontraenti tista' ttemm dan il-Ftehim billi tavża bil-miktub lill-Parti l-oħra. Dan il-Ftehim ma jibqax fis-seħħ 90 jum wara dik id-data.

6.   Tonga jista' jissospendi jew itemm dan il-Ftehim biss fil-konfront tal-Istati Membri kollha.

7.   L-Unjoni tista' tissospendi jew ittemm dan il-Ftehim biss fil-konfront tal-Istati Membri kollha tagħha.

Magħmul f'żewġ kopji, fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Netherlandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Żvediż, Taljan u Ungeriż, fejn kull test huwa ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на двадесети ноември две хиляди и петнадесета година.

Hecho en Bruselas, el veinte de noviembre de dos mil quince.

V Bruselu dne dvacátého listopadu dva tisíce patnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den tyvende november to tusind og femten.

Geschehen zu Brüssel am zwanzigsten November zweitausendfünfzehn.

Kahe tuhande viieteistkümnenda aasta novembrikuu kahekümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι Νοεμβρίου δύο χιλιάδες δεκαπέντε.

Done at Brussels on the twentieth day of November in the year two thousand and fifteen.

Fait à Bruxelles, le vingt novembre deux mille quinze.

Sastavljeno u Bruxellesu dvadesetog studenoga dvije tisuće petnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì venti novembre duemilaquindici.

Briselē, divi tūkstoši piecpadsmitā gada divdesmitajā novembrī.

Priimta du tūkstančiai penkioliktų metų lapkričio dvidešimtą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kéteze-tizenötödik év november havának huszadik napján.

Magħmul fi Brussell, fl-għoxrin jum ta’ Novembru fis-sena elfejn u ħmistax.

Gedaan te Brussel, de twintigste november tweeduizend vijftien.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego listopada roku dwa tysiące piętnastego.

Feito em Bruxelas, em vinte de novembro de dois mil e quinze.

Întocmit la Bruxelles la douăzeci noiembrie două mii cincisprezece.

V Bruseli dvadsiateho novembra dvetisícpätnásť.

V Bruslju, dne dvajsetega novembra leta dva tisoč petnajst.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenä päivänä marraskuuta vuonna kaksituhattaviisitoista.

Som skedde i Bryssel den tjugonde november år tjugohundrafemton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За Кралство Тонга

Por el Reino de Tonga

Za Království Tonga

For Kongeriget Tonga

Für das Königreich Tonga

Tonga Kuningriigi nimel

Για το Βασίλειο της Τόνγκα

For the Kingdom of Tonga

Pour le Royaume des Tonga

Za Kraljevinu Tongu

Per il Regno di Tonga

Tongas Karalistes vārdā –

Tongos Karalystės vardu

A Tongai Királyság részéről

Għar-Renju ta' Tonga

Voor het Koninkrijk Tonga

W imieniu Królestwa Tonga

Pelo Reino de Tonga

Pentru Regatul Tonga

Za Tongské kráľovstvo

Za Kraljevino Tongo

Tongan kuningaskunnan puolesta

För Konungariket Tonga

Image


(1)  ĠU L 149, 20.5.2014, p. 67.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħjom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).


Dikjarazzjoni Konġunta fir-rigward tal-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein

Il-Partijiet Kontraenti jirrimarkaw ir-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, b'mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehimiet tat-18 ta' Mejju 1999 u tas-26 ta' Ottubru 2004 dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen.

F'ċirkostanzi bħal dawn hu mixtieq li l-awtoritajiet tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, min-naħa, u Tonga, min-naħa l-oħra, jikkonkludu, mingħajr dewmien, ftehimiet bilaterali dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir f'termini simili għal dawk ta' dan il-Ftehim.


Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-interpretazzjoni tal-kategorija ta' persuni li jivvjaġġaw bil-għan li jwettqu attività bi ħlas kif previst fl-Artikolu 3(2) ta' dan il-Ftehim

Xewqana li tkun żgurata interpretazzjoni komuni, il-Partijiet Kontraenti jaqblu li, għall-għan ta' dan il-Ftehim, il-kategorija ta' persuni li jwettqu attività bi ħlas tkopri l-persuni li jidħlu b'għan li jkollhom mestier bi qligħ jew attività b'remunerazzjoni fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra bħala impjegat jew fornitur ta' servizz.

Din il-kategorija ma għandhiex tkopri:

persuni tan-negozju, jiġifieri persuni li jivvjaġġaw b'għan ta' deliberazzjoni tan-negozju (mingħajr ma jkunu impjegati fil-pajjiż tal-Parti Kontraenti l-oħra),

persuni tal-isports jew artisti li jesebixxu attività fuq bażi ad hoc,

ġurnalisti mibgħuta mill-midja tal-pajjiż ta' residenza tagħhom, u,

apprendisti intrakorporattivi.

L-implimentazzjoni ta' din id-Dikjarazzjoni għandha tkun immonitorjata mill-Kumitat Konġunt fi ħdan ir-responsabbiltà tiegħu skont l-Artikolu 6 ta' dan il-Ftehim, li jista' jipproponi modifiki meta, fuq il-bażi tal-esperjenzi tal-Partijiet Kontraenti, jikkunsidrah neċessarju.


Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-interpretazzjoni tal-perijodu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum kif stabbilit fl-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum kif previst mill-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim ifisser soġġorn kontinwu jew bosta soġġorni konsekuttivi, li t-tul ta' żmien totali tagħhom ma jaqbiżx id-90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum.

Il-kunċett ta' “kwalunkwe” jimplika l-applikazzjoni ta' perijodu ta' referenza mobbli ta' 180 jum, billi wieħed iħares lura lejn kull ġurnata tas-soġġorn fl-aħħar perijodu ta'180 jum, sabiex jiġi vverifikat jekk ir-rekwiżit tad-90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum għadux jiġi ssodisfat. Inter alia, dan ifisser li assenza għal perijodu mhux interrott ta' 90 jum tippermetti li jkun hemm soġġorn ġdid ta' mhux aktar minn 90 jum.


Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-informazzjoni li għandha tingħata liċ-ċittadini dwar il-Ftehim dwar l-eżenzjoni mill-viża

Filwaqt li tkun rikonoxxuta l-importanza tat-trasparenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u għaċ-ċittadini ta' Tonga, il-Partijiet Kontraenti jiftiehmu li jiżguraw it-tixrid totali ta' informazzjoni dwar il-kontenut u tal-konsegwenzi tal-ftehim dwar l-eżenzjoni mill-viża u kwistjonijiet relatati, bħall-kundizzjonijiet għad-dħul fit-territorju.


3.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (Euratom) 2015/2227

tal-10 ta' Novembru 2015

li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-emendi għall-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim bejn ir-Renju Unit, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika għall-Applikazzjoni tas-Salvagwardji b'Rabta mat-Trattat għall-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari fl-Amerika Latina u l-Karibew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni, f'konformitá mad-direttivi tal-Kunsill adottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2013, innegozjat emendi għall-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim bejn ir-Renju Unit, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika għall-Applikazzjoni tas-Salvagwardji b'Rabta mat-Trattat għall-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari fl-Amerika Latina u l-Karibew (“l-emendi għall-Protokolli 1 u 2”).

(2)

Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-emendi għall-Protokolli 1 u 2 għandha tiġi approvata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-emendi għall-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim bejn ir-Renju Unit, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika għall-Applikazzjoni tas-Salvagwardji b'Rabta mat-Trattat għall-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari fl-Amerika Latina u l-Karibew hija b'dan approvata.

It-test tal-emendi għall-Protokolli 1 u 2 jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GRAMEGNA


ANNESS

I.

Il-paragrafu I tal-Protokoll 1 tal-Ftehim bejn ir-Renju Unit, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika għall-Applikazzjoni tas-Salvagwardji b'Rabta mat-Trattat għall-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari fl-Amerika Latina u l-Karibew (“Il-Ftehim dwar is-Salvagwardji”) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“I.

(A)

Sakemm

(1)

it-territorji tal-Protokoll I tar-Renju Unit ikollhom, f'attivitajiet nukleari ta' paċi, materjal nukleari fi kwantitajiet li jaqbżu l-limiti msemmija, għat-tip ta' materjal ikkonċernat, fl-Artikolu 35 tal-Ftehim bejn ir-Renju Unit, il-Komunità u l-Aġenzija għall-Applikazzjoni tas-Salvagwardji b'Rabta mat-Trattat għall-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari fl-Amerika Latina u l-Karibew (minn issa 'l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’), jew

(2)

tkun ittieħdet id-deċiżjoni li tinbena jew jiġi awtorizzat il-bini ta' faċilità, kif definit fid-Definizzjonijiet, fit-territorji tal-Protokoll I tar-Renju Unit,

l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-Parti II tal-Ftehim għandhom jiġu sospiżi, ħlief għall-Artikoli 31-37, 39, 47, 48, 58, 60, 66, 67, 69, 71-75, 81, 83-89, 93 u 94.

(B)

L-informazzjoni li għandha tiġi rrappurtata skont il-paragrafi (a) u (b) tal-Artikolu 32 tal-Ftehim tista' tiġi kkonsolidata u ppreżentata f'rapport annwali; b'mod simili, għandu jiġi ppreżentat rapport annwali, jekk applikabbli, fir-rigward tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' materjal nukleari deskritt fil-paragrafu (c) tal-Artikolu 32.

(C)

Sabiex tkun possibbli l-konklużjoni f'waqtha tal-Ftehimiet Sussidjarji previsti fl-Artikolu 37 tal-Ftehim, il-Komunità għandha:

(1)

tinnotifika lill-Aġenzija fi żmien biżżejjed minn qabel dwar il-fatt li għandha materjal nukleari f'attivitajiet nukleari ta' paċi fit-territorji tal-Protokoll I tar-Renju Unit fi kwantitajiet li jaqbżu l-limiti msemmija fit-Taqsima (A) ta' hawn fuq, jew

(2)

tinnotifika lill-Aġenzija minnufih li tkun ittieħdet id-deċiżjoni li tinbena jew li jiġi awtorizzat il-bini ta' faċilità fit-territorji tal-Protokoll I tar-Renju Unit,

skont liema tokkorri l-ewwel. F'dak il-mument, il-proċeduri għall-kooperazzjoni fl-applikazzjoni tas-salvagwardji previsti fil-Ftehim għandhom jiġu maqbula, kif meħtieġ, bejn ir-Renju Unit, il-Komunità u l-Aġenzija.”.

II.

Il-paragrafu I tal-Protokoll 2 tal-Ftehim tas-Salvagwardji huwa sostitwit b'dan li ġej:

“I.

F'dak il-mument li l-Komunità tinnotifika lill-Aġenzija skont it-Taqsima I(C) tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim li hemm materjal nukleari f'attivitajiet nukleari paċifiċi fit-territorji tal-Protokoll I tar-Renju Unit fi kwantitajiet li jaqbżu l-limiti msemmija fit-Taqsima I(A)(1) tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim jew li ttieħdet id-deċiżjoni biex tinbena jew jiġi awtorizzat il-bini ta' faċilità, kif definit fid-Definizzjonijiet, fit-territorji tal-Protokoll I tar-Renju Unit, kif imsemmi fit-Taqsima I(A)(2) tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim, skont liema minnhom jokkorri l-ewwel, għandu jintlaħaq ftehim dwar Protokoll għall-proċeduri għall-kooperazzjoni fl-applikazzjoni tas-salvagwardji previsti fil-Ftehim, bejn ir-Renju Unit, il-Komunità u l-Aġenzija. Dawn il-proċeduri ser jamplifikaw ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim u, b'mod partikolari, jispeċifikaw il-kundizzjonijiet u l-mezzi skont liema l-kooperazzjoni msemmija hawn fuq għandha tiġi implimentata b'tali mod sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet ta' salvagwardja. Il-proċeduri għandhom ikunu, sa fejn huwa possibbli, ibbażati fuq dawk li dak iż-żmien ikunu fis-seħħ skont Protokolli ta' ftehimiet ta' salvagwardja oħrajn, u l-arranġamenti sussidjarji tagħhom, bejn l-Istati Membri tal-Komunità, il-Komunità u l-Aġenzija, inkluż il-fehim speċjali relatat li dwaru hemm qbil mill-Komunità u l-Aġenzija.”.


3.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (Euratom) 2015/2228

tal-10 ta' Novembru 2015

li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-emendi għall-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika Franċiża, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika għall-Applikazzjoni tas-Salvagwardji b'Rabta mat-Trattat għall-Projbizzjoni ta' Armi Nukleari fl-Amerika Latina u l-Karibew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni, f'konformità mad-direttivi tal-Kunsill adottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013, innegozjat emendi għall-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika Franċiża, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika għall-Applikazzjoni tas-Salvagwardji b'Rabta mat-Trattat għall-Projbizzjoni ta' Armi Nukleari fl-Amerika Latina u l-Karibew (“l-emendi għall-Protokolli 1 u 2”).

(2)

Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-emendi għall-Protokolli 1 u 2 għandha tiġi approvata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-emendi għall-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika Franċiża, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika għall-Applikazzjoni tas-Salvagwardji b'Rabta mat-Trattat għall-Projbizzjoni ta' Armi Nukleari fl-Amerika Latina u l-Karibew, hija b'dan approvata.

It-test tal-emendi għall-Protokolli 1 u 2 jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brusell, l-10 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GRAMEGNA


ANNESS

I.

Il-paragrafu I tal-Protokoll 1 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika Franċiża, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika għall-Applikazzjoni tas-Salvagwardji b'Rabta mat-Trattat għall-Projbizzjoni ta' Armi Nukleari fl-Amerika Latina u l-Karibew (“il-Ftehim dwar is-Salvagwardji”) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“I.

(A)

Sakemm

(1)

it-territorji Franċiżi tal-Protokoll I għandhom, f'attivitajiet nukleari paċifiċi, materjal nukleari fi kwantitajiet li jaqbżu l-limiti msemmija, għat-tip ta' materjal ikkonċernat, fl-Artikolu 35 tal-Ftehim bejn Franza, il-Komunità u l-Aġenzija għall-Applikazzjoni tas-Salvagwardji b'Rabta mat-Trattat għall-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari fl-Amerika Latina u l-Karibew (minn hawn 'il quddiem magħruf bħala ‘il-Ftehim’), jew

(2)

tkun ittieħdet id-deċiżjoni biex jinbena jew jiġi awtorizzat il-bini ta' faċilità, kif definit fid-Definizzjonijiet, fit-territorji Franċiżi tal-Protokoll I,

l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-Parti II tal-Ftehim għandhom jiġu sospiżi, ħlief għall-Artikoli 31-37, 39, 47, 48, 58, 60, 66, 67, 69, 71-75, 81, 83-89, 93 u 94.

(B)

L-informazzjoni li għandha tiġi rrappurtata skont il-paragrafi (a) u (b) tal-Artikolu 32 tal-Ftehim tista' tiġi kkonsolidata u ppreżentata f'rapport annwali; b'mod simili, għandu jiġi ppreżentat rapport annwali, jekk applikabbli, fir-rigward tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' materjal nukleari deskritt fil-paragrafu (c) tal-Artikolu 32.

(C)

Sabiex tkun possibbli l-konklużjoni f'waqtha tal-Ftehimiet Sussidjarji previsti fl-Artikolu 37 tal-Ftehim, il-Komunità għandha:

(1)

tinnotifika l-Aġenzija fi żmien biżżejjed minn qabel dwar il-fatt li għandha materjal nukleari waqt attivitajiet nukleari paċifiċi fit-territorji Franċiżi tal-Protokoll I fi kwantitajiet li jaqbżu l-limiti msemmija fit-taqsima (A) tiegħu, jew

(2)

tinnotifika lill-Aġenzija hekk kif tkun ittieħdet id-deċiżjoni biex jinbena jew jiġi awtorizzat il-bini ta' faċilità fit-territorji Franċiżi tal-Protokoll I,

skont liema tokkorri l-ewwel. F'dak il-mument, il-proċeduri għall-kooperazzjoni fl-applikazzjoni tas-salvagwardji previsti fil-Ftehim għandhom jiġu maqbula, kif meħtieġ, bejn Franza, il-Komunità u l-Aġenzija.”

II.

Il-paragrafu I tal-Protokoll 2 tal-Ftehim tas-Salvagwardji huwa sostitwit b'dan li ġej:

“I.

F'dak il-mument li l-Komunità tinnotifika lill-Aġenzija skont it-Taqsima I(C) tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim li hemm materjal nukleari f'attivitajiet nukleari paċifiċi fit-territorji Franċiżi tal-Protokoll I fi kwantitajiet li jaqbżu l-limiti msemmija fit-Taqsima I(A)(1) tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim jew li ttieħdet id-deċiżjoni biex tinbena jew jiġi awtorizzat il-bini ta' faċilità, kif definit fid-Definizzjonijiet, fit-territorji Franċiżi tal-Protokoll I, kif imsemmi fit-Taqsima I(A)(2) tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim, skont liema jokkorri l-ewwel, għandu jintlaħaq ftehim dwar Protokoll għal proċeduri għall-kooperazzjoni fl-applikazzjoni tas-salvagwardji previsti fil-Ftehim bejn Franza, il-Komunità u l-Aġenzija. Dawn il-proċeduri ser jamplifikaw ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim u, b'mod partikolari, jispeċifikaw il-kundizzjonijiet u l-mezzi skont liema l-kooperazzjoni msemmija hawn fuq għandha tiġi implimentata b'tali mod sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet ta' salvagwardja. Il-proċeduri għandhom ikunu, sa fejn huwa possibbli, ibbażati fuq dawk li dak iż-żmien ikunu fis-seħħ skont Protokolli ta' ftehimiet ta' salvagwardja oħrajn, u l-arranġamenti sussidjarji tagħhom, bejn l-Istati Membri tal-Komunità, il-Komunità u l-Aġenzija, inkluż il-fehim speċjali relatat li dwaru hemm qbil mill-Komunità u l-Aġenzija.”.


REGOLAMENTI

3.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/13


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2229

tad-29 ta' Settembru 2015

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 649/2012 tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi (1) perikolużi, u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 jimplimenta l-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat bil-Quddiem (il-“proċedura PIC”) għal ċerti sustanzi kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali, iffirmata fil-11 ta' Settembru 1998 u approvata, f'isem il-Komunità, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE (2).

(2)

Huwa xieraq li titqies azzjoni regolatorja fir-rigward ta' ċerti sustanzi kimiċi meħuda skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1907/2006 (3), ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1107/2009 (4), u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 850/2004 (5).

(3)

L-approvazzjoni tas-sustanza ossidu tal-fenbutatin ġiet irtirata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li l-użu tal-ossidu tal-fenbutatin bħala pestiċida ġie pprojbit u għalhekk din is-sustanza għandha tiżdied mal-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(4)

Is-sustanzi komposti taċ-ċomb, komposti tad-dibutiltin, komposti tad-dijottiltin, triklorubenżen, pentakloruetan, 1,1,2,2-tetrakloruetan, 1,1,1,2-tetrakloruetan, 1,1,2-trikloruetan u 1,1-diklorueten huma ristretti b'mod intensiv bħala sustanza kimika industrijali għall-użu pubbliku skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u għalhekk għandhom jiżdiedu mal-Parti 1 tal-Anness I tar- Regolament (UE) Nru 649/2012.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 ġie emendat mill-Kummissjoni fl-2012 biex tiġi implimentata d-deċiżjoni meħuda skont il-Konvenzjoni ta' Stokkolma biex l-endosulfan jiġi elenkat fil-Parti 1 tal-Anness A tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma billi dik is-sustanza kimika tiżdied mal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 850/2004. Konsegwentement, dik is-sustanza kimika ġiet miżjuda mal-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 u għandha titneħħa mill-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(6)

Fis-sitt laqgħa tagħha li damet sejra mit-28 ta' April sal-10 ta' Mejju 2013, il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam iddeċidiet li tinkludi l-etere tal-pentabromodifenil kummerċjali, inklużi l-etere tat-tetrabromodifenil u tal-pentabromodifenil, kif ukoll l-etere tal-ottabromodifenil kummerċjali, inklużi l-etere tal-eżabromodifenil u tal-ettabromodifenil fl-Anness III ta' dik il-Konvenzjoni, bl-effett li dawk is-sustanzi kimiċi saru soġġetti għall-proċedura PIC skont dik il-Konvenzjoni. Għaldaqstant, dawk is-sustanzi kimiċi għandhom jiġu miżjuda mal-lista ta' sustanzi kimiċi li tinsab fil-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(7)

Il-kodiċi tan-nomenklatura magħquda (kodiċi NM) huwa importanti għad-determinazzjoni tal-miżuri ta' kontroll li japplikaw għal prodotti kkumerċjati. Biex jitħaffu l-immaniġġjar tal-kodiċijiet tan-NM u l-identifikazzjoni korretta tal-miżuri ta' kontroll li japplikaw għas-sustanzi kimiċi elenkati fl-Anness I tar- Regolament (UE) Nru 649/2012, il-kodiċijiet NM li jkopru aktar sustanzi kimiċi minn dawk elenkati fl-Anness I għandhom jiġu identifikati permezz ta' “ex” qabel il-kodiċi tan-NM.

(8)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 għandu jiġi emendat skont dan,

(9)

Huwa xieraq li l-partijiet ikkonċernati kollha jingħataw biżżejjed żmien biex jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-konformità ma' dan ir-Regolament u li l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Frar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE tad-19 ta' Diċembru 2002 li tikkonċerna l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kemikali u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (ĠU L 63, 6.3.2003, p. 27).

(3)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1907/2006 tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1107/2009 tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 850/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(a)

l-annotazzjoni endosulfan titħassar.

(b)

jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

Sustanza Kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi tan-NM (***)

Subkategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“1,1-Dikloroeten

75-35-4

200-864-0

ex 2903 29 00

i(2)

sr

 

1,1,2-Trikloroetan

79-00-5

201-166-9

ex 2903 19 80

i(2)

sr

 

1,1,1,2-Tetrakloroetan

630-20-6

211-135-1

ex 2903 19 80

i(2)

sr

 

1,1,2,2-Tetrakloroetan

79-34-5

201-197-8

ex 2903 19 80

i(2)

sr

 

Komposti tat-Dibutiltin

683-18-1

77-58-7

1067-33-0

u oħrajn

211-670-0

201-039-8

213-928-8

u oħrajn

ex 2931 90 80

i(2)

sr

 

Komposti tat-Dijottiltin

3542-36-7

870-08-6

16091-18-2

u oħrajn

222-583-2

212-791-1

240-253-6

u oħrajn

ex 2931 90 80

i(2)

sr

 

Ossidu tal-fenbutatin

13356-08-6

236-407-7

ex 2931 90 80

p(1)

b

 

Komposti taċ-Ċomb

598-63-0

1319-46-6

7446-14-2

7784-40-9

7758-97-6

1344-37-2

25808-74-6

13424-46-9

301-04-2

7446-27-7

15245-44-0

u oħrajn

209-943-4

215-290-6

231-198-9

232-064-2

231-846-0

215-693-7

247-278-1

236-542-1

206-104-4

231-205-5

239-290-0

u oħrajn

ex 2836 99 17

ex 3206 49 70

ex 2833 29 60

ex 2842 90 80

ex 2841 50 00

ex 3206 20 00

ex 2826 90 80

ex 2850 00 60

ex 2915 29 00

ex 2835 29 90

ex 2908 99 00

i(2)

sr

 

Pentakloroetan

76-01-7

200-925-1

ex 2903 19 80

i(2)

sr

 

Triklorobenżen

120-82-1

204-428-0

ex 2903 99 90

i(2)

sr”

 

(c)

It-terminu “Kodiċi tan-NM” fl-intestatura tal-kolonna jinbidel u jsir “Kodiċi NM (***)”.

(d)

Tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna kif ġej:

“(***)

Meta quddiem kodiċi jkun hemm ‘ex’ dan jimplika li sustanzi kimiċi għajr dawk imsemmija fil-kolonna ‘Sustanza Kimika’ jistgħu wkoll jinsabu f'dik is-subintestatura.”

(2)

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(a)

tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

Sustanza Kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi tan-NM (***)

Kategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

“Ossidu tal-fenbutatin

13356-08-6

236-407-7

ex 2931 90 80

p

b”

(b)

It-terminu “Kodiċi tan-NM” fl-intestatura tal-kolonna jinbidel u jsir “Kodiċi NM (***)”.

(c)

Tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna kif ġej:

“(***)

Meta quddiem kodiċi jkun hemm ‘ex’ dan jimplika li sustanzi kimiċi għajr dawk imsemmija fil-kolonna ‘Sustanza Kimika’ jistgħu wkoll jinsabu f'dik is-subintestatura.”

(3)

Il-Parti 3 hija emendata kif ġej:

(a)

jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

Sustanza Kimika

Numru(i) CAS rilevanti

Kodiċi tal-HS

Sustanza pura (**)

Kodiċi tal-HS

Taħlitiet li jkun fihom is-sustanza (**)

Kategorija

“Etere tal-pentabromodifenil kummerċjali, inkluż

 

ex ex 3824.90

ex ex 3824.90

Industrijali

l-etere tat-tetrabromodifenil

40088-47-9

l-etere tal-pentabromodifenil

32534-81-9

Etere tal-ottabromodifenil kummerċjali, inkluż

 

ex ex 3824.90

ex ex 3824.90

Industrijali”

l-etere tal-eżabromodifenil

36483-60-0

l-etere tal-ettabromodifenil

68928-80-3

(b)

It-terminu “Kodiċi tal-HS Sustanza pura” fl-intestatura tal-kolonna jinbidel u jsir “Kodiċi HS Sustanza pura (**)”.

(c)

It-terminu “Kodiċi tal-HS Taħlitiet li jkun fihom is-sustanza” fl-intestatura tal-kolonna jinbidel u jsir “Kodiċi HS Taħlitiet li fihom is-sustanza (**)”.

(d)

Tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna kif ġej:

“(***)

Meta quddiem kodiċi jkun hemm ‘ex’ dan jimplika li sustanzi kimiċi għajr dawk imsemmija fil-kolonna ‘Sustanza Kimika’ jistgħu wkoll jinsabu f'dik is-subintestatura.”


3.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2230

tat-30 ta' Novembru 2015

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd għal-lipp abjad fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, li saru minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew li huma rreġistrati fih, laħqu l-kwota allokata lilhom għall-2015.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ilħiq tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2015, allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih, għandha titqies li ntlaħqet mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew li huma rreġistrati fih, jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, huwa ipprojbit li jinżamm abbord, li jiġi ttrasportat, li jiġi ttrażbordat jew li jittella' l-art ħut minn dak l-istokk li jkun inqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 tal-15 ta' Diċembru 2014 li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 1).


ANNESS

Nru

60/DSS

Stat Membru

Spanja

Stokk

GFB/89-

Speċi

Lipp Abjad (Phycis blennoides)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX

Data tal-għeluq

14.10.2015


3.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2231

tat-2 ta' Diċembru 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà 16 u 38

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabbiltà (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008 ġew adottati.

(2)

Fit-12 ta' Mejju 2014, il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ħareġ emendi għall-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir u l-IAS 38 Assi Intanġibbli intitolat Kjarifika ta' Metodi Aċċettabbli ta' Deprezzament u Amortizzazzjoni. Minħabba prattiki diverġenti, jeħtieġ li jiġi ċċarat, jekk huwiex xieraq li jintużaw metodi msejsa fuq id-dħul sabiex jiġi kkalkulat id-deprezzament jew l-ammortizzament ta' assi.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju tikkonferma li l-emendi għall-IAS 16 u l-IAS 38 jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabbiltà,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Istandard Internazzzjonali ta' Kontabbiltà (IAS) 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(b)

L-IAS 38 Assi Intanġibbli huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2016 jew wara.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1)


ANNESS

Kjarifika tal-Metodi Aċċettabbli ta' Deprezzament u Amortizzament

(Emendi għall-IAS 16 u IAS 38)

Emendi għal IAS 16 Properjetà, Impjant u Tagħmir

Il-paragrafu 56 huwa emendat u jiżdiedu l-paragrafi 62 A u 81I. Il-paragrafi 60-62 mhumiex emendati iżda huma inklużi hawnhekk għal referenza faċli.

Ammont deprezzabbli u perijodu ta' deprezzament

56.

Il-benefiċċji ekonomiċi futuri li jkunu jinsabu f'assi huma kkunsmati minn entità prinċipalment bl-użu tiegħu. Madankollu, fatturi oħrajn, bħal meta joħrog mill-użu teknikament jew kummerċjalment u t-tqagħbir waqt li assi ma jkunx qed jintuża, spiss iwasslu għal tnaqqis fil-benefiċċji ekonomiċi li setgħu jinkisbu mill-assi. Minħabba f'hekk, jitqiesu l-fatturi kollha li ġejjin biex tiġi stabbilita l-ħajja tal-utilità ta' assi:

(a)

(c)

obsolexxenza teknika jew kummerċjali minħabba bidliet jew titjib fil-produzzjoni, jew minħabba bidla fid-domanda tas-suq għall-prodott jew servizz mogħti mill-assi. It-tnaqqis futur mistenni fil-prezz tal-bejgħ ta' oġġett li kien prodott bl-użu ta' assi jista' jindika l-istennija tal-obsolexxenza teknika jew kummerċjali tal-assi, li, min-naħa tagħha, tista' tirrifletti tnaqqis tal-benefiċċji ekonomiċi futuri li jinsabu fl-assi.

Metodu ta' deprezzament

60.

Il-metodu ta' deprezzament użat għandu jirrefletti l-mod ta' kif il-benefiċċji ekonomiċi futuri tal-assi huma mistennija li jiġu kkunsmati mill-entità.

61.

Il-metodu ta' deprezzament applikat għal assi għandu jiġi rivedut mill-inqas fit-tmiem ta' kull sena finanzjarja u, jekk kien hemm bidla sinifikanti fit-tendenza mistennija ta' konsum tal-benefiċċji ekonomiċi futuri li jinsabu fl-assi, il-metodu għandu jinbidel biex jirrifletti t-tendenza mibdula. Din il-bidla għandha titniżżel fil-kontijiet bħala bidla fl-istima tal-kontabilità skont l-IAS 8.

62.

Jistgħu jintużaw varjetà ta' metodi ta' deprezzament biex jiġi allokat l-ammont deprezzabbli ta' assi fuq bażi sistematika matul il-ħajja utli. Dawn il-metodi jinkludu l-metodu tal-linja dritta, il-metodu tal-bilanċ ridott u l-metodu tal-unitajiet tal-produzzjoni. Id-deprezzament tal-linja dritta jirriżulta f'debitu kostanti matul il-ħajja tal-utilità jekk il-valur residwu tal-assi ma jinbidilx. Il-metodu ta' bilanċ ridott jirriżulta f'debitu li jonqos matul il-ħajja tal-utilità. Il-metodu ta' unitajiet ta' produzzjoni jwassal għal debitu bbażat fuq l-użu jew il-produzzjoni mistennija. L-entità tagħżel il-metodu li jirrifletti l-aktar mill-qrib il-format mistenni tal-konsum tal-benefiċċji ekonomiċi futuri li jinsabu fl-assi. Dak il-metodu jiġi applikat b'mod konsistenti minn perijodu għal perijodu ħlief jekk ikun hemm bidla fil-format mistenni tal-konsum ta' dawn il-benefiċċji ekonomiċi futuri.

62A

Metodu ta' deprezzament li huwa bbażat fuq id-dħul li huwa ġġenerat minn attività li tinkludi l-użu ta' assi mhuwiex xieraq. Id-dħul iġġenerat minn attività li tinkludi l-użu ta' assi ġeneralment jirrifletti fatturi oħra minbarra konsum tal-benefiċċji ekonomiċi tal-assi. Pereżempju, id-dħul huwa affettwat minn inputs u proċessi oħrajn, attivitajiet ta' bejgħ u l-bidliet fil-volumi ta' bejgħ u prezzijiet. Il-komponent tal-prezz ta' dħul jista' jiġi affettwat mill-inflazzjoni, li ma għandu l-ebda influwenza fuq il-mod li bih l-assi jiġi kkunsmat.

DATA EFFETTIVA

81I

Kjarifika ta' Metodi Aċċettabbli ta' Deprezzament u Amortizzazzjoni (Emendi għall-IAS 16 u l-IAS 38), maħruġa f'Mejju 2014, emendat il-paragrafu 56 u paragrafu 62 A miżjud. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b'mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2016 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar kmieni. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar kmieni, hija għandha tiżvela dak il-fatt.

Emendi għal IAS 38 Assi Intanġibbli

Il-paragrafu 92 huwa emendat. Fil-paragrafu 98, il-frażi “metodu ta' unità ta' produzzjoni” kienet emendata għal “metodu ta' unitajiet ta' produzzjoni”. Il-paragrafi 98 A–98C u 130J huma miżjuda. Il-paragrafu 97 mhuwiex emendat iżda huwa inkluż hawnhekk għal referenza faċli.

TUL TA' ŻMIEN TA' UTILITÀ

92.

Minħabba l-istorja ta' bidliet ta' malajr fit-teknoloġija, software tal-kompjuter u bosta oħrajn, assi intanġibbli huma suxxettibbli li joħorġu mill-użu mil-lat teknoloġiku. Għalhekk, ta' spiss ikun il-każ li l-ħajja utli tagħhom tkun qasira. It-tnaqqis futur mistenni fil-prezz tal-bejgħ ta' oġġett li kien prodott bl-użu ta' assi intanġibbli jista' jindika l-istennija tal-obsolexxenza teknika jew kummerċjali tal-assi, li, min-naħa tagħha, tista' tirrifletti tnaqqis tal-benefiċċji ekonomiċi futuri li jinsabu fl-assi.

Perjodu ta' amortizzament u metodu tal-amortizzament

97.

L-ammont li jiġi ddeprezzat ta' assi intanġibbli bi żmien tal-utilità definit għandu jiġi allokat fuq bażi sistematika matul iż-żmien tal-utilità. L-amortizzament jibda meta assi jkun disponibbli għall-użu, i.e. meta jkun fil-lok u fil-kondizzjoni meħtieġa biex ikun jista' jitħaddem bil-mod intenzjonat mill-maniġment. L-amortizzament għandu jieqaf fid-data meta l-assi jiġi kklassifikat bħala li hu miżmum għall-bejgħ ((jew inkluż fi grupp tad-disponiment li hu kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) b'konformità mal-IFRS 5, jew id-data meta l-assi jiġi derikonoxxut, skont liema minnhom tiġi l-ewwel. Il-metodu ta' amortizzament użat għandu jirrefletti l-format ta' kif il-benefiċċji ekonomiċi futuri tal-assi huma mistennija li jiġu kkunsmati mill-entità. Jekk dak il-format ma jkunx jista' jiġi stabbilit b'mod affidabbli, għandu jintuża l-metodu tal-linja dritta. L-ammont ta' amortizzament għal kull perijodu għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew f'telf ħlief jekk xi Standard ieħor ikun jippermetti jew jeħtieġ li jiġi inkluż fl-ammont miżmum fil-kotba ta' assi ieħor.

98.

Tista' tintuża varjetà ta' metodi tal-amortizzament biex talloka l-ammont li jiġi ddeprezzat ta' assi fuq bażi sistematika fuq il-ħajja utli tiegħu. Dawn il-metodi jinkludu l-metodu tal-linja dritta, il-metodu tal-bilanċ ridott u l-metodu tal-unità tal-produzzjoni. Il-metodu użat jintgħażel fuq il-bażi tad-disinn mistenni tal-konsum tal-benefiċċji ekonomiċi futuri mistennija inklużi fl-assi u huwa applikat b'mod konsistenti minn perjodu għal perjodu, sakemm ikun hemm bidla fid-disinn mistenni tal-konsum ta' dawk il-benefiċċji ekonomiċi futuri.

98A

Teżisti preżunzjoni konfutabbli li metodu ta' amortizzament li huwa bbażat fuq id-dħul iġġenerat minn attività li tinkludi l-użu ta' assi intanġibbli mhux xieraq. Id-dħul iġġenerat minn attività li tinkludi l-użu ta' assi intanġibbli ġeneralment jirrifletti fatturi oħra li mhumiex direttament relatati mal-konsum tal-benefiċċji ekonomiċi tal-assi. Pereżempju, id-dħul huwa affettwat minn inputs u proċessi oħrajn, attivitajiet ta' bejgħ u l-bidliet fil-volumi ta' bejgħ u prezzijiet. Il-komponent tal-prezz ta' dħul jista' jiġi affettwat mill-inflazzjoni, li ma għandu l-ebda influwenza fuq il-mod li bih l-assi jiġi kkunsmat. Din il-preżunzjoni tista' tiġi ssormontata biss f'ċirkostanzi limitati:

(a)

li fihom l-assi intanġibbli huwa espress bħala miżura ta' dħul, kif deskritt fil-paragrafu 98C; jew

(b)

meta jista' jintwera li d-dħul u l-konsum tal-benefiċċji ekonomiċi tal-assi intanġibbli huma kkorrelatati ħafna.

98B

Fl-għażla ta' metodu ta' amortizzament adattat skont il-paragrafu 98, entità tista' tiddetermina l-fattur predominanti ta' limitazzjoni li huwa inerenti f'assi intanġibbli. Pereżempju, kuntratt li jistabbilixxi d-drittijiet tal-entità matul l-użu tiegħu ta' assi intanġibbli jista' jispeċifika l-użu tal-assi intanġibbli bħala numru prestabbilit ta' snin (jiġifieri żmien), bħala numru ta' unitajiet prodotti jew bħala l-ammont totali tad-dħul iffissat li jiġi ġġenerat. Identifikazzjoni ta' fattur limitanti predominanti bħal dan jista' jservi bħala punt tat-tluq għall-identifikazzjoni ta' bażi xierqa ta' amortizzament, iżda tista' tiġi applikata bażi oħra jekk tirrifletti aktar mill-qrib il-mudell mistenni tal-konsum ta' benefiċċji ekonomiċi.

98C

Fiċ-ċirkustanzi li fihom fattur limitanti predominanti li huwa inerenti f'assi intanġibbli huwa l-kisba ta' dħul minimu, dħul li jkun iġġenerat jista' jkun bażi xierqa għal amortizzazzjoni. Pereżempju, entità tista' takkwista konċessjoni biex tesplora u tiġbor id-deheb minn minjiera tad-deheb. L-iskadenza tal-kuntratt tista' tkun ibbażata fuq ammont fiss ta' dħul totali li jkun iġġenerat mill-estrazzjoni (pereżempju, kuntratt jista' jippermetti l-estrazzjoni tad-deheb mill-minjiera sad-dħul totali kumulattiv minn bejgħ ta' deheb jilħaq CU2 biljun) u mhux abbażi tal-ħin jew fuq l-ammont ta' deheb estratta. F'eżempju ieħor, id-dritt li wieħed jopera triq b'pedaġġ jista' jkun ibbażat fuq ammont totali fiss ta' dħul li jiġi ġġenerat minn pedaġġi kumulattivi ċċarġjati (pereżempju, kuntratt jista' jippermetti l-operat ta' triq b'pedaġġ sakemm l-ammont kumulattiv ta' pedaġġi iġġenerat mill-operazzjoni tat-triq jilħaq CU100 miljun). Fil-każ fejn id-dħul ġie stabbilit bħala fattur limitanti predominanti fil-kuntratt għall-użu tal-assi intanġibbli, id-dħul li għandu jiġi ġġenerat jista' jkun bażi xierqa għal amortizzazzjoni tal-assi intanġibbli, sakemm il-kuntratt jispeċifika ammont totali fiss ta' dħul biex jiġu ġġenerati li fuqhom l-amortizzazzjoni għandha tiġi determinata.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U DATA EFFETTIVA

130J

Kjarifika ta' Metodi Aċċettabbli ta' Deprezzament u Amortizzazzjoni (Emendi għall-IAS 16 u l-IAS 38), maħruġa f'Mejju 2014, emendat paragrafi 92 u 98 żiedet il-paragrafu 98 A–98C. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b'mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2016 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar kmieni. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar kmieni, hija għandha tiżvela dak il-fatt.


3.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2232

tat-2 ta' Diċembru 2015

li jawtorizza żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2015 fir-reġjuni kollha tal-vitikultura tad-Danimarka, tan-Netherlands, tal-Iżvezja u tar-Renju Unit

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-punt A.3 tal-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistipula li l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-limiti għaż-żieda tal-qawwa alkoħolika (l-arrikkiment) tal-inbid skont il-volum, jiżdiedu b'mhux aktar minn 0,5 % fis-snin li fihom il-kundizzjonijiet klimatiċi jkunu eċċezzjonalment ħżiena.

(2)

Id-Danimarka, in-Netherlands, l-Iżvezja u r-Renju Unit talbu dawn iż-żidiet tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2015, minħabba li l-kundizzjonijiet klimatiċi matul l-istaġun tat-tkabbir kienu eċċezzjonalment ħżiena.

(3)

Minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonalment ħżiena matul l-2015, il-limiti fuq iż-żidiet tal-qawwa alkoħolika naturali previsti fil-punt A.2 tal-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ma jippermettux il-produzzjoni ta' nbid b'qawwa alkoħolika totali xierqa f'ċerti reġjuni tal-vitikultura u li għalih normalment ikun hemm domanda fis-suq.

(4)

Għalhekk, huwa xieraq li tiġi awtorizzata żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2015 fid-Danimarka, fin-Netherlands, fl-Iżvezja u fir-Renju Unit.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'deroga mill-punt A.3 tal-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fir-reġjuni kollha tal-vitikultura tad-Danimarka, tan-Netherlands, tal-Iżvezja u tar-Renju Unit, iż-żieda fil-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta' għeneb frisk maħsud fl-2015, il-most, il-most fil-fermentazzjoni, l-inbid ġdid li jkun għadu qed jiffermenta u l-inbid li jkun ġie prodott mill-għeneb maħsud fl-2015, ma għandhiex taqbeż il-volum ta' 3,5 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


3.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/26


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2233

tat-2 ta' Diċembru 2015

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva haloxyfop-P

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari t-tieni alternattiva tal-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/86/UE (2) inkludiet haloxyfop-P bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3), bil-kundizzjoni li l-Istati Membri konċernati jiżguraw li n-notifikatur, li fuq talba tiegħu haloxyfop-P ġie nkluż f'dak l-Anness, jipprovdi aktar informazzjoni ta' konferma dwar ir-riskju ta' kontaminazzjoni għall-ilma tal-pjan mill-metaboliti tal-ħamrija tiegħu.

(2)

Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li huma approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

In-notifikatur issottometta informazzjoni addizzjonali fil-forma ta' studji bil-ħsieb li tiġi kkonfermata l-valutazzjoni tar-riskju għall-ilma tal-pjan lill-Istat Membru relatur, l-Awstrija, fil-perjodu ta' żmien previst għas-sottomissjoni tagħha.

(4)

L-Awstrija vvalutat l-informazzjoni addizzjonali sottomessa min-notifikatur. Hija ppreżentat il-valutazzjoni tagħha, fil-forma ta' addendum tal-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, fil-15 ta' Ottubru 2013.

(5)

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità li ppreżentat l-opinjoni tagħha dwar il-valutazzjoni tar-riskju ta' haloxyfop-P fit-28 ta' Novembru 2014 (5).

(6)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-informazzjoni addizzjonali mogħtija min-notifikatur uriet li l-metabolit DE-535 piridinon irid jiġi kkunsidrat bħala tossikoloġikalment rilevanti u, bħala konsegwenza, ma għandux jokkorri f'konċentrazzjonijiet ogħla mil-limitu regolatorju għall-ilma tal-pjan ta' 0,1 μg/l.

(7)

Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikatur iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-rapport ta' analiżi għal haloxyfop-P.

(8)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-informazzjoni ta' konferma ulterjuri li kienet meħtieġa ma ġietx ipprovduta kollha, u li ma setax jiġi eskluż riskju inaċċettabbli għall-ilma tal-pjan ħlief billi jiġu imposti aktar restrizzjonijiet.

(9)

Ġie kkonfermat li s-sustanza attiva haloxyfop-P għandha titqies bħala approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Sabiex ma jkunx hemm okkorrenza ta' dak il-metabolit fl-ilma tal-pjan f'livell ogħla mil-limitu msemmi hawn fuq fil-premessa 6, huwa, madankollu, xieraq li jiġu emendati l-kundizzjonijiet tal-użu ta' din is-sustanza attiva, b'mod partikolari billi jiġu stabbiliti limiti fuq ir-rati u l-frekwenza tal-applikazzjoni tagħha.

(10)

Għalhekk, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

L-Istati Membri għandhom jingħataw iż-żmien biex jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom haloxyfop-P.

(12)

Fir-rigward tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom haloxyfop-P, meta jingħata perjodu ta' grazzja f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 mill-Istati Membri, dan il-perjodu għandu jiskadi sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fejn ikun meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom haloxyfop-P bħala sustanza attiva sat-23 ta' Ġunju 2016.

Artikolu 3

Perjodu ta' grazzja

Kull perjodu ta' grazzja mogħti mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi sa mhux aktar tard mit-23 ta' Ġunju 2017.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/86/UE tat-2 ta' Diċembru 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tkun inkluża l-haloxyfop-P bħala sustanza attiva (ĠU L 317, 3.12.2010, p. 36).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal- 25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of confirmatory data submitted for the active substance haloxyfop-p. EFSA Journal 2014;12(12):3931, 33 pp. doi:10.2903/j.efsa.2014.3931. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm


ANNESS

Il-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” tar-ringiela 309, haloxyfop-P, tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 tinbidel b'dan li ġej:

“PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss użijiet bħala erbiċid f'rati li ma jaqbżux il-0,052 kg ta' sustanza attiva għal kull ettaru għal kull applikazzjoni, u tista' tiġi awtorizzata applikazzjoni waħda biss kull tliet snin.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif jissemma fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar haloxyfop-P, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta' Ottubru 2010.

F'din il-valutazzjoni kumplessiva, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-protezzjoni tal-ilma tal-pjan mill-metabolit rilevanti tal-ħamrija DE-535 piridinon meta s-sustanza attiva tiġi applikata f'reġjuni b'kundizzjonijiet tal-ħamrija u/jew klimatiċi vulnerabbli,

lis-sikurezza tal-operaturi, u li jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-użu ta' tagħmir ta' protezzjoni personali adegwat;

lill-protezzjoni tal-organiżmi akkwatiċi. Il-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta' taffija tar-riskju, fejn huwa xieraq, bħalma huma żoni ta' lqugħ adegwati;

lis-sikurezza tal-konsumaturi fir-rigward tal-okkorrenza tal-metabolit DE-535 piridinol fl-ilma tal-pjan.”


3.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/29


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2234

tat-2 ta' Diċembru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

53,3

MA

73,3

ZZ

63,3

0707 00 05

AL

57,9

MA

93,3

TR

152,1

ZZ

101,1

0709 93 10

AL

80,9

MA

72,5

TR

153,6

ZZ

102,3

0805 10 20

MA

77,5

TR

50,5

UY

52,1

ZA

53,6

ZZ

58,4

0805 20 10

MA

76,9

PE

78,3

ZZ

77,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

TR

87,0

ZZ

87,0

0805 50 10

TR

103,6

ZZ

103,6

0808 10 80

CA

159,0

CL

85,4

MK

28,7

US

119,9

ZA

155,9

ZZ

109,8

0808 30 90

BA

91,6

CN

97,5

TR

144,0

ZZ

111,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


3.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/31


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2235

tat-2 ta' Diċembru 2015

li jistabbilixxi l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni li trid tiġi applikata għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom jiġu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont il-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1187/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1) u b'mod partikulari l-Artikolu 188 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kapitolu III(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 (2) jiddetermina l-proċedura għall-allokazzjoni ta' liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom ikunu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont kwota miftuħa għal dak il-pajjiż.

(2)

L-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 jipprevedi l-possibbiltà li l-operaturi jressqu applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni mill-1 sal-10 ta' Novembru, jekk, wara l-perjodu ta' tressiq ta' applikazzjonijiet ta' liċenzji kif imsemmi fl-ewwel paragrafu ta' dak l-Artikolu, tibqa' disponibbli kwalunkwe kwantità taħt il-kwota.

(3)

L-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/987 (3) jispeċifika li l-kwantità totali li jifdal għas-sena ta' kwota 2015/2016 hija ta' 3 843 tunnellati.

(4)

L-applikazzjonijiet imressqa bejn l-1 u l-10 ta' Novembru 2015 għall-perjodu li jifdal tas-sena ta' kwota kurrenti 2015/2016 jkopru kwantitajiet iktar baxxi minn dawk disponibbli. B'riżultat ta' dan, jixraq, skont ir-raba' subparagafu tal-Artikolu 31(3) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, li tiġi prevista l-allokazzjoni tal-kwantità li jifdal. Il-ħruġ tal-liċenzji ta' esportazzjoni għal dik il-kwantità li jifdal għandu jkun soġġett li l-awtorità kompetenti tiġi nnotifikata bil-kwantità supplimentari aċċettata mill-operatur ikkonċernat u li ssir garanzija min-naħa tal-operaturi interessati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' esportazzjoni mressqa mill-1 sal-10 ta' Novembru 2015 għall-perjodu li jifdal tas-sena ta' kwota kurrenti 2015/2016 se jiġu aċċettati.

Il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, għandhom ikunu mmultiplikati bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni ta' 1,175948.

Il-liċenzji ta' esportazzjoni għall-kwantitajiet li jaqbżu l-kwantitajiet li tkun saret l-applikazzjoni għalihom u li jkunu allokati skont il-koeffiċjent stabbilit fit-tieni paragrafu, għandhom jinħarġu wara l-aċċettazzjoni min-naħa tal-operatur fi żmien ġimgħa mid-data ta' applikazzjoni tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u suġġett li ssir il-garanzija korrispondenti.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas- 27 ta' Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1).

(3)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/987 tal-24 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni li trid tiġi applikata għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom jiġu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont il-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1187/2009 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 51).


DEĊIŻJONIJIET

3.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/33


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2236

tas-27 ta' Novembru 2015

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fir-rigward tal-estensjoni tal-moratorju fuq dazji doganali fuq trażmissjonijiet elettroniċi u l-moratorju fuq ilmenti mhux marbuta ma' vjolazzjoni u lmenti dwar sitwazzjonijiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) tal-1998, ġie adottat, fil-forma ta' dikjarazzjoni, moratorju fuq dazji doganali fuq trażmissjonijiet elettroniċi (“il-moratorju dwar il-kummerċ elettroniku”) b'effett illi l-membri tad-WTO għandhom ikomplu l-prattika preżenti li ma jimponux dazji doganali fuq trażmissjonijiet elettroniċi. Bħalissa l-moratorju jieħu l-forma ta' deċiżjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO, li ġiet imġedda kull sentejn mill-1998 'il quddiem.

(2)

Moratorju għal ilmenti mhux marbuta ma' vjolazzjoni u ilmenti dwar sitwazzjonijiet ġie estiż kontinwament fil-Konferenza Ministerjali tad-WTO wara l-iskadenza tal-perjodu ta' ħames snin biex tittieħed id-deċiżjoni għall-kamp ta' applikazzjoni u l-modalitajiet għal dawn l-ilmenti skont l-Artikolu 64(3) tal-Ftehim dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (il-“Ftehim TRIPS”).

(3)

Fil-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Diċembru 2013, dawk il-moratorji ġew estiżi l-aħħar sal-2015. Iż-żewġ moratorji għandhom jiġu estiżi ulterjorment matul Konferenza Ministerjali tad-WTO li jmiss jew għandhom isiru permanenti jekk jintlaħaq kunsens għal dak l-għan fid-diskussjonijiet li għaddejjin jew f'dawk futuri.

(4)

Huwa fl-interess tal-Unjoni li tagħti l-appoġġ tagħha lill-estensjoni tal-moratorju fuq il-kummerċ elettroniku fuq bażi indefinita. Huwa wkoll fl-interess tal-Unjoni li testendi l-moratorju fuq ilmenti mhux marbuta ma' vjolazzjoni u ilmenti dwar sitwazzjonijiet sakemm il-Konferenzi Ministerjali japprovaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill għat-TRIPS fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni u l-modalitajiet tal-ilmenti mhux marbuta ma' vjolazzjoni u ilmenti dwar sitwazzjonijiet skont l-Artikolu 64(3) tal-Ftehim TRIPS,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ hija li tappoġġa estensjoni tal-moratorju fuq id-dazji doganali fuq it-trażmissjonijiet elettroniċi fuq bażi indefinita u li tappoġġa estensjoni tal-moratorju fuq ilmenti tat-tipi previsti mis-subparagrafi 1(b) u 1(c) tal-Artikolu XXIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (“ilmenti mhux marbuta ma' vjolazzjoni u ilmenti dwar sitwazzjonijiet”), sakemm il-Konferenza Ministerjali tieħu deċiżjoni dwar il-kamp ta' applikazzjoni u l-modalitajiet tal-ilmenti mhux marbuta ma' vjolazzjoni u ilmenti dwar sitwazzjonijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


3.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/35


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2237

tat-30 ta' Novembru 2015

li taħtar membru supplenti Daniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Daniż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar, fil-5 ta' Frar u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994/UE (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Peter KOFOD POULSEN, sar vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Mr Niels Erik SØNDERGAARD, Southern Denmark Regional Councillor.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

É. SCHNEIDER


(1)  ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42.

(2)  ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25.

(3)  ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70.


3.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/36


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2238

tat-30 ta' Novembru 2015

li taħtar membru supplenti Netherlandiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Netherlandiż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar, fil-5 ta' Frar u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fit-18 ta' Settembru 2015, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1573/UE (4), is-Sinjura Nienke HOMAN inħatret membru supplenti sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Wara tmiem il-mandat tas-Sinjura Nienke HOMAN sar vakanti siġġu ta' membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Mr H. (Henk) STAGHOUWER, Member of the Executive Council of the Province of Groningen.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

É. SCHNEIDER


(1)  ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42.

(2)  ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25.

(3)  ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70.

(4)  ĠU L 245, 22.9.2015, p. 10


3.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/37


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2239

tat-2 ta' Diċembru 2015

li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotipi H5N1 u H5N2 fi Franza

(notifikata bid-dokument C(2015) 8755)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-influwenza tat-tjur hija marda virali infettiva tal-għasafar, inkluż il-pollam. L-infezzjonijiet bil-vajrusis tal-influwenza tat-tjur fil-pollam domestiku jikkawżaw żewġ forom ewlenin ta' dik il-marda li huma distinti mill-virulenza tagħhom. Il-forma b'patoġeniċità baxxa ġeneralment tikkawża biss sintomi ħfief, filwaqt li l-forma b'patoġeniċità għolja twassal għal rati ferm għoljin ta' mwiet fil-parti l-kbira tal-ispeċijiet tal-pollam. Din il-marda tista' tħalli impatt qawwi fuq il-profitabbiltà tat-trobbija tal-pollam tal-irziezet.

(2)

L-influwenza tat-tjur tinstab l-aktar fl-għasafar, iżda f'ċerti ċirkustanzi jaf ikun hemm infezzjonijiet ukoll fil-bnedmin, minkejja li r-riskju ta' dan huwa ġeneralment baxx ħafna.

(3)

Fil-każ ta' tifqigħa tal-influwenza tat-tjur, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex f'azjendi agrikoli oħrajn fejn jittrabba l-pollam jew għasafar oħra mrobbijin. Minħabba f'hekk, din tista' tinfirex minn Stat Membru għal Stati Membri oħra, jew għal pajjiżi terzi, permezz tal-kummerċ ta' għasafar ħajjin jew tal-prodotti tagħhom.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (3) tistabbilixxi ċerti miżuri preventivi relatati mas-sorveljanza u mad-detezzjoni bikrija tal-influwenza tat-tjur u l-miżuri ta' kontroll minimi li jridu jiġu applikati f'każ ta' tifqigħa ta' dik il-marda fil-pollam jew f'għasafar oħra mrobbijin. Dik id-Direttiva tistipula li jitwaqqfu żoni ta' protezzjoni u sorveljanza f'każ li tfaqqa' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja.

(5)

Franza nnotifikat lill-Kummissjoni bit-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (HPAI) tas-sottotip H5 jiġifieri H5N1 u H5N2 fl-azjendi agrikoli fit-territorju tagħha fejn jinżammu l-pollam jew għasafar oħra mrobbijin.

(6)

L-investigazzjonijiet tal-laboratorju li għaddejjin bħalissa, li jinkludu s-sekwenzjar sabiex jiġi kkaratterizzat ulterjorment il-vajrus li kkważa l-ewwel tifqigħa jissuġġerixxu li l-ġenetika tar-razza tal-vajrus HPAI H5N1 hija differenti mill-vajrus HPAI tas-sottotip H5N1 li tfaċċa għall-ewwel darba fl-Ewropa fl-2005. Jidher pjuttost li r-razza tal-vajrus HPAI tas-sottotip H5N1 li nstabet fi Franza riċentement inbidlet mill-forma b'patoġeniċità baxxa li nstabet qabel fl-Unjoni għal vajrus b'patoġeniċità għolja. Għaldaqstant, jidher li m'hemmx bżonn jiġu applikati l-istess miżuri ta' protezzjoni addizzjonali bħal dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE (4) li ġew adottati speċifikament għall-vajrus tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 li tfaċċa għall-ewwel darba fl-Ewropa fl-2005.

(7)

Għaldaqstant, Franza wettqet minnufih il-miżuri ta' kontroll meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza.

(8)

Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b'kollaborazzjoni ma' Franza, u ħarġet sodisfatta li l-fruntieri ta' dawk iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza li stabbiliet l-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru, jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-azjendi agrikoli proprji fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat.

(9)

Sabiex ma jkunx hemm tfixkil żejjed tal-kummerċ fl-Unjoni u sabiex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ li jiġu imposti minn pajjiżi terzi, jeħtieġ jiġu ddefiniti malajr iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fi Franza fil-livell tal-Unjoni b'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru.

(10)

Għaldaqstant, iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fi Franza, fejn qed jiġu applikati l-miżuri ta' kontroll għas-saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/94/KE, għandhom jiġu ddefiniti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u għandu jiġi ffissat it-tul ta' żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni.

(11)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Franza għandha tiżgura li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/94/KE jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-Partijiet A u B tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Marzu 2016.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta' Franza.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2015

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tal-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta' patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE (ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51).


ANNESS

Parti A

Iż-żona ta' protezzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 1:

ISO Kodiċi tal-Pajjiż

Stat Membru

Kodiċi postali

Isem

Id-data sa meta dan jibqa' japplika skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2005/94/KE

FR

Franza

 

Żona magħmula mill-komuni ta':

 

 

 

24042

24055

24069

24115

24520

24561

Biras

Bourdeilles

Bussac

Château-L'Evêque

Sencenac-Puy-De-Fourches

Valeul

13.12.2015

24095

24481

Chaleix

Saint-Paul-la-Roche

23.12.2015

24082

24152

24207

24587

Carsac-Aillac

Domme

Groléjac

Vitrac

24.12.2015

Parti B

Iż-żona ta' sorveljanza kif imsemmija fl-Artikolu 1:

ISO Kodiċi tal-Pajjiż

Stat Membru

Kodiċi postali

Isem

Id-data sa meta dan jibqa' japplika skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

FR

Franza

 

Żona magħmula mill-komuni ta':

 

H5N1

 

24002

24010

24064

24098

24102

24108

24129

24135

24144

24170

24198

24200

24243

24266

24286

24319

24430

24553

Agonac

Annesse-et-Beaulieu

Brantome

Champcevinel

Chancelade

La Chapelle-Gonaguet

Condat-Sur Trincou

Cornille

Creyssac

Eyvirat

La Gonterie-Boulouneix

Grand-Brassac

Lisle

Mensignac

Montagrier

Paussac-Et-Saint-Vivien

Saint-Julien-De-Bourdeilles

Tocane-Saint-Apre

22.12.2015

24042

24055

24069

24115

24520

24561

Biras

Bourdeilles

Bussac

Château-L'Evêque

Sencenac-Puy-De-Fourches

Valeul

14.12.-.12.2015

24133

24180

24218

24269

24304

24305

24428

24486

24489

24498

24519

24522

24551

La Coquille

Firbeix

Jumilhac-le-Grand

Mialet

Nantheuil

Nanthiat

Saint-Jory-de-Chalais

Saint-Pierre-de-Frugie

Saint-Priest-les-Fougères

Saint-Saud-Lacoussière

Sarlande

Sarrazac

Thiviers

1.1.2016

24095

24481

Chaleix

Saint-Paul-la-Roche

24.12.2015- 1.1.2016

24086

24091

24150

24040

24063

24074

24081

24082

24300

24336

24341

24355

24366

24395

24432

24450

24470

24471

24510

46006

46098

24512

24520

24574

24577

46186

46194

46216

46257

Castelnaud-la-Chapelle

Cénac-et-Saint-Julien

Daglan

Beynac-et-Cazenac

Bouzic

Calviac-en-Périgord

Carlux

Carsac-Aillac

Nabirat

Prats-de-Carlux

Proissans

La Roque-Gageac

Saint-André-d'Allas

Saint-Cybranet

Saint-Julien-de-Lampon

Saint-Martial-de-Nabirat

Sainte-Mondane

Sainte-Nathalène

Saint-Vincent-de-Cosse

Anglars-Nozac

Fajoles

Saint-Vincent-le-Paluel

Sarlat-la-Canéda

Veyrignac

Vézac

Masclat

Milhac

Payrignac

Saint-Cirq-Madelon

2.1.2016

24040

24063

24074

24081

24082

24152

24207

24587

Beynac-et-Cazenac

Bouzic

Calviac-en-Périgord

Carlux

Carsac-Aillac

Domme

Groléjac

Vitrac

25.12-.2.1.2016


Rettifika

3.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/42


Rettifika tad-Direttiva tal-KE 97/55 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 1997 li temenda d-Direttiva tal-KEE 84/450 dwar reklamar qarrieqi sabiex tinkludi reklamar komparattiv

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 290 tat-23 ta' Ottubru 1997 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Volum 3, p. 365)

F'paġna 367, l-Artikolu 1, il-frażi introduttorja,

minflok:

“Id-Direttiva tal-KEE 94/450 hija hawnhekk emendata kif ġej:”,

aqra:

“Id-Direttiva 84/450/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:”.