ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 296

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
12 ta' Novembru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1986 tal-11 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta' avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 842/2011 ( 1 )

1

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1986

tal-11 ta' Novembru 2015

li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta' avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 842/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta' reviżjoni għall-għoti ta' kuntratti ta' provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta' Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta' akkwist ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' ċerti kuntratti ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (3), u b'mod partikolari l-Artikoli 32(1), 52(2) u 64 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(1) u (2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 51(1) u (2), 75(3) u 79(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 71(1) u (2), 92(3) u 96(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttivi 89/665/KEE u 2014/24/UE jirrikjedu li l-kuntratti għal provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi u servizzi pubbliċi jiġu reklamati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-avviżi għal dawn il-pubblikazzjonijiet għandhom jinkludu l-informazzjoni stipulata f'dawk id-Direttivi.

(2)

Id-Direttivi 92/13/KEE u 2014/25/UE jirrikjedu li l-kuntratti għal provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi u servizzi pubbliċi jiġu reklamati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-avviżi għal dawn il-pubblikazzjonijiet għandhom jinkludu l-informazzjoni stipulata f'dawk id-Direttivi.

(3)

Id-Direttiva 2009/81/KE tirrikjedi li ċerti kuntratti għal xogħlijiet, kuntratti għal provvista u kuntratti għal servizzi fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà jiġu rreklamati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-avviżi għal dik il-pubblikazzjoni għandhom jinkludu l-informazzjoni stipulata f'dik id-Direttiva.

(4)

Id-Direttivi 89/665/KEE, 92/13/KEE u 2014/23/UE jirrikjedu li l-konċessjonijiet għal xogħlijiet u konċessjonijiet għal servizzi jiġu reklamati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-avviżi għal dawn il-pubblikazzjonijiet għandhom jinkludu l-informazzjoni stipulata f'dawk id-Direttivi.

(5)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 842/2011 (7), jistipula l-formoli standard previsti fid-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE, 2009/81/KE, 89/665/KEE u 92/13/KEE.

(6)

Sabiex ikun hemm konformità mad-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE u biex tiġi żgurata l-effikaċja tad-Direttivi 89/665/KEE u 92/13/KEE, huwa meħtieġ li jiġu adattati l-formoli standard annessi mar-Regolament (UE) Nru 842/2011 u li jiżdiedu formoli standard ġodda. Minħabba l-għadd u l-firxa tal-aġġustamenti neċessarji, ir-Regolament (KE) Nru 842/2011 għandu jiġi ssostitwit.

(7)

Madankollu, meta Stat Membru jimplementa d-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE jew 2014/25/UE jew l-emendi tad-Direttiva 89/665/KEE jew 92/13/KEE qabel tmiem l-iskadenza fit-18 ta' April 2016, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom minn hawn 'il quddiem jużaw biss il-formoli standard stabbiliti b'dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni għax dawn biss huma mfassla biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti legali tad-Direttivi l-ġodda jew emendati.

(8)

Id-Direttiva 2009/81/KE ma ġietx emendata; konsegwentement anke l-formoli standard previsti minn dik id-Direttiva ma nbidlux. Għaldaqstant dawn għandhom jibqgħu jintużaw sakemm jiġi revokat ir-Regolament (UE) Nru 842/2011.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Akkwisti Pubbliċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-awtoritajiet kontraenti jużaw, għall-pubblikazzjoni tal-avviżi msemmija fl-Artikoli 48, 49, 50, 72, 75 u 79 tad-Direttiva 2014/24/UE f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-formoli standard stipulati fl-Annessi I, II, III, VIII sa XI, XVII u XVIII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-entitajiet kontraenti jużaw, għall-pubblikazzjoni tal-avviżi msemmija fl-Artikoli 67 sa 70, 89, 92 u 96 tad-Direttiva 2014/25/UE f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-formoli standard stipulati fl-Annessi IV sa XI, XVII u XIX ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jużaw, għall-pubblikazzjoni tal-avviżi msemmija fl-Artikoli 30, 52 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 60(4) tad-Direttiva 2009/81/KE f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-formoli standard stipulati fl-Annessi XIII u XVI ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jużaw, għall-pubblikazzjoni tal-avviżi msemmija fl-Artikoli 31, 32 u 43 tad-Direttiva 2014/23/UE f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-formoli standard stipulati fl-Annessi XI, XVI, XX, XXI u XXII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jużaw, għall-pubblikazzjoni tal-avviżi msemmija fit-tieni inċiż tal-Artikoli 2d(4) tad-Direttivi 89/665/KEE u 92/13/KEE f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-formoli standard stipulati fl-Anness XII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jibagħtu l-formoli lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea b'mezzi elettroniċi, billi jużaw l-applikazzjoni eNotices onlajn jew is-sistema eSender TED.

Artikolu 7

Huma stabbiliti l-formoli standard li ġejjin:

Lista ta' formoli standard

Formola standard 1

:

“Avviż ta' informazzjoni minn qabel”: Anness I

Formola standard 2

:

“Avviż dwar kuntratt”: Anness II

Formola standard 3

:

“Avviż ta' għoti ta' kuntratt”: Anness III

Formola standard 4

:

“Avviż indikattiv perjodiku — Utilitajiet”: Anness IV

Formola standard 5

:

“Avviż dwar kuntratt — Utilitajiet”: Anness V

Formola standard 6

:

“Avviż ta' għoti ta' kuntratt — Utilitajiet”: Anness VI

Formola standard 7

:

“Sistema ta' kwalifika — Utilitajiet”: Anness VII

Formola standard 8

:

“Avviż dwar il-profil ta' xerrej”: Anness VIII

Formola standard 12

:

“Avviż ta' kompetizzjoni ta' disinn”: Anness IX

Formola standard 13

:

“Riżultati ta' kompetizzjoni ta' disinn”: Anness X

Formola standard 14

:

“Rettifika”: Anness XI

Formola standard 15

:

“Avviż tat-trasparenza ex-ante volontarja” Anness XII

Formola standard 16

:

“Avviż ta' informazzjoni minn qabel — Difiża u Sigurtà”: Anness XIII

Formola standard 17

:

“Avviż dwar kuntratt — Difiża u Sigurtà”: Anness XIV

Formola standard 18

:

“Avviż ta' għoti ta' kuntratt — Difiża u Sigurtà”: Anness XV

Formola standard 19

:

“Avviż ta' sottokuntrattar — Difiża u Sigurtà”: Anness XVI

Formola standard 20

:

“Avviż ta' modifika”: Anness XVII

Formola standard 21

:

“Kuntratti pubbliċi — Serviżżi soċjali u oħrajn speċifiċi”: Anness XVIII

Formola standard 22

:

“Utilitajiet — Serviżżi soċjali u oħrajn speċifiċi”: Anness XIX

Formola standard 23

:

“Konċessjonijiet — Serviżżi soċjali u oħrajn speċifiċi”: Anness XX

Formola standard 24

:

“Avviż ta' konċessjoni” Anness XXI

Formola standard 25

:

“Avviż ta' għoti ta' konċessjoni”: Anness XXII

Artikolu 8

Ir-Regolament (UE) Nru 842/2011 qed jiġi revokat b'effett mit-18 ta' April 2016.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 3 japplika mit-18 ta' April 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 33.

(2)  ĠU L 76, 23.3.1992, p. 14.

(3)  ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.

(4)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1.

(5)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.

(6)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 842/2011 tad-19 ta' Awwissu 2011 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta' avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1564/2005 (ĠU L 222, 27.8.2011, p. 1).


ANNESS I

Image

Image

Image

Image

Image


ANNESS II

Image

Image

Image

Image

Image


ANNESS III

Image

Image

Image

Image

Image

Image


ANNESS IV

Image

Image

Image

Image

Image


ANNESS V

Image

Image

Image

Image

Image


ANNESS VI

Image

Image

Image

Image

Image

Image


ANNESS VII

Image

Image

Image

Image


ANNESS VIII

Image

Image


ANNESS IX

Image

Image

Image


ANNESS X

Image

Image

Image


ANNESS XI

Image

Image


ANNESS XII

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image


ANNESS XIII

Image

Image

Image

Image

Image

Image


ANNESS XIV

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image


ANNESS XV

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image


ANNESS XVI

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image


ANNESS XVII

Image

Image

Image

Image


ANNESS XVIII

Image

Image

Image

Image

Image

Image


ANNESS XIX

Image

Image

Image

Image

Image

Image


ANNESS XX

Image

Image

Image

Image

Image

Image


ANNESS XXI

Image

Image

Image

Image


ANNESS XXII

Image

Image

Image

Image

Image

Image